<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0204</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tal-kummerċ fit-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0148/2026 - Rapporteur: Juan Ignacio Zoido Álvarez)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-rwol tal-kummerċ fit-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE (2025/2113(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar l-Iskrinjar tal-IDB),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (Att Ewropew dwar iċ-Ċipep)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1781/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2675 tat-22 ta’ Novembru 2023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2675, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2675/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att dwar il-Materja Prima Kritika) ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenzi tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-UE għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri (C(2023)6689),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/63 tal-15 ta’ Jannar 2025 dwar ir-rieżami tal-investimenti ’l barra f’oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/63, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/63/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/683 tat-8 ta’ April 2025 dwar il-koordinazzjoni tal-listi ta’ kontroll nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/683, 16.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/683/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tar-riċerka<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3510, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3510/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2024)0023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tisħiħ tad-disponibbiltà u s-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti mediċinali kritiċi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ prodotti mediċinali ta’ interess komuni u l-aċċessibbiltà tagħhom, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/795 (COM(2025)0102).
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2026 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/881 (Att 2 dwar iċ-Ċibersigurtà) (COM(2026) 0011),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2026 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-networks diġitali, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120, id-Direttiva 2002/58/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u li jħassar ir-Regolament (UE)2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (Att dwar in-Networks Diġitali) (COM(2026)0016),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023)0020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Diċembru 2025 bit-titolu “Insaħħu s-Sigurtà Ekonomika tal-UE” (JOIN(2025)0977),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a Market” (“Ħafna aktar milli Suq”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi tat-18 ta’ Lulju 2024 għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029 li jmiss,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness“ (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ittra ta’ Missjoni tas-17 ta’ Settembru 2024 mill-President tal-Kummissjoni lill-Kummissarju nnominat għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika u għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-Trasparenza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-lista ta’ mediċini kritiċi tal-Unjoni, stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet u n-nuqqasijiet fil-provvista ta’ prodotti mediċinali essenzjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni (COM(2024)0025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar l-Investimenti ’l Barra (COM(2024)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar għażliet għat-tisħiħ tal-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju (COM(2024)0027),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0148/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ftuħ tal-UE għall-kummerċ u għall-investiment jibqa’ pedament tal-prosperità, tal-kompetittività u tal-influwenza globali tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ambjent ekonomiku internazzjonali għadda minn bidla strutturali kkaratterizzata minn rivalità ġeopolitika li qed tiżdied, kompetizzjoni sistemika, kapaċità żejda strutturali u l-użu dejjem akbar ta’ strumenti ekonomiċi għal skopijiet strateġiċi, bħall-użu tal-kummerċ u tad-dipendenzi ekonomiċi bħala arma, u l-koerċizzjoni ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-użu dejjem akbar ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, politiki dwar l-għajnuna mill-Istat li jfixklu l-kompetizzjoni ġusta, l-użu tal-kummerċ bħala arma u l-koerċizzjoni ekonomika jirrikjedu li l-UE tiżviluppa b’mod urġenti strateġija effettiva ta’ sigurtà ekonomika li tindirizza b’mod komprensiv il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi strateġija kredibbli ta’ sigurtà ekonomika trid tkun iggwidata mill-objettiv li tissaħħaħ l-awtonomija ekonomika, diġitali u finanzjarja tal-UE filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern, jiġu kkwantifikati d-dipendenzi żejda fis-setturi rilevanti, tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u jinżamm l-impenn tal-UE għal kummerċ ġust u sostenibbli u ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; billi dan jirrikjedi wkoll it-tnaqqis tad-dipendenzi teknoloġiċi strateġiċi, inkluż fl-infrastruttura diġitali, fis-semikondutturi, fis-servizzi tal-cloud u fis-sistemi taċ-ċibersigurtà, peress li dawn huma komponenti integrali tas-sigurtà ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-komunikazzjoni konġunta tat-3 ta’ Diċembru 2025 timmarka bidla kunċettwali fl-approċċ tal-UE għas-sigurtà ekonomika, li tirrifletti r-rikonoxximent li l-ftuħ kummerċjali u ekonomiku ma jistax jitqies biss bħala somma pożittiva fin-natura tiegħu, u li pajjiżi terzi jistgħu jisfruttaw l-interdipendenza ekonomika għal skopijiet strateġiċi jew koerċittivi; billi, bħala konsegwenza, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom ikunu lesti jaċċettaw kostijiet ekonomiċi, fejn meħtieġ, biex inaqqsu l-vulnerabbiltajiet u jsaħħu s-sigurtà ġenerali; billi l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà ekonomika jridu għalhekk jiġu integrati fil-politika kummerċjali u ekonomika tal-UE bħala dimensjoni strutturali, minflok jiġu ttrattati bħala devjazzjoni eċċezzjonali minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kunċett tas-sigurtà ekonomika ma ġiex definit fid-dritt tal-UE jew fi kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali tal-UE, minkejja l-oqfsa komprensivi stabbiliti fil-komunikazzjonijiet konġunti tal-20 ta’ Ġunju 2023 u tat-3 ta’ Diċembru 2025; billi madankollu ħareġ kunsens wiesa’ dwar il-fehim li s-sigurtà ekonomika għall-UE tikkonsisti fil-kapaċità tagħha li tantiċipa, tiskoraġġixxi u tirrispondi għat-theddid għall-ekonomija tagħha, għaċ-ċittadini tagħha u għall-interessi strateġiċi tagħha – inklużi r-riskji għar-reżiljenza tal-katina tal-provvista, għas-sigurtà fiżika u ċibernetika tal-infrastruttura kritika, għas-sigurtà tat-teknoloġija, inkluż permezz tar-rilokazzjoni tat-teknoloġija, u għall-ftuħ ekonomiku fejn id-dipendenzi jintużaw bħala arma jew tiġi eżerċitata koerċizzjoni — u li l-indirizzar tiegħu jirrikjedi li l-UE, minn naħa waħda, tindirizza d-dipendenzi strateġiċi permezz tal-produzzjoni jew id-diversifikazzjoni domestika u, min-naħa l-oħra, ittaffi l-vulnerabbiltajiet strutturali permezz tal-preservazzjoni tal-kontroll tal-UE fuq assi kritiċi, inkluż permezz tal-iskrinjar tal-investimenti barranin;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi analiżi reċenti tiżvela differenzi fil-kostijiet tal-produzzjoni ta’ 30 % sa 40 % bejn il-produtturi Ewropej u Ċiniżi, li jaffettwaw kważi żewġ terzi tal-valur miżjud tal-manifattura Ewropea; billi dawn id-differenzjali huma strutturali u jsaħħu lilhom infushom, u huma xprunati minn sistema koerenti ta’ appoġġ mill-Istat, vantaġġi fil-kostijiet tal-fatturi u asimmetrija regolatorja li l-gwadanji fil-produttività waħedhom ma jistgħux jikkumpensaw; billi l-UE qed tesperjenza żbilanċ kummerċjali mingħajr preċedent maċ-Ċina, fejn id-defiċit laħaq EUR 400 biljun, minkejja li l-UE żammet surplus ġenerali mal-bqija tad-dinja; billi dan l-iżbilanċ kien xprunat minn kapaċità żejda tal-manifattura ssussidjata bil-kbir fiċ-Ċina, li wasslet għad-deindustrijalizzazzjoni fl-UE; billi l-aġġustament mistenni fir-rata tal-kambju ma mmaterjalizzax, u dan kompla wessa’ d-diskrepanzi fil-kompetittività u kkontribwixxa għat-telf tas-sehem mis-suq għall-manifatturi Ewropej; billi l-istrumenti eżistenti tal-UE għad-difiża tal-kummerċ huma fil-biċċa l-kbira speċifiċi għall-prodott u l-implimentazzjoni tagħhom, kif inhi bħalissa, mhijiex biżżejjed biex tindirizza distorsjonijiet sistemiċi u fl-ekonomija kollha ta’ dan il-kobor;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE talloka ferm anqas riżorsi amministrattivi għall-infurzar tad-difiża tal-kummerċ minn ġurisdizzjonijiet komparabbli, u b’hekk toħloq ostakli prattiċi għall-ftuħ u t-trattament ta’ każijiet fi żmien meta l-industriji Ewropej qed jiffaċċjaw pressjoni kummerċjali dejjem akbar; billi, meta mqabbla mal-volumi u l-valuri totali tal-importazzjoni, l-UE diġà tagħmel użu sostanzjalment inqas frekwenti tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ mill-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja; billi d-dazji anti-dumping tal-UE spiss ikunu ferm aktar baxxi minn dawk imposti minn ekonomiji ewlenin oħra minkejja sejbiet komparabbli ta’ dumping u dannu; billi l-UE hija meħtieġa tapplika marġni ta’ dannu jekk dan ikun inqas