<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0203</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali – lejn strateġija tal-UE biex jiġu protetti s-sovranità u l-valuri demokratiċi tal-Ewropa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0142/2026 - Rapporteur: Hannah Neumann)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar il-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali – lejn strateġija tal-UE biex jiġu protetti s-sovranità u l-valuri demokratiċi tal-Ewropa (2025/2179(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jnaqqax fih il-valuri bażiċi tal-UE tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-atti li qed jiżdiedu ta’ repressjoni tranżnazzjonali, u r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipproteġu lill-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 83 u 215 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-4 ta’ April 2025 intitolata “Human rights defenders and new and emerging technologies: protecting human rights defenders, including women human rights defenders, in the digital age” (Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġiji ġodda u emerġenti: il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, fl-era diġitali), u tal-1 ta’ Lulju 2025 intitolata “Civil society space” (Spazju tas-soċjetà ċivili),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota informattiva tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ohchr.org/en/documents/tools-and-resources/transnational-repression.</FIELD></FOOTNOTE>, ippubblikata fit-18 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota informattiva tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar it-titjib tal-protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ippubblikata fit-13 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapporti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli u tas-Segretarju Ġenerali “A/HRC/60/62: Cooperation with the United Nations, its representatives and mechanisms in the field of human rights - Report of the Secretary General” (A/HRC/60/62: Kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, ir-rappreżentanti u l-mekkaniżmi tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem — Rapport tas-Segretarju Ġenerali) ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Guiding Principles on Business and Human Rights: Implementing the United Nations ‘Protect, Respect and Remedy’ Framework” (il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti “Protect, Respect and Remedy”), approvati fir-Riżoluzzjoni 17/4 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tas-16 ta’ Ġunju 2011,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni minn grupp ta’ esperti indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, li tesprimi tħassib dwar il-proliferazzjoni ta’ proċessi <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING> fil-Belarussja, ippubblikata fit-22 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżami preliminari mwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Litwanja/ir-Repubblika tal-Belarussja (ICC-01/24-1),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f’Ġunju 2004 u aġġornati fl-2008, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/409, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/409/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2027 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2020-2024, estiż sal-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE tal-2024 u l-2025 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2025 intitolata “Strateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili” (COM(2025)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’ allegati kontravenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/494, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-12 ta’ Novembru 2025 intitolata “It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija: it-tisħiħ ta’ demokraziji b’saħħithom u reżiljenti” (JOIN(2025)0791),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Ġunju 2025 intitolata “Strateġija Diġitali Internazzjonali għall-Unjoni Ewropea” (JOIN(2025)0140),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar l-indirizzar tar-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0258.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar l-indirizzar tal-impunità permezz ta’ sanzjonijiet tal-UE, inkluż ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-hekk imsejjaħ “Att Magnitsky tal-UE”) <FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0015.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1226, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1226/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat Speċjali tiegħu dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO-Interpol), b’mod partikolari l-Artikolu 2, li jirrikjedi li l-organizzazzjoni taġixxi fl-ispirtu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali tas-17 ta’ Ġunju 2025 u d-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati tal-G7 dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikat tal-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tad-19 ta’ April 2024 dwar “L-indirizzar tal-isfidi globali, it-trawwim tas-sħubijiet”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2509 (2023) u r-Rakkomandazzjoni 2257 (2023) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa intitolati “Transnational repression as a growing threat to the rule of law and human rights” (Ir-repressjoni tranżnazzjonali bħala theddida dejjem akbar għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Esterni tal-Unjoni ta’ Ġunju 2025 intitolat “Transnational repression of human rights defenders: The impacts on civic space and the responsibility of host states” (Ir-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem: L-impatti fuq l-ispazju ċiviku u r-responsabbiltà tal-Istati ospitanti)<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, Unità tal-Analiżi u l-Appoġġ tal-Politiki Esterni, “Transnational repression of human rights defenders: The impacts on civic space and the responsibility of host states”, Awwissu 2025, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2025/754475/EXPO_STU(2025)754475_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Esterni tal-Unjoni ta’ Jannar 2026 intitolat “Perpetrators and methods of transnational repression and possible counter-strategies” (L-awturi u l-metodi ta’ repressjoni tranżnazzjonali u l-kontrostrateġiji possibbli)<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, Unità tal-Analiżi u l-Appoġġ tal-Politiki Esterni, “Perpetrators and methods of transnational repression and possible counter-strategies”, Jannar 2026,  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2026/775286/EXAS_STU(2026)775286_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Seba’ Rapport tas-Sessjoni 2024-25 tal-Kumitat Konġunt għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament tar-Renju Unit, intitolat “Transnational repression in the UK” (Ir-ripressjoni tranżnazzjonali fir-Renju Unit),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali ppubblikat mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Intern f’Ġunju 2025 intitolat “Verfassungsschutzbericht 2024”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0142/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali hija prattika intenzjonata, sistematika, immirata u repressiva, fejn ir-reġimi jew l-intermedjarji tagħhom jaslu lil hinn mill-fruntieri u jwettqu atti barra mill-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom biex jintimidaw, jheddu, isikktu, jisfurzaw, jikkontrollaw jew jagħmlu ħsara bi kwalunkwe mod ieħor lil individwi jew gruppi li jirrisjedu barra mill-pajjiż, jew lil membri tal-familja jew lin-networks ta’ appoġġ tagħhom billi jużaw firxa wiesgħa ta’ mezzi fiżiċi, psikoloġiċi, diġitali, legali, amministrattivi u mezzi oħra, bi ksur tad-drittijiet fundamentali; billi l-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali jinkludu eluf ta’ persuni favur id-demokrazija mġiegħla jaħarbu mill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom minħabba repressjoni domestika;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali ddgħajjef dawn il-valuri fundaturi, tikkontribwixxi għall-manipulazzjoni tad-dibattitu pubbliku u tikser id-drittijiet fundamentali u d-dritt internazzjonali, kif ukoll is-sovranità u s-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri;   billi ż-żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi ta’ oriġini spiss timxi id f’id ma’ żieda fl-attività tar-repressjoni tranżnazzjonali barra mill-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri tal-UE hija parti minn strateġija usa’ ta’ ndħil barrani mmirata biex iddgħajjef l-istituzzjonijiet u s-soċjetajiet demokratiċi u tinterferixxi direttament fl-ispazju demokratiku intern tal-Unjoni billi ssikket l-ilħna, tifframmenta l-komunitajiet u tiġġenera biża’ u awtoċensura, filwaqt li timmina wkoll l-azzjoni esterna tal-UE billi tillimita l-kapaċità tal-individwi li jirrisjedu fl-UE li jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-obbligu ta’ rendikont f’pajjiżi mhux tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali tista’ tikkostitwixxi reat kontra l-umanità skont it-tifsira tal-Artikolu 7(h)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.icc-cpi.int/sites/default/files/2024-05/Rome-Statute-eng.