<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0205</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp biex jiġu indirizzati l-movimenti irregolari tal-popolazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħhom fil-pajjiżi sħab</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0147/2026 - Rapporteur: Lukas Mandl)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2026 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp biex jiġu indirizzati l-movimenti irregolari tal-popolazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħhom fil-pajjiżi sħab (2025/2111(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 79 u 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Applying the Human Rights Based Approach to international partnerships – An updated Toolbox for placing rights-holders at the centre of EU’s Neighbourhood, Development and International Cooperation” (L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għal sħubijiet internazzjonali – Sett ta’ għodod aġġornat biex id-detenturi tad-drittijiet jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-viċinat, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE) (SWD(2021)0179),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ewropa Globali (COM(2025)0551),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1351, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1351/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema komuni għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fl-Unjoni, u li jħassar id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE (COM(2025)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (il-Ftehim ta’ Samoa)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022 “Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE” (COM(2022)0657),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt għall-Mediterran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-Ġdid – “Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika (EUTF) tal-UE u r-rapport speċjali 17/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-25 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Il‑fond fiduċjarju tal‑UE għall‑Afrika – Minkejja approċċi ġodda, l‑appoġġ baqa’ mingħajr fokus”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma” (COM(2025)0280),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/576, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/576/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-2 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Nibnu sħubijiet internazzjonali sostenibbli bħala Tim Ewropa” (JOIN(2024)0025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2024 dwar il-migrazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 73/195 tad-19 ta’ Diċembru 2018 bit-titolu “Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration” (Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 71/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta’ Settembru 2016 bit-titolu “New York Declaration for Refugees and Migrants” (Dikjarazzjoni ta’ New York għar-Rifuġjati u l-Migranti),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli), adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta’ Settembru 2015 fi New York u li tistabbilixxi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u b’mod partikolari l-SDG 10.7,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, u l-Protokoll tagħha ta’ New York tal-1967,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar attivitajiet relatati mal-migrazzjoni fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) u s-sett ta’ għodod assoċjat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju li sar għall-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu dwar ir-rwol tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari fl-Afrika<FOOTNOTE><FIELD> Talleraas, C., <STRING ITALIC="on">The role of EU development cooperation in addressing irregular migration in Africa</STRING> (Ir-rwol tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari fl-Afrika), Unità tal-Analiżi u l-Appoġġ tal-Politiki Esterni, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, Ottubru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A10-0147/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-migrazzjoni u l-mobbiltà, il-paċi, il-governanza tajba, l-istabbiltà, it-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp sostenibbli huma interkonnessi b’mod qawwi; billi l-migrazzjoni hija xprunata kemm minn fatturi fil-livell makro kif ukoll fil-livell mikro bħall-kunflitt armat, l-instabbiltà politika, it-tbatija ekonomika, in-nuqqas ta’ opportunitajiet