<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0215</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0106/2026 - Rapporteur: Nacho Sánchez Amor)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-Rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2025/2256(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u tat-18 ta’ April 2024, tat-30 ta’ Ġunju 2023, tat-23 ta’ Ġunju 2022, tal-24 ta’ Ġunju 2021 u tat-12 ta’ Diċembru 2019, u l-konklużjonijiet rilevanti preċedenti kollha tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u fin-NATO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 134, 7.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/252/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2016 u mill-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2015 dwar l-UE u t-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Negozjar tal-UE għat-Turkija tat-3 ta’ Ottubru 2005,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-21 ta’ Settembru 2005 wara d-dikjarazzjoni magħmula mit-Turkija mal-iffirmar tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Ankara fid-29 ta’ Lulju 2005,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2006 u tas-6 ta’ Marzu 2020, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen fil-21 u fit-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-Kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025, u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2024 u tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dritt internazzjonali tal-baħar kif rifless fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), liema Konvenzjoni tistabbilixxi l-qafas legali li jirregola ż-żoni marittimi u d-drittijiet sovrani tal-istati kostali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “Turkey 2025 Report” (Rapport tal-2025 dwar it-Turkija) (SWD(2025)0756),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 06/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-24 ta’ April 2024 bit-titolu “Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija – Ta’ benefiċċju għar-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti, iżda l-impatt u s-sostenibbiltà għadhom mhumiex żgurati”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-29 ta’ Novembru 2023 (JOIN(2023)0050) u tat-22 ta’ Marzu 2021 (JOIN(2021)0008) dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Id-disa’ Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija” (COM(2024)0517),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-3 ta’ April 2025 dwar l-arrest tas-sindki Torok u l-attakk fuq id-demokrazija lokali fit-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Marzu 2026 dwar il-Pakkett tat-Tkabbir 2025 – Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU u l-Ftehimiet ta’ Livell Għoli tal-1977 bejn il-mexxejja taż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) dwar Ċipru, inkluża r-Riżoluzzjoni 186 (1964) tal-4 ta’ Marzu 1964, li tafferma mill-ġdid is-sovranità tar-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Riżoluzzjonijiet 541 (1983) u 550 (1984) tal-11 ta’ Mejju 1984 dwar azzjonijiet seċessjonisti f’Ċipru, ir-Riżoluzzjoni 789 (1992) tal-25 ta’ Novembru 1992, id-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-UNSC tat-23 ta’ Lulju 2021 dwar Varosha, id-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-UNSC u r-riżoluzzjonijiet tal-UNSC dwar il-Forza għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru (UNFICYP), li l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta’ Jannar 2027 bir-Riżoluzzjoni 2815 (2026).
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jgħid li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenza finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe kawża li jkunu parti minnha, u l-obbligu li jirriżulta minnha għat-Turkija li teżegwixxi s-sentenzi kollha tal-QEDB,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 12(2025) tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa tas-27 ta’ Marzu 2025, bit-titolu “Dismissals of Mayors in Türkiye” (It-tkeċċija tas-Sindki fit-Turkija),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport adottat mill-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa fis-sessjoni tagħha tad-9 u l-10 ta’ Ottubru 2025 dwar l-impatt tal-arrest preventiv tas-sindki fuq l-eżerċizzju tal-governanza demokratika lokali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025, ippubblikat minn Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Monitoraġġ 2025 ippubblikat mir-Reazzjoni Rapida għal-Libertà tal-Media,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025 ippubblikat fl-10 ta’ Frar 2026 minn Transparency International,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) tat-22 ta’ Novembru 2025, bit-titolu “Ir-Repubblika tat-Turkija: Dikjarazzjoni ta’ Konklużjoni tal-Persunal tal-Missjoni skont l-Artikolu IV tal-2025”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar id-Disparità bejn il-Ġeneri 2025, ippubblikat fil-11 ta’ Ġunju 2025 mill-Forum Ekonomiku Dinji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UNESCO tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar Hagia Sophia, u d-deċiżjonijiet 44 COM 7B.58 (2021) u 45 COM 7B.58 (2023) rilevanti dwar iż-żoni storiċi ta’ Istanbul tal-Kumitat tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO, adottati fl-44 u fil-45 sessjoni rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>:
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024<STRING ITALIC="on">, </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2026 dwar it-tkeċċijiet immirati ta’ ġurnalisti barranin u ta’ Nsara barranin fit-Turkija bl-iskuża tas-sigurtà nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0047.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tiegħu dwar it-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar Ċipru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 328, 6.9.2016, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0106/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-Turkija għadha kandidat għall-adeżjoni mal-UE; billi s-sħubija fl-UE għadha l-għan politiku ddikjarat ripetutament tal-Gvern Tork, għalkemm id-distakk mal-valuri u l-prinċipji kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u xi politiki tal-UE qed ikompli jikber; billi t-Turkija jeħtieġ li turi b’mod kredibbli l-impenn tagħha għal relazzjonijiet aktar mill-qrib u allinjament aħjar mal-Unjoni Ewropea, li tirrispetta u tiddefendi l-kriterji ta’ Copenhagen inkluża l-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, li tinnormalizza r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri kollha tal-UE, u li ssegwi u żżomm relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat mal-UE u mal-Istati Membri kollha tagħha sabiex tagħti spinta ġdida lill-perspettiva Ewropea tagħha; billi t-Turkija ġiet mitluba ripetutament biex toqgħod lura mill-azzjonijiet kollha li jiksru s-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha tal-UE u li huma bi ksur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi n-negozjati tal-adeżjoni mal-UE ilhom fil-fatt wieqfa mill-2018, minħabba d-deterjorament tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fit-Turkija u f’kuntest ta’ relazzjonijiet bilaterali taħt pressjoni f’dak iż-żmien;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-aħħar rapport ta’ progress tagħha tal-2025, il-Kummissjoni għal darb’ oħra identifikat rigress serju fl-istat tad-dritt u sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora fit-Turkija, u qajmet dubji dwar l-aderenza mal-prinċipji demokratiċi bażiċi, fil-konfront tal-perjodu preċedenti ta’ rapportar fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-istat tal-indipendenza tal-ġudikatura għadu partikolarment allarmanti, minkejja l-11-il “pakkett ġudizzjarju” ppromulgati mill-Gvern Tork mill-2019; billi l-ordni kostituzzjonali tal-pajjiż hija pperikolata peress li l-awtorità tal-Qorti Kostituzzjonali hija mminata minn qrati ta’ livell aktar baxx li qed jirrifjutaw li jimplimentaw id-deċiżjonijiet tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istandards doppji jeżistu b’mod ċar quddiem il-liġi, kif muri mit-trattament differenti ħafna ta’ każijiet simili, b’mod partikolari fi proċeduri ġudizzjarji politiċi jew ta’ profil għoli jew f’każijiet li jinvolvu akkużi ta’ insulti kontra uffiċjali tal-istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-Turkija strumentalizzat b’mod sistematiku l-liġi kriminali u l-liġijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu biex trażżan l-uffiċjali eletti, il-politiċi tal-oppożizzjoni u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-perjodu reċenti kien ikkaratterizzat minn deterjorament serju fl-istandards u fil-proċessi demokratiċi fit-Turkija, kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak nazzjonali, bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u ta’ pressjoni governattiva eżerċitata fuq is-sindki u l-muniċipalitajiet tal-oppożizzjoni; billi mill-elezzjonijiet lokali ta’ Marzu 2024 mill-anqas 39 sindku mill-partiti tal-oppożizzjoni, speċifikament 29 mill-Partit Popolari Repubblikan (CHP) u 10 mill-Partit għall-Ugwaljanza u d-Demokrazija tal-Popli (DEM), ġew arrestati u mneħħija mill-kariga; billi fi 13-il każ, is-sindki ġew sostitwiti minn persuni fdati maħtura mill-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, wara proċess ġudizzjarju twil, fil-21 ta’ Mejju 2026, Qorti tal-Appell Reġjonali ta’ Ankara qatgħet sentenza ta’ “nullità assoluta” (“mutlak butlan”) fir-rigward tal-kungress tal-partit CHP tal-2023, li bih annullat l-elezzjoni li tellgħet bħala president lil Özgür Özel u t-tmexxija tal-partiti attwali fil-kariga; billi din is-sentenza, minkejja l-possibbiltà ta’ appelli pendenti, kienet akkumpanjata minn mandat ta’ inibizzjoni speċifika bil-għan li titneħħa effettivament mill-kariga t-tmexxija eletta u l-awtorità tagħha tiġi trasferita lill-ex president, Kemal Kılıçdaroğlu, u lill-Assemblea tal-Partit preċedenti; billi wara tlett ijiem, fl-24 ta’ Mejju 2026, fuq talba tat-tim tal-ex president Kılıçdaroğlu, il-pulizija Torka kontra l-irvellijiet daħlet bil-forza fil-kwartieri ġenerali tas-CHP f’Ankara bl-użu tal-gass tad-dmugħ u tal-vjolenza biex tinforza d-deċiżjoni tal-qorti bil-għan li titneħħa mill-kariga t-tmexxija eletta u terġa’ tiġi stabbilita t-tmexxija preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi s-Sindku ta’ Istanbul, Ekrem İmamoğlu, elett demokratikament, ilu mid-19 ta’ Marzu 2025 il-ħabs fuq akkużi foloz li jġorru l-karatteristiċi ta’ pressjoni politika u jiksru b’mod sfaċċat il-prinċipji bażiċi tad-dritt kriminali, bħall-prinċipju tar-responsabbiltà individwali; billi dan huwa ġeneralment meqjus bħala tentattiv biex jiġi eliminat politikament il-kandidat ewlieni tal-oppożizzjoni għall-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi bħalissa hemm madwar 800 fajl pendenti quddiem il-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija (GNAT), fejn qed tintalab it-tneħħija tal-immunità parlamentari tal-membri parlamentari (MPs) attwali; billi proporzjon kbir ħafna tat-talbiet jaffettwaw lill-Membri Parlamentari mill-partiti tal-oppożizzjoni, prinċipalment id-DEM u s-CHP;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-Turkija hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u għalhekk hija legalment marbuta bis-sentenzi tal-QEDB; billi minħabba n-nuqqas tagħha li tapplika deċiżjonijiet storiċi tal-QEDB, it-Turkija bħalissa qed tiffaċċja proċedimenti ta’ ksur storiċi; billi t-Turkija tikklassifika b’mod konsistenti fost il-pajjiżi l-aktar frekwentement misjuba li għandhom ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali protetti mill-KEDB; billi minn Jannar 2026, it-Turkija kellha l-ogħla għadd ta’ kawżi pendenti quddiem il-QEDB, u dan jirrappreżenta terz tal-kawżi totali fil-lista tal-Qorti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi Freedom House tikklassifika lit-Turkija bħala “mhux libera” u l-pajjiż irreġistra wieħed mill-agħar deterjoramenti fid-dinja f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ libertà f’dawn l-aħħar 11-il sena; billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025 jindika aktar deterjorament u jqiegħed lit-Turkija fil-post numru 159 minn 180 pajjiż għal-libertà tal-istampa, bir-rapport jissottolinja li l-awtoritarjaniżmu qed jiżdied fit-Turkija, il-pluraliżmu tal-media qed jiġi kkontestat u qed jintużaw il-mezzi kollha possibbli biex jiġu mminati l-kritiċi; billi, skont Reporters Mingħajr Fruntieri u r-Rapporti ta’ Monitoraġġ tal-Media tal-BIA, bejn 20 u 29 ġurnalist intbagħtu l-ħabs matul l-2025, tlieta oħra nżammu taħt arrest domiċiljari għal xhur sħaħ u għexieren oħra kienu soġġetti għal kontroll ġudizzjarju b’modi li kisru l-libertà tal-moviment tagħhom; billi fl-istess perjodu total ta’ 58 ġurnalist ġew detenuti jew miġjuba bil-forza għal interrogazzjoni mill-pulizija;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi t-Turkija tikklassifika fil-135 post minn 146 pajjiż fl-Indiċi Globali tad-Diskrepanza bejn il-Ġeneri tal-2025, u dan jenfasizza l-inugwaljanza serja bejn il-ġeneri u l-fallimenti sistemiċi fil-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa; billi skont id-data mill-Pjattaforma “We Will Stop Femicide”, fl-2025 kien hemm 297 mewta suspettuża ta’ nisa u 294 femiċidju, filwaqt li sorsi oħra rrapportaw ċifri għoljin sa 420; billi fl-2025 kien hemm żieda rekord f’imwiet suspettużi li jinvolvu n-nisa fit-Turkija; billi n-nuqqas ta’ sistema ta’ ġbir ta’ data uffiċjali komprensiva dwar il-femiċidji għadu ta’ tħassib serju; billi t-Turkija tispikka bħala wieħed mill-pajjiżi tal-OECD l-aktar affettwati mill-vjolenza kontra n-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi skont l-organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem IHD u TIHV, il-popolazzjoni tal-ħabsin fit-Turkija kienet laħqet rekord ta’ 433 543 priġunier fit-2 ta’ Diċembru 2025, u dan jimmarka żieda ta’ seba’ darbiet matul l-aħħar żewġ deċennji, filwaqt li 460 921 persuna oħra kienu soġġetti għal superviżjoni ġudizzjarja; billi dawn l-organizzazzjonijiet iddokumentaw ukoll 1 412-il priġunier marid, inklużi 335 f’kundizzjoni serja; billi l-ħabsijiet Torok joperaw lil hinn mill-kapaċità tagħhom, u dan jiggrava l-problemi bħall-iffullar, ambjenti ta’ għajxien inadegwati u aċċess limitat għar-riżorsi bażiċi; billi r-rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħabsijiet żdiedu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi skont Transparency International, it-Turkija kisbet punteġġ ta’ 31 minn 100 fl-Indiċi tagħha dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025, wara li naqset għal 50 minn 100 fl-2013 għall-aktar marka baxxa tagħha, u dan ifisser li t-Turkija bħalissa tikklassifika fil-124 post minn 180 pajjiż; billi aktar minn disa’ snin wara li ġie adottat ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tar-Raba’ Ċiklu tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Turkija, 3 biss mit-22 rakkomandazzjoni li jinsabu fir-rapport ġew implimentati bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi t-Turkija hija soċjetà multietnika diversa f’reġjun kumpless u suxxettibbli għat-tensjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi t-Turkija għaddejja minn proċess politiku li jismu “Turkija ħielsa mit-Terrur”, bl-għan li tintemm il-vjolenza politika u tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-Kurdi permezz ta’ soluzzjoni politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni, huwa meħtieġ impenn kostruttiv fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, billi t-Turkija hija membru tan-NATO u sieħeb ewlieni għall-istabbiltà fir-reġjun usa’ tal-Lvant tal-Mediterran u fl-oqsma tal-kummerċ, ir-relazzjonijiet ekonomiċi, is-sigurtà, il-migrazzjoni u l-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu; billi l-kooperazzjoni mat-Turkija qed tavvanza f’għadd ta’ oqsma ta’ politika ta’ interess komuni, inkluż permezz ta’ djalogi ta’ livell għoli dwar it-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ u kooperazzjoni akbar dwar il-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, u tista’ tavvanza aktar b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli f’konformità sħiħa mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ April 2024,
