<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0216</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Montenegro</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0143/2026 - Rapporteur: Marjan Šarec)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Montenegro (2025/2253(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2010/224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Montenegro għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2008,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0670), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2010 biex jingħata status ta’ pajjiż kandidat lill-Montenegro u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ġunju 2012 biex jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni mal-Montenegro,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ĠU L 330 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Salonka tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru f’Sofija (il-Bulgarija), f’Zagreb (il-Kroazja) u fi Brdo pri Kranju (is-Slovenja) rispettivament fl-2018, fl-2020 u fl-2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent tal-1 ta’ Lulju 2025 li saret fi Skopje, fil-Maċedonja ta’ Fuq, dwar il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-Summit 2025 dwar il-Proċess ta’ Berlin, li sar fit-22 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2025)0900), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah bit-titolu “2025 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in Montenegro” (Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Montenegro) (SWD(2025)0929),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “Montenegro 2025 Report” (Rapport tal-2025 dwar il-Montenegro) (SWD(2025)0754),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħarsa ġenerali u l-valutazzjoni għal kull pajjiż tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2025 tal-programm ta’ riforma ekonomika tal-Montenegro, u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju mas-Sħab Reġjonali tat-13 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti tal-Konferenzi dwar l-Adeżjoni mal-Montenegro tat-22 ta’ Ġunju 2021, tat-13 ta’ Diċembru 2021, tad-29 ta’ Jannar 2024, tas-26 ta’ Ġunju 2024, tas-16 ta’ Diċembru 2024, tas-27 ta’ Ġunju 2025, tas-16 ta’ Diċembru 2025, tas-26 ta’ Jannar 2026 u tas-17 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżitu tal-11-il Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Montenegro tal-14 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-23 u fl-24 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro, li saru rispettivament fit-2 u t-3 ta’ April 2025 u fit-18 u d-19 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO fil-5 ta’ Ġunju 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Montenegro,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0143/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa strument essenzjali tal-politika estera tal-UE u investiment strateġiku fil-paċi, fis-sigurtà u fil-prosperità fil-kontinent Ewropew, b’mod partikolari fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku li qed jevolvi u tal-isfidi fil-qasam tas-sigurtà fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi kull pajjiż kandidat huwa ġġudikat abbażi tal-merti tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett tal-kriterji ta’ Copenhagen, b’kundizzjonalità rigoruża għad li ġusta u riżultati li jistgħu jitkejlu, b’mod partikolari fl-oqsma tal-istat tad-dritt u tal-allinjament mal-valuri u mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Montenegro applika għall-adeżjoni mal-UE fl-2008; billi l-pajjiż ingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat fl-2010; billi n-negozjati bdew fl-2012; billi l-Gvern tal-Montenegro ddikjara l-ambizzjoni tiegħu li jsir it-28 Stat Membru tal-UE sal-2028;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Montenegro huwa l-pajjiż kandidat li l-aktar għamel progress lejn l-adeżjoni mal-UE; billi l-Montenegro fetaħ it-33 kapitolu ta’ negozjar kollha, uħud minnhom diġà ngħalqu; billi l-progress ulterjuri jiddependi minn jekk jinkisbux riżultati dejjiema fl-implimentazzjoni tar-riformi, b’mod partikolari fil-kapitoli 23 u 24;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE hija s-sieħeb l-aktar fdat tal-Montenegro u hija fdata minn 69 % taċ-ċittadini tal-pajjiż, perċentwal li huwa fost l-ogħla livelli ta’ fiduċja fil-konfront tal-UE fir-reġjun; billi din il-fiduċja żżid l-obbligu fuq l-atturi politiċi biex jagħmlu riformi responsabbli, konsistenti u effikaċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi impenn politiku kostanti min-naħa kemm tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-UE huwa essenzjali biex jiġu sostnuti l-konsistenza, il-kredibbiltà, it-trasparenza u l-effikaċja kumplessiva tal-proċess ta’ tkabbir; billi l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu solvuti bilateralment u ma għandhomx jintużaw biex jimblukkaw jew jippolitiċizzaw aktar il-proċess ta’ tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħeb ekonomiku u finanzjarju ewlieni tal-Montenegro u s-sieħeb kummerċjali prinċipali; billi l-funzjonament korrett tal-flussi kummerċjali u tat-trasport bejn il-Montenegro u l-UE huwa essenzjali għall-istabbiltà ekonomika, għar-reżiljenza tal-katina tal-provvista u għall-integrazzjoni gradwali tal-pajjiż fis-suq intern tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-istabbiltà tal-Montenegro hija essenzjali għas-sigurtà tal-Balkani tal-Punent u tal-UE; billi l-proġetti politiċi esterni li jimmiraw lejn influwenza transfruntiera bbażata fuq l-appartenenza etnika jew reliġjuża jirriskjaw li jikkompromettu s-sovranità u l-ordni kostituzzjonali tal-pajjiżi tar-reġjun; billi l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-integrazzjoni Ewropea u mhux fi sferi ta’ influwenza ġeopolitika f’kompetizzjoni jew f’allinjamenti reġjonali bbażati fuq l-oriġini