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, filwaqt li titqies in-natura sistematika u mifruxa ta’ tali atti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi kull min jirrisjedi fl-UE, irrispettivament mill-oriġini etnika jew nazzjonali tiegħu, igawdi drittijiet u protezzjonijiet ugwali skont id-dritt tal-UE, inklużi dawk garantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi d-drittijiet individwali ta’ kull min jirrisjedi fl-UE jridu jiġu ssalvagwardjati u rispettati mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE kompetenti; billi r-repressjoni tranżnazzjonali tirrikjedi risponsi speċifiċi u ċċentrati fuq il-vittmi biex jingħalqu l-lakuni eżistenti fil-protezzjoni; billi t-trattament tar-repressjoni tranżnazzjonali primarjament bħala kwistjoni ta’  sigurtà jew interferenza barranija jirriskja li joskura d-dimensjonijiet l-oħra tagħha, jillimita l-effettività tar-rispons u jħalli lill-persuni u lill-komunitajiet affettwati mir-repressjoni tranżnazzjonali mhux protetti biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi atturi barranin wettqu repressjoni tranżnazzjonali kontra individwi u gruppi li jirrisjedu fl-Istati Membri tal-UE; billi l-Istati Membri huma affettwati mir-repressjoni tranżnazzjonali fi gradi differenti u juru livelli differenti ta’ sensibilizzazzjoni, tħejjija istituzzjonali u disponibbiltà ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni; billi l-awturi joperaw bejn il-fruntieri u jisfruttaw tali diverġenzi bejn l-oqfsa legali u istituzzjonali nazzjonali, u b’hekk inaqqsu l-effettività ta’ risponsi nazzjonali iżolati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali tolqot diversi oqsma ta’ politika u għalhekk titlob koordinazzjoni addizzjonali; billi t-tattiċi tar-repressjoni tranżnazzjonali spiss jisfruttaw iż-żoni griżi bejn l-aġenziji u d-dipartimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Istati Membri għandhom rwol fundamentali fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u r-rispons għal atti tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi approċċi nazzjonali frammentati, u nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, jimminaw il-kapaċità tal-UE li tidentifika, tipprevjeni u tiġġieled ir-repressjoni tranżnazzjonali b’mod effettiv u konsistenti, u mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw in-natura transfruntiera tagħha; billi tali frammentazzjoni tista’, fil-prattika, taggrava n-nuqqas ta’ sigurtà għall-individwi u l-komunitajiet affettwati, inkluż billi żżid l-esponiment, il-viżibbiltà jew il-vulnerabbiltà għall-koerċizzjoni mill-Istati ta’ oriġini; billi koordinazzjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE għandha tappoġġja u tikkomplementa l-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-data miġbura matul l-aħħar għaxar snin tindika żieda sostnuta fl-iskala, il-firxa ġeografika u s-sofistikazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi l-għadd u t-tipi ta’ atturi involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali espandew ukoll minħabba l-esternalizzazzjoni tar-repressjoni lil intermedjarji bħal networks tal-kriminalità organizzata, eks uffiċjali tal-intelligence, u atturi ċibernetiċi, inkluż fi ħdan l-Istati Membri tal-UE, u b’hekk żiedu ċ-ċaħda, ikkumplikaw l-attribuzzjoni u dgħajfu l-obbligu ta’ rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali spiss tisfrutta l-operat ordinarju tas-sistemi amministrattivi, finanzjarji u ta’ migrazzjoni tal-Istat ospitanti, inklużi kontrolli finanzjarji mmexxija mill-konformità, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni riġidi u prattiki frammentati ta’ trattament tad-data; billi, b’riżultat ta’ dan, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jirriskjaw li l-istrutturi tagħhom jiġu abbużati mill-awturi, anke fin-nuqqas ta’ intenzjoni jew kooperazzjoni diretta mal-Istati awturi; billi l-indirizzar tar-repressjoni tranżnazzjonali għalhekk jirrikjedi skrutinju tal-proċeduri interni tal-UE u dawk nazzjonali biex jiġi evitat l-isfruttament tagħhom għal skopijiet repressivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-individwi u l-komunitajiet fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali huma wkoll persuni ewlenin tal-ewwel rispons b’għarfien uniku ta’ tattiċi repressivi, networks ta’ intermedjarji u xejriet ta’ riskju li qed jevolvu; billi għalhekk l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet affettwati huwa essenzjali għall-prevenzjoni effettiva, it-twissija bikrija, u l-iżvilupp ta’ kontrostrateġiji dejjiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali għandha impatt sever u sostnut fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti politiċi, kif ukoll fuq il-membri tal-familja tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali spiss tiġi kkaratterizzata ħażin bħala sensiela ta’ inċidenti iżolati aktar milli bħala strateġija sostnuta mmirata lejn komunitajiet sħaħ; billi n-nuqqas ta’ vjolenza fiżika jew fastidju evidenti ma għandux jitqies bl-istess mod bħas-sikurezza jew il-libertà, peress li t-trażżin, il-biża’, it-trawma u l-frammentazzjoni spiss ikunu l-eżitu maħsub tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi dawn l-effetti kumulattivi tar-repressjoni tranżnazzjonali jeħtieġu mhux biss protezzjoni immedjata iżda wkoll aċċess għal rimedji u kumpens effettivi; billi, anke meta l-vittmi joħorġu rebbieħa, il-kumpens spiss ikun simboliku, imdewwem jew ma jiġix infurzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali taffettwa lill-individwi b’mod differenti skont il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-isfond razzjali, etniku jew reliġjuż, u l-pożizzjoni soċjoekonomika tagħhom; billi forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni u inugwaljanzi strutturali kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fl-Istati ospitanti jistgħu jżidu l-effetti negattivi tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi n-nisa jiffaċċjaw forom partikolari ta’ repressjoni tranżnazzjonali li jistgħu jimmanifestaw ruħhom f’attakki diġitali sesswalizzati u sessisti mmirati lejn l-identità tagħhom, bl-għan li jintimidawhom, jiskreditawhom u jiskoraġġuhom mill-attiviżmu, li jirrifletti xejra usa’ ta’ abbuż u fastidju online abbażi tal-ġeneru, u billi l-individwi LGBTIQ+ huma wkoll immirati b’mod sproporzjonat;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Xejriet, forom u metodi ta’ repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali, għalkemm mhux ġdida bħala tali, hija fenomenu li qed jevolvi u qed isseħħ f’kuntest diffiċli kkaratterizzat mid-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali u l-ispazju ċiviku, u l-imġiba dejjem aktar assertiva ta’ ċerti reġimi awtoritarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-forom fiżiċi tar-repressjoni tranżnazzjonali jinkludu qtil immirat, ħtif, vjolenza, ritorni furzati, għajbien furzat, deportazzjonijiet, u attakki fuq proprjetà; billi bejn l-2014 u l-2025 ġew irreġistrati 1375 inċident fiżiku dirett minn Freedom House f’107 pajjiż fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi ċerti reġimi huma magħrufa li jużaw theddid jew iħallsu lill-kollaboraturi biex jirreġistraw parteċipanti fi protesta pubblika jew spjunaġġ fuq dissidenti fl-UE, u b’hekk jaffettwaw direttament l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi r-reġimi awtoritarji, fl-era diġitali, qed jiżviluppaw kapaċitajiet dejjem aktar sofistikati biex iwettqu r-repressjoni tranżnazzjonali diġitali; billi r-repressjoni tranżnazzjonali diġitali tinkludi fastidju online, theddid dirett, doxxing, hacking, attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni, operazzjonijiet ta’ malafama, u inċitament għall-mibegħda kontra dissidenti fil-pajjiżi ta’ residenza tagħhom, inkluż permezz tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA), u l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ u teknoloġiji oħra ta’ sorveljanza, għall-monitoraġġ, il-profil, l-intimidazzjoni jew is-silenzju ta’ individwi barra mill-pajjiż, b’interazzjoni ma’ metodi tradizzjonali tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi tali prattiki spiss ikunu diffiċli biex jiġu attribwiti u spiss jibqgħu taħt il-limiti kriminali tradizzjonali; billi dawn il-prattiki huma partikolarment dannużi peress li l-pjattaformi tal-internet u l-media diġitali jistgħu jkunu ta’ importanza kruċjali, kemm personalment kif ukoll professjonalment, għal individwi li ġew imġiegħla jitilqu minn pajjiżhom bħala riżultat ta’ persekuzzjoni politika; billi ż-żieda fl-IA żiedet b’mod esponenzjali l-firxa u l-impatt tar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż billi ppermettiet lill-awtoritajiet iwettqu rikonoxximent tal-wiċċ, analiżi tal-imġiba u pproċessar tad-data f’ħin reali; billi t-theddid diġitali kontra s-soċjetà ċivili jitqies bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-kumpaniji tal-media soċjali u l-pjattaformi online għandhom rwol sinifikanti fit-tiswir tal-ambjent online għad-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nuqqas ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ rispons rapidu biex jiġi indirizzat id-doxxing u l-fastidju online mmirat iħalli lid-difensuri esposti għal riskji akbar ta’ intimidazzjoni, sorveljanza u aktar repressjoni tranżnazzjonali; billi l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jipprovdi għodod li jistgħu jindirizzaw aspetti tar-repressjoni tranżnazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-fastidju kkoordinat u d-diżinformazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-fornituri