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi t-Turkija għadha tospita waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta’ rifuġjati fid-dinja; billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali għadha ta’ importanza strateġika u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-qsim irregolari u perikoluż fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran lejn l-Ewropa u għas-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar; billi mill-2011 ’l hawn l-UE allokat kważi EUR 12,5 biljun biex tappoġġja lir-rifuġjati u lill-komunitajiet ospitanti fit-Turkija;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-allinjament tat-Turkija mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE laħaq l-aktar livell baxx li qatt kien hemm ta’ 4 % fl-2025, meta mqabbel ma’ 6 % fl-2024; billi dan huwa bil-bosta l-aktar livell baxx ta’ allinjament ta’ kwalunkwe pajjiż kandidat; billi dan l-indikatur ma jkoprix il-livelli kollha ta’ involviment ta’ kwalunkwe pajjiż kandidat partikolari fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-tensjonijiet bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran naqsu iżda ma waqfux għalkollox;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi t-Turkija għad għandha rwol sinifikanti fil-kunflitt Sirjan; billi t-Turkija wettqet operazzjonijiet militari fuq skala kbira fit-territorju Sirjan, immirati b’mod partikolari lejn iż-żoni miżmuma mill-Kurdi, u tokkupa territorji fit-Tramuntana tas-Sirja, u dawn iż-żewġ azzjonijiet jiksru d-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-operazzjonijiet militari kontra r-reġim Iranjan se jkollhom implikazzjonijiet għat-Turkija minħabba l-prossimità ġeografika tagħha, inkluż permezz ta’ effetti konsegwenzjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pressjonijiet migratorji mill-ġdid; billi t-Turkija ffaċċjat diversi theddidiet ta’ missili kontra t-territorju tagħha li joriġinaw mill-Iran, u dawn ġew newtralizzati b’suċċess permezz tas-sistema integrata tan-NATO għad-difiża kontra attakki mill-ajru u l-missili;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi r-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija hija partikolarment estensiva, tinvolvi ktajjen tal-provvista integrati ħafna, u kienet ivvalutata għal aktar minn EUR 210 biljun fl-2024, bit-Turkija li hija l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE u l-UE li hija bil-bosta l-akbar sieħeb kummerċjali tat-Turkija, kif ukoll is-sors primarju tagħha ta’ investiment dirett barrani;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-ekonomija tat-Turkija ġiet affettwata minn inflazzjoni għolja, instabbiltà tal-munita u sfidi strutturali, b’implikazzjonijiet diretti għall-ħaddiema, għall-unitajiet domestiċi u għall-koeżjoni soċjali; billi matul dawn l-aħħar sentejn, ix-xejra negattiva twaqqfet u ġiet ikkoreġuta b’politiki makroekonomiċi sodi, li, madankollu, jeħtieġu ż-żmien biex ikollhom effett;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi ċ-ċittadini Torok jirrappreżentaw it-tieni l-ogħla għadd ta’ applikazzjonijiet ipproċessati għal viżi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi t-Turkija se tospita l-31 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Antalya f’Novembru 2026 u għalhekk għandha turi impenn kredibbli biex timplimenta l-miri tagħha għat-tnaqqis tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u tagħmel il-politika tagħha dwar il-klima aktar ambizzjuża;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi personalitajiet prominenti fl-oppożizzjoni reċentement kienu pubblikament favur impenn mill-ġdid bejn l-UE u t-Turkija; billi l-eks kopresident tal-Partit Demokratiku tal-Poplu (HDP) Selahattin Demirtaş appella biex jitkompla l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija bl-idea li dan, minkejja d-diffikultajiet u n-nuqqasijiet attwali kollha, jiskatta azzjoni fil-qasam tar-riforma demokratika u jkun jista’ jinfluwenza l-partijiet ikkonċernati kollha; billi l-President tas-CHP Özgür Özel, f’ittra indirizzata lill-partijiet ikkonċernati tal-UE, irrakkomanda fehim aktar inklużiv u strateġiku tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, filwaqt li afferma mill-ġdid l-appoġġ għal sħubija sħiħa fl-UE, u saħaq li l-approfondiment tal-integrazzjoni istituzzjonali u ekonomika – inkluż fil-proċess “Made in Europe” – se jinfluwenza b’mod importanti l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fit-Turkija; billi l-kandidat presidenzjali tas-CHP u s-Sindku ta’ Istanbul Ekrem İmamoğlu esprimew ukoll il-fehma tagħhom f’ittra li d-diżimpenn mat-Turkija jdgħajjef l-appoġġ tal-UE għat-trasformazzjoni demokratika fil-pajjiż; billi huwa appella wkoll għal bini mill-ġdid tar-relazzjonijiet b’mod gradwali abbażi ta’ prinċipji , inkluż impenn kostanti ankrat fil-kriterji ta’ Copenhagen u l-bidu urġenti ta’ taħditiet dwar il-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali, bħala mezz biex it-Turkija tinżamm allinjata mill-qrib mal-istandards tal-UE u jissaħħu t-trasparenza, il-kompetittività u l-istat tad-dritt;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impenn favur l-adeżjoni mal-UE </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-apprezzament tiegħu għall-aspirazzjonijiet li ilhom hemm tas-soċjetà ċivili Torka rigward l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea u li jinżamm l-istatus ta’ kandidat tat-Turkija, minkejja n-nuqqas ta’ progress u n-nuqqas ta’ rieda politika persistenti; jirrikonoxxi li, bħala konsegwenza, qed tkompli tikber l-għeja fost il-partijiet ikkonċernati fuq iż-żewġ naħat tal-proċess; jissottolinja, madankollu, li kwalunkwe żvilupp fil-proċess ta’ adeżjoni jirrikjedi progress tanġibbli biex jiġu rispettati l-istat tad-dritt u l-proċessi demokratiċi u jemmen li, fin-nuqqas ta’ tali progress, il-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mal-UE ma jistax jitkompla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq in-natura normattiva u mhux tranżazzjonali bbażata fuq il-mertu tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, li huwa kontinġenti fuq il-fatt li jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ Copenhagen u mhux marbut b’xi skadenza; jisħaq li, biex dan jitwettaq, jirrikjedi istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom, relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, ir-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha, ir-rispett għad-dritt internazzjonali u l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li minkejja d-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-Gvern Tork li jimpenja ruħu mill-ġdid għall-għan tas-sħubija fl-UE, it-tħassib persistenti u serju mqajjem fir-rapporti preċedenti tiegħu dwar in-nuqqasijiet li jaffettwaw il-proċess ta’ adeżjoni għadu ma ġiex indirizzat, inkluż il-fatt li qed jiġu mminati kontinwament id-drittijiet tal-bniedem u l-ispazju tas-soċjetà ċivili, u li ġie ddokumentat saħansitra aktar rigress serju fl-istat tad-dritt u fid-deterjorament tad-drittijiet fundamentali fl-aktar perjodu reċenti, b’kontinwazzjoni tax-xejra li wasslet lill-pajjiż lejn mudell awtoritarju matul l-aħħar għaxar snin; iqis li dan in-nuqqas ta’ azzjoni kontinwu huwa sinjal ċar li l-Gvern Tork m’għandux rieda politika ġenwina biex iwettaq riformi jew biex jerġa’ jitqajjem il-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Tork jimxi mir-retorika għall-azzjoni u, minflok ma jilmenta dwar it-tul ta’ żmien li t-Turkija nżammet tistenna qabel ma tissieħeb fl-UE, juri permezz ta’ miżuri konkreti u li jinftiehmu sew, ir-rieda ġenwina tiegħu li jindirizza n-nuqqasijiet persistenti fl-oqsma tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards demokratiċi, tal-libertà tal-istampa u tal-libertajiet fundamentali oħra, kif ukoll fir-rigward tar-rispett għal relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u għad-dritt internazzjonali; jisħaq b’mod partikolari, fost miżuri urġenti oħra, fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, tiġi ssalvagwardjata l-libertà tal-espressjoni, jiġu protetti l-ġurnalisti u d-drittijiet tal-awtoritajiet lokali, u jintemmu l-proċessi politikament motivati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni, madankollu, li, filwaqt li l-proċess ta’ adeżjoni ilu wieqaf sa mill-2018, it-Turkija għadha pajjiż ta’ rilevanza strateġika, alleata tan-NATO u pajjiż li miegħu l-UE għandha relazzjonijiet f’livelli differenti f’oqsma li jvarjaw mill-politika tal-kummerċ, tal-ekonomija u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni sal-politika estera u ta’ sigurtà; jissottolinja l-importanza tat-Turkija għall-qafas tas-sigurtà reġjonali u għall-istabbiltà, kif ukoll għas-sigurtà tal-Ukrajna fid-dawl tal-aggressjoni tar-Russja; jisħaq, madankollu, li dejjem aktar diverġenzi fil-politika barranija bilkemm huma kompatibbli mal-arkitettura Ewropea ta’ sigurtà u difiża; jappoġġja bil-qawwa l-iżvilupp ta’ relazzjoni ta’ kooperazzjoni u ta’ benefiċċju reċiproku mat-Turkija f’kull qasam ta’ interess komuni b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ April 2024, marbuta bid-dritt internazzjonali u bil-mira li tippromwovih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi t-tama tiegħu li l-Gvern Tork jinvolvi ruħu biex ibiddel id-direzzjoni fil-kwistjonijiet fundamentali fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, u li dan jippermetti li r-relazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tiżviluppa lejn sħubija aktar mill-qrib bil-perspettiva ta’ ftuħ mill-ġdid futur possibbli tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna bil-leħen dgħajjef u bin-nuqqas ta’ dikjarazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, u ta’ ħafna Stati Membri tal-UE, fil-kuntest tal-erożjoni tal-istat tad-dritt fit-Turkija; jissottolinja li n-nuqqas minn uffiċjali ta’ livell għoli tal-UE li jindirizzaw b’mod konsistenti u pubbliku r-rigress demokratiku li għaddej – b’mod partikolari matul iż-żjarat uffiċjali fil-pajjiż – jirriskja li jbiegħed aktar lis-soċjetà ċivili Torka u jimmina l-immaġni u l-kredibbiltà tal-UE, inkluż fost l-aktar segmenti tas-soċjetà Torka favur l-UE, b’mod li dan se jieħu żmien twil biex jiġi rimedjat; jistieden lill-ambaxxatur għall-UE u lill-ambaxxaturi tal-Istati Membri tal-UE fit-Turkija jerġgħu jibdew iżuru personalitajiet prominenti fil-ħabs, jattendu l-proċessi rilevanti, jopponu pubblikament l-immirar kontinwu tal-partiti politiċi u tal-membri tal-oppożizzjoni u l-ilħna kritiċi, u jqajmu b’mod sistematiku tħassib mal-awtoritajiet Torok f’dan ir-rigward, filwaqt li jżommu l-involviment mill-qrib mas-soċjetà ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fulkru tal-proċess ta’ adeżjoni: id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-erożjoni serja kontinwa tal-istat tad-dritt u tan-nuqqas ta’ indipendenza ġudizzjarja fit-Turkija, fil-qafas ta’ interpretazzjoni awtoritarja b’għeruq profondi ħafna tas-sistema presidenzjali; jiddeplora r-repressjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji arbitrarji li huma applikati mill-ġudikatura Torka fuq il-politiċi, il-ġurnalisti, l-avukati, l-attivisti, l-artisti u kull min jaħdem li jissugraw jesprimu opinjoni kritika; jiddeplora wkoll l-ispazju li qed jiċkien għal-libertà tal-media, l-attività ċivika u d-dritt ta’ għaqda fil-pajjiż u jistieden lill-gvern ireġġa’ lura din ix-xejra qabel ma jkun tard wisq; jappella biex jiġu adottati miżuri strutturali li jippermettu t-titjib sinifikanti tal-indipendenza ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ imparzjalità u indipendenza u l-użu estensiv ta’ standards doppji fil-ġudikatura, kemm mill-prosekuturi kif ukoll mill-imħallfin, b’mod partikolari dawk fir-rigward ta’ każijiet dwar l-insulti ta’ uffiċjali jew akkużi ta’ korruzzjoni; jinnota li s-sostenituri tal-gvern mhumiex trattati bl-istess mod bħall-membri tal-oppożizzjoni; jiddeplora wkoll il-prattika illegali tat-tneħħija u tal-ispostament arbitrarju ta’ mħallfin li jaħdmu fuq kawżi politiċi, u dan jaffettwa b’mod sinifikanti l-imparzjalità tal-proċess; jistieden lill-ġudikatura Torka ttemm l-użu ta’ evidenza minn xhieda sigrieti, prattika li hija partikolarment rikorrenti f’każijiet ta’ profil għoli u li fihom l-evidenza tiġi aċċettata mingħajr verifika f’dak li jikkostitwixxi ksur ċar tad-dritt għal proċess ġust u tmur kontra l-ġurisprudenza tal-QEDB; jenfasizza li dan l-użu abbużiv ta’ proċedimenti ġudizzjarji jwassal għal ksur serju tal-preżunzjoni legali tal-innoċenza bi ksur tar-responsabbiltajiet legali internazzjonali u tad-dritt nazzjonali Tork; jinsab allarmat bir-rapporti ta’ deterjorament serju fil-kwalità tal-proċedimenti ġudizzjarji fit-Turkija, osservat b’mod partikolari fil-kwalità baxxa tal-akkużi, bi ksur kemm tal-istandards legali nazzjonali kif ukoll dawk internazzjonali; jipponta lejn il-Kunsill Tork tal-Imħallfin u l-Prosekuturi u n-nuqqas evidenti tiegħu ta’ indipendenza mill-gvern fl-għażla, fir-reklutaġġ u fil-promozzjoni tal-imħallfin u l-prosekuturi bħala fattur ewlieni li jippermetti l-użu intenzjonat tal-ġudikatura bħala arma biex jitrażżan id-dissens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li minkejja li l-politika ta’ tkabbir tal-UE bħalissa qed terġa’ tikseb momentum ġdid, it-Turkija qed titlef din it-tieqa ta’ opportunità minħabba nuqqas ta’ riformi demokratiċi; jinnota wkoll li l-ewwel pass biex tinħataf din l-opportunità jkun li jiġu rrispettati d-deċiżjonijiet tal-QEDB u tal-Qorti Kostituzzjonali tat-Turkija; għadu xxukkjat mill-awtoritajiet Torok, u b’mod partikolari bil-mod kif il-ġudikatura Torka qed tkompli tinjora d-deċiżjonijiet storiċi tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-QEDB