mill-marġni tad-dumping; billi l-UE qagħdet lura milli taġixxi abbażi ta’ theddida ta’ dannu biss; billi din il-kombinazzjoni ta’ intensità ta’ infurzar aktar baxxa, restrizzjonijiet proċedurali u livelli ta’ dazju komparattivament modesti tikkontribwixxi għad-devjazzjoni tal-kummerċ u għall-perċezzjoni tal-UE bħala ambjent ta’ infurzar aktar ħafif jew “bażi ta’ dumping”, u dan iżid il-pressjoni fuq il-bażi industrijali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jikkostitwixxu riskju sistemiku u li qed jikber għas-sigurtà ekonomika fit-tul tal-UE, ifixklu l-ktajjen tal-provvista, jheddu l-produzzjoni agrikola u jixprunaw il-kompetizzjoni għar-riżorsi; billi l-użu tal-konsenji tal-fjuwils fossili bħala arma mir-Russja, wara li bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, wera b’ċarezza partikolari li d-dipendenza fuq l-enerġija importata minn pajjiżi terzi mhux affidabbli tikkostitwixxi theddida diretta u akuta għas-sigurtà ekonomika tal-UE, u li l-aċċellerazzjoni u t-tneħħija tar-riskji tat-tranżizzjoni lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għalhekk mhumiex biss imperattiv ambjentali iżda wieħed strateġiku; billi, madankollu, it-tranżizzjoni ekoloġika nnifisha ġġenerat b’mod rapidu dipendenzi ġodda u sinifikanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-materja prima kritika u t-teknoloġiji nodfa, bħall-pannelli solari, l-invertituri fotovoltajċi, il-vetturi elettriċi u l-batteriji tal-grilja, li l-provvista tagħhom hija kkonċentrata fiċ-Ċina; billi l-UE jeħtiġilha tieħu ħsieb li ma tissostitwixxix dipendenza strateġika b’oħra, u għalhekk jeħtiġilha ssegwi awtonomija ġenwina fl-inputs meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika bħala komponent ewlieni tal-istrateġija tas-sigurtà ekonomika tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-monitoraġġ tal-katina tal-provvista jista’ jgħin biex jiġu identifikati, evitati u mmitigati r-riskji għas-sigurtà ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-sigurtà ekonomika fl-aħħar mill-aħħar trid taqdi liċ-ċittadini tal-UE; billi l-kapaċità li nirreżistu u niġġestixxu x-xokkijiet ekonomiċi esterni hija prerekwiżit għall-preservazzjoni tal-istandards tal-għajxien, il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi u ż-żamma tal-koeżjoni soċjali; billi l-politika tas-sigurtà ekonomika trid għalhekk tiġi vvalutata mhux biss f’termini ta’ aggregati makroekonomiċi jew interessi strateġiċi, iżda wkoll b’referenza għall-impatt konkret tagħha fuq il-benesseri taċ-ċittadini;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ix-xenarju tar-riskju li qed jevolvi għas-sigurtà ekonomika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta tat-3 ta’ Diċembru 2025 bħala pass meħtieġ biex jissaħħaħ l-approċċ komuni tal-UE għas-sigurtà ekonomika; jinnota li huma meħtieġa passi ulterjuri biex jiġu operazzjonalizzati l-objettivi tas-sigurtà ekonomika tal-UE, inklużi pjan ta’ azzjoni, pjan direzzjonali u miri konkreti dwar it-tneħħija tar-riskji fil-ktajjen tal-provvista f’setturi strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-komunikazzjoni konġunta ġustament tenfasizza l-ħtieġa ta’ bidla fil-kultura, u li nimxu minn approċċ reattiv għal wieħed aktar proattiv għas-sigurtà ekonomika; jissottolinja li dan jirrikjedi bidla fundamentali lejn approċċ tas-sistema fis-sħuħija tagħha, li fih il-Kummissjoni, il-Parlament, l-Istati Membri, is-settur privat u l-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati oħra jaħdmu flimkien biex jikkontribwixxu għall-objettiv tat-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE; jissottolinja li strateġija Ewropea ġenwina ta’ sigurtà ekonomika trid tkun ibbażata fuq orjentazzjoni strateġika, li tintegra u tallinja b’mod strateġiku l-politiki fl-oqsma tal-klima u l-enerġija, il-kummerċ u l-kompetizzjoni, ir-regolamentazzjoni tas-suq diġitali, il-politika industrijali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment barrani u r-rwol tal-euro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkondividi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-miżuri ta’ sigurtà ekonomika jistgħu jġorru ċertu prezz kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-istituzzjonijiet pubbliċi fuq terminu qasir, iżda jissottolinja li l-prezz li jirriżulta mid-dipendenzi u l-esponiment għall-koerċizzjoni ekonomika huwa ħafna ogħla; jitlob li tali miżuri jiġu appoġġjati b’mod adegwat permezz tal-Fond Orizzont Ewropa u l-Fond għall-Kompetittività tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ suffiċjenti għall-industriji u l-ħaddiema l-aktar affettwati mit-tfixkil fil-katina tal-provvista jew forom oħra ta’ pressjoni ekonomika jew koerċizzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-UE hija waħda mill-akbar setgħat kummerċjali globali, u tikseb aktar minn 20 % tal-PDG tagħha mill-kummerċ estern; jenfasizza li l-kummerċ u l-investiment internazzjonali huma ta’ importanza fundamentali għall-ekonomija tal-UE; jissottolinja li l-livell għoli ta’ integrazzjoni tal-UE fis-swieq globali żied l-esponiment tagħha għat-tfixkil, għal prattiki koerċittivi u għall-effett ta’ lieva strateġiku minn pajjiżi terzi, eżerċitati permezz ta’ punti ta’ konġestjoni fil-ktajjen tal-provvista, pożizzjonijiet monopolistiċi f’inputs kritiċi, dipendenza fuq fornituri ta’ riksju għoli ta’ teknoloġiji kritiċi u vulnerabbiltajiet fl-infrastrutturi fiżiċi u diġitali ewlenin u f’termini ta’ importazzjonijiet tal-enerġija minn pajjiżi terzi; jisħaq li din id-dipendenza sostanzjali u strutturali fuq atturi esterni għal oġġetti, servizzi u infrastruttura strateġiċi toħloq vulnerabbiltajiet perikolużi li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-kriżijiet reċenti – inklużi l-pandemija tal-COVID-19, it-tfixkil fil-provvisti tal-enerġija li rriżulta mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-proliferazzjoni ta’ tariffi illegali, ta’ restrizzjonijiet kummerċjali u ta’ miżuri protezzjonisti oħra, it-tensjonijiet rikorrenti li jaffettwaw ir-rotot globali tat-trasport u tal-loġistika, ir-restrizzjonijiet koerċittivi fuq l-aċċess għal materjali kritiċi, l-impatt ekonomiku dejjem akbar tat-tibdil fil-klima, inkluż b’riżultat ta’ avvenimenti estremi tat-temp li jfixklu l-produzzjoni u l-loġistika, il-politiki dwar l-għajnuna mill-Istat, u d-dumping minn pajjiżi terzi ta’ kapaċità żejda sussidjata f’setturi ewlenin tas-swieq Ewropej – urew kif id-dipendenzi fuq l-importazzjonijiet jistgħu jissarrfu malajr fi skarsezzi, inflazzjoni, ħsara lill-kapaċitajiet tal-produzzjoni lokali u waqfien tal-produzzjoni; jissottolinja li d-dipendenzi fuq l-esportazzjonijiet urew ukoll li huma riskju sostanzjali għall-esportaturi tal-UE; jisħaq li kemm id-dipendenzi fuq l-importazzjonijiet kif ukoll dawk fuq l-esportazzjonijiet jammontaw għal restrizzjonijiet konkreti fuq l-attività ekonomika tal-Ewropa u l-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għal xokkijiet esterni; jenfasizza li dawn il-vulnerabbiltajiet huma strutturali aktar milli temporanji, peress li jirriżultaw minn konċentrazzjonijiet u minn monopolji li żviluppaw maż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar id-distorsjonijiet sistemiċi tas-suq taċ-Ċina li jħeġġu l-kapaċità żejda, inklużi l-mekkaniżmi estensivi ta’ appoġġ diretti mill-Istat, il-politiki ta’ akkwist strateġiku “Buy China”, it-trattament preferenzjali ta’ ditti domestiċi u n-nuqqas ta’ reċiproċità; itenni li l-kummerċ ma jistax ikun ġust f’sistema fejn pajjiż wieħed jiddomina u jgħarraq is-suq globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li toħloq valutazzjoni komprensiva, sistematika u aġġornata regolarment tad-dipendenzi l-aktar kritiċi tal-UE tul il-ktajjen tal-valur, u jitlob li dawn il-valutazzjonijiet jinkludu analiżi tal-vulnerabbiltajiet li potenzjalment jistgħu jirriżultaw f’punti ta’ konġestjoni tal-UE, inkluża data kwantifikata dwar il-konċentrazzjonijiet tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq globali skont il-pajjiż u s-settur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni permezz tad-diversifikazzjoni, l-innovazzjoni u l-kompetittività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li s-sigurtà ekonomika ma tridx tiġi interpretata bħala iżolament ekonomiku; jafferma mill-ġdid li l-ftuħ għall-kummerċ u għall-investiment sostenibbli, flimkien mal-miżuri mmirati biex jindirizzaw il-kompetizzjoni inġusta u mad-diversifikazzjoni tas-sħab, tal-fornituri, tal-importazzjonijiet tal-enerġija u tar-rotot tat-trasport, huwa wieħed mill-mezzi ewlenin tal-UE biex tnaqqas il-vulnerabbiltà strutturali għal xokkijiet esterni u għal tfixkil fis-setturi kritiċi u għal prattiki koerċittivi; jenfasizza li t-tisħiħ tar-reżiljenza u s-sigurtà ekonomika tal-UE għandu jkun objettiv espliċitu ta’ kwalunkwe sħubija kummerċjali jew ta’ investiment tal-UE; jisħaq li t-trawwim tad-domanda għal alternattivi prodotti fl-UE u l-ħolqien ta’ ekosistemi settorjali bbażati fl-UE huma kruċjali biex tinbena b’mod kredibbli s-sigurtà ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-ftuħ tas-suq tal-UE jrid ikun ibbażat fuq il-prinċipji ta’ reċiproċità, affidabbiltà u non-koerċizzjoni, u li ma jistax ikun mingħajr kundizzjonijiet fejn ikunu involuti interessi fundamentali tas-sigurtà; jisħaq li l-UE għandha qawwiet ekonomiċi konsiderevoli, b’mod partikolari s-suq uniku tagħha ta’ EUR 18 triljun bl-450 miljun konsumatur tagħha, il-pożizzjoni ta’ tmexxija tagħha fil-manifattura u fis-servizzi ta’ teknoloġija avvanzata, l-istandards u n-normi għoljin tagħha, u l-istituzzjonijiet edukattivi u l-programmi ta’ riċerka u żvilupp ta’ kwalità għolja tagħha; jissottolinja li dawn il-punti b’saħħithom għandhom jiġu sfruttati fid-dawl tal-koerċizzjoni esterna, speċifikament f’oqsma fejn il-prodotti jew it-teknoloġiji Ewropej huma indispensabbli