tas-servizzi diġitali, il-media soċjali u pjattaformi online oħra, il-kumpaniji privati tas-software ta’ spjunaġġ u kumpaniji oħra tat-teknoloġija, xi drabi, saru faċilitaturi tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi pjattaformi tradizzjonali bħal WeChat, Telegram, Facebook, X u oħrajn jintużaw għat-traċċar ta’ dissidenti li jipparteċipaw fi protesti jew li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom b’modi oħra; billi l-kumpaniji li jqiegħdu teknoloġiji ta’ sorveljanza fis-suq għandhom ir-responsabbiltà li jipprevjenu l-użu illeġittimu tagħhom għal skopijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi atturi barranin malizzjużi jabbużaw minn vulnerabbiltajiet miftuħa fl-apparati sabiex jinfiltraw komunikazzjonijiet personali jew professjonali; billi diversi każijiet f’dawn l-aħħar snin urew li l-UE mhijiex mgħammra biex tindirizza l-infiltrazzjoni ta’ apparati permezz ta’ software ta’ spjunaġġ; billi s-software ta’ spjunaġġ intuża minn atturi barranin biex jimmonitorjaw id-dissidenti u l-uffiċjali pubbliċi bl-istess mod; billi s-sorveljanza dejjem tikber tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandha titqies bħala forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali jew koerċizzjoni ffaċilitata mis-sorveljanza; billi l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ għar-repressjoni tranżnazzjonali joħloq theddida serja għad-drittijiet fundamentali, il-proċessi demokratiċi u l-integrità elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-koerċizzjoni bi prokura tikkostitwixxi forma mifruxa u partikolarment dannuża ta’ repressjoni tranżnazzjonali, li tinvolvi theddid, fastidju, detenzjoni jew kastig ta’ membri tal-familja jew assoċjati li jibqgħu fil-pajjiż ta’ oriġini, kif ukoll l-użu ta’ avvenimenti jew organizzazzjonijiet tad-dijaspora biex jippermettu s-sorveljanza u l-intimidazzjoni tal-membri tal-komunità, u b’hekk jikkawżaw ħsara psikoloġika severa u joħolqu inċentivi għall-awtoċensura; billi l-koerċizzjoni bi prokura tista’ tinvolvi wkoll membri tal-komunitajiet tad-dijaspora li jiġu mġiegħla jwettqu attivitajiet repressivi f’isem l-Istat, u b’hekk isiru fl-istess ħin vittmi u strumenti ta’ repressjoni tranżnazzjonali; billi xi membri tad-dijaspori jistgħu jintużaw ukoll bħala għodda biex jeżerċitaw ir-repressjoni tranżnazzjonali mingħajr ma jiġu mġiegħla; billi huwa importanti li tissaħħaħ l-identifikazzjoni ta’ individwi fost id-dijaspora li jistgħu jkunu involuti fit-twettiq ta’ atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi, sabiex it-talbiet tagħhom jidhru aktar kredibbli, is-servizzi tal-Istat responsabbli għar-repressjoni tranżnazzjonali spiss jiffalsifikaw l-allegazzjonijiet, u jippreżentaw lill-vittmi tar-repressjoni tranżnazzjonali bħala awturi ta’ reati; billi l-awturi tar-repressjoni tranżnazzjonali qed jużaw dejjem aktar proċessi <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING>, proċedimenti kriminali tal-massa, konfiska tal-proprjetà, u intimidazzjoni tal-qraba bħala għodod ta’ repressjoni kontra dissidenti barra mill-pajjiż, u b’hekk jipprevjenu l-ivvjaġġar internazzjonali u r-ritorn sikur, jirrestrinġu d-drittijiet tal-proprjetà, u jeżerċitaw pressjoni indiretta permezz ta’ membri tal-familja li jibqgħu fil-pajjiż; billi l-limitazzjonijiet ġuriżdizzjonali u n-natura ekstraterritorjali ta’ tali prattiki jagħmlu l-koerċizzjoni bi prokura partikolarment diffiċli għall-pajjiżi ospitanti biex jipprevjenu, jiddokumentaw u jħarrku, u dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għar-riluttanza tal-vittmi li jirrapportaw l-inċidenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Istati involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali spiss jużaw ħażin il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u legali, inklużi talbiet għal estradizzjoni u informazzjoni, mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tad-data, assistenza legali reċiproka, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) u l-oqfsa taċ-ċibersigurtà tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), kif ukoll avviżi jew diffużjonijiet tal-Interpol użati b’rabta mal-implimentazzjoni tagħhom, biex isibu, iżommu jew jirritornaw bil-forza individwi għal raġunijiet politiċi, u b’hekk jagħtu leġittimità lir-reġimi repressivi, minkejja projbizzjonijiet espliċiti dwar l-użu ħażin politiku skont id-dritt internazzjonali; billi, b’mod partikolari, l-avviżi vjola u silver tal-Interpol huma maħsuba bħala għodod operazzjonali mingħajr rimedji individwali jew perkorsi ta’ rieżami għal dawk affettwati, u dan jiffaċilita l-abbuż tagħhom fil-kuntest tar-repressjoni tranżnazzjonali; billi l-kondiviżjoni tad-data tal-Interpol, inkluż għall-avviżi ħomor u d-diffużjonijiet, tista’ tesponi lill-persuni fil-mira ta’ atturi awtokratiċi għal periklu; billi l-għadd ta’ avviżi ħomor u d-diffużjonijiet tal-Interpol żdied b’mod drammatiku matul l-aħħar għaxar snin u huwa l-għodda ewlenija użata mill-awturi tar-repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Istati awturi jużaw forom amministrattivi u bbażati fuq il-mobbiltà tar-repressjoni tranżnazzjonali permezz ta’ sorveljanza u koerċizzjoni minn missjonijiet diplomatiċi jew konsulari, inkluż billi jikkanċellaw jew jirrifjutaw li jġeddu l-passaporti, jiċħdu s-servizzi konsulari, jew jirrevokaw in-nazzjonalità, u b’hekk iġiegħlu lill-individwi jinvolvu ruħhom mal-awtoritajiet konsulari jew jipprevjenu l-ivvjaġġar; billi ċ-ċaħda tas-servizzi konsulari taffettwa mhux biss lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-attivisti politiċi iżda wkoll lill-familji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali finanzjarja tinvolvi l-użu ħażin tal-istandards tal-FATF Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) biex jinxterdu allegazzjonijiet foloz u jiskattaw iffriżar tal-kontijiet u tneħħija tal-ibbankjar ibbażati fuq il-konformità; billi dawn il-prattiki jċaħħdu lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet affettwati mill-finanzjament u mis-servizzi finanzjarji, u jimminaw l-għajxien, l-attivitajiet ċiviċi u politiċi tagħhom; billi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA) tikkostitwixxi punt ta’ salvagwardja ewlieni tal-UE li jrid jiżviluppa mekkaniżmi ta’ rispons rapidu kontra l-iffriżar u l-għeluq abbużivi u jistabbilixxi limiti stretti fuq il-kondiviżjoni tad-data mal-Istati awturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-proċeduri amministrattivi jistgħu jiġu sfruttati mill-Istati awturi u l-faċilitaturi tagħhom, b’mod partikolari fejn ikun meħtieġ aċċess għal dokumenti maħruġa mill-pajjiż ta’ oriġini jew fejn l-interpreti jintużaw bħala intermedjarji biex jintimidaw jew jisfurzaw lill-vittmi;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Awturi, kooperazzjoni u strutturi ta’ prokura</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi r-riċerka kkummissjonata mill-Parlament u s-settijiet ta’ data indipendenti juru li r-repressjoni tranżnazzjonali hija fenomenu globali, b’aktar minn 25 % tal-gvernijiet madwar id-dinja involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali, madwar 3.5 miljun persuna f’riskju, u każijiet dokumentati f’aktar minn 100 pajjiż, skont ir-riċerka ta’ Freedom House; billi r-repressjoni tranżnazzjonali titwettaq l-aktar minn reġimi awtoritarji; billi l-awturi prominenti tar-repressjoni tranżnazzjonali fl-Ewropa u globalment jinkludu r-Russja, iċ-Ċina, l-Iran u l-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi r-riċerka kkummissjonata mill-Parlament turi li l-maġġoranza tal-inċidenti dokumentati tar-repressjoni tranżnazzjonali jinvolvu kooperazzjoni bejn l-Istati ta’ oriġini u dawk ospitanti jew l-isfruttament ta’ ambjenti dgħajfa tal-istat tad-dritt, inkluż permezz tal-użu ħażin ta’ oqfsa ta’ estradizzjoni, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u organizzazzjonijiet internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali spiss tkun raggruppata reġjonalment, u dan jindika oqfsa ta’ kooperazzjoni informali jew formali u prattiki kondiviżi fost l-Istati awturi u l-faċilitaturi tagħhom, inkluż l-infurzar reċiproku tar-repressjoni kontra l-komunitajiet eżiljati, iċ-ċittadini u l-entitajiet Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi r-Russja hija fost l-aktar awturi aggressivi tar-repressjoni tranżnazzjonali globalment u hija responsabbli għall-ogħla għadd ta’ inċidenti dokumentati fl-UE ta’ kwalunkwe pajjiż ta’ oriġini, filwaqt li tittratta l-emigrazzjoni politika bħala theddida strateġika, u tuża prattiki li jinkludu l-qtil, l-attentat ta’ qtil, is-sorveljanza diġitali, il-fastidju, il-ħtif ta’ komplotti, l-attakki ċibernetiċi, l-operazzjonijiet ta’ intelligence ostili, ir-rikatt, il-kampanji ta’ malafama, l-intimidazzjoni tal-komunitajiet tad-dijaspora, l-istigmatizzazzjoni, il-proċedimenti legali <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING>, il-koerċizzjoni bi prokura u t-theddid kontra l-membri tal-familja, l-użu sistematiku tal-mekkaniżmi internazzjonali legali, finanzjarji, taċ‑ċibersigurtà u tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, kif ukoll it-theddid kontra dawk li jfasslu l-liġijiet fl-UE; billi r-Russja tirrappreżenta sehem sproporzjonat tal-avviżi ħomor pubbliċi tal-Interpol globalment, sehem li jaqbeż bil-kbir l-użu komparabbli minn Stati oħra; billi r-Russja tiddependi fuq ftehimiet bilaterali ta’ kooperazzjoni tal-prosekuzzjoni ma’ pajjiżi terzi biex tiffaċilita