u qed tkompli tonqos milli tapplikahom, u dan jimmina ċ-ċertezza tad-dritt u jipperpetwa l-ksur sistemiku; jieħu nota b’dispjaċir tal-proċedimenti fit-tul ta’ ksur mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, li rriżultaw f’nuqqas ta’ azzjoni effettiva biex jiġu infurzati s-sentenzi tal-QEDB u tiġi żgurata l-konformità magħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi diplomatiċi kollha biex iħeġġu lit-Turkija timplimenta d-deċiżjonijiet rilevanti tal-QEDB u tikkunsidra tapplika l-kundizzjonalità tal-finanzjament rilevanti fir-rigward tal-konformità mas-sentenzi tal-QEDB; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli d-deċiżjoni sostnuta u intenzjonata tal-awtoritajiet Torok li jżommu l-ħabs illegalment, għal raġunijiet politiċi, personalitajiet prominenti bħall-eks kopresidenti tal-partit tal-HDP Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ – għal aktar minn 9 snin – u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Osman Kavala – għal aktar minn 8 snin – minkejja d-deċiżjonijiet rilevanti tal-QEDB; jappella biex jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet; jinsab ixxukkjat li, minflok ma nħeles immedjatament, Selahattin Demirtaş irċieva, fis-6 ta’ Jannar 2026, sentenza ta’ ħabs addizzjonali ta’ aktar minn sena f’każ differenti bbażat fuq diskorsi mogħtija lura fl-2015, minkejja t-tliet deċiżjonijiet storiċi li issa saru mill-QEDB fejn qed jintalab il-ħelsien tiegħu, u li l-aħħar waħda minnhom saret finali fit-3 ta’ Novembru 2025; iqis dawn l-azzjonijiet bħala abbuż gravi tal-poter u juri disprezz flagranti għall-istat tad-dritt; iħeġġeġ lit-Turkija għal darb’oħra timplimenta bis-sħiħ is-sentenzi kollha tal-QEDB f’konformità mal-Artikolu 46 tal-KEDB u f’konformità mal-obbligi mingħajr kundizzjonijiet li joriġinaw mill-Artikolu 90 tal-Kostituzzjoni Torka, inkluż id-deċiżjoni tal-2023 tal-QEDB fil-kawża <STRING ITALIC="on">Yüksel Yalçınkaya</STRING> vs <STRING ITALIC="on">It-Turkija</STRING> u l-kawżi relatati; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-QEDB li ma tagħtix kumpens jew li ma tkoprix l-ispejjeż legali fl-eluf ta’ każijiet ta’ segwitu, li jistgħu jkunu potenzjalment inġusti għall-applikanti u inkonsistenti mal-prattika preċedenti tal-qorti; jistieden lit-Turkija tirrispetta wkoll is-sentenzi relatati ma’ persuni u proprjetajiet neqsin f’Ċipru, inkluża d-deċiżjoni tal-QEDB tal-24 ta’ Jannar 2008 fil-każ tal-qtil ta’ Tassos Isaak u Solomos Solomou; jistieden lill-awtoritajiet Torok jeżegwixxu l-mandati ta’ arrest internazzjonali fil-konfront tas-suspettati f’dawn il-każijiet ta’ qtil u jgħaddu lil dawn l-individwi lir-Repubblika ta’ Ċipru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-kriżi kostituzzjonali li qed tikber fit-Turkija kkawżata minħabba li l-qrati ordinarji qed jirrifjutaw li jikkonformaw ma’ sentenzi vinkolanti tal-Qorti Kostituzzjonali jew ma’ deċiżjonijiet oħra ta’ istanzi ġudizzjarji ogħla rilevanti, u dan jikkostitwixxi tkissir ċar tal-ordni ġuridiku; jikkundanna d-detenzjoni kontinwa tal-konvenut Can Atalay fil-kawża Gezi, minkejja żewġ deċiżjonijiet vinkolanti tal-Qorti Kostituzzjonali, u jiddenunzja bil-qawwa t-tneħħija illegali tal-mandat parlamentari tiegħu bi sfida miftuħa tal-garanziji kostituzzjonali u r-rieda demokratika tal-elettorat; jikkundanna d-deċiżjoni tat-13-il Qorti Kriminali Għolja ta’ Istanbul li tirrifjuta l-ordni tal-Qorti Kostituzzjonali għal proċess mill-ġdid fil-każ ta’ Tayfun Kahraman, konvenut ieħor tal-każ Gezi li s-saħħa tiegħu marret serjament għall-agħar reċentement, filwaqt li tiċħad it-talbiet biex titwaqqaf l-eżekuzzjoni tas-sentenza, u biex jinħeles; jinsab ixxukkjat bil-kundanna reċenti ta’ Ayşe Barım, maniġer tat-talenti magħruf sew, għall-allegat involviment fil-protesta ta’ Gezi Park 13-il sena ilu minkejja n-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ għemil ħażin; jiddispjaċih ukoll li t-13-il Awla Amministrattiva tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Ankara rrifjutat li tikkonforma mad-deċiżjoni storika tal-Kunsill tal-Istat fil-każ ta’ Hafize Öztürk Türkmen – l-ewwel waħda relatata ma’ waħda mill-“akkademiċi tal-paċi” – u li permezz tagħha kellu jerġa’ jiddaħħal fil-pożizzjoni universitarja tiegħu; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-individwi kollha detenuti b’mod arbitrarju, li jitwaqqgħu l-akkużi kontra dawk imħarrka biss talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, u li jintemm l-użu ħażin tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-mekkaniżmi ġudizzjarji biex jissikket id-dissens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna l-attakki bla heda tal-Gvern Tork fuq il-partiti politiċi u l-membri tal-oppożizzjoni, li kienu partikolarment gravi f’din l-aħħar sena fil-każ tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni CHP, b’hekk it-Turkija tbiegħdet aktar mill-kompetizzjoni bejn il-partiti diġà limitata u riesqa lejn reġim totalment awtoritarju; jikkundanna bil-qawwa t-tneħħija mill-kariga, orkestrata għal finijiet politiċi, tal-President elett tas-CHP Özgür Özel u tat-tmexxija tal-partit, wara sentenza tal-qorti li ddikjarat null u bla effett il-kungress tas-CHP tal-2023 u għażlet li terġa’ ddaħħal fil-kariga lill-ex tmexxija tal-partit; jistieden lill-Gvern Tork iġib fi tmiemhom lil dawk it-tattiki ta’ abbuż, li jikkostitwixxu attakk gravi fuq il-pluraliżmu demokratiku, l-istat tad-dritt u r-rieda sovrana tal-membri tal-partit u tal-eletturi fit-Turkija; iqis li dan il-każ huwa l-aktar eżempju reċenti ta’ mudell usa’ ta’ repressjoni fil-konfront tal-oppożizzjoni, bl-involviment tal-istrumentalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja bil-għan li jiġu eliminati l-kompetituri potenzjali fl-elezzjonijiet futuri, b’hekk tkompli tiġi kkonsolidata sistema totalment awtoritarja fit-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkundannaw pubblikament u privatament is-sospensjoni tat-tmexxija tas-CHP fl-iskambju tagħhom mal-Gvern Tork u jiddjalogaw b’mod aktar kostruttiv mal-partiti tal-oppożizzjoni fit-Turkija; jinsab imħasseb bir-riskji ta’ kriżi interna fit-tul fi ħdan il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni fl-assenza ta’ kungress f’qasir żmien li jkun jippermetti lill-membri tal-partit jiddeterminaw demokratikament it-tmexxija tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tad-detenzjoni kontinwa u t-tneħħija mill-kariga tas-Sindku tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Istanbul, Ekrem İmamoğlu tas-CHP, f’dak li sar każ politiku enormi li jaffettwa aktar minn 400 konvenut inklużi sindki u uffiċjali distrettwali, li 105 minnhom bħalissa jinsabu taħt arrest preventiv; jirrifjuta bil-qawwa d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali ta’ Ankara tal-21 ta’ Mejju 2026 li tannulla d-deċiżjoni tat-38 konvenzjoni ordinarja u tal-21 konvenzjoni straordinarja tas-CHP u li terġa’ taħtar lill-eks mexxej tas-CHP Kemal Kılıçdaroğlu minflok il-mexxej attwali Özgür Özel; iqis din id-deċiżjoni bħala eżempju flagranti ta’ interferenza mill-Istat fil-kwistjonijiet interni tal-akbar partit tal-oppożizzjoni; jikkundanna, barra minn hekk, l-arrest, fl-4 ta’ April 2026, tas-sindku tal-oppożizzjoni elett Mustafa Bozbey, flimkien ma’ diversi membri tas-CHP, allegatament fuq akkużi foloz ta’ korruzzjoni u tixħim; iqis dawn l-iżviluppi bħala evidenza ulterjuri tal-erożjoni sistemika tal-governanza demokratika u tal-pluraliżmu politiku fil-livell lokali fit-Turkija; jilqa’ ż-żjarat reċenti fit-Turkija tas-sindki u tar-rappreżentanti tal-bliet tal-UE u tal-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li juru s-solidarjetà u l-appoġġ tagħhom mal-konvenuti; itenni l-appell tagħhom biex jiġu rispettati l-libertajiet muniċipali; jinsab imħasseb ħafna dwar l-aċċettazzjoni tal-att ta’ akkuża ta’ kważi 4 000 paġna, imħejji taħt ir-responsabbiltà tal-eks Kap Prosekutur Pubbliku magħruf ta’ Istanbul Akın Gürlek, li fih İmamoğlu huwa akkużat li mexxa network kriminali vast u wettaq 142 reat li jistgħu jirriżultaw f’sentenza sa 2 430 sena ħabs; jilqa’ d-deċiżjoni sinifikanti tal-QEDB li taċċetta l-applikazzjoni ta’ İmamoğlu dwar l-allegata detenzjoni illegali skont il-proċedura tagħha ta’ “każ ta’ prijorità”; jikkundanna l-immirar fit-tul ta’ Ekrem İmamoğlu, il-kandidat presidenzjali attwali tas-CHP, permezz ta’ labirint ta’ għexieren ta’ investigazzjonijiet, każijiet ġudizzjarji li jikkoinċidu u deċiżjonijiet amministrattivi arbitrarji, inkluż il-ħruġ reċenti ieħor ta’ att ta’ akkuża fuq atti ta’ “spjunaġġ politiku” u r-revoka illegali u politikament motivata tad-diploma universitarja tiegħu, li hija rekwiżit għall-eliġibbiltà tiegħu li jkun President Tork; jiddeplora d-deċiżjoni tal-5 Qorti Amministrattiva ta’ Istanbul fit-23 ta’ Jannar 2026 li tirrifjuta t-talba ta’ İmamoğlu biex tinbidel id-deċiżjoni ta’ revoka; jinsab imħasseb ħafna dwar l-għadd impressjonanti ta’ proċeduri ppreżentati fil-GNAT li jfittxu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Membri Parlamentari attwali, u dan jaffettwa b’mod qawwi lill-membri tal-partiti tal-oppożizzjoni; jenfasizza li dawn l-azzjonijiet jimminaw il-prospett għal sħubija aktar b’saħħitha u aktar komprensiva bejn l-UE u t-Turkija u relazzjonijiet ġenerali mtejba; jistieden lill-atturi politiċi kollha fit-Turkija jinvolvu ruħhom serjament biex tissaħħaħ il-GNAT bħala kamra pluralista, jindirizzaw l-isfidi li qed tiffaċċja s-soċjetà Torka, u jistabbilixxu l-pedamenti għal futur demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsab imħasseb serjament dwar aktar deterjorament tad-demokrazija lokali fit-Turkija; jikkundanna bil-qawwa s-sensji u l-arresti ta’ mill-anqas 39 sindku eletti minn partiti tal-oppożizzjoni u għexieren ta’ uffiċjali lokali, kif ukoll is-sostituzzjoni ta’ 13-il sindku minn persuni fdati maħtura mill-gvern, ta’ spiss b’konnessjoni mal-applikazzjoni wiesa’ u arbitrarja żżejjed tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu jew tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni mhux sostanzjati tat-Turkija; itenni l-pożizzjoni tiegħu ta’ din il-prassi, li ilha ssir li jinħatru persuni fdati, bħala attakk sfaċċat fuq il-prinċipji l-aktar bażiċi tad-demokrazija lokali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iwaqqfu minnufih u jreġġgħu lura r-repressjoni tal-muniċipalitajiet tal-oppożizzjoni – inkluż permezz ta’ sekwestru selettiv ta’ assi finanzjarji – u jirrispettaw id-drittijiet tal-votanti li jeleġġu r-rappreżentanti magħżula f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jinsab imħasseb ħafna bir-riforma legali ta’ dan l-aħħar li timponi lill-gvernijiet lokali, lill-entitajiet affiljati tagħhom u lill-kumpaniji kkontrollati mill-muniċipalitajiet jiksbu l-approvazzjoni presidenzjali qabel ma jistabbilixxu kumpaniji jew kooperattivi u jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji strateġiċi oħra, b’hekk titwessa’ b’mod sinifikanti s-sorveljanza eżekuttiva ċentrali fuq il-proċess deċiżjonali ekonomiku lokali u tiġi kompromessa aktar l-awtonomija tal-gvernijiet lokali li diġà qed tiċkien; jenfasizza li meta d-demokrazija lokali tiżżarma, dan idgħajjef b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-istat, b’mod partikolari għall-forniment ta’ servizzi, ir-reazzjoni għall-kriżijiet (bħal fil-każ tat-terremoti) u s-servizzi soċjali għar-rifuġjati u l-gruppi vulnerabbli, u għalhekk jhedded is-sigurtà tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jikkundanna l-fastidju u l-attakki fuq l-avukati tad-difiża minħabba l-attivitajiet professjonali tagħhom, kif muri mill-priġunerija li għaddejja ta’ Mehmet Pehlivan (l-avukat ta’ Ekrem İmamoğlu) jew mill-kundanna reċenti ta’ 11-il sena ħabs ta’ Ramazan Demir (l-avukat ta’ Selahattin Demirtaş); iqis dawn l-azzjonijiet u azzjonijiet oħra kontra l-avukati bħala interferenza inaċċettabbli fid-dritt għad-difiża u għall-professjoni legali, u dawn huma waħda mill-elementi fundamentali ta’ ġudikatura li tiffunzjona u l-istat tad-dritt; jilqa’ s-26 liberazzjoni tal-Qorti Penali għal Delitti Gravi ta’ Istanbul fuq akkużi relatati mat-terroriżmu tal-President u 10 membri tal-bord eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta’ Istanbul iżda jisħaq li dan il-każ kriminali ma kellu qatt iseħħ; jistieden lill-awtoritajiet Torok jimplimentaw salvagwardji għall-indipendenza, is-sikurezza u l-awtonomija tal-avukati u jiżguraw li l-avukati u l-korpi professjonali tagħhom ma jkunux soġġetti għal prosekuzzjoni jew għal pressjoni mhux xierqa oħra unikament għat-twettiq tal-funzjonijiet legali tagħhom, u b’hekk jiżguraw li d-drittijiet tal-professjonisti legali jkunu allinjati mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ikompli jiddeplora l-intensifikazzjoni attwali tal-prosekuzzjoni, taċ-ċensura u tal-fastidju tal-ġurnalisti u tal-media indipendenti, li qed jiġu mċaħħda mil-libertà li jwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom u jinfurmaw lill-pubbliku, affarijiet li huma essenzjali għal soċjetà demokratika li tiffunzjona; jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li jindikaw li sa 90 % tal-media nazzjonali issa hija favur il-gvern jew taħt il-kontroll tiegħu; jiddispjaċih ħafna, f’dan ir-rigward, dwar il-ħatfa mill-Gvern Tork ta’ TELE1, wieħed mill-ftit xandara kritiċi li fadal, u li issa jinsab taħt kontroll ta’ persuna fdata, u jqis li dan huwa attakk intenzjonat fuq il-libertà tal-media; jikkundanna l-fastidju ta’ ġurnalisti indipendenti li, fl-2025, sofrew għadd akbar ta’ arresti u detenzjonijiet prinċipalment marbuta ma’ akkużi ta’ “sħubija f’organizzazzjoni terroristika”, “insulti lill-President” jew l-allegat ksur tal-liġi dwar l-assemblej u d-dimostrazzjonijiet; isegwi bi tħassib kbir il-każijiet tal-ġurnalist ta’ Deutsche Welle Alican Uludağ, li ġie arrestat minħabba posts fuq il-media soċjali li għamel aktar minn sena ilu, inżamm f’ħabs ta’ sigurtà massima għal aktar minn 90 jum u reċentement inħeles għalkemm l-akkużi kontrih ma tneħħewx u l-ġuri tiegħu se jkompli f’Settembru, tal-kap editur ta’ TELE1 Merdan Yanardağ, li bħalissa jinsab il-ħabs fuq allegazzjonijiet ta’ “spjunaġġ”, tal-ġurnalist ta’ Medyascope Furkan Karabay, li ġie arrestat ripetutament matul l-aħħar tliet snin u reċentement tqiegħed taħt arrest domiċiljari għal xahrejn, tal-personalità importanti tat-TV Sedef Kabaş, li qed tiffaċċja każ ġudizzjarju ieħor għall-posts tagħha fuq il-media soċjali, tal-ġurnalista veteran Fatih Altayli, li reċentement inħeles waqt li kien qed jistenna l-appell tiegħu ta’ sentenza ta’ aktar minn erba’ snin ħabs fuq akkużi assurdi li hedded fiżikament lill-President Tork, tal-ġurnalist ta’ BirGün İsmail Arı, li reċentement ġie arrestat fuq allegati akkużi ta’ “diżinformazzjoni” għall-ħidma investigattiva tiegħu, u tal-ġurnalist Żvediż Joakim Medin, fost oħrajn; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ġurnalisti kollha detenuti b’mod inġust; jiddeplora bil-qawwa l-istrumentalizzazzjoni tal-Kunsill Suprem tar-Radju u t-Televiżjoni, liema Kunsill għandu