fis-swieq globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iwissi li ambjent mikroekonomiku u makroekonomiku li jdgħajjef il-kompetittività tan-negozji, inklużi karatteristiċi bħall-ostakli għas-suq intern, piżijiet amministrattivi bla bżonn, inċertezza regolatorja, prezzijiet għoljin tal-enerġija, proċeduri għall-ħruġ tal-permessi kumplessi żżejjed u nuqqas ta’ investiment, jiskoraġġixxu l-innovazzjoni u jimminaw l-objettivi tar-reżiljenza ekonomika u tas-sigurtà tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li s-sigurtà ekonomika tal-UE ma tistax tissaħħaħ b’mod sostanzjali sakemm l-ekonomija Ewropea tkun dipendenti żżejjed fuq l-importazzjonijiet ta’ fjuwils fossili jew ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; iqis li l-insegwiment ta’ politiki ta’ dekarbonizzazzjoni stabbli u prevedibbli mmirati lejn il-kisba ta’ emissjonijiet żero netti u t-tmiem tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika u jagħti spinta lill-kompetittività tal-UE; jissottolinja li investiment sostanzjalment akbar u aċċellerat fl-elettrifikazzjoni u f’ekonomija ċirkolari huwa fundamentali biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE fuq atturi esterni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta politiki b’saħħithom u wesgħin min-naħa tad-domanda biex tagħti spinta lid-domanda għal prodotti strateġiċi Ewropej b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li huma ċentrali għat-tranżizzjoni tal-enerġija, bħall-azzar ekoloġiku, il-batteriji, l-enerġiji rinnovabbli u s-semikondutturi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li t-tranżizzjoni ekoloġika ma tirreplikax l-istess loġika strutturali ta’ dipendenza f’forma differenti, u, għal dan l-għan, tagħti prijorità lill-kapaċità tal-produzzjoni fil-livell tal-UE, il-kumulazzjoni ta’ riżerva strateġika u d-diversifikazzjoni robusta tal-akkwist għall-materja prima kritika u l-komponenti tat-teknoloġija nadifa li fuqhom tiddependi t-tranżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li suq uniku li jiffunzjona u integrat bis-sħiħ huwa pedament tas-sigurtà ekonomika; jissottolinja li integrazzjoni aktar profonda u t-tneħħija tal-ostakli għal suq verament armonizzat għall-prodotti, is-servizzi u l-kapital huma essenzjali għall-mudell soċjoekonomiku, il-kompetittività u s-sigurtà fit-tul tal-UE; iqis li ż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp hija komponent essenzjali tal-istrateġija fit-tul biex tiġi protetta s-sigurtà ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddeplora d-dipendenza eċċessiva tal-UE fuq pajjiżi terzi għall-provvista ta’ materja prima kritika, filwaqt li jirrikonoxxi li tali dipendenza tesponi lill-UE għal vulnerabbiltajiet ġeopolitiċi, ekonomiċi u tal-katina tal-provvista sinifikanti; iqis, għalhekk, li t-tisħiħ tar-reżiljenza domestika, inkluż permezz ta’ proġetti strateġiċi fl-estrazzjoni u l-ipproċessar domestiċi, kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ imtejba, effiċjenza mtejba fir-riżorsi, u l-implimentazzjoni sħiħa ta’ mudell ta’ ekonomija ċirkolari jikkostitwixxu soluzzjoni sostenibbli u strateġika; jappella għal att ambizzjuż dwar l-ekonomija ċirkolari; jitlob li jiġi stimulat l-investiment f’teknoloġija ċirkolari innovattiva kritika u għall-protezzjoni ta’ tali investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-protezzjoni taċ-ċittadini mill-materjalizzazzjoni ta’ xokkijiet ekonomiċi esterni – inkluż it-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u l-konsegwenzi tal-koerċizzjoni ekonomika – hija objettiv ewlieni tal-politika ta’ sigurtà ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-impatt soċjali tal-miżuri ta’ sigurtà ekonomika jiġi vvalutat b’mod sistematiku u li tali miżuri ma jaffettwawx b’mod sproporzjonat lil dawk l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li l-politika kummerċjali hija komponent strateġiku tas-setgħa tal-UE u għandha tintuża b’mod proattiv biex tipproteġi l-interessi tas-sigurtà u l-awtonomija strateġika tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li nimxu lil hinn minn approċċ fil-biċċa l-kbira difensiv u li ngħaqqdu u nużaw l-istrumenti eżistenti b’mod aktar strateġiku u li jħares ’il quddiem, inkluż billi nisfruttaw l-interdipendenzi ekonomiċi b’modi li jsaħħu l-pożizzjoni ġeopolitika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-effikaċja tal-aġenda tal-UE dwar is-sigurtà kummerċjali u ekonomika tiddependi fuq l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli kummerċjali u l-klawżoli essenzjali fil-ftehimiet kummerċjali, ta’ sħubija u ta’ assoċjazzjoni; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiżgura konformità sħiħa u effettiva mal-impenji u l-obbligi tagħha stess, speċjalment fid-dawl tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza n-negozjati li għaddejjin u ssegwi b’mod attiv approċċ strateġiku u ambizzjuż fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali u s-sħubijiet settorjali ma’ sħab affidabbli bħala element ċentrali tal-istrateġija ta’ diversifikazzjoni tagħha; iqis li d-diversifikazzjoni tal-fornituri u tas-swieq tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ċara tal-vulnerabbiltajiet strutturali tal-UE u ggwidata minnha; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles komprensivi tradizzjonali jiġu kkomplementati, bħala kwistjoni ta’ prijorità, b’forom ġodda, aktar aġli u mmirati ta’ sħubijiet kummerċjali u ta’ investiment li jkollhom l-għan espliċitu li jneħħu r-riskju tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet permezz tal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista siguri u reżiljenti f’ċerti setturi b’riskju għoli; jissottolinja li tali sħubijiet għandhom jinkludu impenji vinkolanti u jirrikjedu l-involviment sħiħ tal-Parlament u t-trasparenza fir-rigward tal-Parlament matul in-negozjati, kif ukoll l-approvazzjoni tal-Parlament fil-proċess ta’ ratifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja l-importanza strateġika tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni modernizzat bejn l-UE u l-Mercosur għas-sigurtà ekonomika tal-UE; jisħaq li l-ftehim se jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-aċċess għall-materja prima kritika u għat-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza r-rilevanza strateġika tal-avvanz tal-involviment ekonomiku u kummerċjali mal-Indja, li hija ċentru tal-manifattura u tat-teknoloġija dejjem aktar importanti bi rwol dejjem akbar fis-servizzi diġitali u fil-provvista ta’ materja prima kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu aċċellerati n-negozjati li għaddejjin għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ sħab bħall-Filippini u t-Tajlandja u li jiġi ffinalizzat il-ftehim kummerċjali mal-Indoneżja, fid-dawl tar-rwol dejjem akbar tagħhom fil-produzzjoni ta’ minerali kritiċi, komponenti elettroniċi u komponenti tat-teknoloġija nadifa; jissottolinja li jinħtieġu oqfsa kummerċjali prevedibbli biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u r-riskji tal-konċentrazzjoni tal-provvista u biex l-UE tiġi ankrata b’mod aktar sod fil-ktajjen tal-valur industrijali Indo-Paċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-finalizzazzjoni tan-negozjati kummerċjali mal-Awstralja, li hija sieħeb affidabbli u tal-istess fehma; jisħaq fuq l-importanza ta’ din is-sħubija bbażata fuq ir-regoli fil-kontribut għall-istabbiltà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista, minħabba r-riżervi sinifikanti tal-Awstralja ta’ materja prima kritika u l-produzzjoni tagħha ta’ teknoloġiji tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar; jilqa’ l-kollaborazzjoni ulterjuri dwar l-indirizzar tal-isfidi komuni tas-sigurtà ekonomika, b’mod partikolari minħabba l-esperjenza diretta tal-Awstralja fir-rispons għall-koerċizzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ djalogu strutturat dwar is-sigurtà ekonomika bejn l-UE u r-Renju Unit biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni dwar il-kummerċ, l-iskrinjar tal-investiment u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista; jappoġġja kooperazzjoni aktar mill-qrib skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġi antiċipat it-tfixkil f’setturi strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jappoġġja s-sejħa tal-Istrateġija tal-UE għall-Indo-Paċifiku għal kooperazzjoni aktar profonda mas-sħab Asjatiċi dwar is-sigurtà ekonomika, inkluż permezz ta’ sħubijiet imsaħħa mal-membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja u permezz ta’ interazzjoni aktar mill-qrib mas-sħab li jipparteċipaw fil-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi djalogu kummerċjali u ta’ investiment imġedded u komprensiv mal-pajjiżi u r-reġjuni li qed jiżviluppaw, abbażi ta’ sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku li jmorru lil hinn mill-espansjoni tal-aċċess għas-suq jew l-estrazzjoni tar-riżorsi naturali; jenfasizza l-importanza li jitrawwem il-ħolqien tal-valur lokali u reġjonali fl-ambitu tal-ftehimiet kummerċjali u s-sħubijiet settorjali billi jiġu żviluppati ktajjen tal-valur nodfa u sostenibbli filwaqt li jiġi promoss l-iżvilupp inklużiv u sostenibbli u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-istandards ambjentali u tad-drittijiet tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li l-UE bħalissa tiddependi miċ-Ċina għal madwar 98 % tal-provvista tagħha ta’ materjali tal-art rari u aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet tagħha tal-manjeżju, li r-rati ta’ riċiklaġġ domestiku għall-materjali tal-art rari għadhom taħt il-1 %, u li aktar minn 60 % tal-kapaċità globali tar-raffinar tal-litju u aktar minn 85 % tal-kapaċità tal-ipproċessar tal-materjali tal-art rari huma kkonċentrati f’pajjiż terz wieħed, u dan iħalli lill-UE ’l bogħod milli tilħaq il-miri stabbiliti fl-Att dwar