u l-faqar, l-aċċess limitat għal mekkaniżmi ta’ protezzjoni soċjali, il-forniment inadegwat ta’ servizzi, il-marġinalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni kontra persuni vulnerabbli jew il-persekuzzjoni tagħhom, inkluż fir-rigward tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin tagħhom, in-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u l-aċċess skars għal ilma nadif, u d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> Essentials of Migration Management, “Drivers of international migration” (Elementi essenzjali tal-Ġestjoni tal-Migrazzjoni, “Muturi tal-migrazzjoni internazzjonali”), https://emm.iom.int/handbooks/global-context-international-migration/drivers-international-migration.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-movimenti irregolari tal-popolazzjoni jinkludu kategoriji differenti ta’ migranti, bħal dawk li jfittxu l-ażil u bħar-rifuġjati li jfittxu protezzjoni internazzjonali; billi l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jibqgħu fl-Istati Membri responsabbli, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha rwol fundamentali fil-qerda tal-faqar, fl-indirizzar ta’ kuntesti fraġli, fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal-bniedem u tas-sostenibbiltà fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, fl-indirizzar tal-isfidi globali permezz ta’ sħubijiet internazzjonali li jiddefendu u jippromwovu l-valuri u l-interessi Ewropej, u fil-kontribut għall-paċi u l-prosperità fid-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-politika tal-iżvilupp tal-UE trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-istabbiltà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan aħħari li jinqered il-faqar estrem f’konformità mal-Aġenda 2030 u l-SDGs, skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp trid tkun ibbażata fuq riżultati verifikabbli u fuq impenn kondiviż konkret għall-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-EUTF inħoloq biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari u biex jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet fir-rieżami tagħha li l-EUTF ma laħaqx ħafna mill-objettivi tiegħu minħabba li strateġiji effettivi mhux dejjem ġew identifikati b’mod ċar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE ilha mill-2015 tiffaċċja flussi migratorji mingħajr preċedent, li jirrikkjedu sforz sostnut mill-Istati Membri biex jimmaniġġjawhom, u billi għalhekk huwa meħtieġ li jissaħħu l-politiki Ewropej għall-iżvilupp biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, peress li bejn l-2015 u l-2024 ġew ippreżentati aktar minn 8,5 miljun talba għall-ażil fl-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Aġenzija tal-UE għall-Ażil, “3.4 Data on applications for international protection” (Data dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali), https://euaa.europa.eu/asylum-report-2025/34-data-applications-international-protection.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-qsim irregolari tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-UE naqas b’aktar minn kwart (26 %) fl-2025 għal kważi 178 000<FOOTNOTE><FIELD> https://www.frontex.europa.eu/media-centre/news/news-release/frontex-irregular-border-crossings-down-26-in-2025-europe-must-stay-prepared-lyKpVb?etrans=mt.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-maġġoranza tal-migranti li jaslu fl-Ewropa jaslu permezz ta’ mezzi legali; billi l-Mira 7 tal-SDG 10 titlob lill-pajjiżi jiffaċilitaw il-migrazzjoni u l-mobbiltà b’mod ordnat, sikur, regolari u responsabbli tal-persuni permezz ta’ politiki dwar il-migrazzjoni ppjanati u ġestiti tajjeb;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi 4.2 miljun persuna emigraw lejn l-UE minn pajjiżi mhux tal-UE fl-2024<FOOTNOTE><FIELD> Mhux inklużi dawk li jfittxu l-ażil u r-rifuġjati mill-Ukrajna taħt protezzjoni temporanja għal xi Stati Membri. Eurostat, “Migration to and from the EU”, https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Migration_to_and_from_the_EU.