jkun indipendenti, biex joħnoq aktar il-media indipendenti permezz ta’ sanzjonijiet finanzjarji u tax-xandir, imposti b’mod qawwi fuq organizzazzjonijiet tal-informazzjoni kritiċi; jiddeplora l-azzjonijiet multipli u sistematiċi kontra l-libertà tal-espressjoni online, inklużi restrizzjonijiet ripetuti fuq l-aċċess għall-internet, ir-rallentament tas-servizz tal-internet, il-projbizzjonijiet tax-xandir u l-imblukkar ta’ kontijiet tan-networks soċjali, siti web u eluf ta’ stejjer tal-aħbarijiet, flimkien ma’ talbiet għat-tneħħija ta’ kontenut maħsuba biex isikktu lill-ġurnalisti u liċ-ċittadini ordinarji, spiss għal raġunijiet ta’ “sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku”; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali mill-awtoritajiet Torok biex irażżnu l-ħidma tal-ġurnalisti u jeżerċitaw pressjoni mmirata fuqhom; jistieden lill-awtoritajiet Torok jiżguraw minnufih il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media u jiggarantixxu li l-ebda individwu ma jiġi mċaħħad mil-libertà unikament talli eżerċita b’mod paċifiku d-drittijiet fundamentali tiegħu, f’konformità mal-obbligi internazzjonali tat-Turkija dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jibqa’ mħasseb dwar il-projbizzjonijiet fuq l-assemblej, spiss għal raġunijiet mhux sostanzjati, u l-użu eċċessiv tal-forza kontra dimostranti paċifiċi; jisħaq li dawn il-prattiki jmorru kontra l-garanziji għad-dritt għal għaqda paċifika skont l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni Torka u għadhom ma jilħqux l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-impatt li dan il-ksur tal-libertajiet individwali għandu fuq il-moviment tal-istudenti u dwar il-fatt li firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet repressivi – inklużi detenzjonijiet arbitrarji, investigazzjonijiet dixxiplinari, tnaqqis fil-boroż ta’ studju, żgumbramenti minn dormitorji, ċensura tal-media u vjolenza fiżika – tidher li qed tintuża bl-għan li tiġi limitata l-preżenza taż-żgħażagħ fl-isfera pubblika; jiddispjaċih għall-fatt li għadd kbir ta’ individwi ġew detenuti jew soġġetti għal miżuri ta’ kontroll ġudizzjarju minħabba s-sħubija tagħhom f’organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assoċjazzjonijiet tal-avukati, jew minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom f’dimostrazzjonijiet, b’mod partikolari d-dimostrazzjonijiet li saru wara l-arrest u d-detenzjoni tas-Sindku ta’ Istanbul Ekrem İmamoğlu, u protesti relatati mal-1 ta’ Mejju, u d-drittijiet għan-nisa u l-persuni LGBTI+; jirrikonoxxi xi passi pożittivi, inklużi xi deċiżjonijiet ta’ liberazzjoni, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jiddefendu l-libertà tal-għaqda u ta’ protesta mingħajr restrizzjonijiet bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jesprimi tħassib dejjem akbar dwar kif l-awtoritajiet Torok qed irawmu aġenda morali rigressiva bbażata fuq approċċ reliġjuż fl-oqsma kollha tas-soċjetà, u dan jikkuntrasta b’mod sinifikanti mal-pedamenti sekulari tar-Repubblika tat-Turkija, kif minqux fil-kostituzzjoni tagħha; jinnota li din il-bidla dejjem tikber, promossa mill-koalizzjoni fil-gvern, tista’ tiġi osservata fil-leġiżlazzjoni, fid-diskors politiku, fl-edukazzjoni, fil-ħajja kulturali u fil-media, u dan iqajjem mistoqsijiet serji dwar l-erożjoni tas-sekulariżmu, tal-pluraliżmu u tal-libertajiet fundamentali; jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jressaq kawża kontra l-168 firmatarju, inklużi ġurnalisti, artisti u akkademiċi, tad-dikjarazzjoni “Niddefendu s-Sekulariżmu f’Daqqa”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jibqa’ mħasseb ħafna dwar l-istat tal-libertà akkademika u l-indipendenza istituzzjonali, kif muri mis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fl-Università ta’ Boğaziçi sa mill-ħatra, fl-2021, tar-rettur tagħha b’deċiżjoni tal-President Tork; iqis li din l-estensjoni tal-mudell ta’ persuni ta’ fiduċja għall-istituzzjonijiet akkademiċi, li pproduċiet impatt negattiv ċar fuq il-ħajja u l-prestazzjoni akkademika tal-istituzzjoni, tkompli d-devjazzjoni mill-istandards tal-UE dwar il-libertà akkademika, u tirrifletti t-tentattivi tal-gvern biex jissikka l-kontroll fuq kwalunkwe spazju ta’ dissens possibbli; jistieden lill-awtoritajiet Torok jiżguraw governanza demokratika u awtonomija fl-universitajiet tal-pajjiż u jtemmu r-repressjoni fuq l-istudenti li qed isseħħ permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ espressjoni tagħhom u fuq id-dritt tagħhom li jipparteċipaw bis-sħiħ u liberament fil-ħajja akkademika; jesprimi t-tħassib tiegħu bil-każ tal-Università ta’ Bilgi – li ngħalqet ħesrem bid-digriet presidenzjali fit-22 ta’ Mejju 2026 u li reġgħet infetħet tlett ijiem wara b’segwitu għal reazzjoni qawwija tal-opinjoni pubblika u għal protesti mifruxa min-naħa ta’ studenti u akkademiċi – li jikkostitwixxi eżempju ieħor ta’ theddid għal-libertà akkademika, għall-awtonomija istituzzjonali u ta’ intervent statali fl-edukazzjoni ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Għadu mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa, u b’mod partikolari dwar il-livell għoli ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-inċidenza għolja ta’ femiċidju fit-Turkija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok itejbu l-qafas leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tiegħu, inkluż billi japplikaw bis-sħiħ il-Liġi dwar il-Protezzjoni Nru 6284, sabiex jindirizzaw b’mod effettiv il-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-prattika tal-hekk imsejħa “qtil tal-unur”, jipprovdu mekkaniżmi ta’ protezzjoni aktar b’saħħithom u jtemmu l-politika persistenti ta’ impunità billi jżommu responsabbli lil min jabbuża; jiddispjaċih li minkejja li l-Gvern Tork iddikjara l-2025 bħala s-“Sena tal-Familja”, għażel approċċ ideoloġiku u rigressiv ħafna li mmira lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala theddida, u dan inaqqas aktar il-viżibbiltà tan-nisa fl-ispazju pubbliku, spiss jittratta l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet bħala kwistjoni privata tal-familja, u dan jikkontribwixxi għall-impunità; itenni l-kundanna qawwija tiegħu li t-Turkija, permezz ta’ digriet presidenzjali, irtirat mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jtenni l-appell tiegħu biex din id-deċiżjoni titreġġa’ lura u biex il-Konvenzjoni terġa’ tiġi ratifikata; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw id-drittijiet tan-nisa għadhom qed jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar, inkluż permezz ta’ fastidju amministrattiv sistematiku u prosekuzzjonijiet ġudizzjarji; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jindirizza n-nuqqas persistenti ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ħajja ekonomika, peress li t-Turkija għandha waħda mill-aktar rati baxxi ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol fost il-pajjiżi tal-OECD, kif ukoll livell persistentement baxx ta’ parteċipazzjoni min-nisa fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tat-tfassil tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ikompli jikkundanna bil-qawwa l-ksur kontinwu u n-nuqqas ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI+ fit-Turkija, inklużi d-detenzjonijiet arbitrarji, il-persistenza tad-diskors ta’ mibegħda, reati ta’ mibegħda, attakki fiżiċi u retorika diskriminatorja, kif ukoll l-istereotipi u l-istigmatizzazzjoni kontinwi tal-media bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; jiddeplora l-fatt li, minflok ma indirizzaw din id-diskriminazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet Torok saħansitra intensifikaw ir-repressjoni tagħhom billi użaw l-inizjattiva tas-Sena tal-Familja bħala pjattaforma biex jimmiraw speċifikament lejn il-komunità LGBTI+ u d-drittijiet tagħhom; jinsab imħasseb ħafna dwar diversi abbozzi ta’ proposti ta’ liġi żvelati matul is-sena li għaddiet, li kienu jinkludu, għall-ewwel darba fl-istorja tar-Repubblika tat-Turkija, il-kriminalizzazzjoni ta’ kwalunkwe espressjoni ta’ identitajiet LGBTI+ u attività sesswali kunsenswali bejn persuni tal-istess sess; jistieden lill-awtoritajiet Torok joqogħdu lura minn kwalunkwe riforma tal-kodiċi penali Tork li tikser l-obbligi internazzjonali tat-Turkija, inklużi dawk fl-ambitu tal-KEDB; jiddispjaċih ħafna li fl-2025, il-Gvern Tork kompla jipprojbixxi l-festa Kuir u l-avveniment Pride f’Istanbul u f’postijiet oħra, kif ukoll ħafna attivitajiet oħra kontra l-omofobija, filwaqt li fl-istess ħin ta permess uffiċjali għal manifestazzjonijiet u dimostrazzjonijiet kontra l-LGBTI+ li jippromwovu l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni; jiddeplora l-għeluq ġudizzjarju tal-Assoċjazzjoni LGBTI+ ta’ Genç ibbażata f’İzmir, fost fastidju akbar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq kwistjonijiet tal-LGBTI+,” abbażi ta’ akkużi ta’ “oxxenità”, li qed jintużaw dejjem aktar biex jiġu mmirati attivisti u artisti, inkluż il-kantant tal-mużika pop Tork Mabel Matiz; jilqa’ d-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2026 ta’ qorti ta’ Ankara li tillibera lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivist LGBTI+ Enes Hocaoğulları mill-akkużi kollha; jiddispjaċih dwar il-prosekuzzjoni mhux ġustifikata li sofra, inklużi 35 jum ta’ arrest preventiv talli eżerċita l-libertà tal-kelma tiegħu f’konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa f’Marzu 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), fid-dawl tar-rigress demokratiku serju deskritt hawn fuq, biex tikkunsidra miżuri restrittivi skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż l-iffriżar tal-assi fl-UE, kontra uffiċjali Torok responsabbli għal ksur serju u intenzjonat tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi dawk l-uffiċjali li jassumu r-rwol ta’ persuna fdata u dawk li jaħtruhom, jew dawk li huma atturi ewlenin fil-makkinarju repressiv tal-istat, bħall-eks Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Istanbul Akın Gürlek; jinsab ixxukkjat bil-promozzjoni reċenti tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja, li tindika li matul il-karriera tiegħu dejjem kien attur politiku li segwa aġenda politika; jesprimi solidarjetà qawwija mas-soċjetà ċivili Torka, mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, tan-nisa u tal-LGBTI+, mal-inizjattivi taż-żgħażagħ, mal-kmamar professjonali, mal-assoċjazzjonijiet tal-avukati u mat-trade unions; itenni l-fehma tiegħu li l-assistenza finanzjarja u teknika tal-UE għandha tibqa’ ffukata fuq dawn il-gruppi u tiżdied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jikkundanna l-każijiet irrapportati ta’ repressjoni tranżnazzjonali mmirati lejn ċittadini Torok barra mill-pajjiż, inklużi l-intimidazzjoni, ir-ritorni furzati u l-użu ħażin tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali; jikkundanna l-attivitajiet tat-Turkija li mminaw il-koeżjoni soċjali, is-sigurtà u l-proċessi demokratiċi Ewropej, inkluża l-interferenza fl-affarijiet interni tal-Istati Membri permezz tal-komunitajiet tad-dijaspora u l-użu tal-aġenzija tal-istat tagħha Anadolu bħala organu tal-propaganda; għadu mħasseb dwar il-moviment estremist razzista tal-lemin Ülkü Ocakları, magħruf ukoll bħala l-Grey Wolves, li għandu rabtiet mill-qrib mal-Partit tal-Moviment Nazzjonalista (MHP) li qiegħed f’koalizzjoni fil-gvern, qed jinfirex mhux biss fit-Türkiye iżda wkoll f’xi Stati Membri tal-UE; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistudjaw il-possibbiltà li jipprojbixxu dawn l-assoċjazzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE; jikkundanna l-politika tal-awtoritajiet Torok ta’ appoġġ politiku, finanzjarju, medjatiku u loġistiku għall-movimenti affiljati mal-Fratellanza Musulmana, netwerks, assoċjazzjonijiet, karitajiet u korpi edukattivi li joperaw fit-territorju ta’ diversi Stati Membri tal-UE kif ukoll fil-viċinat tal-UE, li tippermettilhom iwettqu attivitajiet li jinvolvu influwenza ideoloġika, finanzjament u reklutaġġ; jistieden lit-Turkija ttemm il-forom kollha ta’ appoġġ għal dawn l-organizzazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li s-sitwazzjoni mwiegħra fil-ħabsijiet Torok ma tjibitx minħabba l-iffullar qawwi u l-kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien, b’rapporti, inkluż mill-Kunsill tal-Ewropa, ta’ tortura u trattament ħażin li huma mifruxa, u ta’ aċċess limitat ħafna għal ħtiġijiet bażiċi bħall-iġjene u l-kura tas-saħħa, u għall-informazzjoni; jinnota rapporti ta’ nisa tqal li qed jinżammu f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess, inklużi każijiet ta’ ħlas f’kustodja; iħeġġeġ lit-Turkija tagħti prijorità lill-miżuri mhux ta’ kustodja għan-nisa tqal u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regoli ta’ Bangkok tan-NU dwar il-priġunieri nisa; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-kundizzjonijiet ta’ priġunerija ta’ minorenni, anzjani u priġunieri morda serjament, li allegatament mhumiex kompatibbli mal-istandards stabbiliti mill-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa; jieħu nota tar-riformi legali reċenti dwar il-liġi fuq il-priġunerija, liema riformi wittew it-triq għall-ħelsien bikri jew kundizzjonali ta’ eluf ta’ priġunieri; jistieden lill-awtoritajiet Torok jevitaw kwalunkwe implimentazzjoni diskriminatorja politikament motivata ta’ dawn ir-riformi u jagħtu prijorità li jilliberaw ħabsin vulnerabbli, inklużi dawk anzjani, persuni morda, persuni b’diżabbiltà u ommijiet bit-tfal; jistieden lill-awtoritajiet Torok jirriformaw il-politika tal-ħabsijiet tagħhom, sabiex jindirizzaw il-garanziji legali insuffiċjenti għall-prevenzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u jtejbu r-reazzjoni tagħhom għal każijiet li jiddenunzjaw it-tortura, it-trattament ħażin u l-abbuż; jinsab imħasseb dwar rapporti minn organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem li jwissu dwar żieda mill-ġdid fl-għajbien furzat mill-2016;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet Torok u lill-partiti politiċi għall-isforzi tagħhom fil-kuntest tal-inizjattiva “Turkija ħielsa mit-Terroriżmu” li għaddejja bħalissa, li wittiet it-triq għal skoperti notevoli bħax-xoljiment imħabbar tal-organizzazzjoni terroristika tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK); jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta’ azzjoni f’waqtha u deċiżiva min-naħa tal-Gvern Tork, li t-tattiċi u l-attitudni tiegħu qed jostakolaw il-passi li jmiss fil-proċess u għamluh aktar fraġli u vulnerabbli għall-iżviluppi esterni, filwaqt li ħolqu spazju għal aktar polarizzazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa biex jiġi evitat li l-applikazzjoni wiesgħa tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu tintuża biex tirrestrinġi l-attività politika leġittima, id-dissens paċifiku, il-ħidma tas-soċjetà ċivili u l-media indipendenti; jiddeplora l-fatt li l-inizjattiva hija akkumpanjata minn atmosfera ta’ repressjoni u trażżin tal-gvern lokali demokratiku; jiddispjaċih dwar ir-repressjoni politika