il-Materja Prima Kritika; jenfasizza l-importanza tal-ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi tal-istess fehma f’dan il-qasam u l-ħtieġa li jkomplu jiġu nnegozjati sħubijiet ġodda biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li l-politika kummerċjali tal-UE għandu jkollha bħala objettiv strateġiku d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista ta’ materja prima kritika minħabba r-rwol kruċjali tagħhom fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fid-difiża; jinnota li filwaqt li l-Att dwar il-Materja Prima Kritika huwa pass importanti lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE, għadu insuffiċjenti biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet ewlenin, b’mod partikolari l-konċentrazzjoni kontinwa tal-kapaċitajiet ta’ raffinar u pproċessar f’għadd limitat ta’ pajjiżi terzi; jissottolinja li l-att jiddependi fuq parametri referenzjarji mhux vinkolanti fil-livell tal-UE u li d-disponibbiltà ta’ finanzjament iddedikat u kapaċità ta’ implimentazzjoni effettiva għadha limitata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva RESourceEU biex tingħata spinta lill-finanzjament għall-estrazzjoni domestika strateġika, il-kapaċità tal-ipproċessar u r-riċiklaġġ; jissottolinja, madankollu, li dawn il-miżuri ta’ promozzjoni jeħtieġ li jiġu kkombinati ma’ miżuri ta’ protezzjoni u sħubija sabiex jitnaqqas b’suċċess ir-riskju tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika sal-2030; itenni li l-argument għall-vijabbiltà fit-tul u l-vijabbiltà tal-investimenti fi ktajjen tal-valur affidabbli tal-materja prima kritika għandhom għalhekk ikunu akkumpanjati minn prezzijiet minimi u garanziji ta’ xiri f’kooperazzjoni b’saħħitha ma’ pajjiżi tal-istess fehma, u b’hekk jiġi miġġieled ir-riskju li pajjiż terz jabbuża mill-pożizzjonijiet ta’ monopolju tiegħu biex iwaqqa’ l-kompetituri vulnerabbli; jisħaq li l-inizjattiva RESourceEU trid issir strument effettiv biex jitħaffef l-ilħuq tal-miri tal-2030 stabbiliti fl-Att dwar il-Materja Prima Kritika; jissottolinja li sakemm ma jkunx hemm mobilizzazzjoni rapida ta’ appoġġ finanzjarju kkoordinat għal proġetti ta’ estrazzjoni, ipproċessar u riċiklaġġ, l-UE mhux se tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-parametri referenzjarji tagħha fiż-żmien stabbilit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja li d-diplomazija tal-UE dwar il-materja prima kritika għandha testendi lil hinn mill-estrazzjoni u l-aċċess għar-riżorsi primarji u għandha tindirizza b’mod sistematiku l-attivitajiet ta’ pproċessar, raffinar u downstream, fejn il-vulnerabbiltajiet strateġiċi u r-riskji ta’ konċentrazzjoni għadhom partikolarment akuti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-monitoraġġ, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji identifikati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jikkonkludi li t-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE huwa kruċjali għas-salvagwardja tas-sovranità ekonomika u politika tal-UE, għall-integrità tas-suq uniku, għar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, għall-vijabbiltà ekonomika tal-kumpaniji tal-UE u għall-għajxien taċ-ċittadini tal-UE, inkluż fir-rigward ta’ impjiegi ta’ kwalità; jissottolinja li approċċ komprensiv u integrat għas-sigurtà ekonomika għandu jkun immirat mhux biss lejn it-tnaqqis tad-dipendenzi esterni, iżda wkoll lejn il-bini ta’ awtonomija strateġika fil-materja prima kritika, it-teknoloġija, l-enerġija, it-trasport, il-finanzi u l-infrastruttura diġitali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tintegra s-sigurtà ekonomika fil-politiki industrijali kollha, inklużi l-leġiżlazzjoni settorjali u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-katina tal-provvista, biex jiġi żgurat approċċ konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi li ċerti esponimenti ekonomiċi kritiċi, minħabba l-iskala, il-konċentrazzjoni, l-importanza strateġika jew l-irriversibbiltà tagħhom, jirrikjedu miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati, urġenti u deċiżivi; jissottolinja li, f’każijiet bħal dawn, il-miżuri jistgħu jinkludu b’mod leġittimu restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq, fuq l-attività ekonomika jew fuq il-flussi ta’ investiment minn pajjiżi terzi, jew il-projbizzjoni tagħhom, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi essenzjali tal-UE u l-ordni pubbliku; itenni li l-aċċess għas-suq uniku huwa l-akbar effett ta’ lieva tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu minn dipendenzi inversi biex jagħmlu pressjoni fuq pajjiżi terzi biex ineħħu r-restrizzjonijiet illeġittimi fuq l-esportazzjonijiet imposti fuq l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi aktar miżuri biex tipprevjeni jew tillimita r-riskji għas-sigurtà ekonomika; jappoġġja, f’dak ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni li tirrikjedi li l-operaturi tal-UE jiddiversifikaw il-fornituri f’setturi speċifiċi ta’ riskju għoli; iqis li dan għandu jiġi estiż fil-futur biex jirrikjedi wkoll li l-operaturi jiddiversifikaw il-pajjiż jew ir-reġjun tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati għodod effettivi mmirati lejn il-monitoraġġ, l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni bikrija tar-riskji għas-sigurtà ekonomika tul il-ktajjen tal-valur f’żoni ta’ riskju għoli biex jippermettu l-immappjar proattiv tad-dipendenzi strateġiċi eżistenti u potenzjali; jissottolinja li l-Istati Membri u s-settur privat huma sħab fundamentali fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tad-dipendenzi; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi ċentru ta’ intelligence dwar is-sigurtà ekonomika biex tikkonsolida l-informazzjoni disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod immirati lejn il-kondiviżjoni tal-intelligence ekonomika mas-sħab internazzjonali sabiex jiġu antiċipati azzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jużaw id-dipendenzi bħala arma kontra l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni annwali tas-sigurtà ekonomika biex tivvaluta b’mod sistematiku l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika; jissottolinja li tali mekkaniżmu għandu jinkludi indikaturi ċari u li jistgħu jitkejlu li juru, fost affarijiet oħra, it-tnaqqis tad-dipendenzi kritiċi skont is-settur, l-għadd ta’ strumenti għad-difiża tal-kummerċ identifikati bħala rilevanti għas-sigurtà ekonomika, u ż-żieda fl-għadd ta’ fornituri alternattivi; jisħaq li r-rapportar trasparenti u regolari huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u aġġustament infurmat tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati u mfassla skont is-severità u l-persistenza tar-riskju, ikunu bbażati fuq limiti tar-riskju definiti b’mod ċar, kriterji oġġettivi u verifikabbli u valutazzjonijiet minn qabel, u jkunu soġġetti għal monitoraġġ u rieżami kontinwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li, kif propost mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni konġunta tat-3 ta’ Dicembru 2025, l-istrumenti eżistenti tal-UE mfassla biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet strutturali, id-distorsjonijiet tas-suq u l-imġiba mhux tas-suq għandhom jiġu mmodernizzati, fejn ikun meħtieġ, u jintużaw b’mod aktar strateġiku u deċiżiv, u li l-użu frammentat, indeċiżiv jew inkonsistenti ta’ tali strumenti jimmina l-effettività tagħhom, inkluż l-effett deterrenti tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqassar l-iskeda ta’ żmien għall-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ u ssegwi l-eżempju ta’ diversi pajjiżi biex tagħmel użu akbar tad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ theddid ta’ dannu u tal-miżuri proviżorji, li t-tnejn li huma huma legalment permissibbli iżda mhux utilizzati biżżejjed, biex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-industrija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li għalkemm is-sigurtà ekonomika ma tistax, fit-tul, tinkiseb permezz ta’ miżuri ta’ awtosuffiċjenza jew protezzjonisti ġenerali, bħalissa huwa meħtieġ b’mod urġenti li jittieħdu miżuri mmirati biex titwaqqaf il-mewġa ta’ deindustrijalizzazzjoni u biex is-setturi strateġiċi fl-UE jiġu protetti minn kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet irħas minn pajjiżi terzi f’setturi bħall-azzar, is-sustanzi kimiċi, il-farmaċewtiċi, l-enerġija rinnovabbli u l-prodotti ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni biex tipproteġi s-setturi strateġiċi tal-UE fl-akbar riskju mill-kapaċità żejda globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iqis li l-espansjoni simultanja tal-kapaċità industrijali f’diversi setturi strateġiċi minn ċerti ekonomiji ewlenin ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari ċ-Ċina, tikkostitwixxi sfida kompetittiva sistemika li ma tistax tiġi indirizzata b’mod adegwat permezz ta’ risponsi settur b’settur; iqis li r-riskji sistemiċi ta’ din in-natura jirrikjedu reazzjonijiet sistemiċi, immirati lejn il-kundizzjonijiet strutturali li jiġġeneraw kapaċità żejda fuq skala kbira aktar milli li ssir ġestjoni tal-konsegwenzi tagħhom fis-swieq individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2025 għal regolament li jindirizza l-effetti negattivi relatati mal-kummerċ tal-kapaċità żejda globali fuq is-suq tal-azzar tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025)0726.