<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0202</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Rapport 2026 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2025/2445 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0145/2026 - Rapporteur: Loránt Vincze, Charles Goerens)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 Il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Rapport 2026 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2025/2445 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati (2026/2013(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 224 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L, 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 37.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkonsulta lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (minn hawn ’il quddiem l-“Awtorità”) u r-rapporti annwali ta’ attività tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iskambju ta’ fehmiet mal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u mal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, li sar fit-18 ta’ Marzu 2026 mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0145/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi partiti u fondazzjonijiet politiċi b’saħħithom fil-livell tal-UE huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ sfera politika Ewropea vera u proprja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jiżvolġu rwol aktar ċentrali fil-proċess elettorali Ewropew u jikkontribwixxu biex tiġi ffurmata kuxjenza politika tal-UE u tiġi espressa r-rieda taċ-ċittadini tal-UE; billi d-diversità politika hija essenzjali għad-dibattitu pubbliku u għall-espressjoni tal-għażliet taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jikkooperaw mal-partiti nazzjonali li huma membri tagħhom u mas-sħab nazzjonali tagħhom, bil-għan li jappoġġjawhom biex iqarrbu l-UE u l-politiki tagħha lejn iċ-ċittadini u jżidu l-leġittimità demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-2025 ġew irreġistrati mal-Awtorità żewġ fondazzjonijiet oħra, li jfisser li, fil-31 ta’ Diċembru 2025, mill-baġit tal-UE ġew iffinanzjati 12-il partit politiku Ewropew u 12-il fondazzjoni politika Ewropea affiljata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Regolament ta’ riformulazzjoni daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Diċembru 2025 u introduċa għadd ta’ innovazzjonijiet importanti, fosthom regoli aktar ċari dwar l-attivitajiet politiċi Ewropej konġunti, obbligi msaħħa fil-qasam tat-trasparenza u tar-rappurtar, obbligi msaħħa rigward id-diliġenza dovuta għad-donazzjonijiet u r-rikonoxximent espliċitu tar-riżorsi awtoġenerati bħala kategorija ta’ dħul;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Regolament m’ilux li daħal fis-seħħ; billi, b’konsegwenza ta’ hekk, id-data u l-esperjenza li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tiegħu għadhom limitati; billi valutazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni u tal-impatt tar-Regolament tirrikjedi biżżejjed żmien u evidenza; billi, madankollu, fil-perjodu immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament nibtu sfidi strateġiċi mhux previsti li jirrikjedu azzjoni urġenti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont ir-Regolament ta’ riformulazzjoni, il-Parlament mistenni jippubblika rapport sad-29 ta’ Ġunju 2026 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u dwar l-attivitajiet iffinanzjati; billi l-Kummissjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sena mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Parlament biex tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta biex temendah;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rapport tal-Kummissjoni għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-implikazzjonijiet tar-Regolament għall-pożizzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej iż-żgħar, u għar-regoli li jmexxu l-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jikkostitwixxu parti integrali mill-arkitettura demokratika tal-UE inkwantu jappoġġjaw id-dibattitu politiku, l-iżvilupp tal-politiki, ir-riċerka, it-taħriġ u l-impenn ċiviku fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-mandat tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jinkludi s-sensibilizzazzjoni politika għad-dibattitu dwar il-kwistjonijiet ta’ politika tal-UE u dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, u l-kontribut li jingħata lil dan id-dibattitu, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi li mhumiex diretti esklużivament lill-membri jew lill-eletturi ta’ partit partikolari, iżda huma miftuħa għal kulħadd f’kundizzjonijiet indaqs;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tar-Regolament issir f’kuntest ta’ instabbiltà ġeopolitika profonda, ikkaratterizzata minn aktar kompetizzjoni strateġika, theddid ibridu, diżinformazzjoni, tfixkil teknoloġiku, tibdil fil-klima u trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi dawn l-iżviluppi jirrikjedu li l-UE ssaħħaħ il-kapaċità ta’ prospettiva strateġika tagħha, governanza antiċipatorja u ppjanar tal-politiki fit-tul, bil-għan li tħejji ruħha b’mod effikaċi għall-isfidi fil-perjodu sal-2040 u lil hinn;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jinsabu f’pożizzjoni privileġġata biex jikkontribwixxu għal dan l-isforz permezz tar-riċerka fit-tul, tal-analiżi komparattiva, tad-djalogu tranżnazzjonali, tal-edukazzjoni politika u tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-livell u l-istruttura attwali tal-finanzjamenti tal-UE għad-dispożizzjoni tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ma għadhomx proporzjonati għall-portata, għall-importanza strateġika u għall-kumplessità dejjem akbar tal-kompiti tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-fondazzjonijiet politiċi rrappurtaw piż regolatorju sproporzjonat u talbu li jiġu ssemplifikati r-rekwiżiti regolatorji, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligi ta’ rappurtar u trasparenza, kif ukoll il-possibbiltà li jerġgħu jiddaħħlu miżuri korrettivi neċessarji biex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-proċess ta’ finanzjament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni ġenerali tar-Regolament ta’ riformulazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament ta’ riformulazzjoni bħala pass importanti lejn il-modernizzazzjoni tal-qafas ġuridiku għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, u t-tisħiħ tal-integrità demokratika fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Josserva li r-Regolament tejjeb iċ-ċarezza tad-dritt f’diversi setturi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet politiċi Ewropej konġunti, mar-rekwiżiti ta’ trasparenza u mal-garanziji kontra l-indħil barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza, madankollu, li l-esperjenza u d-data dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ riformulazzjoni għadhom limitati u li valutazzjoni aktar fil-fond u orizzontali tkun tista’ ssir biss f’fażi ulterjuri; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-isfidi politiċi mhux previsti li nibtu fil-perjodu immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi, jirrikjedu madankollu azzjoni urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota bi tħassib tal-fatt li l-fondazzjonijiet jirrappurtaw piż regolatorju sproporzjonat u jimpenja ruħu li jinvestiga aktar u jagħti segwitu lill-kwistjoni fl-evalwazzjoni sistematika li jmiss tiegħu; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ miżuri korrettivi effikaċi u proporzjonati bħala strument biex jiżgura r-rispett tar-Regolament u jimpenja ruħu li jirrieżamina l-użu ta’ dawn il-miżuri fil-prassi reċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-inċertezza tad-dritt u tar-restrizzjonijiet operattivi li għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli, u jqis li dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu kjarifika fil-pront;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rwol tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni li l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jiżvolġu rwol istituzzjonali distint fl-ambitu tat-Trattati billi jrawmu l-kuxjenza politika Ewropea, jappoġġjaw it-tfassil ta’ politiki bbażat fuq l-evidenza u jsaħħu l-kultura demokratika u l-impenn ċiviku fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-kuntest ġeopolitiku u teknoloġiku sar dejjem aktar instabbli mill-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2021 relatata mar-riformulazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> Proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (riformulazzjoni),(COM(2021)0734).</FIELD></FOOTNOTE>, u hu kkaratterizzat minn tensjonijiet eħrex fir-rigward tas-sigurtà, indħil barrani fil-proċessi demokratiċi u trasformazzjoni soċjoekonomika aċċelerata; jissottolinja li dawn l-iżviluppi jżidu l-importanza tal-ippjanar politiku fit-tul, tal-edukazzjoni demokratika u tad-djalogu transfruntier, li għalihom il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jagħtu kontribut speċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Josserva li, fid-dawl taż-żieda fir-responsabbiltajiet tagħhom, il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jeħtieġu l-istrumenti finanzjarji neċessarji u riżorsi adegwati u stabbli biex jassumu bis-sħiħ ir-rwol istituzzjonali tagħhom, abbażi tat-titjib li introduċa r-Regolament;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proposti għal titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat li l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikunu mgħammra b’qafas ġuridiku sod u b’sigurtà finanzjarja; jimpenja ruħu li jikkollabora mal-fondazzjonijiet biex jagħti din is-sigurtà kemm jista’ jkun fl-ambitu tal-qafas eżistenti, b’mod partikolari permezz ta’ reviżjoni tal-mod kif l-organizzazzjonijiet membri tagħhom jappoġġjaw lill-fondazzjonijiet mil-lat finanzjarju; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-Regolament ma jipprojbix mudell tal-ħlasijiet ta’ sħubija flessibbli u bbażat fuq il-parteċipazzjoni, li permezz tiegħu l-organizzazzjonijiet membri jikkontribwixxu abbażi tal-livell ta’ involviment tagħhom fl-attivitajiet konġunti; jissottolinja l-fatt li l-attivitajiet konġunti stess għandhom ikunu newtrali f’termini ta’ baġit u ma għandhomx jiġġeneraw introjtu għall-fondazzjonijiet li jaqbżu l-kostijiet effettivament imġarrba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jimmassimizzaw il-possibbiltajiet finanzjarji fl-ambitu tal-qafas eżistenti; jenfasizza li l-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej permezz tar-riżorsi proprji tal-partiti politiċi Ewropej attwalment huwa permess skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament fis-seħħ; jistieden kemm lill-partiti politiċi Ewropej kif ukoll lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni li abbażi tagħhom il-fondazzjonijiet jirċievu kumpens mill-partiti għall-kontribut