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ħafna pajjiżi ta’ oriġini tal-applikanti għall-ażil huma pajjiżi b’introjtu baxx u medju; billi r-rata ta’ rikonoxximent għal dawk li jfittxu l-ażil minn xi wħud minn dawn il-pajjiżi hija pjuttost baxxa;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fl-2024, il-pajjiżi tal-UE taw status ta’ protezzjoni lil 437 900 persuna li tfittex l-ażil, żieda ta’ 6,9 % meta mqabbla mal-2023 (409 530); billi dan kien l-ogħla numru mill-livelli rekord irreġistrati wara l-kriżi tar-rifuġjati relatata mal-gwerra fis-Sirja fl-2016 u fl-2017; billi r-rata ta’ rikonoxximent fil-livell tal-UE, jiġifieri s-sehem ta’ deċiżjonijiet pożittivi fost l-għadd totali ta’ deċiżjonijiet dwar l-ażil, kienet ta’ 51,4 % għal deċiżjonijiet tal-ewwel istanza fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fl-2024, 124 000 ċittadin mhux tal-UE ġew miċħuda d-dħul fl-UE, 919 000 instabu mingħajr status, għal 453 000 inħarġu deċiżjonijiet ta’ ritorn u madwar 110 000 ġew effettivament ritornati lejn pajjiż barra mill-UE<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Migration and asylum in Europe – 2025 edition, irregular migration and return (Il-migrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa – edizzjoni tal-2025, migrazzjoni irregolari u ritorn), https://ec.europa.eu/eurostat/web/interactive-publications/migration-2025#irregular-migration-and-return.</FIELD></FOOTNOTE>; billi madwar 20 % ta’ dawk li nħarġulhom deċiżjonijiet ta’ ritorn fil-fatt ġew irritornati<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Migration and asylum in Europe – 2025 edition, Orders to leave and returns (Il-migrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa – edizzjoni tal-2025, Ordnijiet ta’ tluq u ritorn), https://ec.europa.eu/eurostat/web/interactive-publications/migration-2025#orders-to-leave-and-returns-of-non-eu-citizens.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-aktar vjaġġi frekwenti ta’ migrazzjoni internazzjonali huma bejn pajjiżi ġirien; billi l-maġġoranza l-kbira tar-rifuġjati, il-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-persuni spostati internament, huma ospitati f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju; billi l-piż ekonomiku fuq dawk il-pajjiżi huwa tqil u jaffettwa l-koeżjoni u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom stess; billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għalhekk għandha rwol kruċjali fl-appoġġ tal-popolazzjonijiet spostati u tal-komunitajiet ospitanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Afrika qed tiffaċċja migrazzjoni interna, b’madwar 80 % tal-migrazzjoni Afrikana kollha sseħħ fi ħdan il-kontinent; billi fl-2024, l-Afrika sub-Saħarjana rreġistrat 19.3 miljun spostament intern ġdid, li 11.5 miljun minnhom kienu kkawżati minn kunflitt u 7.8 miljun minn diżastri; billi l-għadd totali ta’ persuni spostati internament fl-Afrika laħaq 38.8 miljun bejn l-2015 u l-2024, li jammonta għal 46 % tat-total globali, b’68 % minnhom ġejjin mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Etjopja, in-Niġerja, is-Somalja u s-Sudan;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi minn Ġunju 2025, 117,3 miljun persuna kienu ġew imġiegħla jaħarbu minn djarhom globalment minħabba persekuzzjoni, kunflitt, vjolenza, ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li jfixklu serjament l-ordni pubbliku; billi 42,5 miljun minn dawn kienu rifuġjati, 67,8 miljun kienu persuni spostati internament, u 8,42 miljun kienu persuni li jfittxu l-ażil <FOOTNOTE><FIELD> https://www.unhcr.org/about-unhcr/overview/figures-glance.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-Rapport dwar ix-Xejriet Globali u l-istħarriġ tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) juru li l-biċċa l-kbira tar-rifuġjati u l-persuni spostati ma jridux jitilqu minn pajjiżhom iżda huma mġiegħla minn theddid bħal kunflitt, persekuzzjoni, vjolenza jew tbatija estrema; billi stħarriġ tal-UNHCR tal-2023 sab li l-maġġoranza l-kbira tar-rifuġjati jippreferu jibqgħu fil-komunitajiet tagħhom jekk is-sigurtà u l-għajxien tagħhom jiġu ggarantiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha rwol fundamentali fit-tnaqqis tal-faqar u fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ fraġilità billi tappoġġja l-iżvilupp tal-bniedem, tippromwovi u tappoġġja l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, u billi ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi kif ukoll toħloq opportunitajiet ekonomiċi sostenibbli, ittejjeb il-governanza u trawwem il-paċi u l-istabbiltà, u b’hekk tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-edukazzjoni u l-prospetti ta’ impjieg fil-pajjiżi ta’ oriġini huwa essenzjali biex jiġi żgurat li n-nies ikunu jistgħu jibnu futur għalihom infushom fil-komunitajiet tagħhom stess minflok ma jkunu mġiegħla jemigraw; billi kooperazzjoni mmirata u effettiva tista’ għalhekk tnaqqas l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari billi tippromwovi l-istabbiltà, is-sigurtà u l-awtosuffiċjenza fil-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi ż-żieda fil-fraġilità, anke fir-rigward tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, u t-tnaqqis kif ukoll