</FIELD></FOOTNOTE> bħala rikonoxximent tal-importanza strateġika li jinżamm settur tal-azzar Ewropew vijabbli; jissottolinja li t-telf tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar Ewropea jikkostitwixxi riskju irriversibbli għas-sigurtà ekonomika; jinnota, madankollu, li l-problema tal-kapaċità żejda mhijiex limitata għall-azzar u l-aluminju iżda taffettwa wkoll ħafna setturi oħra, bħas-sustanzi kimiċi, u l-prodotti derivati mill-azzar u l-aluminju; jinsab imħasseb li l-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma bil-mod wisq, intensivi fir-riżorsi u speċifiċi għall-prodott biex jindirizzaw b’mod adegwat id-distorsjonijiet fl-ekonomija kollha kkawżati mill-kapaċità żejda; jemmen li l-UE għandha tgħammar lilha nnifisha bi strumenti xierqa biex timmonitorja u tindirizza l-kapaċità żejda sistemika tul il-katina tal-valur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istrumenti tal-politika kummerċjali, l-infurzar u d-deterrenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li d-deterrenza u l-kompetittività jiddgħajfu meta l-azzjoni ta’ infurzar tiddewwem, tkun inkonsistenti jew titqies inċerta; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li tieħu deċiżjonijiet f’waqthom, li jkollha kriterji ta’ attivazzjoni ċari u konsegwenzi prevedibbli ladarba l-preżenza jew it-theddida ta’ riskji għas-sigurtà ekonomika jew ta’ prattiki inġusti jkunu ġew stabbiliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li l-infurzar effettiv tal-politika kummerċjali tal-UE u d-dimensjoni tas-sigurtà ekonomika li qed tespandi jirrikjedu riżorsi amministrattivi u tekniċi adegwati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika tagħha jkollu biżżejjed persunal, għarfien espert u riżorsi biex jinforza b’mod effettiv l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ u jimplimenta l-istrateġija tas-sigurtà ekonomika tal-UE; jenfasizza li fil-kuntest ġeoekonomiku attwali, il-kapaċitajiet tas-sigurtà ekonomika tal-UE għandhom jingħataw spinta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja li l-infurzar sistematiku tar-regoli kummerċjali attwali jikkostitwixxi r-reazzjoni ewlenija u proporzjonata tal-UE għan-nuqqas ta’ konformità u prerekwiżit għal kwalunkwe strateġija tas-sigurtà ekonomika kredibbli; jiddispjaċih, madankollu, li l-infurzar tar-regoli attwali ma jindirizzax il-problema bis-sħiħ; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi dazji anti-dumping ogħla, simili għal dawk applikati minn sħab komparabbli, biex tiġġieled id-devjazzjoni tal-kummerċ u d-dumping fis-suq tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinkludi l-kostijiet ambjentali, tal-enerġija u tax-xogħol meta tikkalkula l-marġni tad-dumping tal-esportaturi ta’ pajjiżi terzi u titbiegħed mir-regola tad-“dazju inferjuri”, li mhijiex meħtieġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-proċedimenti anti-dumping u antisussidji huma mmirati b’mod ristrett wisq, intensivi wisq fir-riżorsi u jindirizzaw bil-mod wisq l-iskala u n-natura strutturali tal-isfidi kompetittivi u l-kapaċità żejda li l-industrija tal-UE qed tiffaċċja f’dan il-mument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja li l-objettivi tar-reżiljenza tal-UE — li jinkludu l-kapaċità li jiġu ġestiti t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali b’mod sostenibbli, ekwu u demokratiku, kif ukoll il-preservazzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tar-riżorsi naturali — huma minquxa sew fid-dritt primarju u sekondarju tal-UE; iqis li dan il-qafas legali jipprovdi bażi robusta u fil-biċċa l-kbira mhux sfruttata biex jiġu invokati l-eċċezzjonijiet ġenerali previsti fl-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aktar sħiħ u sistematiku tal-eċċezzjonijiet tal-Artikolu XX meta l-miżuri tal-UE li jsegwu dawn l-objettivi ta’ politika leġittimi jiġu kkontestati fil-qafas tad-WTO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi bidliet fl-għodod eżistenti biex tippermetti użu aktar attiv, strateġiku u kkoordinat u tipproponi għodod ġodda fejn tkun ġiet identifikata lakuna ċara u dimostrabbli fl-effettività tal-istrumenti eżistenti tal-UE; jappella għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi eżistenti u dawk futuri rilevanti għas-sigurtà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jissottolinja li l-kredibbiltà tar-rispons tal-UE għall-koerċizzjoni ekonomika tiddependi l-ewwel u qabel kollox mir-rieda tagħha li tidentifika u tikkaratterizza formalment prattiki koerċittivi fil-ħin, u b’hekk tibda l-proċess li jirfed kemm id-deterrenza kif ukoll l-ingranaġġ tan-negozjar; iqis l-Istrument Kontra l-Koerċizzjoni bħala l-aktar għodda xierqa biex jiġu sfruttati l-punti b’saħħithom tal-UE f’dan ir-rigward; jisħaq li l-istrument għandu jiġi skattat fid-dawl tal-koerċizzjoni jew it-theddid ta’ koerċizzjoni u li għandhom jiġu esplorati l-mezzi kollha għat-tnaqqis tat-tensjoni, filwaqt li jiġu imposti kontromiżuri bħala l-aħħar alternattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ b’mod urġenti l-kapaċità ta’ deterrenza tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija proattiva biex twieġeb għat-theddid immirat lejn is-sovranità ekonomika tal-UE, inkluża l-infrastruttura kritika sottostanti tagħha; jenfasizza li tali strateġija trid tkun kapaċi tiskoraġġixxi malajr u b’mod effettiv lill-atturi barranin milli jaġixxu fuq it-theddid tagħhom billi tagħmel użu mill-pakkett sħiħ tas-sett ta’ għodod tal-UE ta’ kontromiżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza li meta l-infurzar u l-involviment jonqsu milli jbiddlu l-imġiba, ir-reazzjoni tal-UE għandha ssegwi approċċ ta’ eskalazzjoni gradwali, proporzjonat u riversibbli, li jippermetti li l-pressjoni tiżdied b’mod ikkontrollat filwaqt li jinżammu ċ-ċertezza legali u għażliet kredibbli għat-tnaqqis tat-tensjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirreaġixxi b’mod aktar deċiżiv f’dan ir-rigward, filwaqt li jfakkar li l-miżuri li jonqsu milli jbiddlu mġiba dannuża u koerċittiva jirriskjaw li jimminaw il-kredibbiltà u l-ingranaġġ tal-politika kummerċjali tal-UE, u jġarrbu kost politiku inizjali għoli għall-intervent iżda mingħajr ma jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-applikazzjoni ta’ strumenti ta’ infurzar, għad-difiża tal-kummerċ u kontra l-koerċizzjoni tkun ikkoordinata fi ħdan qafas operazzjonali koerenti, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tesplora l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet fil-livell tal-UE biex tgħin fid-distribuzzjoni tal-kostijiet tar-reazzjonijiet nazzjonali għall-koerċizzjoni ekonomika, filwaqt li tiżgura l-koeżjoni politika u r-reżiljenza ekonomika fid-dawl ta’ tensjonijiet kummerċjali dejjem jiżdiedu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja li s-setgħa tal-finanzjament pubbliku Ewropew hija saħħa fundamentali tal-UE; iqis li l-ebda flus pubbliċi tal-UE ma għandhom jintefqu sakemm ma jsaħħux b’mod ċar is-sovranità u r-reżiljenza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta din is-saħħa u tistabbilixxi għodda ta’ sospensjoni tal-finanzjament biex tippermetti r-restrizzjoni rapida tal-aċċess għall-finanzjament tal-UE f’sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jieħdu miżuri li jimminaw is-sigurtà ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess sigur u mingħajr interruzzjoni għall-komponenti kritiċi, il-materja prima u t-teknoloġiji abilitanti użati fil-produzzjoni relatata mad-difiża; jissottolinja li l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista f’setturi b’użu doppju jistgħu jaffettwaw direttament il-prontezza operazzjonali u r-reżiljenza ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza li r-rabtiet dejjem akbar bejn l-innovazzjoni ċivili u l-applikazzjonijiet tad-difiża jirrikjedu approċċ komuni għall-iskrinjar, il-kontroll tal-esportazzjoni u s-sorveljanza tal-investiment f’setturi b’użu doppju sabiex jiġu evitati trasferimenti mhux intenzjonati ta’ teknoloġiji sensittivi filwaqt li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jenfasizza l-limitazzjonijiet strutturali fil-qafas ta’ kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju tal-UE, b’mod partikolari d-dipendenza tagħha fuq reġimi multilaterali li jimxu bil-mod, il-kapaċità limitata tagħha li tantiċipa u tirrispondi għal teknoloġiji emerġenti u li qed jevolvu malajr, u l-implimentazzjoni frammentata tagħha madwar l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Iqis li l-qafas attwali ta’ kontroll tal-esportazzjoni huwa taħlita ta’ politiki u miżuri nazzjonali differenti fil-livell tal-Istati Membri, li huwa nieqes mill-effikaċja, il-konsistenza u l-ħeffa meħtieġa biex iwieġeb għall-kuntest ġeoekonomiku attwali; jissottolinja li r-riforma tal-politiki nazzjonali eżistenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni u t-tbegħid mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huma meħtieġa b’mod urġenti biex tiġi żgurata s-sigurtà ekonomika tal-UE; jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat reġim armonizzat ta’ kontroll tal-esportazzjoni fil-livell tal-UE; jisħaq li l-allinjament tal-kontrolli tal-esportazzjoni mas-sħab internazzjonali jsaħħaħ b’mod sostanzjali s-sigurtà ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-aġġornamenti reċenti għal-lista ta’ kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju tal-UE f’konformità mal-lista miftiehma taħt l-awspiċji tal-Ftehim ta’ Wassenaar, minkejja li r-Russja użat il-veto għal dan tal-aħħar; jappella għal reviżjoni urġenti tar-Regolament (UE) 2021/821<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex l-UE tkun tista’ titkellem b’vuċi waħda dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni u tistabbilixxi kontrolli uniformi madwar l-UE, filwaqt li żżomm l-allinjament internazzjonali u ċ-ċertezza legali għall-operaturi; jitlob, f’dan il-kuntest, l-istabbiliment ta’ unità konsolidata tal-politika ta’ sigurtà ekonomika komuni fi ħdan il-Kummissjoni biex tindirizza l-isfidi tas-sigurtà ekonomika li qed jevolvu ppreżentati mill-evażjoni persistenti tal-kontrolli u s-sanzjonijiet tal-esportazzjoni tal-UE minn pajjiżi terzi; jinnota li din l-unità għandha tiġi appoġġjata mill-komunità tal-intelligence tal-Istati Membri, b’aċċess imtejjeb għal intelligence f’ħin reali dwar in-networks u l-kapaċitajiet ta’ evażjoni għall-kondiviżjoni tal-intelligence f’ħin reali mal-industrija biex jiġu identifikati tattiċi emerġenti ta’ evażjoni; jinnota wkoll li għandha tkun mgħammra bl-awtorità li tinforza l-kontrolli tal-esportazzjoni u b’riżorsi għall-iżvilupp tat-teknoloġija, l-analiżi u l-koordinazzjoni internazzjonali, u bl-awtorità li timplimenta sistemi ta’ verifika robusti u teknoloġiji ta’ traċċar tal-katina tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jisħaq li l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE għandha tiżgura koerenza mal-objettivi tas-sigurtà ekonomika tal-UE; jissottolinja li d-dipendenzi strateġiċi, il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista u l-prattiki ekonomiċi koerċittivi qed ikollhom dejjem aktar implikazzjonijiet diretti għas-sigurtà u jħallu impatt fuq il-kapaċità tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tal-UE; jitlob li l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà ekonomika jiġu integrati b’mod sistematiku fil-politiki strateġiċi, fl-ippjanar tad-difiża u fil-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet tal-UE sabiex jissaħħu l-preparatezza u r-reżiljenza tal-UE f’ambjent ġeopolitiku dejjem aktar ikkontestat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>V.