t-talbiet għall-estradizzjoni mmirati lejn iċ-ċittadini tagħha barra mill-pajjiż; billi s-servizzi tal-intelligence tar-Russja wettqu kampanji ta’ reklutaġġ online, spiss permezz ta’ Telegram, għal attivitajiet ta’ qtil kuntrattwali u attivitajiet terroristiċi spiss diretti kontra d-dijaspora Russa u l-avversarji politiċi; billi r-Russja tuża proxies, inkluż il-Grupp Wagner, skwadri tal-mewt Ċeċeni, istituzzjonijiet kulturali, u, f’xi każijiet, strutturi affiljati mal-Knisja Ortodossa Russa biex iwettqu r-repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-Belarussja twettaq ir-repressjoni tranżnazzjonali fuq skala allarmanti, inkluż fit-territorju tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ vjolenza fiżika, l-abbuż tal-mekkaniżmi tal-Interpol, iċ-ċaħda ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ, prattiki konsulari koerċittivi, ritorni furzati, sekwestri tal-assi u intimidazzjoni; billi l-Belarussja tuża s-sistema tal-avviż l-aħmar tal-Interpol biex timmira lejn l-avversarji politiċi fl-eżilju, u timmira lejn id-dijaspora u d-dissidenti, inklużi dawk li jirrisjedu fl-UE, permezz ta’ każijiet kriminali, proċessi speċjali <STRING ITALIC="on">in absentia </STRING>u koerċizzjoni bi prokura;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi ċ-Ċina topera l-aktar kampanja komprensiva u sistematika tar-repressjoni tranżnazzjonali fid-dinja, appoġġjata minn infrastruttura extraterritorjali estensiva, li tinkludi entitajiet allinjati mal-Istat, stazzjonijiet tas-servizz tal-pulizija barranin, dijaspora, organizzazzjonijiet akkademiċi u tal-istudenti, mezzi tal-media u networks diġitali, użati biex jidentifikaw, jimmonitorjaw, jintimidaw u jisfurzaw individwi fi ħdan il-komunitajiet tad-dijaspora u l-assoċjati tagħhom, permezz ta’ sorveljanza, fastidju, pressjoni legali u finanzjarja, abbuż tal-mekkaniżmi tal-Interpol, ritorni furzati u intimidazzjoni tal-familja; billi ċ-Ċina tuża miżuri koerċittivi kontra individwi u entitajiet Ewropej; billi rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jindikaw li ċ-Ċina topera għases tal-pulizija sigrieti u atturi intermedjarji fit-territorju Ewropew mingħajr bażi legali, li jippermettu sorveljanza u ritorni koerċittivi, inkluż permezz ta’ theddid kontra qraba u, f’xi każijiet, ħtif; billi l-awtoritajiet Ċiniżi jeżerċitaw pressjoni fuq l-akkademiċi biex iwaqqfu r-riċerka meqjusa sensittiva, inkluż dwar il-ktajjen tal-provvista u l-prattiki tax-xogħol furzat, jew dwar it-Tibet u t-Tajwan, u jimmiraw lejn l-artisti billi jagħmlu minn kollox biex jitħassru avvenimenti relatati mat-Tajwan; billi ċ-Ċina hija esportatur ewlieni ta’ sistemi ta’ sorveljanza, software ta’ spjunaġġ u għodod tal-pulizija mmexxija mid-data, li jintużaw minn reġimi awtoritarji oħra biex jimmonitorjaw u jintimidaw il-komunitajiet tad-dijaspora tagħhom stess barra mill-pajjiż; billi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-2020 ta’ Hong Kong u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali tal-2024 jasserixxu ġuriżdizzjoni ekstraterritorjali u ntużaw biex jitwettaq ir-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż billi jimmiraw lill-politiċi Ewropej b’theddid ta’ prosekuzzjoni u estradizzjoni, u joħorġu mandati ta’ arrest u premji kontra attivisti u akkademiċi li jirrisjedu fl-UE; billi l-arranġamenti ta’ estradizzjoni tal-UE maċ-Ċina u Hong Kong iqajmu tħassib serju;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-Iran għandu rekord fit-tul li jsegwi avversarji perċepiti barra mill-pajjiż u jwettaq repressjoni tranżnazzjonali fl-UE, b’operazzjonijiet diretti lejn l-ogħla livelli ta’ awtorità tal-Istat u eżegwiti mill-Ministeru tal-Intelligence u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, inkluża l-Forza Quds tiegħu, bl-użu ta’ tattiċi bħal qtil, ħtif, għajbien furzat, theddid kredibbli ta’ vjolenza, repressjoni tranżnazzjonali diġitali u esternalizzazzjoni tar-repressjoni lil gruppi tal-kriminalità organizzata u intermedjarji oħra, inkluż permezz ta’ intimidazzjoni ta’ ġurnalisti u dissidenti, sorveljanza ċibernetika, koerċizzjoni ta’ qraba fl-Iran u komplotti dokumentati ta’ qtil u ħtif kontra personalitajiet tal-oppożizzjoni fit-territorju Ewropew; billi dawn l-azzjonijiet jheddu s-sigurtà pubblika u jiksru d-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi r-reġim globali ta’ sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) jipprovdi strument importanti biex jiġu mmirati individwi u entitajiet responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, inklużi dawk involuti f’atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali; billi l-użu effettiv u konsistenti tiegħu jista’ jikkontribwixxi għad-deterrenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-UE bħalissa ma għandhiex definizzjoni komuni, mekkaniżmi komprensivi għall-ġbir tad-data u approċċ istituzzjonali koordinat u sħiħ tal-UE għall-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali; billi dawn huma nieqsa wkoll barra mill-UE, u dan joħloq sfidi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-risponsi ta’ politika effettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi ħafna forom ta’ repressjoni tranżnazzjonali rarament jinqabdu fl-istatistika uffiċjali minħabba n-natura moħbija tagħhom; billi r-repressjoni tranżnazzjonali hija sottorappurtata b’mod sinifikanti, inkluż fl-UE, peress li l-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali spiss jibżgħu minn ritaljazzjoni kontra membri tal-familja jew awtoritajiet ta’ sfiduċja minħabba esperjenzi preċedenti f’kuntesti awtoritarji; billi ostakli addizzjonali għar-rappurtar jinkludu nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk amministrattivi, in-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar aċċessibbli u infurmati dwar it-trawma, l-ostakli lingwistiċi u l-impatt psikoloġiku kumulattiv tal-intimidazzjoni, tas-sorveljanza u tal-fastidju sostnuti; billi ħafna vittmi tar-repressjoni tranżnazzjonali joqogħdu lura wkoll milli jirrapportaw każijiet ta’ abbuż minħabba l-ineffiċjenza tal-infurzar tal-liġi lokali jew il-biża’ li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar; billi dan in-nuqqas ta’ rappurtar strutturali jirriżulta f’diskrepanza persistenti fil-protezzjoni għall-vittmi u l-komunitajiet fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali, jimmina t-tfassil tal-politika u l-obbligu ta’ rendikont ibbażati fuq l-evidenza, u b’hekk jikkontribwixxi għall-użu kontinwu tar-repressjoni tranżnazzjonali minn Stati awturi b’riskju limitat ta’ esponiment jew konsegwenzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi ħafna pajjiżi ospitanti tal-UE jonqsu milli jindirizzaw u jaqbdu r-repressjoni tranżnazzjonali taħt il-limitu kriminali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-proposta attwali għat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija ma tinkludi l-ebda referenza għar-repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istabbiliment ta’ fehim komuni tal-UE tar-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING>
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li r-repressjoni tranżnazzjonali tikkostitwixxi theddida serja u dejjem tikber għad-demokrazija, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u forma ta’ ndħil barrani, li jimminaw il-governanza demokratika, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u s-sovranità u s-sigurtà tal-Istati ospitanti u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni li jirrisjedu fit-territorju tagħhom; jissottolinja li dawn ix-xejriet aktarx li jintensifikaw minħabba l-erożjoni tan-normi internazzjonali u l-bidla teknoloġika rapida, li qed tnaqqas ukoll l-ispiża tat-twettiq ta’ tali azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-atti tar-repressjoni tranżnazzjonali u l-indħil barrani, inklużi dawk imwettqa fl-Istati Membri tal-UE, bl-aktar mod qawwi possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li r-repressjoni tranżnazzjonali tikkostitwixxi prattika inaċċettabbli u illegali, primarjament eżerċitata minn reġimi awtoritarji, u jimpenjaw ruħhom għal approċċ ta’ tolleranza żero, li jirrikjedi azzjoni deċiżiva, koordinata u komprensiva lejn kwalunkwe forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali li sseħħ fit-territorju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tar-repressjoni tranżnazzjonali jikkontribwixxi għas-sottorappurtar, jillimita r-reazzjonijiet ta’ politika effettivi u jxekkel l-użu ta’ għodod ta’ obbligu ta’ rendikont, inklużi mekkaniżmi ta’ sanzjonijiet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jadottaw definizzjoni komuni tal-UE tar-repressjoni tranżnazzjonali bbażata fuq id-definizzjoni stabbilita f’dan ir-rapport u f’rapporti preċedenti tal-Parlament u jintegraw din id-definizzjoni b’mod sistematiku fil-politiki u l-istrumenti kollha tal-UE, inkluż fl-azzjoni esterna, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-politika diġitali, ir-regolamentazzjoni finanzjarja u l-oqfsa ta’ sanzjonijiet, sabiex jiġi evitat li l-oqfsa legali u amministrattivi tal-UE jintużaw ħażin għal skopijiet repressivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkodifikaw ir-repressjoni tranżnazzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddefinixxi r-repressjoni tranżnazzjonali bħala atti intenzjonati jew theddid imwettaq mill-Istati, inklużi reġimi repressivi jew awtoritarji, entitajiet affiljati mal-Istat jew entitajiet soġġetti għall-influwenza ta’ Stat jew tal-intermedjarji tiegħu