l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi naturali, jista’ jkollhom impatt fuq il-migrazzjoni; billi 90 % tad-diżastri naturali kollha huma relatati mal-ilma, b’impatti possibbli fuq l-insigurtà tal-ikel, iż-żieda fil-kunflitt soċjetali u l-migrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi livelli għoljin ta’ insigurtà tal-ikel iwasslu għal livelli ogħla ta’ migrazzjoni bejn il-fruntieri, b’kull żieda ta’ 1 % fl-insigurtà tal-ikel f’popolazzjoni ġġiegħel lil 1,9 % persuni addizzjonali jemigraw; billi, filwaqt li l-ixprunaturi ekonomiċi u ambjentali waħedhom ma jikkostitwixxux raġunijiet għall-ażil, dawn jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal fatturi ta’ vulnerabbiltà li jistgħu jirrikjedu rispons komprensiv internazzjonali orjentat lejn il-protezzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-flussi migratorji spiss huma marbuta mal-iskarsezza tar-riżorsi naturali, inkluż l-ilma; billi 2,2 biljun individwu madwar id-dinja għad m’għandhomx aċċess għal ilma tax-xorb sikur; billi l-istrateġija Ewropea għar-reżiljenza tal-ilma għandha l-għan li tippromwovi r-reżiljenza tal-ilma u tiżgura l-aċċess għal ilma tax-xorb u sanità mtejba għal mill-anqas 70 miljun individwu permezz ta’ involviment imsaħħaħ tal-pajjiżi u tar-reġjuni fl-ambitu tal-Global Gateway;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni billi jiżviluppa sħubijiet komprensivi bbażati fuq djalogu politiku, impenn reċiproku u approċċ “mill-bidu sat-tmiem”;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Patt għall-Mediterran jitlob l-estensjoni tal-Erasmus+ għal diversi pajjiżi fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika biex iż-żgħażagħ jiġu konnessi, u jiġi appoġġjat ambjent ta’ edukazzjoni għolja u żvilupp tal-ħiliet aktar integrat u inklużiv; billi l-Patt jitlob ukoll iż-żieda tas-sħubijiet ta’ talent, inkluż permezz tat-tnedija tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet bejn l-impjegaturi tal-UE u l-persuni li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-istrateġija Global Gateway u l-investimenti fl-iżvilupp tal-bniedem għandhom joffru opportunità biex il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tiġi allinjata mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab, inkluża l-migrazzjoni, billi jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-valuri demokratiċi u standards għoljin, jissaħħu l-governanza tajba u t-trasparenza u l-investimenti sostenibbli, inkluż dwar is-sigurtà tal-ilma, fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-istrateġija Global Gateway għandu jkollha wkoll l-għan li tippromwovi sħubijiet sostenibbli u fdati fl-enerġija u l-infrastruttura ekoloġiċi; billi l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-investiment fl-enerġija rinnovabbli huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-muturi soċjoekonomiċi tal-migrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-kooperazzjoni ekonomika u l-investiment privat huma għodod importanti biex jitnaqqas il-faqar u tiżdied l-awtosuffiċjenza, filwaqt li jiġi stimulat it-tkabbir lokali sostenibbli fil-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-iżvilupp industrijali wera li huwa wieħed mill-aktar modi b’saħħithom biex in-nies jinħarġu mill-faqar; billi l-investiment fil-kapaċitajiet tal-produttività b’mod soċjalment responsabbli u sostenibbli jista’ jiġġenera opportunitajiet ta’ impjieg u jista’ jkollu effett multiplikatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi t-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin huma ksur gravi tad-drittijiet fundamentali u jċaħħdu lin-nies mid-dinjità, il-libertà u d-drittijiet fundamentali tagħhom; billi n-networks kriminali ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u traffikar ta’ bnedmin jisfruttaw lill-migranti billi japprofittaw minn vjaġġi perikolużi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi xi pajjiżi ma għandhomx l-għodod u r-riżorsi biex jipprevjenu u jiġġieldu dawn ir-reati; billi s-sħubijiet internazzjonali jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha rwol essenzjali fil-kontribut għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, kif ukoll fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin, fil-protezzjoni tar-rifuġjati u tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, fl-appoġġ għall-pajjiżi li jospitaw ir-rifuġjati u fl-iżvilupp ta’ perkorsi ta’ migrazzjoni legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi s-sigurtà, l-istabbiltà, l-integrità territorjali u l-governanza tajba huma prerekwiżiti għal miżuri ta’ żvilupp sostenibbli u billi l-UE għandha