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-investiment, il-flussi tal-kapital u l-esponiment strateġiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma leġiżlattiva li għaddejja fir-rigward tal-att dwar l-aċċeleratur industrijali u jissottolinja l-potenzjal tiegħu li jikkontribwixxi għall-objettivi tas-sigurtà ekonomika tal-UE; iqis li l-att jista’ jagħti kontribut sostanzjali għat-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE għal xokkijiet esterni u prattiki koerċittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq li l-programmi ffinanzjati mill-UE f’setturi strateġikament sensittivi għandhom jitfasslu u jiġu implimentati sabiex primarjament ikunu ta’ benefiċċju għall-investimenti li jsaħħu l-kapaċità industrijali Ewropea, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ħolqien tal-valur fl-UE; jissottolinja li l-aċċess għall-finanzjament tal-UE f’dawn is-setturi għandu jkun soġġett għal salvagwardji u kundizzjonijiet xierqa biex jiġi żgurat li r-riċevituri ma joħolqux riskji għas-sigurtà ekonomika u li l-attivitajiet iffinanzjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għar-reżiljenza fit-tul u l-interessi strateġiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq li hemm ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri li jinċentivaw il-manifattura fl-UE, sabiex l-UE ssir aktar indispensabbli fil-ktajjen tal-provvista kritiċi u fil-punti ta’ konġestjoni; jilqa’ r-rekwiżiti ta’ reżiljenza stabbiliti fl-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jissottolinja l-importanza li dawn jiġu kkombinati ma’ kwoti minn fornituri affidabbli, anke bil-ħsieb li jiġu stimulati fornituri alternattivi bbażati fl-UE u jintlaħqu l-miri tal-manifattura stabbiliti fl-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq li d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku f’setturi strateġiċi għandhom jintużaw bħala lieva biex jissaħħu l-kapaċità industrijali, is-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà ekonomika tal-UE; jissottolinja li l-aċċess għall-kuntratti pubbliċi f’setturi bħal dawn u għall-appoġġ assoċjat tal-UE għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet ċari ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-entitajiet parteċipanti ma joħolqux riskji għas-sigurtà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ aċċess reċiproku fl-akkwist pubbliku għal setturi ewlenin; jitlob l-użu effettiv, fil-konfront ta’ pajjiżi terzi, tal-istrumenti tal-UE biex jirrispondu għal miżuri ta’ akkwist restrittivi jew diskriminatorji, abbażi tal-prinċipju ta’ kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Ifakkar li l-investiment transfruntier u l-flussi kapitali huma muturi importanti tat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività fl-UE; jinnota li n-negozji Ewropej li qed jespandu li jirrikjedu aktar minn EUR 1 biljun f’finanzjament spiss jiġu mġiegħla jitilqu mill-UE biex jottjenu l-kapital; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tlesti b’mod urġenti l-unjoni kapitali, u biex il-Fond Ewropew għall-Kompetittività jimla din id-diskrepanza fil-finanzjament għall-kumpaniji scale-up; jinnota; madankollu, li l-investimenti jistgħu joħolqu esponiment fejn il-kontroll, l-influwenza, jew l-aċċess għal assi sensittivi, teknoloġiji jew infrastruttura kritika jkunu kkonċentrati f’pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-IDB bħala strument ewlieni ta’ sigurtà ekonomika, u jappella biex dan jiġi applikat b’mod konsistenti, effettiv u rigoruż fl-Istati Membri kollha, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ skrinjar nazzjonali komprensivi, skedi ta’ żmien ċari, u kooperazzjoni msaħħa u kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni, u biex dan jiġi segwit b’mod effettiv fejn jiġu identifikati r-riskji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u proattiv mid-dispożizzjonijiet fir-regolament rivedut biex tiżgura li l-lista ta’ teknoloġiji kritiċi tinżamm taħt rieżami kostanti u tiġi aġġornata regolarment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappella għal approċċ Ewropew aktar koerenti u kkoordinat għall-iskrinjar tal-investiment, appoġġjat minn infurzar aktar b’saħħtu fil-livell tal-UE u kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq aktar robusti u definiti b’mod ċar; jappella, f’dan ir-rigward, għal mekkaniżmi addizzjonali b’saħħithom ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani b’indikaturi tas-sigurtà ekonomika bħal impriżi konġunti, trasferiment ta’ teknoloġiji lil entitajiet Ewropej, ftehimiet ta’ xiri li permezz tagħhom is-sħab tal-investiment barrani jimpenjaw ruħhom li jixtru sehem speċifiku tal-produzzjoni, l-impjieg tal-ħaddiema tal-UE u l-integrazzjoni mal-ktajjen tal-valur tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-pass dejjem aktar mgħaġġel li bih il-kumpaniji ewlenin tat-teknoloġija mhux tal-UE qed jikkonsolidaw is-setgħa tas-suq fl-IA u fit-teknoloġiji kwantistiċi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-mekkaniżmi eżistenti tal-UE humiex mgħammra b’mod adegwat biex jidentifikaw, jirrieżaminaw u, fejn meħtieġ, iwaqqfu tranżazzjonijiet mhux tradizzjonali, bħal arranġamenti ta’ lokazzjoni u liċenzjar (HALO), li jimminaw is-sigurtà ekonomika tal-UE f’setturi strateġikament sensittivi billi jevitaw il-limiti ta’ notifika tal-fużjonijiet u l-iskrutinju tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jieħu nota tal-esperjenza tal-Ġappun fit-tisħiħ tal-qafas tas-sigurtà ekonomika tiegħu wara t-tfixkil tal-provvisti tal-materjali tal-art rari fl-2010, li espona r-riskji strateġiċi ta’ dipendenza eċċessiva fuq fornitur wieħed; jenfasizza bħala mudell ir-rwol li għandu l-Ministeru tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija tal-pajjiż fil-koordinazzjoni tal-iskrinjar tal-investiment, il-kontrolli tal-esportazzjoni u l-miżuri ta’ reżiljenza industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-UE titgħallem mir-rwol li għandu l-Kumitat għall-Investiment Barrani fl-Istati Uniti fl-iżgurar ta’ approċċ koerenti u kkoordinat għall-iskrinjar tal-investiment u l-protezzjoni ta’ teknoloġiji kritiċi f’aġenziji u istituzzjonijiet differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jissottolinja li l-investimenti li jaffettwaw l-infrastruttura kritika jirrikjedu viġilanza akbar, peress li l-bidliet fis-sjieda, fil-governanza jew fil-kontroll operazzjonali jistgħu jaffettwaw direttament is-sigurtà u l-kontinwità tal-provvista, inklużi, b’mod partikolari, ċentri ewlenin tat-trasport u tal-loġistika li huma kritiċi għall-kummerċ estern u għall-mobbiltà militari, kif ukoll għall-infrastruttura li tiġġenera, titrażmetti, tiddistribwixxi u taħżen l-enerġija; jinsab imħasseb ħafna dwar id-dipendenza dejjem akbar fuq bejjiegħa b’riskju għoli fl-infrastruttura kritika tal-UE; jikkonkludi li l-UE rreplikat id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili fl-importazzjonijiet tagħha ta’ teknoloġiji nodfa minn pajjiżi terzi b’riskju għoli, speċjalment fl-enerġija eolika, solari u l-batteriji, filwaqt li jinnota li dawn spiss ikunu mgħammra b’kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u aġġornament mill-bogħod, li joħolqu riskji ferm akbar ta’ esfiltrazzjoni tad-data, tfixkil fis-sistema jew interferenza remota fil-grilji tal-enerġija, fis-sistemi tat-trasport u f’infrastruttura kritika oħra; iqis li tali dipendenzi strutturali jesponu lill-UE għal koerċizzjoni ekonomika u vulnerabbiltajiet tas-sigurtà fi żmien ta’ kompetizzjoni ġeopolitika akbar u jħeġġeġ lill-UE ssir aktar awtonoma f’dawk is-setturi; jilqa’ r-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bħala opportunità biex jiġi żgurat li l-operaturi kollha tal-infrastruttura kritika jkunu ristretti milli jużaw sistemi b’kapaċitajiet ta’ monitoraġġ mill-bogħod li huma manifatturati minn jew magħmula b’teknoloġija liċenzjata minn bejjiegħa b’riskju għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni teżerċita rwol aktar b’saħħtu fl-iżgurar tas-sigurtà ekonomika tal-UE, proporzjonat mal-kompetenza esklużiva tal-UE għall-politika kummerċjali komuni skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jindika, f’dan ir-rigward, ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bħala strument b’saħħtu u effettiv fil-livell tal-UE biex jipproteġi s-suq intern mid-distorsjonijiet u jissottolinja l-valur deterrenti sinifikanti tiegħu; iqis li huwa kruċjali li l-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni jew l-imblukkar ta’ investimenti diretti barranin fl-UE fejn dawn jagħtu lok għal riskji għas-sigurtà ekonomika fl-UE kollha; iwissi li l-fatt li tali deċiżjonijiet jitħallew f’idejn l-Istati Membri joħloq ir-riskju ta’ tellieqa lejn l-aktar livell baxx fejn il-kompetizzjoni għall-investiment dieħel twassal lill-Istati Membri individwali biex japprovaw tranżazzjonijiet li huma ta’ detriment għall-interessi kollettivi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u determinat mis-setgħat tagħha skont ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex officio</STRING>, biex tindirizza prattiki emerġenti ta’ ċirkomvenzjoni bħar-rilokazzjoni tad-dazju, fejn l-esportaturi jakkwistaw jew jistabbilixxu faċilitajiet ta’ produzzjoni f’pajjiżi terzi jew fl-UE biex jiksbu oriġini ġdida għall-merkanzija, u b’hekk jevitaw id-dazji anti-dumping jew antisussidji eżistenti tal-UE, jew jiksbu pożizzjoni ta’ monopolju fis-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq li r-riskji għas-sigurtà ekonomika jinħolqu wkoll meta l-investiment ’il barra, is-sħubijiet strateġiċi jew ir-ristrutturar korporattiv jippermettu t-trasferiment, l-iżvilupp jew l-espansjoni ta’ teknoloġiji sensittivi, kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għarfien tekniku barra mill-UE, inkluż permezz ta’ investimenti greenfield, impriżi konġunti, arranġamenti ta’ liċenzjar, manifattura ta’ kuntratti, jew ir-rilokazzjoni ta’ attivitajiet ewlenin ta’ riċerka u żvilupp u manifattura; jisħaq li tali trasferimenti jistgħu jdgħajfu l-bażi industrijali fit-tul jew it-tmexxija teknoloġika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-investiment ’il barra u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat fehim komuni fil-livell tal-UE tar-riskji potenzjali li jirriżultaw minn investimenti, sħubijiet jew ristrutturar korporattiv; jissottolinja l-importanza ta’ approċċ immirat, ibbażat fuq ir-riskju u l-evidenza u proporzjonat, limitat għal riskji identifikati b’mod ċar u definiti sew, sabiex jiġu evitati effetti konsegwenzjali mhux intenzjonati fuq attivitajiet ekonomiċi leġittimi u biex jiġi żgurat li l-kompetittività, il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-involviment ekonomiku globali leġittimu tal-UE ma jiġux imminati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ta’ skrinjar tal-investiment ’il barra mmirat lejn l-indirizzar tar-riskji ta’ rilokazzjoni tat-teknoloġija kritika malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza li, biex tissalvagwardja s-sigurtà ekonomika tagħha, l-UE jeħtiġilha żżomm il-kontroll effettiv, il-kapaċità tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-awtonomija operazzjonali jew l-indispensabbiltà strateġika fir-rigward ta’ teknoloġiji kritiċi, inklużi, b’mod partikolari, is-semikondutturi u l-mikroelettronika avvanzati, l-infrastruttura tal-cloud u tad-data, l-IA u l-computing ta’ prestazzjoni għolja, it-teknoloġiji kwantistiċi, ir-robotika avvanzata, is-sistemi bbażati fl-ispazju u bis-satellita, it-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà u tal-kriptaġġ, u t-teknoloġiji ewlenin relatati mal-enerġija, għax dawn huma pilastri essenzjali tas-sovranità teknoloġika u ekonomika Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riskji relatati mal-investiment f’dawn l-oqsma jiġu vvalutati u indirizzati b’mod immirat u kunfidenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq li l-UE għandha tipparteċipa bis-sħiħ f’oqfsa emerġenti ta’ koordinazzjoni tas-semikondutturi; jissottolinja li l-UE bħalissa mhijiex rappreżentata biżżejjed f’arranġamenti bħal dawn, minkejja r-rwol strateġiku ta’ xi kumpaniji tal-UE fil-ktajjen tal-provvista globali tas-semikondutturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jisħaq li, f’setturi strateġikament sensittivi, il-proprjetà intellettwali u l-għarfien industrijali jikkostitwixxu assi strateġiċi ewlenin, li l-kontroll u l-lokalizzazzjoni tagħhom huma essenzjali għas-sigurtà ekonomika tal-UE; jissottolinja li l-appoġġ pubbliku, id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist u l-awtorizzazzjonijiet ta’ investiment barrani għandhom jinkludu salvagwardji li jiżguraw li l-proprjetà intellettwali kritika ġġenerata jew żviluppata fl-UE tibqa’ ankrata b’mod effettiv fl-UE u ma tiġix ittrasferita barra minnha b’modi li jimminaw it-tmexxija teknoloġika u l-kapaċità industrijali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq li r-riskji għas-sigurtà ekonomika jistgħu jinħolqu wkoll wara li jkun sar investiment u jissottolinja l-ħtieġa ta’ monitoraġġ effettiv u valutazzjoni tar-riskju tal-iżviluppi ta’ wara l-investiment, inklużi l-governanza, it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u t-trasferiment potenzjali ta’ teknoloġiji kritiċi jew għarfien espert sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-qafas tal-iskrinjar tal-investiment tal-UE jintlaħqu bis-sħiħ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>VI.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sigurtà ekonomika fil-politiki settorjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Iqis ir-rotot tat-trasport marittimu, il-portijiet u s-servizzi loġistiċi bħala assi kritiċi tas-sigurtà ekonomika u jisħaq li s-salvagwardja tal-libertà tan-navigazzjoni għandha tkun objettiv diplomatiku u militari ewlieni għall-UE; jappella għal ippjanar ta’ kontinġenza aktar b’saħħtu fil-livell tal-UE u mekkaniżmi ta’ tħejjija kkoordinati biex jiġi indirizzat it-tfixkil fit-tul li jaffettwa l-punti ta’ konġestjoni marittimi ewlenin, bħall-Istrett ta’ Hormuz;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappella għal mekkaniżmu ta’ reżiljenza tal-merkanzija bl-ajru tal-UE għal oġġetti essenzjali (bħal provvisti mediċi u komponenti kritiċi), inklużi mobilizzazzjoni rapida tal-kapaċità u proċeduri ta’ awtorizzazzjoni simplifikati matul perjodi ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jappella għal approċċ strateġiku għall-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, filwaqt li tingħata prijorità lit-tisħiħ u l-integrazzjoni tan-network intern tal-merkanzija tal-UE biex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-konġestjonijiet eżistenti, filwaqt li jiġu appoġġjati wkoll konnessjonijiet diversifikati u reżiljenti ma’ pajjiżi terzi, inkluż tul ir-rotot bejn l-Ewropa u l-Asja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infrastruttura tal-kurituri, l-operaturi u s-sistemi diġitali li jappoġġjaw it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota li l-primjums tal-assigurazzjoni marittima u l-klassifikazzjonijiet tar-riskju jistgħu jsiru ostakli kummerċjali <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> fi żminijiet ta’ kriżi; jappella għal involviment fil-livell tal-UE mal-assiguraturi, l-atturi tal-klassifikazzjoni u l-kumpaniji tat-tbaħħir biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-vjeġġi kritiċi u biex tiġi evitata l-manipulazzjoni permezz tal-koerċizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jappella għall-użu akbar tad-data dwar il-vapuri u l-kontejners biex jiġu identifikati l-koerċizzjoni, iċ-ċirkomvenzjoni u d-devjazzjoni illegali, inkluż permezz ta’ kapaċità msaħħa tal-UE li tidentifika xejriet anomali ta’ rotot u ċentri ta’ trażbord użati għall-evażjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ “korsija rapida” doganali u tal-fruntiera tal-UE fil-modalità ta’ kriżi għal inputs kritiċi u oġġetti essenzjali bħala parti mit-tfassil mill-ġdid tal-kodiċi doganali tal-UE, u jinnota li din għandha tiġi attivata matul avvenimenti kbar ta’ tfixkil, bi kriterji armonizzati biex tiġi evitata l-frammentazzjoni madwar l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jappella għal reżiljenza msaħħa tal-UE kontra t-tfixkil tas-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) fuq skala kbira, inklużi l-imblukkar u l-ispoofing li jaffettwaw l-avjazzjoni, permezz tal-użu ta’ protokolli ta’ navigazzjoni ta’ riżerva u alternattivi ta’ pożizzjonament siguri u sistemi robusti ta’ detezzjoni u mitigazzjoni, inklużi, fejn rilevanti, kapaċitajiet appoġġjati mill-IA għal operazzjonijiet kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Iwissi li inkursjonijiet ripetuti tad-droni fuq ajruporti Ewropej ewlenin kixfu vulnerabbiltajiet serji fl-ispazju tal-ajru Ewropew u wasslu għal tfixkil sinifikanti tat-traffiku tal-ajru u tar-rotot tal-merkanzija; jisħaq li l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, bħaċ-ċentri tal-avjazzjoni, trid tiġi ttrattata bħala prijorità tas-sigurtà ekonomika, li tirrikjedi miżuri kkoordinati fil-livell tal-UE biex jiġi evitat tfixkil operazzjonali tal-infrastruttura kritika tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq li l-infrastruttura kritika tal-enerġija, bħat-terminals tal-gass naturali likwifikat (LNG), l-interkonnetturi, il-faċilitajiet tal-ħżin jew il-grilji tal-elettriku, trid tiġi ttrattata bħala assi tas-sigurtà ekonomika, bi skrutinju akbar tas-sjieda, tal-kontroll u tal-fornituri tas-servizzi ewlenin, kif previst fir-Regolament rivedut dwar l-Iskrinjar tal-IDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jappella għal pjan immirat tal-UE biex jitnaqqsu d-dipendenzi ta’ riskju għoli fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, inklużi protokolli kkoordinati dwar id-diversifikazzjoni u l-akkwist ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinnota li l-blackout reċenti fuq skala kbira fl-UE kixef vulnerabbiltajiet kemm fl-istabbiltà tal-grilja kif ukoll fis-sistemi ta’ kontroll diġitali li jirfdu l-infrastruttura kritika tal-enerġija u ġġenera effetti ekonomiċi kaskata immedjati, b’riskji ta’ dipendenza akbar fuq pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jissottolinja li l-kapaċità taċ-ċentri tad-data tal-UE għadha insuffiċjenti biex tissodisfa d-domanda