tagħhom fi kwalunkwe ħidma konġunta, filwaqt li jitqiesu r-rwoli distinti rispettivi tagħhom previsti fit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja, barra minn hekk, li r-Regolament ma jipprojbix lill-fondazzjonijiet nazzjonali li mhumiex fondazzjonijiet politiċi jsiru membri tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u li jħallsu kontribuzzjoni ta’ sħubija lil dawn il-fondazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis li l-Artikolu 25 tar-Regolament attwali jista’ jiġi ċċarat biex jikkonferma espliċitament li t-tariffi ta’ parteċipazzjoni jistgħu jiġu ddebitati lill-organizzazzjonijiet membri għall-involviment tagħhom f’attivitajiet organizzati minn fondazzjoni politika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Josserva li applikazzjoni rigoruża tad-definizzjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-membri, il-pressjoni finanzjarja u amministrattiva eżerċitata biex jiġu kkomplementati l-għotjiet mill-baġit tal-UE b’riżorsi awtoġenerati, ir-regoli applikabbli għall-attivitajiet politiċi Ewropej konġunti mal-fondazzjonijiet membri u l-livell ġenerali ta’ finanzjament tal-UE jillimitaw l-awtonomija finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, speċjalment fid-dawl tar-responsabbiltajiet dejjem akbar tagħhom, u jissottolinja li huwa essenzjali li jkun hemm qafas ta’ finanzjament sostenibbli biex tinżamm l-indipendenza tagħhom u tiġi evitata influwenza privata indebita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li, fil-qafas tad-diversifikazzjoni tar-riżorsi proprji, il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jistgħu jirċievu donazzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi sa valur ta’ EUR 18 000 kull sena għal kull donatur; jemmen li l-limitu massimu għal dawn id-donazzjonijiet jista’ jiżdied biex tingħata aktar flessibbiltà lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, tkompli u tiżviluppa aktar id-djalogu tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bil-għan li tissensibilizza dwar l-impatt tal-oqfsa ta’ finanzjament nazzjonali fuq il-funzjonament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u tidentifika soluzzjonijiet prattiċi mmirati biex jevitaw restrizzjonijiet mhux mixtieqa fuq is-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jipproponi l-istabbiliment ta’ sistema unika ta’ rappurtar u divulgazzjoni online għall-finanzjamenti, għad-donazzjonijiet u għall-kontribuzzjonijiet tal-UE lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, bil-għan li jiġu żgurati livelli adegwati ta’ trasparenza għaċ-ċittadini, jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità u jonqos il-piż amministrattiv u ta’ konformità tal-entitajiet ta’ rappurtar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex jiddiversifikaw u jistabbilizzaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom fi ħdan il-qafas regolatorju eżistenti u jinkoraġġixxi jkomplu jintużaw b’mod ibbilanċjat u trasparenti l-mekkaniżmi tar-riżorsi proprji disponibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet finali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami mmirat tad-dispożizzjonijiet ta’ finanzjament applikabbli għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej fl-ambitu tar-Regolament, abbażi tar-riżultati ta’ dan ir-rapport u tal-esperjenza miksuba minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ riformulazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina jekk hemmx oqfsa regolatorji jew politiċi nazzjonali li jipprojbixxu jew jostakolaw il-pagament tal-kontribuzzjonijiet, min-naħa tal-entitajiet nazzjonali, inklużi l-fondazzjonijiet politiċi, lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, u tagħti segwitu bl-azzjonijiet neċessarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva ta’ riformulazzjoni li tirrevedi r-regoli ta’ finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, inkluża emenda tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament biex jiżdied il-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji jew tal-għotjiet mill-baġit ġenerali tal-UE għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli mġarrba minn fondazzjoni politika Ewropea; Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkludi f’din il-proposta emenda tal-Artikolu 25 biex jiżdied il-limitu massimu għad-donazzjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, b’hekk jiġu żgurati aktar flessibbiltà u diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jimpenja ruħu li jżid il-livell ġenerali tal-finanzjamenti tal-UE għall-fondazzjonijiet politiċi fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2028-2034, bil-għan li jqis l-assenza ta’ indiċizzazzjoni baġitarja f’dawn l-aħħar snin u l-inflazzjoni dejjem ogħla u l-kostijiet operattivi dejjem jiżdiedu, ħalli jiġu żgurati riżorsi finanzjarji xierqa, stabbli u prevedibbli, ikun possibbli għall-fondazzjonijiet biex jidħlu f’attivitajiet ta’ prospettiva strateġika fit-tul u ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet, iżommu standards għoljin ta’ trasparenza, responsabbiltà u indipendenza u tiġi żgurata proporzjonalità bejn l-obbligi ta’ konformità u l-finanzjamenti disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jikkonkludi li l-forniment ta’ finanzjamenti xierqa lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jikkostitwixxi investiment strateġiku fir-reżiljenza demokratika u fil-kapaċità ta’ governanza fit-tul tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>