tappoġġja wkoll lill-pajjiżi sħab fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi u l-ġestjoni tal-fruntieri, u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-ġestjoni effettiva tal-migrazzjoni tirrikjedi wkoll kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, u ż-żarmar ta’ networks kriminali li jisfruttaw persuni vulnerabbli; billi l-appoġġ għall-iżvilupp lokali u l-istabbiltà fil-pajjiżi sħab jgħin biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni b’mod sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-appoġġ Ewropew għal sistemi tal-ażil li jiffunzjonaw f’pajjiżi terzi bħala parti mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa ta’ importanza vitali għall-protezzjoni internazzjonali ta’ dawk li jfittxu l-ażil;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-politiki ta’ ritorn u riintegrazzjoni jridu jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem; billi l-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riintegrazzjoni tista’ ġġib benefiċċji reċiproċi meta tqis ir-ritorn volontarju, dinjituż u sostenibbli lejn il-pajjiżi ta’ oriġini;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-ftehimiet ta’ riammissjoni u l-proġetti innovattivi mfassla apposta mmirati lejn ir-riintegrazzjoni tal-migranti fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom jiffurmaw parti integrali mill-kooperazzjoni effettiva mal-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha rwol kruċjali fl-appoġġ tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-popolazzjonijiet spostati u tal-komunitajiet ospitanti u l-protezzjoni tal-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi n-nisa, it-tfal u l-persuni b’diżabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-migrazzjoni tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni, kif ukoll fir-reġjuni u bejniethom; billi l-migrazzjoni għandha impatt ekonomiku kemm fuq il-pajjiż tad-destinazzjoni kif ukoll fuq il-pajjiż tal-oriġini; billi dan l-impatt jista’ jidher fil-kontribut tal-migranti għall-finanzi pubbliċi, l-impjiegi u l-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll fir-rwol tal-komunitajiet tad-dijaspora fl-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi l-komunitajiet tad-dijaspora għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-pajjiżi sħab, speċjalment fit-trawwim tal-kummerċ u l-iżvilupp ekonomiku, kif ukoll fl-indirizzar ta’ firxa ta’ kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u l-mobbiltà; billi l-Faċilità Globali tad-Dijaspora tal-UE jista’ jkollha rwol ewlieni f’dan il-kuntest;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-eżodu ta’ mħuħ jista’ joħloq sfidi għall-pajjiżi terzi biex jilħqu l-objettivi ta’ politika tagħhom relatati kemm mal-iżvilupp kif ukoll mal-migrazzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Interkonnessjonijiet bejn il-migrazzjoni u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja l-interkonnessjoni bejn il-migrazzjoni u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jimpenjaw ruħhom favur il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fil-politiki tal-migrazzjoni tagħhom, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-Aġenda 2030 tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE jridu dejjem jiġu elaborati u implimentati b’mod kompletament koerenti, b’approċċ prammatiku u ta’ benefiċċju reċiproku u orjentat lejn ir-riżultati mmirat lejn l-iżgurar tal-istabbiltà u l-opportunitajiet ekonomiċi fil-pajjiżi sħab, inklużi l-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu għall-flussi migratorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha tipprijoritizza l-qerda tal-faqar, it-tnaqqis tal-inugwaljanza u l-iżvilupp sostenibbli, f’konformità mal-SDGs, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi permezz tal-emanċipazzjoni ekonomika, ir-riformi ta’ governanza u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab filwaqt li tipprijoritizza wkoll l-investimenti fit-tul ibbażati fuq il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp tal-pajjiżi sħab, inkluż meta jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, fost objettivi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li n-nisa u l-bniet spiss jiġu affettwati b’mod sproporzjonat mill-kriżijiet u l-faqar; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tapplika approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u sensittiv għall-vulnerabbiltà fil-programmi ta’ żvilupp, filwaqt li tissottolinja l-importanza li jiġu identifikati r-riskji għad-drittijiet tal-bniedem, tittieħed azzjoni ta’ mitigazzjoni u jiġi żgurat li