kontinwa, il-fastidju ġudizzjarju u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet kulturali u lingwistiċi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini Kurdi, u dawn jimminaw il-prinċipji demokratiċi u l-koeżjoni soċjali; jieħu nota tar-rapport finali mill-Kummissjoni għas-Solidarjetà Nazzjonali, il-Fratellanza u d-Demokrazija stabbilita fi ħdan il-GNAT; jittama li l-proċess ikompli javvanza, bi rwol prominenti għall-Parlament Tork, sal-punt li jipprovdi soluzzjoni paċifika u sostenibbli għad-dimensjonijiet politiċi, soċjali, demokratiċi u dawk relatati mas-sigurtà tal-kwistjoni tal-Kurdi u li jimplimenta riformi leġiżlattivi għad-drittijiet tagħhom, bil-għan li jwasslu għal rikonċiljazzjoni bejn il-gruppi differenti fis-soċjetà Torka; jenfasizza li dan il-proċess għandu jkun opportunità biex jiġi indirizzat it-tħassib li ilu jeżisti dwar id-drittijiet tal-bniedem u jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-Gvern Tork, jagħmlu użu sħiħ minn dan il-proċess biex javvanzaw ir-riformi u jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, billi jġibu l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li jibqa’ qasam importanti ta’ kooperazzjoni mal-UE, u leġiżlazzjoni oħra u l-implimentazzjoni tagħha f’konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li jħallu warajhom l-approċċ xprunat mis-sigurtà li pprevala matul l-aħħar għaxar snin; iqis li xi żviluppi reċenti huma sinjali kontradittorji u inkwetanti, bħall-kontinwazzjoni tas-sistema fiduċjarja jew il-kundanni l-ġodda ta’ Selahattin Demirtaş, tal-avukat tiegħu Ramazan Demir u tas-sindku tad-distrett Esenyurt ta’ Istanbul Ahmet Özer, li ġie kkundannat għal aktar minn sitt snin ħabs fuq akkużi ta’ “sħubija f’organizzazzjoni terroristika” għar-rwol tiegħu f’alleanza politika informali bejn il-partit tiegħu tas-CHP u l-partit DEM fl-elezzjonijiet lokali tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Torok jistabbilixxu qafas istituzzjonali bħala parti integrali minn kwalunkwe proċess ta’ paċi dejjiema, sabiex jindirizzaw l-għajbien furzat, l-ispostament furzat u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn għexieren ta’ snin ta’ kunflitt madwar il-kwistjoni Kurda; iħeġġeġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ monitoraġġ pluralistiku u l-inklużjoni sinifikanti tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-atturi tas-soċjetà ċivili, inkluż fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Solidarjetà Nazzjonali, il-Fratellanza u d-Demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-Turkija tipprovdi garanziji legali ġeneralment adegwati għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u li l-libertà tal-qima hija ġeneralment rispettata fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jindirizzaw in-nuqqasijiet li fadal fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, b’mod partikolari fir-rigward tal-personalità ġuridika tagħhom, il-protezzjoni u l-promozzjoni insuffiċjenti tal-lingwi minoritarji, l-aċċess limitat għall-appoġġ skolastiku, ir-restrizzjonijiet għat-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-kleru, l-aċċess ristrett għall-media u r-reklamar pubbliku fil-lingwi minoritarji, u l-kumplikazzjonijiet persistenti fit-tgawdija tad-drittijiet tal-proprjetà; jistieden lit-Turkija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u d-deċiżjonijiet rilevanti kollha tal-QEDB f’dan ir-rigward, inkluż dwar il-popolazzjoni Ortodossa Griega tal-gżejjer ta’ Gökçeada (Imbros) u Bozcaada (Tenedos); jinnota bi tħassib li r-rappreżentanti ta’ konfessjonijiet differenti, inklużi l-komunitajiet mhux Musulmani u Alevi, għadhom jiffaċċjaw ostakli burokratiċi meta jippruvaw jirreġistraw postijiet ta’ qima; jistieden lit-Turkija tadotta r-regolament tant mistenni dwar l-elezzjoni tal-membri tal-bord tal-fondazzjonijiet ta’ minoranzi mhux Musulmani li jikkontrollaw l-isptarijiet komunitarji; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta l-importanza tal-Patrijarkat Ekumeniku għall-Insara Ortodossi fid-dinja kollha, tirrikonoxxi l-personalità ġuridika tiegħu u l-użu pubbliku tat-titlu ekkleżjastiku ta’ Patrijarka Ekumeniku, skont ir-rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jistieden lit-Turkija tirrispetta u tipproteġi bis-sħiħ il-valur universali eċċellenti ta’ Hagia Sophia u tal-Mużew ta’ Chora, li huma inklużi fil-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jinnota bi tħassib li t-Turkija għadha ma implimentatx żewġ deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Patrimonju Dinji tal-UNESCO tal-2021 u l-2023 rigward l-obbligi tagħha li tieħu miżuri speċjali biex tipproteġi dawn il-monumenti; jiddeplora n-nuqqas ta’ protezzjoni tal-Monasteru Panagia Soumela, li tressaq għall-inklużjoni fil-lista tal-Monumenti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-atti ta’ vandaliżmu u qerda mmirati lejn postijiet ta’ qima minoritarji; jikkundanna bil-qawwa l-attakki ta’ mibegħda kontinwi kontra l-minoranzi Alevi, Insara u Lhud; jistieden lill-awtoritajiet Torok biex b’mod effettiv jinvestigaw u jressqu quddiem il-qrati lil dawk responsabbli għal reati ta’ mibegħda, inkluż id-diskors ta’ mibegħda, u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni mwettqa kontra l-minoranzi, u jiżguraw li r-regolaturi tal-media japplikaw standards kontra l-inċitament u d-diskors ta’ mibegħda, inkluż kontra l-komunitajiet reliġjużi, b’mod partikolari l-komunitajiet Alevi, Insara u Lhud; jilqa’ l-ftuħ mill-ġdid previst tas-Seminarju ta’ Halki, li ilu magħluq mill-1971, bħala pass pożittiv importanti fir-rikonoxximent tad-drittijiet reliġjużi u minoritarji, u jitlob li jitneħħew l-ostakli kollha għall-funzjonament regolari tiegħu; jiddeplora l-applikazzjoni f’dawn l-aħħar snin ta’ miżuri amministrattivi, bħall-kodiċijiet N-82 u G-87, fir-rigward ta’ mijiet ta’ Nsara barranin “pastors”, missjunarji u qrabathom, u ddeżinjawhom bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali mingħajr evidenza, proċess jew mezzi effettivi ta’ appell, bir-riżultat li ġew deportati mit-Turkija jew ma tħallewx jidħlu lura fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura l-libertà reliġjuża sħiħa u n-nondiskriminazzjoni fi ħdan il-qafas tan-NU u skont l-acquis u l-prinċipji tal-UE; jistieden lit-Turkija żżomm lura minn kwalunkwe dikjarazzjoni jew azzjoni li tista’ tiġi interpretata bħala ndħil fl-affarijiet interni tal-Istati Membri tal-UE fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-minoranza Musulmana fit-Traċja, fid-dawl tas-sentenzi rilevanti tal-QEDB;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riformi soċjoekonomiċi u ta’ sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-programm ta’ stabbilizzazzjoni makroekonomika u riforma li qed iwettqu l-awtoritajiet Torok u l-impenn tagħhom li jnaqqsu l-inflazzjoni filwaqt li jipproteġu t-tkabbir, li naqqas l-inflazzjoni u tejjeb il-fiduċja fil-lira Torka, kif muri wkoll mill-konsultazzjonijiet tal-Artikolu IV reċenti mwettqa mill-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali fit-Turkija; jinnota li, minkejja dawn l-isforzi, is-sitwazzjoni ekonomika għadha fraġli u volatili, u r-riżultati tal-politika monetarja mhux konvenzjonali għadhom qed iħallu impatt fuq l-għoli tal-ħajja; jinnota li, peress li se jkunu meħtieġa politika monetarja stretta u politika fiskali prudenti biex wieħed jibqa’ f’din it-triq, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari l-pensjonanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li t-tnaqqir kontinwu tal-istat tad-dritt u taċ-ċertezza tad-dritt inevitabbilment se jkollu impatt negattiv fuq il-fiduċja tal-investituri u fuq l-ekonomija; jenfasizza li l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli jirrikjedi istituzzjonijiet demokratiċi sodi, l-istat tad-dritt, iċ-ċertezza tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-impatt finanzjarju enormi li jista’ jkollhom l-azzjonijiet illegali mill-awtoritajiet, kif muri mill-arrest tas-Sindku ta’ Istanbul f’Marzu 2025, li qanqal taqlib finanzjarju u ħruġ kbir ta’ kapital, u ġiegħel lill-awtoritajiet rilevanti jieħdu miżuri straordinarji biex iwaqqfu l-waqgħa tal-lira Torka, jirrestawraw il-fiduċja tal-investituri u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja, għad-detriment ta’ tnaqqis sostanzjali fir-riżervi uffiċjali; jinsab imħasseb dwar l-użu estensiv tas-setgħat straordinarji mogħtija lill-Fond ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti tat-Tfaddil (TMSF), li ħataf f’idejh mijiet ta’ kumpaniji privati, inklużi konglomerati kbar u kumpaniji tal-media bħal TELE1, u ħatar fiduċjarji għalihom, b’tali mod li t-TMSF sar wieħed mill-akbar atturi korporattivi tal-pajjiż; jinnota li l-migrazzjoni ’l barra ta’ persuni b’talent mit-Turkija minħabba tħassib dwar l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali jista’ jkollha impatt negattiv akbar fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi l-iskoperta importanti reċenti mill-Gvern Tork ta’ riżervi kbar ta’ materjali tal-art rari fil-provinċja ta’ Eskişehir, li tista’ tpoġġi lit-Turkija fil-pożizzjoni ta’ attur importanti f’suq globali strateġiku; jenfasizza l-potenzjal ta’ din l-iskoperta fil-kontribut għad-diversifikazzjoni u r-reżiljenza fil-ktajjen tal-provvista globali tal-materjali tal-art rari kif ukoll l-isfidi ewlenin li timplika, inkluż l-aċċess għal teknoloġiji avvanzati tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar u l-ħtieġa li jiġu żgurati standards għoljin ta’ protezzjoni ambjentali u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Torok jimplimentaw l-obbligi internazzjonali tat-Turkija fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, u jiżguraw reazzjonijiet effettivi għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-GRECO, inkluż billi jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa, li hija waħda mill-parametri referenzjarji li fadal għal-liberalizzazzjoni tal-viżi; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-integrità tal-proċessi tal-akkwist pubbliku, il-finanzjament tal-partiti politiċi, il-ġudikatura, l-amministrazzjoni pubblika u s-settur tal-kostruzzjoni, li għadhom partikolarment vulnerabbli għall-korruzzjoni; jiddispjaċih ħafna li l-kawżi reċenti ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli miftuħa mill-awtoritajiet kienu mmirati esklużivament lejn sindki u muniċipalitajiet tal-oppożizzjoni, u dan kompla jnaqqas il-fiduċja fl-effettività u fir-rieda vera tal-awtoritajiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jiżguraw l-imparzjalità u t-trasparenza fl-isforzi tagħhom kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Torok isaħħu l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u jistabbilixxu mill-ġdid ir-reġim tad-drittijiet tal-proprjetà skont l-istandards internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ t-tneħħija tat-Turkija mil-lista griża tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) f’Ġunju 2024, wara progress sinifikanti fit-titjib tar-reġim tagħha kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lit-Turkija tallinja ruħha aktar mill-qrib mal-acquis tal-UE u mar-rakkomandazzjonijiet tal-FATF biex tkompli ssaħħaħ il-qafas tagħha kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż dwar it-traċċabbiltà tat-trasferimenti u l-prevenzjoni tal-użu ħażin ta’ kanali ġodda ta’ pagament u tal-kriptoassi għal finanzjament illeċitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jindika li għadhom ma ġewx indirizzati għadd ta’ sfidi kritiċi li jikkonċernaw is-suq tax-xogħol, bħall-impjieg informali, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-inugwaljanza fl-introjtu; għadu mħasseb dwar il-kopertura baxxa tan-negozjar kollettiv u l-impedimenti serji għas-sħubija ma’ trade unions fis-settur privat; jemmen li huma meħtieġa aktar sforzi biex jissaħħu l-mekkaniżmi tad-djalogu soċjali u jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti tas-sikurezza okkupazzjonali; ifakkar li l-libertà tat-trade unions u d-djalogu soċjali huma kruċjali għall-iżvilupp u għall-prosperità ta’ soċjetà pluralista; jistieden lill-awtoritajiet Torok ineħħu l-ostakli li jillimitaw id-drittijiet ta’ sħubija fit-trade unions u ta’ negozjar kollettiv billi jużaw il-mekkaniżmi ta’ djalogu soċjali b’mod effettiv, u jirrikonoxxu d-dritt ta’ strajk għall-impjegati taċ-ċivil; jiddeplora d-detenzjoni ripetuta ta’ trejdjunjonisti fit-Turkija sempliċiment talli wettqu dmirijiethom; jikkundanna, f’dan ir-rigward, id-detenzjoni reċenti ta’ Mehmet Türkmen, president tal-unjoni tas-settur tat-tessuti BİRTEK-SEN, fil-15 ta’ Marzu 2026, u nnota li fl-2025 kien inżamm il-ħabs għal aktar minn xahar; jappella għall-ħelsien immedjat tiegħu u għat-tmiem tal-fastidju ġudizzjarju kontrih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tal-liġi l-ġdida tat-Turkija dwar il-klima tal-2025, li daħlet fis-seħħ f’Lulju 2025, u jilqa’ l-inklużjoni ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, filwaqt li jinnota li għad iridu jiġu indirizzati xi elementi ta’ titjib, bħal pereżempju għal-limiti massimi taċ-ċertifikati; jiddeplora l-fatt li t-Turkija għad għandha prestazzjoni fqira ħafna fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jistieden lil Ankara taħdem fuq qafas legali kredibbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; jenfasizza li l-pjan mill-Ministeru tal-Enerġija u r-Riżorsi Naturali biex jinżammu s-sussidji għall-ġenerazzjoni nazzjonali tal-faħam u għall-ġenerazzjoni ta’ elettriku b’ħafna emissjonijiet tal-karbonju jnaqqas ir-ritmu tal-progress fl-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Gvern Tork, anke fid-dawl tal-fatt li se jospita l-31 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Novembru 2026, jiddeċiedi dwar perkors għat-tneħħija gradwali tal-faħam u jantiċipa l-quċċata tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> tiegħu mill-2038; jistieden lill-UE u lill-awtoritajiet Torok japprofondixxu u jipprijoritizzaw il-kooperazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku, b’mod partikolari għall-ipprezzar tal-karbonju fil-kuntest tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, jindirizzaw l-implikazzjonijiet għall-esportaturi Torok, u jappoġġjaw il-finanzjament għad-dekarbonizzazzjoni industrijali u l-modernizzazzjoni tal-grilja kif ukoll politiki ta’ tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-benesseri tal-annimali fit-trasport li jitlaq mir-Repubblika tat-Turkija u li jgħaddi minnha; jappella għall-konformità mal-istandards internazzjonali u għall-prevenzjoni tal-iffullar żejjed u l-istress mis-sħana; jinsab imħasseb dwar il-qtil u t-trattament ħażin irrappurtati tal-klieb u l-qtates li jgħixu fit-triq; jappella li l-kontroll tal-popolazzjoni tagħhom isir f’konformità mal-istandards internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ikompli jfaħħar lit-Turkija talli ospitat madwar 2,7 miljun rifuġjat, inkluż 2,3 miljun Sirjan taħt protezzjoni temporanja f’Jannar 2026; jinnota li, skont ir-rappurtar