jew pressjoni mill-Istat jew mill-intermedjarji tiegħu, bil-għan li jiddefendu u javvanzaw l-interessi tagħhom billi jaslu lil hinn mill-fruntieri biex jintimidaw, jheddu, isikktu, jisfurzaw, jikkontrollaw jew jagħmlu ħsara bi kwalunkwe mod ieħor lil individwi jew gruppi li jgħixu barra mill-pajjiż, jew lin-networks ta’ appoġġ u lill-membri tal-familja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-miri tar-repressjoni tranżnazzjonali jinkludu firxa wiesgħa ta’ individwi u gruppi, li jinkludu, fost l-oħrajn, dissidenti, ġurnalisti, attivisti, akkademiċi u membri tad-dijaspora u l-familji tagħhom; jirrikonoxxi li r-repressjoni tranżnazzjonali testendi lil hinn mid-dijaspori u hija mmirata wkoll lejn organizzazzjonijiet u persuni li jiddefendu jew jassistu lill-vittmi, inklużi dawk mingħajr ebda konnessjoni nazzjonali mal-Istat awtur tar-reat; jesprimi tħassib serju dwar it-tiċkin tal-ispazju ċiviku u t-trażżin tal-komunitajiet eżiljati, li l-ilħna tagħhom huma strumentali biex jiġu dokumentati s-sitwazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-abbuż tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jissottolinja li r-repressjoni tranżnazzjonali tinkludi firxa wiesgħa ta’ prattiki koerċittivi li qed jespandu b’mod kostanti, inkluż iżda mhux limitat għal:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>repressjoni tranżnazzjonali fiżika, bħal qtil immirat, ħtif, vjolenza, ritorni furzati, għajbien furzat, deportazzjonijiet, u attakki fuq proprjetà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>abbuż legali u amministrattiv — inkluż l-użu ħażin ta’ servizzi konsulari, estradizzjoni u proċeduri ta’ assistenza legali reċiproka — prosekuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING>, abbuż ta’ sistemi ta’ avviżi internazzjonali, iffriżar tal-assi u restrizzjoni tal-aċċess għal servizzi bankarji u finanzjarji, akkużi kriminali mingħajr bażi, prosekuzzjoni selettiva, ċaħda ta’ permessi, liċenzji, jew approvazzjonijiet mingħajr raġuni valida, jew multi jew penali arbitrarji;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>metodi koerċittivi mhux fiżiċi, bħas-sorveljanza diġitali, it-theddid, l-intimidazzjoni, il-fastidju diġitali, l-użu ħażin ta’ teknoloġiji ta’ software ta’ spjunaġġ, il-hacking, ir-rikatt, l-akkużi ta’ terroriżmu jew l-imminar tas-sigurtà tal-Istat, il-fastidju ta’ qraba u l-koerċizzjoni bi prokura — inkluż permezz ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsulari, networks tal-kriminalità organizzata, atturi privati, jew entitajiet allinjati mal-Istat u affiljati mal-Istat li joperaw barra mill-pajjiż;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-Istati Membri bħalissa huma affettwati mir-repressjoni tranżnazzjonali fi gradi differenti u juru livelli differenti ta’ għarfien, ta’ tħejjija istituzzjonali u ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni; jisħaq, madankollu, li peress li l-awturi joperaw bejn il-fruntieri u jisfruttaw id-diverġenzi bejn is-sistemi nazzjonali, ir-repressjoni tranżnazzjonali ma tistax tiġi indirizzata b’mod effettiv permezz ta’ risponsi nazzjonali iżolati, u għalhekk tirrikjedi l-involviment u t-tħejjija tal-Istati Membri kollha, fi ħdan qafas koordinat tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-koordinazzjoni, il-ġbir tad-data u r-rispons istituzzjonali tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li r-repressjoni tranżnazzjonali hija sottorappurtata b’mod sinifikanti, minkejja li l-ġbir ta’ data affidabbli huwa essenzjali biex wieħed jifhem l-iskala tagħha; jinnota li l-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali jistgħu joqogħdu lura milli jirrappurtaw inċidenti minħabba li jkunu jibżgħu minn ritaljazzjoni kontra membri tal-familja tagħhom, ma jkunux jafdaw lill-awtoritajiet minħabba esperjenzi f’pajjiżi awtoritarji jew ikunu jiffaċċjaw ostakli lingwistiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), f’kooperazzjoni mal-korpi rilevanti tal-UE inkluża l-Europol, jistabbilixxu mekkaniżmu tal-UE għall-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali, li jkopri inċidenti fl-UE u globalment, li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-partijiet ikkonċernati jagħtu kontribut, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw biex jiżviluppaw, jirfinaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar il-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm metodoloġiji kondiviżi u li tiġi żgurata l-kooperazzjoni f’dan il-qasam ma’ sħab tal-istess fehma; jisħaq li l-kanali ta’ rappurtar għandhom ikunu multilingwi u infurmati dwar it-trawma, filwaqt li jiżguraw protezzjoni u kunfidenzjalità robusti tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-atti kriminali u mhux kriminali li għandhom komponent ta’ repressjoni tranżnazzjonali jiġu rreġistrati b’mod konsistenti bħala tali madwar l-UE, u li l-awtoritajiet rilevanti jkunu attrezzati biex jidentifikaw id-dimensjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kriptaġġ b’saħħtu u salvagwardji stretti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni kondiviża permezz ta’ dawn il-kanali ma tkunx tista’ tiġi interċettata, użata ħażin jew aċċessata minn atturi mhux awtorizzati, u li l-vittmi ma jkunux esposti għal aktar ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li r-rapporti li jaslu permezz ta’ dawn il-kanali għandhom jiġu vvalutati malajr u, fejn xieraq, segwiti minn azzjoni konkreta mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi investigazzjonijiet u sforzi biex jiġu identifikati rabtiet possibbli ma’ atturi tal-intelligence barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-dokumentazzjoni tal-aktar forom moħbija ta’ repressjoni tranżnazzjonali – inklużi s-sorveljanza diġitali, ir-repressjoni finanzjarja, il-fastidju amministrattiv, u l-koerċizzjoni bi prokura; jenfasizza li l-ġbir tad-data attwali dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali għadu primarjament ibbażat fuq sorsi mhux governattivi, li ħafna minnhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet severi ta’ finanzjament, u dan iżid l-urġenza għall-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE; itenni l-ħtieġa li jiġu appoġġjati s-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti, l-informaturi u oħrajn li jikxfu mekkaniżmi u każijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali, li spiss jesponuhom għal riskji personali għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżommu kuntatt mill-qrib mad-dijaspori l-aktar suxxettibbli għar-repressjoni tranżnazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida u rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jipproteġu l-gruppi f’riskju fl-eżilju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ speċjalizzat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, ġudizzjarji, finanzjarji, taċ-ċibersigurtà, tal-immigrazzjoni u tal-ażil dwar l-identifikazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali u r-rispons għal tali repressjoni; jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-komunitajiet affettwati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dan it-taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ qafas komprensiv biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tar-risponsi nazzjonali u jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi u djalogu politiku strutturat sabiex jiġi żgurat rispons konsistenti u effettiv tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaħtru punti ta’ kuntatt nazzjonali dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali bil-kompitu li jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw skambju regolari bejn l-Istati Membri permezz ta’ network ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt nazzjonali dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali, li jippermettilhom jikkondividu l-esperjenzi, ix-xejriet, il-prattiki tajbin u t-tagħlimiet meħuda; jitlob li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jiġu mistiedna regolarment għal-laqgħat taċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw rappurtar sistematiku dwar l-iżviluppi fil-livell nazzjonali lill-Kummissjoni u jsaħħu l-koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali bil-ħsieb li d-dimensjoni transfruntiera tar-repressjoni tranżnazzjonali tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jippubblikaw rapport pubbliku annwali dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali li jaffettwa lill-UE, li jivvaluta x-xejriet, it-tendenzi u r-riskji emerġenti, inklużi l-forom sottorappurtati bħas-sorveljanza diġitali, ir-repressjoni finanzjarja, il-fastidju amministrattiv, u l-koerċizzjoni bi prokura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta biex taġġorna l-mandati tal-Europol u tal-Eurojust bil-għan li jkunu jistgħu jiġġieldu r-repressjoni tranżnazzjonali b’mod aktar effettiv; jistieden lill-Europol u lill-Eurojust jipprijoritizzaw il-kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali u jiżguraw kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni, inkluż permezz ta’ taħriġ speċifiku, kif ukoll valutazzjonijiet immirati tat-theddid tar-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lis-SEAE jsaħħu l-koordinazzjoni fi ħdan l-istrumenti eżistenti tal-politika barranija tal-UE sabiex jiġġieldu r-repressjoni tranżnazzjonali b’mod aktar effettiv, inkluż billi jirrinfurzaw il-preżenza tal-UE fil-pajjiżi mhux tal-UE u billi jsaħħu l-punti fokali fid-delegazzjonijiet