ssir enfasi partikolari fuq il-persuni kollha f’sitwazzjonijiet vulnerabbli – inklużi l-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, il-komunitajiet emarġinati u n-nisa, il-bniet u ż-żgħażagħ – speċjalment peress li r-rwol tan-nisa f’kuntesti fraġli u l-bini tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-iżvilupp sostenibbli huwa kruċjali, peress li spiss joffru l-ewwel rispons u jistgħu jkunu katalizzaturi essenzjali tal-bidla, ir-reżiljenza u l-irkupru; jenfasizza li l-parteċipazzjoni tan-nisa u dik inklużiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet, il-medjazzjoni, l-azzjoni klimatika u l-iżvilupp tal-komunità twassal għal eżiti aktar effettivi u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa li jiżgura l-koerenza bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri li jaħdmu fuq id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni; jissottolinja li Tim Ewropa għandu jikkoordina l-isforzi politiċi, diplomatiċi, finanzjarji u tekniċi biex jiżviluppa u japprofondixxi sħubijiet komprensivi li jappoġġjaw lill-pajjiżi sħab fil-ġestjoni tal-migrazzjoni b’mod sikur, ordnat, regolari u responsabbli billi japplika approċċ effettiv ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u ċċentrat fuq il-bniedem li jindirizza wkoll il-ħtiġijiet tar-rifuġjati u tal-persuni spostati internament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li bl-għan li tiġi evitata l-korruzzjoni u tiġi evitata l-ġestjoni ħażina, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi ċari ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex jiġu pprovduti obbligu ta’ rendikont u trasparenza effettivi fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż meta tiġi indirizzata r-rabta bejn l-iżvilupp u l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu d-djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi, isaħħu u jiżviluppaw approċċi komprensivi u ta’ benefiċċju reċiproku fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż li jqisu l-kuntesti speċifiċi u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp u migrazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, speċjalment dwar l-iżvilupp tal-bniedem, ix-xogħol deċenti, l-inklużjoni soċjali, u l-protezzjoni tal-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni spostati internament; jisħaq li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ fehim ċar tal-insedjamenti tal-migranti u l-effetti lokali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija li tenfasizza l-ħtieġa ta’ perspettiva lokali, isaħħu s-sjieda lokali u jibnu fuq il-prijoritajiet reġjonali eżistenti, b’mod partikolari billi jappoġġjaw is-sistemi ta’ migrazzjoni intrakontinentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-kuntesti ġeografiċi fraġli billi tqis ukoll data speċifika għall-migrazzjoni u informazzjoni bbażata fuq ir-riċerka biex tidentifika aħjar il-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab u tiffoka fuq il-prijoritajiet tagħhom, inkluż dwar il-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li l-Global Gateway jista’ jkollha rwol ewlieni fit-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi sħab, u b’hekk tagħti s-setgħa lill-komunitajiet lokali u tippermetti lill-individwi jikkontribwixxu b’mod attiv għall-iżvilupp kemm tal-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom kif ukoll tal-komunitajiet ospitanti, u b’hekk tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat involviment akbar tas-settur privat, li jiġu diversifikati u implimentati perkorsi legali, jiġu rikonoxxuti l-ħiliet, jiġu involuti l-banek tal-iżvilupp tal-UE, u jiġu żviluppati approċċi innovattivi għat-taħlit tal-fondi fil-qafas ta’ Tim Ewropa u filwaqt li jingħata kontribut għall-Global Gateway; iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tas-settur privat Ewropew fi proġetti ta’ żvilupp f’pajjiżi sħab, filwaqt li jiġi żgurat appoġġ għal qafas ta’ investiment sikur u trasparenti li jiffaċilita l-involviment ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-ħolqien ta’ ktajjen ta’ produzzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li l-iskarsezza tal-ilma, id-degradazzjoni ambjentali u tal-art, id-deforestazzjoni, u diżastri oħra relatati mal-klima huma fatturi li jwasslu għall-flussi migratorji, inkluż l-ispostament furzat; jisħaq li l-individwi spostati minħabba d-degradazzjoni ambjentali u d-diżastri kkawżati mill-klima jeħtieġu appoġġ xieraq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investimenti fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali fi ħdan il-programmi ta’ żvilupp, inklużi