tal-Frontex f’Jannar 2025, il-migrazzjoni irregolari tul il-fruntiera bejn it-Turkija u l-UE naqset b’madwar kwart f’numri assoluti; itenni l-importanza tal-kollaborazzjoni tat-Turkija għall-ġestjoni effettiva u ordnata tal-flussi migratorji; jinnota wkoll il-fatt li, mill-2011, l-UE kkontribwiet kważi EUR 12,5 biljun biex tassisti lit-Turkija f’appoġġ għar-rifuġjati u għall-komunitajiet ospitanti; jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-finanzjament tal-UE biex jiġu sostnuti aktar il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni u l-integrazzjoni tar-rifuġjati fit-Turkija; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżommu u, fejn hu possibbli, iżidu l-assistenza finanzjarja għall-ispazju umanitarju u ta’ protezzjoni fit-Turkija, u jżidu l-isforzi biex jappoġġjaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Torok u lill-organizzazzjonijiet immexxija mir-rifuġjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar id-deterjorament tal-ambjent ta’ protezzjoni għar-rifuġjati Sirjani fit-Turkija, inklużi s-sospensjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa, l-għeluq tal-kampijiet tar-rifuġjati mingħajr alternattivi adegwati u t-tnaqqis fl-iskala tas-servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi u min-NU; barra minn hekk, jibqa’ mħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-gruppi ta’ minoranza, ir-rifuġjati u l-migranti li komplew jiffaċċjaw diskriminazzjoni, vjolenza u ritorn furzat fl-2025; jenfasizza li t-Turkija jeħtiġilha tkompli tipproteġi lir-rifuġjati Sirjani sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għar-ritorn tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Torok jerġgħu jintroduċu ż-żjarat ta’ osservazzjoni jew mekkaniżmi ekwivalenti li jippermettu deċiżjonijiet ta’ ritorn infurmati; jinnota bi tħassib li hemm rapporti kredibbli li jiżvelaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentri ta’ detenzjoni amministrattiva ffinanzjati mill-UE fit-Turkija u jistieden lill-Kummissjoni tvara investigazzjoni trasparenti u indipendenti dwar il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-akbar trasparenza u preċiżjoni fl-allokazzjoni tal-fondi u li tiggarantixxi li l-proġetti ffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari dawk relatati maċ-ċentri ta’ detenzjoni amministrattiva u mal-kontroll tal-fruntieri, jikkonformaw mal-istandards rilevanti kollha tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lit-Turkija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-2016 u tal-Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tal-Istati Membri kollha; jenfasizza li l-vulnerabbiltà tal-migranti ma tridx tiġi strumentalizzata għal skopijiet politiċi kontra l-UE jew l-Istati Membri tagħha; iħeġġeġ lit-Turkija tkompli tikkoopera <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> mal-Istati Membri kollha tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, filwaqt li tiżgura li jintbagħat sinjal ċar lill-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin biex jiskoraġġixxu aktar flussi illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex taħdem fuq approċċ kostruttiv, u mhux assertiv jew aggressiv, fil-viċinat tagħha; jilqa’ d-djalogu kontinwu bejn il-Greċja u t-Turkija, inklużi laqgħat ta’ livell għoli bħas-summit bejn il-Prim Ministru Mitsotakis u l-President Erdoğan fi Frar 2026, li jista’ jrawwem ambjent kostruttiv u tnaqqis ulterjuri tat-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran, li huwa ta’ importanza kbira fost l-eskalazzjoni perikoluża tal-kunflitti fir-reġjun usa’; itenni l-interess qawwi tiegħu fl-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun u jħeġġeġ lin-naħat kollha jkomplu javvanzaw f’din il-linja ta’ djalogu u kooperazzjoni bl-għan li jsolvu kwalunkwe tilwima u differenza pendenti fil-qafas tad-dritt internazzjonali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li t-Turkija għadha ssostni theddida formali ta’ gwerra kontra l-Greċja (<STRING ITALIC="on">casus belli</STRING>), li hija inkonċepibbli bejn alleati u ġirien tajbin, li kieku din teżerċita d-dritt leġittimu tagħha li testendi l-ibħra territorjali tagħha sa 12-il mil nawtiku fil-Baħar Eġew, f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar; jiddeplora l-fatt li t-Turkija qed tkompli tikser is-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE, bħall-Greċja u r-Repubblika ta’ Ċipru, inkluż permezz tal-promozzjoni tad-duttrina tal-“patrija blu” (Blue Homeland), iż-żieda sinifikanti fil-ksur tal-ilmijiet territorjali u tal-ispazju tal-ajru Griegi meta mqabbel mal-2024 – għalkemm fil-każ ta’ dan tal-aħħar il-livelli għadhom relattivament baxxi – l-istrumentalizzazzjoni politika tas-sistema NAVTEX, il-vjolazzjoni tal-blata territorjali u taż-Żona Ekonomika Esklużiva Griega billi timpedixxi l-progress ta’ proġetti għall-konnettività tal-UE, bħall-Great Sea Interconnector u l-EastMed Pipeline, li ġew iddeżinjati bħala proġett tal-UE ta’ interess komuni, ir-rifjut tal-pubblikazzjoni tal-ippjanar tal-ispazju marittimu Grieg ippubblikat fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/89/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-pubblikazzjoni ta’ ppjanar tal-ispazju marittimu Tork li jkopri żoni soġġetti għas-sovranità u għall-ġuriżdizzjoni tal-Greċja, l-oġġezzjoni li l-Greċja tistabbilixxi park marittimu fil-Baħar Eġew kompletament fl-ilmijiet territorjali Griegi, u t-tħabbira tal-istabbiliment, f’Awwissu 2025, ta’ żewġ parks marittimi Torok li se jestendu saż-żoni soġġetti għall-ġuriżdizzjoni Griega, jew iż-żieda konsiderevoli, mill-2024, ta’ attivitajiet tas-sajd illegali minn bastimenti Torok fl-ilmijiet territorjali Griegi; jesprimi tħassib serju dwar il-proposta ta’ abbozz ta’ liġi mħejji miċ-Ċentru Nazzjonali għad-Dritt tal-Baħar u d-Dritt Marittimu tal-Università ta’ Ankara (DEHUKAM) li jikkodifika d-duttrina tal-“patrija blu” u jaf tikkostitwixxi ksur dirett tad-dritt internazzjonali konsolidat; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta għalkollox is-sovranità tal-Istati Membri kollha tal-UE fuq il-baħar territorjali tagħhom u l-ispazju tal-ajru tagħhom kif ukoll id-drittijiet sovrani tagħhom f’konformità mad-dritt internazzjonali u tal-UE, inkluż fl-ambitu tal-UNCLOS, u inkluż id-dritt ta’ delimitazzjoni tal-blata kontinentali u taż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi u d-dritt ta’ esplorazzjoni u sfruttament tar-riżorsi naturali tagħhom; jistieden, f’dan ir-rigward, lit-Turkija ma tkompli bl-adozzjoni ta’ ebda liġi li jaf tikkostitwixxi ksur ta’ dawn il-prinċipji; itenni l-fehma tiegħu li l-memorandum ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar id-delimitazzjoni ta’ żoni ta’ ġuriżdizzjoni marittima fil-Mediterran tikser id-drittijiet sovrani ta’ pajjiżi terzi, mhix konformi mal-Liġi tal-Baħar u ma tista’ tipproduċi l-ebda effett ġuridiku fil-konfront ta’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jerġa’ jafferma bil-qawwa l-fehma tiegħu li l-unika soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru hija soluzzjoni ġusta, komprensiva, vijabbli u demokratika, fi ħdan il-qafas tan-NU maqbul, abbażi ta’ federazzjoni bikomunitarja u biżonali b’personalità ġuridika internazzjonali unika, sovranità unika, ċittadinanza unika u ugwaljanza politika, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-oqsma maqbula ta’ konverġenza u l-qafas tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, kif ukoll f’konformità mad-dritt internazzjonali, u l-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE; jitlob, bħala kwistjoni urġenti, li jitkomplew in-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta’ Ċipru fl-ambitu tal-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU malajr kemm jista’ jkun, mill-punt li minnu ġew interrotti fi Crans-Montana fl-2017; jistieden lit-Turkija tabbanduna l-proposta inaċċettabbli għal soluzzjoni ta’ żewġ stati f’Ċipru u terġa’ lura għall-bażi miftiehma għal soluzzjoni u l-qafas tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-passi meħuda mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jissoktaw taħditiet komprensivi dwar soluzzjoni, inkluż il-ħatra minnu ta’ Mibgħut Personali dwar Ċipru; jistieden lill-Kummissjoni taħtar malajr Mibgħut Speċjali ġdid tal-Kummissjoni Ewropea għal Ċipru; jilqa’ ż-żewġ laqgħat informali li saru f’format usa’, taħt l-awspiċi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, f’Ġinevra f’Marzu 2025 u fi New York f’Lulju 2025, kif ukoll il-varji laqgħat f’Ċipru tal-President Nikos Christodoulides u l-mexxej tal-komunità Ċiprijotta Torka Tufan Erhürman inkluża l-laqgħa ta’ Diċembru 2025, li fihom dikjarazzjoni konġunta enfasizzat li “l-għan reali huwa s-soluzzjoni tal-problema ta’ Ċipru bl-ugwaljanza politika, kif jiddeskrivu r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU”; jilqa’ wkoll il-pożizzjoni taż-żewġ naħat, b’segwitu tal-fatt li l-komunità Ċiprijotta Torka għandha mexxej ġdid, li kkontribwixxa għal tama mġedda għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għat-tkomplija tan-negozjati għal soluzzjoni; jilqa’ pożittivament il-ftehim dwar miżuri għall-bini tal-fiduċja ulterjuri bħala pass pożittiv u rilevanti u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tagħhom; jappoġġja bil-qawwa l-kontinwazzjoni tal-kuntatt bejn iż-żewġ naħat taħt l-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-ħidma tal-Mibgħut Personali dwar Ċipru tiegħu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw bis-sħiħ il-kontinwazzjoni ta’ dan id-djalogu u jkunu lesti biex jappoġġjaw, bi kwalunkwe mod meħtieġ, is-suċċess potenzjali ta’ dan il-proċess; iħeġġeġ lin-naħat kollha jużaw dan il-momentum biex jimxu lejn it-tkomplija tan-negozjati u biex ma jitilfux din l-opportunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tirrispetta l-istatus taż-żona ta’ lqugħ u l-mandat tal-UNFICYP, twaqqaf u treġġa’ lura l-azzjonijiet u l-ksur unilaterali kollha fiż-żona ta’ lqugħ u qribha, u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni u provokazzjoni ulterjuri ta’ dan it-tip, inkluż il-fastidju u l-intimidazzjoni tal-bdiewa; itenni t-talba tiegħu għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru, it-Turkija, ir-Renju Unit u n-NU biex jimplimentaw miżuri konkreti għad-demilitarizzazzjoni taż-żona ta’ lqugħ, sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet u jikkontribwixxu għal ambjent favorevoli għat-tkomplija mill-ġdid tan-negozjati mmexxija min-NU; jistieden lit-Turkija tirtira minn Strovilia u tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Pyla; jistieden ukoll lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni unilaterali li ssaħħaħ il-qasma permanenti tal-gżira u milli tieħu xi azzjoni li tbiddel il-bilanċ demografiku; jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi tat-Turkija li ttejjeb l-istatus tal-entità seċessjonista f’Ċipru okkupat, inkluż permezz tal-Organizzazzjoni tal-Istati Turkiċi u l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, u jistieden lill-Istati kollha jirrispettaw is-sovranità ta’ Ċipru kif deskritt fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jikkundanna l-isforzi li qed tagħmel it-Turkija biex “tiftaħ” iż-żona ta’ Varosha u tippopolaha b’nies li mhumiex l-abitanti legali tagħha, bi ksur tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jistieden lit-Turkija treġġa’ lura l-azzjonijiet illegali tagħha u tittrasferixxi ż-żona ta’ Varosha lill-abitanti legali tagħha taħt l-amministrazzjoni temporanja tan-NU, kif jitolbu r-Riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jiddeplora kwalunkwe sforz biex iż-żona ta’ Varosha tinbidel f’attrazzjoni tat-turiżmu makabru (dark tourism), li tissensazzjonalizza t-traġedja u tinsulta d-dinjità u d-drittijiet tal-abitanti legali; jikkundanna l-użurpazzjoni, il-bejgħ u l-iżvilupp illegali kontinwi ta’ proprjetajiet li jappartjenu liċ-Ċiprijotti Griegi fiż-żoni okkupati; jibqa’ mħasseb ħafna dwar ir-restrizzjonijiet fl-edukazzjoni u reliġjużi u l-impedimenti li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-Ċiprijotti Griegi enklavati; jistieden lit-Turkija żżid il-kooperazzjoni tagħha mal-Kunsill tal-Ewropa u l-korpi u l-istituzzjonijiet rilevanti tiegħu, tindirizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tagħhom, timplimenta bis-sħiħ il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tar-rispett tal-libertà tar-reliġjon, il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u d-dritt ta’ aċċess u ta’ qima, inkluż id-dritt li jsiru ċerimonji reliġjużi u t-tgawdija tal-wirt kulturali, u twaqqaf il-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali u reliġjuż; ifaħħar il-ħidma tal-Kumitat Tekniku dwar il-Wirt Kulturali, li jinkludi membri miż-żewġ komunitajiet, fir-restawr ta’ ħafna mill-monumenti milquta; jesprimi dispjaċir għar-rifjut kontinwu tat-Turkija li tikkonforma mal-liġi internazzjonali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u tistabbilixxi kanal ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru fit-Turkija u r-Repubblika ta’ Ċipru, li n-nuqqas tiegħu jinvolvi riskji għas-sikurezza u perikli reali kif identifikat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Assoċjazzjonijiet tal-Bdoti tal-Linji tal-Ajru; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta għalkollox, b’mod nondiskriminatorju, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Ankara fir-rigward tal-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru, u biex timplimenta l-obbligi li assumiet fir-rigward tal-UE skont il-qafas ta’ negozjar ta’ Ottubru 2005;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lit-Turkija biex tagħti lill-komunità Ċiprijotta Torka l-ispazju meħtieġ biex taġixxi skont ir-rwol tagħha bħala komunità leġittima tal-gżira, li huwa dritt garantit mill-kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex tiddjaloga mal-komunità Ċiprijotta Torka, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-problema ta’ Ċipru u jfakkar li postha hu fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-partijiet kollha involuti juru approċċ aktar kuraġġuż biex iqarrbu lill-komunitajiet lejn xulxin; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-korp tad-dritt tal-UE jiġi implimentat fil-gżira kollha wara riżoluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru; jieħu nota tar-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar Ċipru; jibqa’ mħasseb dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media, inklużi l-vjolenza jew it-theddid ta’ vjolenza kontra l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Ċiprijotti Torok u b’mod partikolari l-ġurnalisti li kkritikaw l-influwenza tat-Turkija, bħall-ġurnalist Ċiprijott Şener Levent and Ali Kişmir, il-President tal-Unjoni tal-Ġurnalisti Ċiprijotti Torok; jieħu nota tal-ħidma sinifikanti tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f’Ċipru u jitlob aċċess imtejjeb għaż-żoni militari okkupati mill-armata Torka, aċċess għall-arkivji militari tagħha u informazzjoni dwar