li qed tikber b’mod rapidu għal computing ta’ prestazzjoni għolja u avvanzat, bl-Ewropa tirrappreżenta biss madwar 15 % tal-kapaċità globali taċ-ċentri tad-data iperskala, filwaqt li d-domanda Ewropea qed tespandi b’rati annwali b’żewġ ċifri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ skrinjar imsaħħaħ tas-sjieda, l-operazzjonijiet u l-kuntratti ta’ manutenzjoni fir-rigward tal-kejbils sottomarini, l-istazzjonijiet ta’ nżul u ċ-ċentri ewlenin tal-internet, li huma assi strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jappella għal protezzjoni mmirata kontra l-akkwiżizzjonijiet ostili ta’ negozji ġodda diġitali strateġiċi, inkluż l-iskrinjar ta’ ishma minoritarji, strumenti konvertibbli u arranġamenti ta’ trasferiment tal-proprjetà intellettwali, filwaqt li jiġu żgurati kanali adegwati ta’ livell għoli għall-investiment tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, skont it-tieni rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà tal-5G, 14-il Stat Membru għad iridu jimplimentaw restrizzjonijiet fuq fornituri b’riskju għoli, u dan joħloq vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà; jilqa’ l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-infurzar aktar strett deskritt fil-proposta għal reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà għal każijiet ta’ riskju għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE jirrikjedi li l-kumpaniji tal-UE f’teknoloġiji mill-aktar avvanzati jiġu ssalvagwardjati mill-koerċizzjoni u appoġġjati permezz tal-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jissottolinja li l-qafas regolatorju diġitali tal-UE huwa pilastru fundamentali tas-sovranità tagħha; jenfasizza li l-infurzar ta’ dan il-qafas irid jibqa’ eżentat minn pressjoni esterna jew theddid ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni li jirriżultaw minn tilwim kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jilqa’ l-proposti li ġejjin għal att kwantistiku tal-UE, att dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA u reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċipep; jissottolinja li l-effettività ta’ dawn se tiddependi fuq dimensjoni kummerċjali u ta’ investiment b’saħħitha, inklużi miżuri li jappoġġjaw l-espansjoni u l-użu fis-suq u jiffaċilitaw l-aċċess għall-ktajjen tal-valur globali, kif ukoll sħubijiet ma’ pajjiżi tal-istess fehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jirrikonoxxi n-nuqqasijiet kritiċi ta’ mediċini bħala vulnerabbiltà tas-sigurtà ekonomika; jappella għal għodod kummerċjali u ta’ akkwist immirati biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista ta’ mediċini essenzjali, is-sustanzi attivi tagħhom u l-inputs ewlenin matul l-emerġenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jappella għal mitigazzjoni prijoritarja tad-dipendenzi fl-ingredjenti farmaċewtiċi attivi, fil-materjali tal-bidu u fil-prekursuri ewlenin fejn il-produzzjoni hija kkonċentrata u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni huma plawżibbli, inklużi ktajjen tal-provvista diversifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jappella għall-immappjar u l-mitigazzjoni tal-UE tad-dipendenzi minn sors wieħed fil-manifattura ta’ apparati mediċi, apparati mediċi <STRING ITALIC="on">in vitro</STRING> u l-komponenti ewlenin tagħhom, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ diversifikazzjoni mmirata tal-manifattura u ż-żieda fil-produzzjoni domestika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jappella għall-protezzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-infrastruttura tad-data dwar is-saħħa u s-servizzi tal-cloud li jappoġġjaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa, inklużi r-rekwiżiti ta’ kontinwità u s-salvagwardji kontra l-aċċess ostili jew it-tfixkil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jisħaq li l-fluss ta’ prodotti mediċi ffalsifikati minn pajjiżi terzi jimmina s-sigurtà u l-fiduċja pubblika; jappella għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha dwar l-infurzar doganali biex jissaħħu r-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Mediċini Falsifikati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/62/oj);</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ u t-tlestija tal-unjoni tas-swieq kapitali u l-mobilizzazzjoni tat-tfaddil privat Ewropew lejn industriji strateġiċi jistgħu jnaqqsu d-dipendenza fuq il-finanzjament estern u jipprevjenu t-telf ta’ kontroll fuq l-assi u t-teknoloġiji kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jissottolinja li s-sistemi ta’ messaġġi finanzjarji, inkluż is-SWIFT, jikkostitwixxu infrastruttura kritika għall-funzjonament tas-sistema finanzjarja globali u l-kummerċ estern tal-UE; jinnota li l-każijiet tal-passat ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi u reġimi ta’ sanzjonijiet urew l-implikazzjonijiet tal-aċċess għal sistemi bħal dawn; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati r-reżiljenza, l-awtonomija u ċ-ċertezza legali tal-infrastruttura finanzjarja tal-UE, inkluż permezz ta’ salvagwardji kontra interferenza esterna mhux dovuta jew tfixkil li jista’ jaffettwa l-kontinwità tal-attività ekonomika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>VII.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impenn u s-sħubijiet multilaterali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE favur sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, mad-WTO bħala l-aktar qafas żviluppat biex timmaniġġja l-interdipendenza ekonomika globali u tindirizza r-riskji għas-sigurtà ekonomika b’mod prevedibbli u mhux diskriminatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li d-WTO, fil-forma attwali tagħha, tonqos milli tindirizza l-asimmetriji fost il-membri tagħha f’termini ta’ ftuħ tas-suq u impenn għal kompetizzjoni ġusta, u għandha sistema ta’ soluzzjoni tat-tilwim li ma tiffunzjonax tajjeb; jisħaq li riforma sinifikanti tad-WTO, inkluż li tiġi rranġata sistema li tiffunzjona bis-sħiħ għas-soluzzjoni tat-tilwim, hija essenzjali biex jiġu indirizzati r-riskji sistemiċi, jitrażżnu l-prattiki inġusti u tiġi evitata l-eskalazzjoni ta’ tilwim kummerċjali; jirrikonoxxi li, sakemm issir tali riforma, l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-kapaċità tagħha stess li taġixxi b’mod awtonomu u tirreaġixxi b’mod effettiv għar-riskji għas-sigurtà ekonomika, tariffi li qed jogħlew u nuqqas ta’ reċiproċità fil-ftuħ tas-suq; jemmen li l-UE għandha tkun minn ta’ quddiem fl-istabbiliment ta’ koalizzjoni ta’ setgħat intermedji tal-istess fehma b’qafas ċar għal rispons kollettiv u assistenza reċiproka f’każijiet ta’ koerċizzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jinnota b’interess il-pożizzjoni stabbilita mill-Kummissarju għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika, Maroš Šefčovič, dwar il-ħtieġa li jiġi vvalutat mill-ġdid il-prinċipju tan-“nazzjon l-aktar iffavorit” fid-dawl tal-fatt li ċerti membri tad-WTO espandew b’mod drammatiku s-sehem tagħhom tal-kummerċ globali filwaqt li żammew is-swieq tagħhom relattivament magħluqa; jitlob li ssir valutazzjoni ta’ kif il-prinċipju tan-“nazzjon l-aktar iffavorit” jista’ jirrifletti aħjar ir-realtajiet tal-ambjent kummerċjali attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar strutturata ma’ sħab fdati u ekonomiji tal-istess fehma biex tinbena reżiljenza f’network kontra t-tfixkil għall-kummerċ u l-provvista, inkluż permezz ta’ networks ta’ fornituri fdati għal teknoloġiji u infrastruttura kritiċi, li għandhom imorru lil hinn mill-konformità teknika billi jinkorporaw kriterji mhux tekniċi bbażati fuq il-governanza li jindirizzaw ir-riskji sistemiċi maħluqa minn fornituri taħt influwenza barranija mill-Istat, u permezz ta’ tħejjija koordinata, arranġamenti ta’ appoġġ reċiproku, u approċċi komplementari għall-kumulazzjoni ta’ riżerva, ir-rispons għall-kriżijiet u l-protezzjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-esperjenzi tas-sħab li kienu soġġetti għal riskji għas-sigurtà ekonomika jiġu riflessi b’mod sistematiku fil-valutazzjonijiet tas-sigurtà ekonomika, fl-ippjanar tat-tħejjija u fil-koordinazzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi ta’ sigurtà ekonomika żviluppati fi ħdan il-G7; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-UE jkollha rwol proattiv u viżibbli fl-implimentazzjoni u s-segwitu ta’ dawn l-inizjattivi, filwaqt li tiżgura l-koerenza bejn l-impenji tal-G7 u s-sett ta’ għodod tas-sigurtà ekonomika tal-UE stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jinsisti fuq ir-rwol kruċjali tal-Parlament, u b’mod partikolari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tiegħu, fl-iskrutinju demokratiku tal-miżuri relatati mas-sigurtà ekonomika b’implikazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment, inkluż fl-istadji kollha tat-tfassil, l-implimentazzjoni u r-rieżami tagħhom sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, r-responsabbiltà u s-sorveljanza parlamentari infurmata; jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ekonomika, f’konformità mal-aħjar prattika interistituzzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti; jitlob li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jiġi inkluż fin-network tas-sigurtà ekonomika propost fil-komunikazzjoni konġunta tat-3 ta’ Diċembru 2025; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm djalogu strutturat regolari mal-Parlament dwar il-prijoritajiet tas-sigurtà ekonomika, ir-riskji u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas istituzzjonali u ta’ governanza li jippermetti li tiġi żviluppata u implimentata strateġija komprensiva ta’ sigurtà ekonomika mal-Parlament u mal-Kunsill u mal-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati rilevanti l-oħra kollha;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>