l-konservazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija, ir-riforestazzjoni, l-agrikoltura reżiljenti għat-tibdil fil-klima u l-enerġija rinnovabbli, sabiex jissaħħu l-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza tal-komunitajiet, jiġu evitati tensjonijiet fuq ir-riżorsi naturali u jiżdiedu l-opportunitajiet tan-nies biex jibnu ħajja sostenibbli fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li, sabiex tagħmel impatt sostenibbli, l-UE jeħtiġilha tapplika approċċ olistiku, li jiffoka fuq il-livell lokali bl-objettiv li tipprovdi assistenza għall-iżvilupp biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp strutturali permezz ta’ appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-ordni bbażat fuq ir-regoli u l-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu implimentati programmi ta’ żvilupp f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u s-settur privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġielda t-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali u multilaterali msaħħa mal-pajjiżi sħab, inkluż, fejn xieraq, mal-awtoritajiet lokali, il-forzi tas-sigurtà u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fuq il-prevenzjoni tal-kriminalità, il-protezzjoni tal-vittmi, l-infurzar imsaħħaħ tal-liġi, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, il-prosekuzzjoni tal-awturi u l-prevenzjoni tal-isfruttament tal-migranti minn networks kriminali u faċilitaturi ta’ immigrazzjoni illegali, kif ukoll billi jiġu pprovduti alternattivi aktar sikuri permezz tal-ħolqien ta’ kanali legali għal migrazzjoni sikura u regolari u l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol; jissottolinja li kontroll strett tal-fruntieri mingħajr perkorsi legali alternattivi għall-migrazzjoni jċaqlaq ir-rotot migratorji, jintroduċi passi differenti fil-vjaġġ u pajjiżi ta’ tranżitu ġodda, u b’hekk iżid il-prekarjetà tal-vjaġġ u l-esponiment tal-migranti għal networks ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, estorsjoni u vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab dwar il-migrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li l-assistenza umanitarja għandha dejjem tingħata f’konformità mal-prinċipji umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-pajjiżi ta’ oriġini u lill-pajjiżi ospitanti ġirien fl-indirizzar taż-żieda fil-flussi migratorji interkontinentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jipprevjenu u jirrispondu għall-istrumentalizzazzjoni tal-migranti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi sħab u l-aġenziji rilevanti biex jiġu identifikati, evitati u miġġielda azzjonijiet bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-finanzjament għall-iżvilupp pubbliku huwa kruċjali għall-pajjiżi sħab u li l-investiment privat jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, jinnota li l-garanziji ta’ investiment mill-UE jħeġġu lill-kumpaniji jagħmlu investimenti, dment li titwettaq diliġenza dovuta rigoruża biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards soċjali, ambjentali u ta’ governanza, kif ukoll l-allinjament mal-SDGs; ifakkar li l-kisba tal-SDGs hija essenzjali biex jittejjeb l-għajxien f’pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jitlob li l-istrumenti finanzjarji tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus u l-Bank Ewropew tal-Investiment ikollhom l-għan li jiġġeneraw redditi ekonomiċi lokali bl-għan li jissaħħu l-awtonomija ekonomika u s-sostenibbiltà fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-ODA tibqa’ għodda vitali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-indirizzar tal-inugwaljanzi u għall-appoġġ tal-aktar komunitajiet vulnerabbli; jikkritika bil-qawwa t-tnaqqis drastiku fl-ODA li sar minn donaturi globali ewlenin; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenn tagħhom li jonfqu 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom fuq l-ODA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura obbligu ta’ rendikont, trasparenza u sorveljanza parlamentari akbar fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-finanzjament kollu tal-UE inkluż l-Istrument Ewropa Globali li jmiss, li jrid jagħti prijorità lill-implimentazzjoni tal-SDGs, anke fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi tal-migrazzjoni irregolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-iżvilupp agrikolu u rurali, flimkien mal-politika dwar l-ikel u n-nutrizzjoni, jistgħu jikkontribwixxu għar-rispons għal uħud mill-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; ifakkar li l-aċċess għall-art u r-riżorsi naturali huwa kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali tal-komunitajiet lokali, biex tittejjeb il-produttività tal-bdiewa żgħar filwaqt li l-produzzjoni tiġi adattata għat-tibdil fil-klima u biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Volontarji tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura dwar id-Dritt għaż-Żamma ta’ Art, li jagħtu prijorità lid-drittijiet u l-ħtiġijiet tad-detenturi leġittimi tad-drittijiet tal-art, speċjalment in-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ tekniku u vokazzjonali fil-pajjiżi sħab bħala parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp tagħha sabiex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; jissottolinja l-importanza li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-bniedem billi jsir investiment fil-ħiliet lokalment; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-pajjiżi sħab fil-bini tal-kapaċità f’dan ir-rigward; jappella, barra minn hekk, għal aktar appoġġ għal inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ biex jissaħħu l-ħiliet, l-innovazzjoni u l-iskambju u biex il-migrazzjoni tiġi sfruttata bħala mutur tal-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar is-sħubijiet tat-talent tal-UE ma’ aktar pajjiżi terzi, speċjalment dawk b’livelli għoljin ta’ emigrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li l-emanċipazzjoni ekonomika u l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti huma għodod primarji għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u li jtejbu l-għajxien fil-pajjiżi ta’ oriġini u b’hekk jillimitaw ir-raġunijiet għall-migrazzjoni irregolari; jitlob li l-finanzjament tal-UE jappoġġja wkoll l-intraprenditorija lokali u l-infrastruttura pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li ż-żgħażagħ għandhom ikunu fil-qalba tas-sħubijiet u huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-importanza li jiġu appoġġjati programmi ta’ skambju bħal Erasmus+ u programmi oħra ta’ mobbiltà u ħiliet taż-żgħażagħ biex jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ edukazzjoni u impjieg, u jagħtu liż-żgħażagħ l-għażla li jirnexxu fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-agrikoltura u l-ġestjoni tal-ilma fost il-prijoritajiet tagħha għall-kooperazzjoni, filwaqt li tippromwovi proġetti li jtejbu l-awtosuffiċjenza u jnaqqsu l-pressjoni migratorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-migrazzjoni u l-eżodu ta’ mħuħ jistgħu joħolqu sfidi għall-iżvilupp ta’ pajjiż sieħeb billi jnaqqsu l-forza tax-xogħol tas-sengħa disponibbli; ifakkar li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tista’ ttaffi dan ir-riskju permezz ta’ strateġiji komprensivi li jappoġġjaw sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, itejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg lokali u jippromwovu t-trasferiment tal-għarfien u l-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tkompli l-ħidma tagħha f’dan il-qasam, inkluż billi tindirizza l-kwistjoni tal-eżodu ta’ mħuħ permezz tal-qafas u l-finanzjament tal-politika għall-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-komunitajiet tad-dijaspora fit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli, l-investiment u l-innovazzjoni fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom; jisħaq li l-għoti tas-setgħa lin-networks tad-dijaspora joħloq benefiċċji reċiproċi kemm għall-pajjiżi sħab kif ukoll għall-UE; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-involviment mal-organizzazzjonijiet tad-dijaspora u jiżviluppaw programmi inklużivi li jikkontribwixxu għal forom ta’ migrazzjoni ċirkolari ta’ benefiċċju reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni kemm fl-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jxerrdu informazzjoni dwar ir-riskji tal-migrazzjoni irregolari u jippromwovu l-fehim dwar ir-regoli tal-UE dwar l-obbligi fir-rigward tal-migrazzjoni tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għat-titjib tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għad-demokrazija, il-bini tal-istat u tal-kapaċità, kif ukoll is-servizzi pubbliċi inklużi s-saħħa, l-aċċess għall-ilma nadif u l-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li approċċ olistiku li jgħaqqad il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-ġestjoni tal-migrazzjoni huwa essenzjali biex jiġu żgurati b’mod effettiv is-sigurtà u s-solidarjetà kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma kruċjali tal-atturi umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tan-NU, organizzazzjonijiet internazzjonali u atturi lokali oħra, inklużi l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>