tal-UE biex iqajmu l-każijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali fil-pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jaħtar koordinatur għall-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali, li jkun jista’ jservi bħala punt ta’ kuntatt ċentrali u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġija globali tal-UE dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali; iqis li dan il-koordinatur għandu jkun involut fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika u jikkomplementaha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li l-miżuri kollha ta’ ġbir tad-data, ta’ appoġġ għall-vittmi u ta’ protezzjoni u l-mekkaniżmi l-oħra kollha maħsuba biex jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali għandhom iqisu r-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw il-minoranzi razzjali, etniċi u reliġjużi, u l-persuni LGBTIQ+, u għandhom ikunu kulturalment kompetenti u jikkunsidraw b’mod sistematiku l-impatti skont il-ġeneru u l-vulnerabbiltajiet intersezzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-protezzjoni u l-appoġġ għall-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal approċċ komprensiv, iċċentrat fuq il-vittmi u intersezzjonali lejn il-protezzjoni u l-appoġġ għall-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali, li jikkombina miżuri ta’ protezzjoni immedjati u fit-tul, u appoġġ imfassal apposta għall-persuni f’riskju ogħla; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri ta’ protezzjoni sensittivi għall-ġeneru għan-nisa u għall-komunitajiet LGBTIQ+ affettwati mir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza l-ħtiġijiet ta’ prevenzjoni, protezzjoni, stabbilizzazzjoni, obbligu ta’ rendikont u deterrenza, u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti fil-protezzjoni, inkluż l-aċċess għall-assistenza legali u amministrattiva, u l-appoġġ psikosoċjali; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati kapaċitajiet ta’ rispons rapidu fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-konsegwenzi psikoloġiċi, soċjali u ta’ sigurtà serji tar-repressjoni tranżnazzjonali għall-vittmi u l-familji tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-ħsara psikosoċjali bħala karatteristika integrali tar-repressjoni tranżnazzjonali u jiżguraw aċċess għal appoġġ ta’ saħħa mentali multilingwi u infurmat dwar it-trawma; ifakkar, f’dak ir-rigward, fil-konsegwenzi u l-piż psikoloġiku kkaġunati minn kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) fuq il-ġurnalisti jew il-pressjoni legali fuq l-akkademiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-abbuż tas-sistemi legali bħala forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali u jiżguraw li l-vittmi tar-repressjoni tranżnazzjonali jkollhom aċċess għal assistenza legali speċjalizzata, kif ukoll għal rimedji u riparazzjonijiet effettivi, proporzjonati u infurzabbli, inkluż li l-awturi jikkumpensaw u jirrimborżaw l-ispejjeż legali li jirriżultaw minn proċedimenti abbużivi jew vessatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ immirat li jippermetti lill-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet professjonali u ċiviċi tagħhom, u jiżguraw protezzjoni effettiva u f’waqtha għal dawk li jagħżlu li jiddokumentaw jew jirrappurtaw l-abbużi pubblikament; jilqa’, f’dan ir-rigward, id-Direttiva tal-UE kontra s-SLAPPs<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; huwa tal-fehma li għandhom jittieħdu miżuri simili biex il-libertà akkademika tiġi protetta minn pressjoni esterna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà jistabbilixxu kuntatti sostnuti u kanali ta’ komunikazzjoni fdati mal-komunitajiet affettwati mir-repressjoni tranżnazzjonali u l-istrutturi ta’ kollegament komunitarji, sabiex titqajjem kuxjenza, jiġi ffaċilitat ir-rappurtar sikur u jittejjeb il-fehim tax-xejriet jevolvu tar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluża mġiba li tibqa’ taħt il-limiti kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu u jappoġġjaw lill-individwi u lill-komunitajiet affettwati bħala fornituri ewlenin tal-ewwel rispons; jirrikonoxxi r-rwol tal-ġurnalisti eżiljati bħala alleati ewlenin fil-ġlieda kontra l-propaganda awtoritarja u kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin; jistieden lill-Kummissjoni toperazzjonalizza l-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili, u jinkoraġġixxi kooperazzjoni u kondiviżjoni ta’ informazzjoni aħjar bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jaġġorna l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali b’mod espliċitu, inklużi l-protezzjoni u l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-eżilju u l-komunitajiet tad-dijaspora;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament prevedibbli għal tali appoġġ għall-vittmi, inkluż fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI), il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) u Orizzont Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni ta’ forom speċifiċi ta’ repressjoni tranżnazzjonali u r-rispons għalihom</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Repressjoni tranżnazzjonali fiżika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda jew jadattaw dawk eżistenti biex jindirizzaw in-natura transfruntiera tar-repressjoni tranżnazzjonali fiżika, inklużi s-sorveljanza, il-koerċizzjoni, l-attakki, u t-tentattivi ta’ ħtif, biex jiżguraw li tali atti jiġu identifikati, investigati u ttrattati b’mod sistematiku bħala repressjoni marbuta mal-Istat aktar milli bħala reati kriminali iżolati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Repressjoni tranżnazzjonali diġitali u ffaċilitata mit-teknoloġija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu, jipprevjenu u jiġġieldu l-forom diġitali tar-repressjoni tranżnazzjonali bħaċ-ċensura, id-diżinformazzjoni, il-kampanji ta’ malafama, u l-fastidju u l-intimidazzjoni online, aġevolati minn mekkaniżmi ffaċilitati mill-pjattaformi online, fosthom sistemi ta’ rakkomandazzjoni bbażati fuq l-involviment, kontijiet foloz u networks tal-bots; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta l-isfida speċifika tar-repressjoni tranżnazzjonali diġitali abbażi tal-ġeneru u l-konsegwenzi partikolari ta’ repressjoni ta’ dan it-tip għan-nisa fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu r-repressjoni tranżnazzjonali fl-infurzar tal-qafas eżistenti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, inkluż l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, l-Att dwar l-IA<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u r-Regolament dwar l-Użu Doppju<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, biex jiżguraw infurzar robust, kontrolli stretti tal-esportazzjoni, u mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-pjattaformi diġitali jieħdu azzjoni effettiva biex jimmitigaw u jindirizzaw it-theddid tar-repressjoni tranżnazzjonali diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-repressjoni tranżnazzjonali diġitali tissodisfax il-kriterji biex tiġi inkluża fl-attivitajiet li għandhom effetti negattivi fuq id-“drittijiet fundamentali” kif definiti mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt tar-repressjoni tranżnazzjonali fir-reviżjonijiet li ġejjin tal-linji gwida relatati mal-miżuri ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni applikabbli għall-pjattaformi online kbar ħafna, inkluż billi tinvestiga r-riskji sistemiċi maħluqa minn pjattaformi bħal WeChat u TikTok;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-użu tal-IA minn pajjiżi mhux tal-UE u mill-intermedjarji tagħhom bħala għodda tar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż permezz ta’ sorveljanza diġitali ffaċilitata mill-IA, l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ, attakki ta’ phishing u hacking, doxxing, fastidju online awtomatizzat u kampanji kkoordinati ta’ diżinformazzjoni fuq il-media soċjali; jistieden lill-Uffiċċju għall-IA tal-Kummissjoni jkompli jivvaluta l-impatt tal-IA fuq ir-repressjoni tranżnazzjonali u jipproponi salvagwardji konkreti biex jipprevjeni l-użu ħażin tas-sistemi tal-IA b’modi li jippermettu s-sorveljanza, il-koerċizzjoni jew ir-repressjoni bejn il-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza li d-dritt għal komunikazzjoni sigura u privata huwa fundamentali; jikkundanna bil-qawwa l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ u ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza minn pajjiżi mhux tal-UE u l-intermedjarji tagħhom kontra individwi fl-UE; jinnota bi tħassib każijiet dokumentati li jinvolvu kumpaniji privati li jiżviluppaw u jesportaw software ta’ spjunaġġ avvanzat u għodod ta’ sorveljanza diġitali użati biex titwettaq ir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifakkar fir-rapport tal-Kumitat PEGA tiegħu (Kumitat ta’ Inkjesta biex Jinvestiga l-Użu tal-Pegasus u ta’ Software ta’ Spjunaġġ għas-Sorveljanza Ekwivalenti), li kien fih rakkomandazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-użu illegali ta’ software ta’ spjunaġġ, b’mod partikolari software ta’ spjunaġġ intrużiv; jiddeplora li l-Kummissjoni, sal-ġurnata tal-lum, għadha ma ħaditx ir-rakkomandazzjonijiet inkonsiderazzjoni, minkejja li l-problemi jippersistu; jistieden, f’dak il-kuntest, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat PEGA tal-Parlament, u jsaħħu s-salvagwardji kontra l-proliferazzjoni u l-abbuż ta’ software ta’ spjunaġġ, u jiġġieldu n-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali permezz ta’ infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE bħad-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-regoli dwar l-akkwist, u r-Regolament dwar l-Użu Doppju; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw sorveljanza stretta tas-swieq tas-software ta’ spjunaġġ u mekkaniżmi effettivi ta’ obbligu ta’ rendikont u l-kriminalizzazzjoni tal-ġbir illegali ta’ data mwettaq f’isem Stati barranin bi ksur tad-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jitlob li l-kumpaniji tat-teknoloġija u atturi privati oħra jinżammu responsabbli meta jiffaċilitaw ir-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż billi jonqsu milli jimmitigaw ir-riskji għad-drittijiet fundamentali tal-individwi li jirrisjedu fl-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ dawn l-apps għal sorveljanza sponsorjata mill-Istat, iċ-ċensura tad-diskors politiku, u l-faċilitazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali kontra l-komunitajiet tad-dijaspora; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix japplikaw moderazzjoni tal-kontenut ibbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lil dawn il-pjattaformi jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rispons rapidu għall-individwi f’riskju, inklużi kanali ta’ rappurtar prijoritarji, rieżami mill-bniedem f’waqtu, salvagwardji kontra t-tneħħija arbitrarja tal-kontenut, u risponsi effettivi għad-doxxing, ħtif ta’ kontijiet u fastidju online kkoordinat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Koerċizzjoni bi prokura u repressjoni bbażata fuq il-familja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rappreżalji kontra l-membri tal-familja ta’ individwi eżiljati, kemm jekk iseħħu fl-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, bħala forma distinta u serja ta’ repressjoni tranżnazzjonali; jitlob li l-intimidazzjoni mmirata lejn il-familja, id-detenzjoni, il-konfiska tal-proprjetà, il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u prattiki simili jiġu indirizzati b’mod sistematiku fi ħdan l-oqfsa ta’ monitoraġġ, sanzjonijiet u rispons diplomatiku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li r-riunifikazzjoni tal-familja u perkorsi protettivi oħra jnaqqsu l-esponiment għall-koerċizzjoni bi prokura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tal-istrutturi li jippermettu r-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw, jivvalutaw u jimmitigaw il-vulnerabbiltajiet strutturali fis-sistemi amministrattivi, legali u finanzjarji nazzjonali u tal-UE li jistgħu jiġu sfruttati għar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż fis-servizzi konsulari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jevitaw ir-riskju li l-istrutturi tagħhom jiġu abbużati mill-awturi tar-repressjoni tranżnazzjonali, li jistgħu jinkludu l-introduzzjoni ta’ salvagwardji konxji mir-riskju, proċeduri alternattivi fejn meħtieġ, u sorveljanza msaħħa tal-infrastruttura legali, amministrattiva u finanzjarja, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, skemi ta’ residenza b’investiment u oqfsa kontra l-ħasil tal-flus, sabiex jiġi evitat l-użu ħażin mill-awturi u jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jivverifikaw b’mod rigoruż – u fejn xieraq jirrevokaw – permessi ta’ residenza marbuta mal-investiment u arranġamenti simili ta’ “viżi tad-deheb” għal persuni marbuta b’mod kredibbli ma’ reġimi jew networks magħrufa li jinvolvu ruħhom fir-repressjoni tranżnazzjonali, sabiex jimpedixxu lill-awturi u lill-faċilitaturi milli jiksbu drittijiet ta’ residenza tal-UE li jaġevolaw l-attività illeċita;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Abbuż tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jibqgħu viġilanti u jiċħdu, jiddokumentaw u jirrappurtaw talbiet informali, koerċittivi jew ekstralegali minn awtoritajiet barranin biex jissorveljaw, jarrestaw, jirrestrinġu, jintimidaw jew jestradixxu lil persuni eżiljati jew lil membri tal-komunitajiet tad-dijaspora, inkluż meta tali talbiet jintbagħtu permezz ta’ mezzi diplomatiċi; jappella, f’dan il-kuntest, għal skrutinju msaħħaħ– li jinvolvi persuni f’riskju ta’ repressjoni tranżnazzjonali; jistieden ukoll lill-Istati Membri jżommu lura milli jestradixxu lill-vittmi jew lill-vittmi potenzjali tar-repressjoni tranżnazzjonali u jiżguraw il-protezzjoni tagħhom fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet rilevanti oħra li jirċievu d-data tal-Interpol u li jimplimentaw ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali ma’ pajjiżi suspettati b’repressjoni tranżnazzjonali jkunu mħarrġa kif xieraq biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta’ abbuż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li, biex jiġi indirizzat ir-rikors abbużiv għall-Interpol, jeħtieġ li jiġi affermat fil-liġi nazzjonali u fil-gwida operazzjonali li l-avviżi u d-diffużjonijiet tal-Interpol mhumiex soġġetti għall-istess skrutinju bħall-mandati ta’ arrest qabel ma jinħarġu u ma għandhomx jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-mandati ta’ arrest; jisħaq li l-kundizzjonijiet u l-valutazzjonijiet għall-miżuri korrettivi tal-Interpol għandhom jiġu rieżaminati fil-kuntest tal-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ appell fil-livell tal-UE għall-avviżi ħomor abbużivi tal-Interpol, tikkunsidra li tissospendi l-kooperazzjoni f’każijiet fejn jeżisti tħassib dwar proċess dovut jew jintużaw verdetti <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING>, u żżomm ir-rikonoxximent jew l-assistenza għal talbiet li joriġinaw minn Stati awturi sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-indipendenza ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinsistu fi ħdan l-Interpol biex, kull sena, tiġi ppubblikata statistika dettaljata għal kull tip ta’ avviż u diffużjoni, imqassma skont l-Istat emittenti u li tindika l-għadd u r-raġunijiet għall-approvazzjonijiet, iċ-ċaħdiet u s-soppressjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti riformi u riżorsi adegwati biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet fit-tul li jipprevjenu avviżi ħomor u ordnijiet ta’ diffużjoni għall-arrest li jkunu politikament motivati, inkluż l-iffissar ta’ parametri referenzjarji li jipprevjenu l-użu ħażin tas-sistema tal-avviżi tal-Interpol u skrutinju msaħħaħ tal-gvernijiet b’rekord batut f’termini ta’ drittijiet tal-bniedem jew ta’ repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Strumenti finanzjarji u amministrattivi ta’ repressjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lir-regolaturi finanzjarji tal-UE u lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti jirrikonoxxu li l-konformità mal-oqfsa tal-AML/CFT u taċ-ċibersigurtà tal-FATF tista’ tintuża ħażin bħala għodda għar-repressjoni tranżnazzjonali biex jitqiegħdu fil-mira s-soċjetà ċivili u d-donaturi tagħhom, il-ġurnalisti u l-komunitajiet tad-dijaspora, in-nies tan-negozju u l-entitajiet u s-soċji tagħhom, kif ukoll individwi partikolari; jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-ġudikaturi tal-Istati Membri jikkooperaw mar-regolaturi finanzjarji biex jgħinu ħalli jipprevjenu u jindirizzaw l-abbużi tas-sistemi finanzjarji u tal-bażijiet tad-data tal-ivvjaġġar użati biex jiffaċilitaw ir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lir-regolaturi finanzjarji tal-UE, inkluża l-AMLA, jiżviluppaw salvagwardji biex jipprevjenu tali manipulazzjoni, inklużi verifiki ta’ ffriżar minn qabel, u miżuri xierqa ta’ skrinjar u ta’ protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lir-regolaturi finanzjarji tal-UE jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ dritt għall-kumpens iċċentrati fuq il-vittmi biex jirrimedjaw il-manipulazzjoni finanzjarja u l-ħsara fit-tul, inklużi mekkaniżmi ta’ korrezzjoni pubblika; jappella għal aktar koordinazzjoni bejn ir-regolaturi finanzjarji, l-entitajiet u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti mal-korpi rilevanti tal-UE li jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi li jiżguraw li l-individwi li jinsabu f’riskju kredibbli ta’ repressjoni tranżnazzjonali jkollhom aċċess garantit għal servizzi bankarji bażiċi, kif ukoll mekkaniżmi ta’ likwidità jew ta’ kontinwità finanzjarja ta’ emerġenza f’każ li r-repressjoni tirriżulta fl-iffriżar f’daqqa tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja jidentifikaw u janalizzaw b’mod sistematiku x-xejriet finanzjarji marbuta mar-repressjoni tranżnazzjonali u jirrappurtaw is-sejbiet rilevanti liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali fil-livell nazzjonali u tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ speċjalizzat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, ġudizzjarji, finanzjarji u taċ-ċibersigurtà dwar l-identifikazzjoni ta’ xejriet finanzjarji marbuta mar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż l-użu ħażin tal-istrumenti tal-FATF u tal-Interpol u tal-għodod tal-bażi tad-data tal-ivvjaġġar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu gwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jiżguraw li r-regolaturi finanzjarji nazzjonali tagħhom ikollhom il-mandat li jikkondividu d-data disponibbli għalihom mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-ġudikaturi, u jistabbilixxu mekkaniżmu nazzjonali effettiv għall-ilmenti u r-rieżami;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-protezzjoni tas-servizzi tal-ażil u tal-migrazzjoni u tas-servizzi konsulari biex ma jiġux abbużati