it-trasferiment tal-fdalijiet lejn siti ta’ dfin ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fi kwistjonijiet ta’ sigurtà reġjonali, b’mod partikolari fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku li qed jinbidel; jafferma mill-ġdid, f’dan il-kuntest, l-importanza strateġika u ġeopolitika tat-Turkija, li hija wkoll alleat fin-NATO, u ż-żieda fil-preżenza u fl-influwenza u fir-rwol ta’ medjatur u faċilitatur f’oqsma kritiċi għas-sigurtà internazzjonali u għall-interess strateġiku tal-UE, bħar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, inklużi l-Ukrajna, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Lvant Nofsani, kif ukoll f’oqsma rilevanti oħra ta’ kooperazzjoni bħall-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sigurtà tal-enerġija; jirrikonoxxi li t-Turkija qed tkompli tipparteċipa b’mod attiv fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet u tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għalihom; jenfasizza li l-kooperazzjoni prammatika mat-Turkija dwar is-sigurtà u d-difiża tista’ tissaħħaħ fejn taqdi interessi strateġiċi reċiproċi; jibqa’ debitament imħasseb, madankollu, li t-Turkija qed tkompli teskludi Stat Membru mill-kooperazzjoni man-NATO; jistieden lit-Turkija żżomm lura milli tuża s-sħubija tagħha fin-NATO biex timblokka l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-livell baxx ta’ allinjament tat-Turkija mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, li naqset minn 6 % fl-2024 għal livell l-aktar baxx ta’ 4 % fl-2025; jinnota, madankollu, li dan l-indikatur, ibbażat biss fuq statistika dwar l-allinjament mad-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet, jista’ ma jkoprix għalkollox il-livelli kollha ta’ involviment u djalogu fil-qafas tal-kooperazzjoni barranija u ta’ sigurtà; jilqa’, f’dan is-sens, iż-żieda reċenti fil-livell ta’ djalogu mal-UE u l-parteċipazzjoni attiva u l-kontribut sostanzjali għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u difiża komuni; jieħu nota tal-pożizzjoni kontra l-Punent tal-awtoritajiet Torok, li qed tiżdied; jesprimi tħassib dwar l-implikazzjonijiet possibbli ta’ dan għall-interessi tal-UE fil-Balkani tal-Punent, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, fil-Mediterran u fil-Lvant Nofsani; jemmen, madankollu, li, fix-xenarju ġeopolitiku attwali, huwa importanti li jiġu esplorati l-possibbiltajiet għal kooperazzjoni mat-Turkija fil-kuntest tal-politiki attwali u futuri tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok, madankollu, jindirizzaw b’mod urġenti l-livell estremament baxx ta’ allinjament tal-pajjiż mal-PESK u jneħħu ostakli ewlenin oħra biex tiġi żgurata l-fiduċja meħtieġa fost is-sħab u l-alleati, bħaż-żamma ta’ <STRING ITALIC="on">casus belli</STRING> kontra Stat Membru tal-UE, id-dubji dwar is-sovranità ta’ oħrajn jew iż-żamma tas-sistema ta’ difiża tal-ajru S-400 magħmula fir-Russja; jinnota bi tħassib li t-Turkija applikat biex issir membru tal-BRICS+ filwaqt li bħalissa għandha status ta’ pajjiż sieħeb, u qed tikkunsidra l-istess għall-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai; jesprimi tħassib serju dwar l-inkompatibbiltà fundamentali tas-sħubija sħiħa potenzjali tat-Turkija fil-BRICS+ mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jissottolinja li tali impenn, li jirrifletti mudell mhux liberali ta’ governanza globali u reġjonali, jista’ jikkomplika l-isforzi għal sħubija aktar komprensiva bejn l-UE u t-Turkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi, fir-rigward tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-isforzi tat-Turkija f’termini tar-rwol tagħha ta’ faċilitatur u ta’ medjatur potenzjali, kif sostnuti mill-fatt li ospitat diversi taħditiet diretti bejn iż-żewġ naħat f’Istanbul, kif ukoll permezz tal-għoti ta’ assistenza militari, diplomatika u umanitarja lill-Ukrajna, inkluż tagħmir tad-difiża, li kkontribwixxa għall-isforzi tad-difiża tal-Ukrajna; jirrikonoxxi li t-Turkija tradizzjonalment kellha pożizzjoni li ma tappoġġjax sanzjonijiet adottati barra mill-qafas tan-NU; madankollu jibqa’ dispjaċut dwar il-fatt li t-Turkija ma tallinjax mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja, filwaqt li jilqa’ l-miżuri li ħadet biex tipprevjeni ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet permezz tal-użu tat-territorju Tork, pereżempju biex tipprevjeni l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ oġġetti komuni ta’ prijorità għolja, miżuri li qed iħallu xi riżultati, u jappella għall-allinjament mal-qafas ta’ sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iżidu l-isforzi tagħhom biex jidentifikaw u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi, b’mod partikolari fuq oġġetti ta’ teknoloġija avvanzata użati għal skopijiet militari mir-Russja, jipprevjenu t-“tranżitu falz” ta’ dawn l-oġġetti lejn ir-Russja billi jgħaddu mill-Asja Ċentrali, jestendu dawn il-miżuri għal oġġetti oħra ekonomikament kritiċi, inaqqsu l-użu ta’ riżorsi tal-enerġija li joriġinaw mir-Russja, u jindirizzaw ir-riskji għas-sikurezza marittima u ambjentali assoċjati mal-“flotta mistura” tar-Russja; jesprimi wkoll tħassib li t-Turkija ma rrestrinġietx l-operazzjonijiet tal-media Russa kkontrollata mill-Istat fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinnota l-preżenza mifruxa ta’ narrattivi favur ir-Russja u diżinformazzjoni marbuta mar-Russja fl-ispazju tal-informazzjoni Tork, b’mod partikolari dwar l-Ukrajna, in-NATO u s-sigurtà tal-enerġija; jistieden lit-Turkija ssaħħaħ l-isforzi biex tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni mill-barranin; jinnota bi tħassib li, permezz tal-pipelines TurkStream u Blue Stream, it-Turkija hija importatur ewlieni tal-gass naturali Russu, kif ukoll sors ewlieni ta’ żejt u prodotti petroliferi; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-kooperazzjoni mill-qrib tat-Turkija mar-Russja fir-rigward tal-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija nukleari kbar, inkluż l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Akkuyu, li huwa mistenni li jsir operattiv fl-2026, u li jappartjeni lil Rosatom, il-Korporazzjoni Statali tal-Enerġija Atomika tar-Russja, u se jkun operat minnha; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jingħaqad mal-Konvenzjoni ta’ Espoo, li timpenja l-partijiet tagħha biex jinnotifikaw lill-pajjiżi ġirien dwar proġetti ewlenin li jkunu qed jiġu kkunsidrati u li jistgħu jkollhom impatt ambjentali negattiv sinifikanti lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż innifsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib tat-Turkija mar-Repubblika Iżlamika tal-Iran fl-oqsma tad-diplomazija, l-ekonomija u l-enerġija, li jinkludu kuntatt regolari ta’ livell għoli, relazzjonijiet kummerċjali sostnuti u l-importazzjoni kontinwa ta’ gass Iranjan; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ allinjament tat-Turkija mar-rispons tal-UE dwar it-trażżin tad-dimostranti fl-Iran, inklużi miżuri restrittivi li jirrigwardaw il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC); jieħu nota tal-iżviluppi ġudizzjarji reċenti fl-Istati Uniti li jirrigwardaw il-Halk Bankası A.Ş., inklużi proċedimenti relatati mal-evażjoni tas-sanzjonijiet u ma’ skemi ta’ ħasil ta’ flus; jistieden lit-Turkija tallinja lilha nfisha progressivament mal-pożizzjonijiet u mar-reġim ta’ sanzjonijiet tal-PESK tal-UE; jinnota bi tħassib li l-operazzjonijiet militari kontra r-reġim Iranjan se jkollhom implikazzjonijiet għat-Turkija bħala riżultat tal-qrubija ġeografika tagħha, inkluż permezz ta’ effetti konsegwenzjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pressjonijiet imġedda tal-migrazzjoni; jissottolinja l-importanza ta’ koordinazzjoni reġjonali u kooperazzjoni mill-qrib mat-Turkija u ma’ sħab internazzjonali oħra f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-pożizzjoni li ilha teżisti tat-Turkija favur soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan, li tallinja mal-pożizzjoni tal-UE, u l-parteċipazzjoni attiva tagħha fl-“Alleanza Globali għas-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati” għall-implimentazzjoni tagħha; jilqa’ l-kontribut tat-Turkija għall-isforzi ta’ medjazzjoni fil-waqfien mill-ġlied ta’ Gaża u fir-rigward tas-summit tal-paċi ta’ Gaża ta’ Ottubru 2025 f’Sharm El-Sheikh; jikkundanna l-appoġġ apert tal-awtoritajiet tat-Turkija għall-Ħamas, grupp li jinsab fil-lista tal-UE ta’ gruppi terroristiċi, u r-rifjut min-naħa tat-Turkija li tiddeżinjah bħala organizzazzjoni terroristika, li mhuwiex kompatibbli mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; jiddeplora l-fatt li t-Turkija ma kkundannatx l-attakk tas-7 ta’ Ottubru 2023 kontra Iżrael imwettaq mill-Ħamas; iwissi kontra l-involviment tat-Turkija ma’ atturi reġjonali assoċjati ma’ aġendi estremisti, u jinnota li tali rabtiet jistgħu jikkumplikaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u jolqtu l-istabbiltà reġjonali; jistieden lit-Turkija tibqa’ ankrata fis-sod fis-sistema multilaterali, bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tagħha, bħala l-qafas essenzjali biex tavvanza soluzzjoni komprensiva, ġusta u dejjiema għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota ż-żieda fl-influwenza tat-Turkija fuq l-iżviluppi fis-Sirja wara l-waqgħa tar-reġim ta’ Assad u l-involviment intensiv tagħha mal-awtoritajiet tranżizzjonali Sirjani attwali, li jinkludi l-għoti ta’ taħriġ militari u appoġġ konsultattiv; jibqa’ mħasseb dwar il-preżenza kontinwa tal-forzi Torok fil-pajjiż u dwar l-involviment ta’ gruppi armati appoġġjati mit-Turkija fl-aktar episodji reċenti ta’ vjolenza fit-Tramuntana u fil-Grigal tas-Sirja, inkluż kontra gruppi li kellhom rwol deċiżiv fil-ġlieda internazzjonali kontra d-Da’esh; jikkundanna l-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi u infrastruttura militari fit-tul f’żoni okkupati taħt il-kontroll Tork; jistieden lit-Turkija timpenja ruħha b’mod kostruttiv mal-awtoritajiet Sirjani, tirrispetta s-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sirja u tindirizza t-tħassib tagħha dwar is-sigurtà f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali filwaqt li tiżgura li s-Sirjani kollha, inklużi l-Kurdi, ikunu jistgħu jgawdu s-sigurtà u d-drittijiet fundamentali, u żżomm lura minn kwalunkwe ndħil fil-proċessi interni tas-Sirja; jikkundanna l-attakki fuq il-popolazzjoni ċivili matul l-aħħar episodju ta’ vjolenza bejn l-armata Sirjana u l-Forzi Demokratiċi Sirjani mmexxija mill-Kurdi, li kkawżaw għadd kbir ta’ mwiet u l-ispostament ta’ għadd kbir ta’ ċivili, kif ukoll in-nuqqas ta’ aċċess għall-għajnuna umanitarja; jesprimi t-tama tiegħu li l-aktar ftehim reċenti bejn il-gvern tranżizzjonali Sirjan u l-Forzi Demokratiċi Sirjani, li jipprevedi l-integrazzjoni gradwali tal-forzi u l-istituzzjonijiet Kurdi fl-istat u r-rikonoxximent storiku tad-drittijiet kulturali, lingwistiċi u ċivili Kurdi, se jagħti lok għall-istabbiltà fir-reġjun tal-Grigal tas-Sirja, li huwa kruċjali għas-suċċess ta’ tranżizzjoni politika inklużiva fil-pajjiż; iwissi li kwalunkwe deterjorament serju fis-sigurtà reġjonali jista’ jippromwovi l-qawmien mill-ġdid tad-Da’esh; jenfasizza li kwalunkwe trasferiment lejn it-Turkija jew mit-Turkija ta’ ġellieda adulti tad-Da’esh jew persuni suspettati li joriġinaw minn faċilitajiet ta’ detenzjoni fis-Sirja jrid jibqa’ soġġett għal arranġamenti effettivi ta’ kustodja, monitoraġġ u kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż fi kwalunkwe trasferiment transfruntier; jinnota l-investiment sinifikanti meħtieġ għar-rikostruzzjoni tal-ekonomija tas-Sirja u jirrikonoxxi l-interess tat-Turkija li tikkontribwixxi għal dawn l-isforzi; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal kooperazzjoni mill-qrib u kostruttiva bejn l-UE u t-Turkija f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u t-Turkija fl-interess tar-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali, u l-iżvilupp soċjoekonomiku, u jilqa’ l-progress miksub s’issa, inkluż l-iffaċilitar ta’ ċerti proċeduri tal-viża, it-tħejjijiet għall-ftuħ tal-fruntiera għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u detenturi ta’ passaporti diplomatiċi u l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ titjiriet diretti minn Turkish Airlines; iħeġġeġ lit-Turkija tavvanza bis-sod f’dan il-proċess fuq il-merti tagħha stess mingħajr ma tagħmlu dipendenti fuq ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiż terz; jistieden liż-żewġ pajjiżi jkomplu jaħdmu lejn konnettività aħjar sabiex jiffaċilitaw il-konnessjoni bl-art bejn l-Ewropa u l-Asja, kif ukoll jippromwovu r-rikonċiljazzjoni storika, klima kummerċjali mtejba, u kuntatti aktar b’saħħithom bejn il-persuni; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tressaq Aġenda tal-Konnettività Transreġjonali tal-UE li tinvolvi lit-Turkija, l-Armenja u l-Ażerbajġan, li tinkludi proġetti bħal-linja ferrovjarja Kars-Tbilisi-Baku, li għandha potenzjal kbir biex tikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali; iħeġġeġ lit-Turkija tappoġġja l-proċess ta’ paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan u jħeġġeġ għal darb’oħra lit-Turkija tirrikonoxxi l-Ġenoċidju Armen sabiex titwitta t-triq għal rikonċiljazzjoni ġenwina bejn il-poplu Tork u l-poplu Armen, u tirrispetta b’mod sħiħ l-obbligi tagħha li tipproteġi l-wirt kulturali Armen;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-relazzjonijiet usa’ bejn l-UE u t-Turkija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni l-fehma soda tiegħu li, lil hinn mill-proċess tal-adeżjoni, li bħalissa jinsab staġnat minħabba n-nonkonformità mal-kriterji ta’ Copenhagen u nuqqas ta’ riformi demokratiċi, it-Turkija hija pajjiż ta’ rilevanza strateġika; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm djalogu kostruttiv u li tiġi approfondita l-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess strateġiku reċiproku, inkluż fir-rigward ta’ Ċipru, u b’mod proporzjonat u riversibbli f’fażijiet u f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ April 2024; jafferma mill-ġdid li l-UE qed tkompli bl-impenn tagħha li jkollha l-aħjar relazzjonijiet possibbli mat-Turkija, imsejsa fuq id-djalogu, ir-rispett u l-fiduċja reċiproka, f’konformità mad-dritt internazzjonali u mar-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni f’oqsma ta’ interess reċiproku u f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-komunikazzjoni konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija tat-29 ta’ Novembru 2023, b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli; jilqa’ wkoll id-djalogi ta’ livell għoli reċenti dwar il-kummerċ u l-ekonomija, il-migrazzjoni u s-sigurtà, il-klima, u x-xjenza, ir-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni; jappella għal darb’ oħra għat-tkomplija tad-djalogi ta’ livell għoli rilevanti kollha u għall-istabbiliment ta’ djalogi strutturati ta’ livell għoli dwar il-kooperazzjoni settorjali jekk ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati sfidi komuni oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappoġġja l-approfondiment tal-aġenda tal-konnettività mat-Turkija fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-kuntatti diġitali u bejn il-persuni, skont id-dritt internazzjonali u tal-UE, bħala eżempju ta’ kooperazzjoni prammatika tajba u ta’ benefiċċju reċiproku bil-potenzjal li jitrawmu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun; jisħaq fuq l-importanza strateġika li titħaffef it-tlestija ta’ proġetti infrastrutturali ewlenin li jtejbu l-konnettività bejn l-UE u t-Turkija, f’konformità man-Networks Trans-Ewropej estiżi; jisħaq fuq ir-rilevanza tat-Turkija għall-iżvilupp u l-funzjonament ta’ inizjattivi ta’ konnettività transkontinentali, inkluża r-rotta kummerċjali alternattiva dejjem aktar importanti bejn l-Ewropa u l-Asja (ir-Rotta tat-Trasport Internazzjonali Trans-Kaspju), li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-katina tal-provvista u l-kooperazzjoni ekonomika tal-UE u jista’ jkollhom rwol importanti fl-avvanz tal-objettivi usa’ tal-awtonomija strateġika tal-UE; iħeġġeġ l-iżvilupp f’waqtu tal-awtostrada ċirkolari tal-Baħar l-Iswed u l-konnessjonijiet ferrovjarji; jilqa’ r-rieda tat-Turkija li tinvesti fil-kostruzzjoni ta’ awtostrada tal-Baħar l-Iswed li tgħaqqad it-Turkija, il-Bulgarija u r-Rumanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, wara l-esperjenza ta’ suċċess ma’ pajjiżi kandidati oħra, twettaq l-arranġamenti meħtieġa sabiex testendi malajr kemm jista’ jkun il-programm “roaming daqslikieku f’pajjiżek” għat-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li taħdem lejn l-estensjoni taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro u programmi rilevanti oħra sabiex jissaħħu l-kuntatti bejn il-persuni; jilqa’ l-progress tajjeb li sar dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u r-riċerka fil-perjodu ta’ rapportar, b’mod partikolari b’rabta mal-parteċipazzjoni f’Orizzont Ewropa; jappoġġja l-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u jappella għall-approfondiment tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Türkiyefl-oqsma tal-protezzjoni ċivili u l-infrastruttura reżiljenti b’enfasi fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċità muniċipali deċentralizzata, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, u li jitjiebu l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li l-implimentazzjoni sħiħa u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali tal-UE hija meħtieġa, b’mod partikolari minħabba x-xenarju ġeopolitiku attwali; huwa konxju tal-importanza mogħti minn setturi kbar tal-ekonomiji tal-UE u tat-Turkija lill-aġġornament ta’ dan l-istrument, li ilu fis-seħħ għal aktar minn 30 sena; jinsab lest li jappoġġja unjoni doganali aġġornata b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ u ta’ benefiċċju reċiproku, li tista’ tinkludi benefiċċji ekonomiċi u strateġiċi sostanzjali għaż-żewġ naħat, u ssaħħaħ il-kummerċ, l-investiment u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista, tagħti spinta lit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, l-akkwist pubbliku u l-impenji ta’ żvilupp sostenibbli, u tikkontribwixxi għas-sigurtà ekonomika kemm tal-UE kif ukoll tat-Turkija; jissottolinja, madankollu, li biex il-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu fl-aħħar tal-proċess, tali modernizzazzjoni trid tkun ibbażata fuq kundizzjonalità soda b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, rispett tad-dritt internazzjonali, aderenza mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa tat-Turkija tal-Protokoll Addizzjonali dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta’ Ankara għall-Istati Membri kollha bla eċċezzjoni u b’mod nondiskriminatorju, u tinkludi miżuri li jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u jgħinu lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jadattaw; jilqa’ l-passi pożittivi, inkluż it-tnaqqis fl-ostakli għall-kummerċ, osservati fl-aktar perjodu reċenti, li segwew ukoll l-organizzazzjoni tad-djalogu ta’ livell għoli dwar il-kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja r-rilevanza għall-kummerċ bejn l-UE u t-Turkija tal-inizjattivi li se timplimenta l-Kummissjoni, bħal pereżempju l-att dwar l-aċċelleratur industrijali u l-approċċ “Made in Europe”, b’rekwiżiti sodi possibbli li jistgħu eventwalment jirrikjedu reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist u jolqtu serjament l-unjoni doganali bejn l-UE u t-Turkija, li diġà mhix aġġornata; jilqa’ l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni għall-att dwar l-aċċeleratur industrijali diġà tipprevedi li kontenut mingħand sħab li l-UE kkonkludiet ftehim magħhom li jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles jew unjoni doganali — bħat-Turkija — se jitqies li joriġina mill-UE; jappoġġja dan l-approċċ u jappella li kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra tiġi proposta bl-istess mod fil-futur biex tkompli titqies l-importanza li jiġu integrati aktar is-swieq u l-ekonomiji tal-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari dawk li għandhom unjoni doganali mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Josserva b’dispjaċir kbir li t-Turkija ma għamlet l-ebda progress biex tissodisfa l-parametri referenzjarji meħtieġa għal-liberalizzazzjoni tal-viżi; itenni r-rieda tiegħu li jibda l-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viża hekk kif l-awtoritajiet Torok jissodisfaw għalkollox is-sitt parametri referenzjarji li b’mod ċar għadhom pendenti b’mod mhux diskriminatorju fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-UE filwaqt li jallinjaw mal-politika tal-UE dwar il-viżi; jiddispjaċih dwar il-fatt li ċ-ċittadini Torok qed jiffaċċjaw problemi b’talbiet u applikazzjonijiet għal viża għall-Istati Membri tal-UE minħabba żieda sinifikanti fid-domanda u biża’ ta’ abbuż tas-sistema; jirrikonoxxi, madankollu, l-impenn politiku għat-titjib tal-aċċess għall-viżi u jitlob sforzi intensifikati miż-żewġ naħat biex jiġu indirizzati l-ostakli tekniċi u amministrattivi li fadal; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi allokati għal din il-kwistjoni; jappoġġja miżuri dwar il-faċilitazzjoni tal-viża, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju u l-istudenti tal-Erasmus; jesprimi dispjaċir kbir dwar it-tentattivi kostanti mill-awtoritajiet Torok li jagħtu t-tort lill-UE talli ma mxietx ’il quddiem fuq dan il-fajl, filwaqt li huma ma ħadu l-ebda wieħed mill-passi meħtieġa biex jikkonformaw mal-parametri referenzjarji li fadal; ifakkar lit-Turkija li n-nuqqas ta’ progress tanġibbli u kumulattiv fil-kundizzjonijiet pendenti għandu impatt dirett fuq l-attivitajiet tan-negozju u l-istudenti tal-Erasmus; jiddispjaċih dwar l-użu abbużiv mill-Gvern Tork tal-passaporti tas-servizz, li l-għadd tagħhom mhuwiex magħruf, filwaqt li ma ħax l-azzjonijiet meħtieġa biex javvanza lejn qafas li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-popolazzjoni kollha; jistieden lill-Gvern Tork jindirizza l-ostakli li fadal li jipprevjenu l-ftuħ mill-ġdid tad-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, u bl-istess mod jistieden lill-Kunsill biex jagħti sehmu ladarba jittieħdu dawn il-passi; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-UE u tal-Istati Membri li jintroduċu qafas kaskata fir-rigward tal-viżi fil-15 ta’ Lulju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ l-involviment mill-ġdid tal-Bank Ewropew tal-Investiment fit-Turkija u l-Pjattaforma ta’ Investiment tat-Turkija fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jippermetti appoġġ ta’ investiment aktar b’saħħtu permezz ta’ programmi ta’ garanzija fit-tliet prijoritajiet ta’ politika ġenerali, jiġifieri l-Patt Ekoloġiku, l-istrateġija Global Gateway kif ukoll l-impjiegi u t-tkabbir, f’konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti dwar ir-rispett għall-valuri tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ebda programm tal-UE ma jkun ta’ benefiċċju għall-entitajiet fit-Turkija li jonqsu milli jirrispettaw il-valuri fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappoġġja d-deċiżjoni meħuda mill-komponent tal-UE tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija li jipposponi t-82 laqgħa tiegħu, skedata li ssir fl-14 u l-15 ta’ April 2025 f’Ankara, wara d-detenzjoni u l-arrest ta’ diversi persuni, inkluż is-Sindku ta’ Istanbul Ekrem İmamoğlu; għadu tal-fehma li d-djalogu parlamentari jibqa’ parti kruċjali mir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u jesprimi t-tama li l-ħidma tal-Kumitat Parlamentari Konġunt terġa’ tibda dalwaqt meta l-kundizzjonijiet jippermettu; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Torok li ma jistednux lill-Parlament Ewropew biex josserva l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari f’Mejju 2023 fost allegazzjonijiet ta’ trattament inġust, filwaqt li jinnota li ġew mistiedna l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa; jesprimi t-tama tiegħu li missjoni tal-Parlament Ewropew se tiġi mistiedna tosserva kwalunkwe elezzjoni ġejjiena fil-pajjiż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prospettivi futuri għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li l-Gvern Tork ma ħax il-passi meħtieġa biex jindirizza n-nuqqasijiet demokratiċi fundamentali fi ħdan il-pajjiż, u għaldaqstant jinsisti li l-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija fl-UE ma jistax jitkompla fiċ-ċirkostanzi attwali, filwaqt li jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet demokratiċi u pro-Ewropej ta’ parti kbira tas-soċjetà Torka; jieħu nota tat-talbiet reċenti minn personalitajiet tal-oppożizzjoni rilevanti Torok li jippromwovu impenn imġedded u ftuħ mill-ġdid tat-taħditiet dwar l-adeżjoni; jesprimi apprezzament għal dan l-approċċ innovattiv u kuraġġuż; jibqa’, madankollu, xettiku li jappoġġjah sakemm ma jkunx hemm sinjal ċar mill-Gvern Tork tar-rieda tiegħu li jerġa’ jimpenja ruħu fit-triq lejn l-UE permezz ta’ azzjonijiet konkreti u kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar li, bħal fil-każ ta’ kwalunkwe kandidat ieħor, il-proċess ta’ adeżjoni jiddependi fuq il-konformità sħiħa mal-kriterji ta’ Copenhagen u man-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri kollha tal-UE; jenfasizza li l-impenn kostruttiv tat-Turkija, inkluż fir-rigward tal-problema ta’ Ċipru, jibqa’ kruċjali biex tiġi avvanzata kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u t-Turkija; iqis, f’dan ir-rigward, li meta jipproklamaw l-aspirazzjonijiet iddikjarati tagħhom li jaderixxu mal-UE, l-awtoritajiet Torok għandhom jagħmlu inqas enfasi fuq il-kapaċitajiet tal-pajjiż fis-sigurtà u d-difiża u minflok jindirizzaw l-istat gravi tad-demokrazija fil-pajjiż; jinnota li huwa impenjat li javvanza l-proċess ta’ adeżjoni dment li l-Gvern Tork jieħu dawn il-passi meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ikompli jħeġġeġ lill-Gvern Tork jimpenja ruħu b’mod kostruttiv mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri u jkompli jaħdem lejn sħubija aktar mill-qrib, aktar dinamika u strateġika, lil hinn mill-proċess ta’ adeżjoni li bħalissa huwa ffriżat, abbażi tal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew u l-kondizzjonalità stabbilita; jinsisti fuq il-ħtieġa li jinbeda proċess ta’ riflessjoni dwar kif dan il-qafas kostruttiv u progressiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, imsejjes fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, jista’ jinkludi l-interessi tal-partijiet kollha involuti; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sħubija bejn l-UE u t-Turkija tissaħħaħ billi, pereżempju, jiġi modernizzat u mtejjeb il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Huwa tal-fehma, madankollu, li r-rigress kontinwu fid-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-futur qrib se jwassal biss biex il-pajjiż jitbiegħed aktar mill-UE, u titnaqqar il-fiduċja li hija meħtieġa għat-tisħiħ reali tal-kooperazzjoni u s-sħubija f’oqsma ta’ interess reċiproku, bħall-kummerċ, l-enerġija jew is-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jemmen li huwa fl-interess tal-UE li tivvaluta mill-ġdid il-modi li bihom it-Turkija tista’ tibqa’ ankrata mal-UE, mhux biss f’termini ta’ standards iżda wkoll f’termini ta’ valuri u prinċipji, u li tfassal inizjattivi politiċi skont dak l-għan; jesprimi tħassib dwar il-konsolidament gradwali ta’ sistema awtokratika oħra bieb u għatba mal-UE, inkwantu tali żviluppi għandhom implikazzjonijiet diretti u ta’ portata vasta għall-interessi u l-istabbiltà fit-tul tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, lill-Istati Membri u lill-Kunsill Ewropew isemmgħu leħinhom fl-indirizzar tar-rigress demokratiku u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem persistenti fit-Turkija, b’mod partikolari rigward l-iżmantellament li għaddej tad-demokrazija pluralista, peress li dan mhuwiex inkompatibbli mat-tfittxija tal-aħjar relazzjonijiet possibbli bejn l-UE u l-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiżguraw li l-aġendi ta’ uffiċjali ta’ livell għoli li jżuru t-Turkija jinkludu rappreżentanza plurali tal-partijiet ikkonċernati politiċi u tas-soċjetà ċivili sabiex tinkiseb viżjoni aktar kompluta tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Itenni l-impenn sħiħ tiegħu li jsostni l-appoġġ għas-soċjetà ċivili indipendenti tat-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni żżomm u żżid l-appoġġ politiku u finanzjarju tagħha għas-soċjetà ċivili vibranti u favur id-demokrazija fit-Turkija, li l-isforzi tagħha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġenerazzjoni tar-rieda politika meħtieġa għall-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; huwa tal-fehma li filwaqt li approċċi tranżazzjonali u bbażati fuq l-inċentivi jaħdmu f’ħafna oqsma ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, dawn naqsu milli javvanzaw id-demokratizzazzjoni tal-pajjiż; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li t-tkomplija tal-proċess ta’ adeżjoni tiddependi fil-parti l-kbira fuq ir-rieda politika soda tal-awtoritajiet u tas-soċjetà tat-Turkija li jsiru demokrazija sħiħa, xi ħaġa li l-UE ma tistax tisforza fuq it-Turkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jiġu msaħħa u approfonditi l-għarfien u l-komprensjoni reċiproċi bejn is-soċjetajiet tat-Turkija u tal-UE, u li jiġu promossi t-tkabbir kulturali, l-iskambji soċjokulturali u li jiġu miġġielda l-manifestazzjonijiet kollha ta’ preġudizzju soċjali, reliġjuż, etniku jew kulturali; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza li jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-persuni għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, b’mod partikolari għall-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lit-Turkija u lill-UE jippromwovu valuri kondiviżi, b’mod partikolari billi jappoġġjaw liż-żgħażagħ;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork u tintbagħat lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>