mill-awturi tar-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza ċ-ċaħda tas-servizzi konsulari bħala forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali li tista’ tkun marbuta mal-intimidazzjoni, mas-sorveljanza jew mal-koerċizzjoni; jikkundanna l-użu tal-kontrolli tal-mobbiltà mill-Istati awturi, inklużi r-revoka tal-passaporti, iċ-ċaħda tas-servizzi konsulari u restrizzjonijiet oħra fuq il-moviment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida uffiċjali dwar il-ġlieda kontra l-koerċizzjoni konsulari, li jiżguraw li l-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali ma jkollhomx bżonn iżuru l-ambaxxati jew il-konsulati nazzjonali tagħhom barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikanti li huma vittmi tar-repressjoni tranżnazzjonali jiġu indirizzati kif xieraq; jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi l-oħra taż-żona Schengen jużaw il-Kodiċi u l-Manwal tal-UE dwar il-Viżi b’mod konsistenti u flessibbli biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni għall-persuni fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tad-deterrenza u tal-obbligu ta’ rendikont</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied l-ispiża tar-repressjoni tranżnazzjonali u li tissaħħaħ id-deterrenza, inkluż permezz ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi tal-awturi u l-tal-faċilitaturi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu responsabbiltà legali ċara għall-individwi u l-entitajiet li konxjament jiffaċilitaw atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali jew japprofittaw minn tali atti f’isem Stati barranin; jappella, barra minn hekk, għall-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi ta’ diliġenza dovuta korporattiva fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż skont id-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva; jemmen li miżura adegwata għall-ġlieda kontra l-fenomenu dejjem jikber tar-repressjoni tranżnazzjonali mwettqa minn reġimi awtoritarji fil-konfront ta’ individwi li jirrisjedu fl-UE hija billi jintwera li l-UE tista’ tkun forza deterrenti; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE tkompli żżid il-kapaċitajiet ta’ difiża tagħha stess u tnaqqas id-dipendenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri preventivi u ta’ obbligu ta’ rendikont, inkluż billi jivverrifikaw lid-diplomatiċi, lill-persunal uffiċjali tal-pajjiżi involuti, lill-interpreti, lir-rappreżentanti tal-lobbisti u lil atturi rilevanti oħra għall-involviment fir-repressjoni tranżnazzjonali qabel jakkreditawhom, u jimponu miżuri xierqa – inklużi t-tkeċċijiet, il-projbizzjonijiet fuq id-dħul jew is-sospensjoni tal-akkreditazzjoni – kontra individwi responsabbli għal tali atti; jistieden ukoll lill-Istati Membri jikkondividu informazzjoni rilevanti mal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu l-akkreditazzjoni mill-ġdid jew l-abbuż kontinwu; jesprimi l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-riskji maħluqa mill-infiltrazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali fost il-gruppi tal-oppożizzjoni demokratika barra mill-pajjiż u li jittieħdu miżuri kollettivi koordinati għall-prevenzjoni ta’ tali attivitajiet u għall-ġlieda kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimmonitorjaw l-użu abbużiv ta’ mekkaniżmi ġudizzjarji jew tal-infurzar tal-liġi mill-Istat awtur jew minn atturi marbuta miegħu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, fuq evidenza suffiċjenti, jikkunsidraw li jimponu miżuri kawtelatorji fuq tali Stati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-oqfsa legali tagħhom jipprojbixxu l-indħil fid-drittijiet protetti skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż meta tali azzjonijiet jitwettqu f’isem setgħa barranija, u li dan l-involviment jitqies bħala fattur aggravanti fl-għoti ta’ sentenzi għal reati relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jeżamina l-possibbiltà li r-repressjoni tranżnazzjonali tiġi identifikata fil-qasam tal-kriminalità gravi ta’ dimensjoni transfruntiera f’konformità mal-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti regoli komuni tal-UE dwar id-definizzjonijiet u s-sanzjonijiet fejn xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tibda leġiżlazzjoni biex tarmonizza l-projbizzjoni ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza barranija fl-UE, b’mod partikolari dawk l-attivitajiet li jaqgħu taħt ir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-ġudikaturi jwettqu investigazzjoni u prosekuzzjoni fir-rigward ta’ atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali li jammontaw għal delitti kontra l-umanità skont l-Istatut ta’ Ruma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE, jintegraw ir-riskji tar-repressjoni tranżnazzjonali fl-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-gwida konsulari tal-UE, inkluż permezz ta’ konsulenti tal-ivvjaġġar immirati għal pajjiżi fejn evidenza kredibbli tindika li l-awtoritajiet tal-Istat jew intermedjarji tiegħu huma involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-individwi u l-entitajiet involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali jiġu kkunsidrati b’mod sistematiku għall-elenkar fl-ambitu tar-reġim globali ta’ sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), u jinkludu b’mod espliċitu r-repressjoni tranżnazzjonali bħala bażi għad-deżinjazzjoni fl-ambitu tar-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE li jmiss dwar il-kriminalità organizzata tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-investiment f’investigazzjonijiet forensiċi, finanzjarji u diġitali relatati mar-repressjoni tranżnazzjonali biex jidentifikaw, jattribwixxu u jiddokumentaw ir-repressjoni tranżnazzjonali, u jappoġġjaw il-proċedimenti legali mressqa mill-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investigazzjoni u liż-żarmar tan-networks tar-repressjoni tranżnazzjonali, inklużi l-atturi intermedjarji u r-rabtiet mal-kriminalità organizzata, permezz ta’ koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà u dawk ġudizzjarji u finanzjarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pożizzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala mexxejja globali fil-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jintegraw b’mod sistematiku l-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali fl-azzjoni esterna tal-UE, inklużi d-djalogi politiċi u d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-involviment mal-pajjiżi mhux tal-UE u mal-pajjiżi kandidati, u d-diplomazija pubblika, u jqajmu tħassib pubblikament; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, fil-ftehimiet internazzjonali u fl-oqfsa ta’ kooperazzjoni, jinkludu kundizzjonijiet li jipprevjenu l-abbuż ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni multilaterali u bilaterali f’materji kriminali għal finijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inkluża l-possibbiltà ta’ sospensjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqajmu każijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inkluża l-koerċizzjoni bi prokura u r-repressjoni bbażata fuq il-familja, fir-relazzjonijiet bilaterali mal-Istati awturi u jitolbu l-waqfien ta’ tali prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxuha b’mod espliċitu bħala theddida globali, jikkundannaw lill-awturi bil-qawwa u jindikaw l-appoġġ tal-UE għall-individwi fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jinkludi r-repressjoni tranżnazzjonali b’mod espliċitu fil-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u jiżgura li din tiġi indirizzata fir-rappurtar tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkunsidraw b’mod sistematiku r-riskji tar-repressjoni tranżnazzjonali huma u jħejju ftehimiet ta’ finanzjament, kooperazzjoni u sħubija ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi r-repressjoni tranżnazzjonali bħala kategorija fir-rapporti tagħha dwar l-istat tad-dritt u dwar it-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ir-repressjoni tranżnazzjonali prijorità fl-implimentazzjoni tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, speċjalment għaċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistieden lill-Presidenzi futuri tal-Kunsill jagħtu prijorità lir-repressjoni tranżnazzjonali fuq l-aġenda tal-UE, jiffaċilitaw l-iskambji tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri u jaħdmu favur komunikazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi approċċ koerenti tal-UE għall-ġlieda kontra r-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jsaħħu l-koordinazzjoni fil-livell tal-G7, tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż permezz ta’ impenn sostnut fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u appoġġ għall-ħidma tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob, barra minn hekk, li l-prattiki sistematiċi ta’ repressjoni tranżnazzjonali minn Stati awturi jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu evalwati l-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fil-korpi intergovernattivi u l-inizjattivi ta’ dawn il-pajjiżi fi ħdan tali korpi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha tikkoordina mill-qrib ma’ sħab tal-istess fehma, inkluż permezz ta’ skambji tal-aħjar prattika dwar il-leġiżlazzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi, l-attribuzzjoni u s-sanzjonijiet kontra networks ta’ intermedjarji;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>