etnika;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Montenegro jibqa’ vulnerabbli għat-tentattivi ta’ manipulazzjoni tal-ispazju informattiv li jkunu ġejjin minn barra u minn ġewwa; billi l-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jonqos l-ispazju ta’ manuvra għall-indħil barrani u għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni, inkluża d-diżinformazzjoni, u li tissaħħaħ r-reżiljenza tas-soċjetà; billi r-Russja ppruvat tmexxi ’l quddiem l-influwenza tagħha fil-Balkani tal-Punent, inkluż fil-Montenegro, permezz tat-tifrix strateġiku ta’ narrattivi reliġjużi, kulturali u dawk hekk imsejħa “bbażati fuq il-valuri” mmirati li jsawru id-diskors pubbliku u jikkompromettu l-integrazzjoni Ewro-Atlantika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minkejja xi progress istituzzjonali, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għadhom preżenti f’diversi setturi tal-ekonomija u tal-istituzzjonijiet pubbliċi tal-Montenegro;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-allinjament mal-acquis tal-UE fil-qasam tas-tassazzjoni u tal-governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa jibqa’ pedament tal-istabbiltà finanzjarja u tal-fiduċja fil-kuntest tal-adeżjoni mal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-progress kostanti li għamel il-Montenegro f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi relatati mal-UE, mirfuda minn impenn politiku wiesa’ u mill-ambizzjoni li jlesti n-negozjati sa tmiem l-2026; jilqa’ l-għeluq proviżorju ta’ sitt kapitoli tan-negozjati oħra fl-2025 u ta’ erbà kapitoli fl-2026, biex b’hekk it-total huwa ta’ sittax-il kapitolu; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-futur tal-pajjiż fl-UE; jilqa’ l-istabbiliment fi ħdan il-Kunsill ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-abbozzar tat-trattat ta’ adeżjoni mal-Montenegro, bħala pass importanti u f’waqtu biex timxi ’l quddiem il-fażi finali tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Montenegro mal-UE u biex jerġa’ jiġi affermat l-impenn tal-UE favur it-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni li l-Montenegro għad għandu pożizzjoni fuq quddiem nett fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u jenfasizza li r-ritmu u s-sekwenza tat-tkabbir iridu jkomplu jkunu ddeterminati mill-prinċipju tal-mertu individwali; jissottolinja li l-progress lejn l-adeżjoni għandu jkun ivvalutat b’mod rigoruż abbażi tal-ksib oġġettiv tal-parametri referenzjarji stabbiliti; jitlob li l-isforzi ta’ riforma kostanti jkunu akkumpanjati minn prospettiva tal-UE daqstant kredibbli, prevedibbli u f’waqtha; jenfasizza li l-integrità tal-politika tat-tkabbir tissejjes fuq il-konsistenza, l-ekwità u t-trattament indaqs, u tirrifletti l-livell ta’ preparatezza muri bil-provi minn kull kandidat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ wiesa’ u konsistenti taċ-ċittadini Montenegrini għall-perkors Ewropew tal-pajjiż, b’maġġoranza qawwija ta’ ċittadini li tesprimi fiduċja fil-futur tal-Montenegro fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-atturi politiċi kollha jibqgħu kkonċentrati, iżommu r-rankatura biex jikkonkludu b’suċċess in-negozjati ta’ adeżjoni u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex iwettqu r-riformi neċessarji; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-bżonn ta’ stabbiltà politika u kooperazzjoni kostruttiva bejn il-partiti; jenfasizza li, biex tassew isir progress, jeħtieġ li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tar-riformi li ġew adottati u li jinkisbu riżultati dejjiema u li jistgħu jitkejlu fil-qasam tal-istat tad-dritt, anki billi jingħataw il-kundanni definittivi fil-każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ kriminalità organizzata fil-livell għoli; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jkompli jagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-parametri referenzjarji għall-għeluq, b’mod partikolari għall-kapitoli 23 u 24;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet statali kollha jaġixxu fi spirtu ta’ responsabbiltà istituzzjonali, u jiżguraw li d-diverġenzi politiċi ma jdewmux l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE; jenfasizza li s-salvagwardja tal-objettiv strateġiku tal-adeżjoni mal-UE trid tibqa’ prijorità nazzjonali kondiviża ’l fuq minn kunsiderazzjonijiet partiġġjani; iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Gvern tal-Montenegro jevitaw li l-politiki identitarji jiddevjaw l-attenzjoni mill-aġenda ta’ riformi tal-UE jew jagħmlu diffiċli r-relazzjonijiet mal-ġirien, u jiżguraw li l-Montenegro jibqa’ ankrat fil-perkors lejn l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Montenegro, bħala l-pajjiż kandidat l-aktar avvanzat, ikompli jiżvolġi rwol kostruttiv u stabbilizzanti fir-reġjun u juri permezz tat-tmexxija li s-sovranità, l-identità ċivika u l-integrazzjoni Ewropea jsaħħu lil xulxin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-allinjament totali u sod tal-Montenegro mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, anki mal-miżuri restrittivi adottati mill-UE, b’mod partikolari dawk relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll mal-pożizzjoni ta’ prinċipju tagħha fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti u l-parteċipazzjoni fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, u fil-missjonijiet tan-NATO u f’missjonijiet internazzjonali multilaterali oħra, fosthom EU NAVFOR Atalanta, il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) u l-Forza tal-Kosovo; ifaħħar id-deċiżjoni li ħa l-Parlament Montenegrin li tapprova l-parteċipazzjoni tal-pajjiż fl-EUMAM Ukraine; itenni li l-allinjament konsistenti tal-Montenegro mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inklużi l-miżuri restrittivi fil-konfront tar-Russja, jikkostitwixxi indikatur ewlieni tal-orjentament strateġiku tiegħu; jisħaq li dan irid jibqa’ sod; jissottolinja li l-impenn sod min-naħa tar-rappreżentanti politiċi tal-Montenegro favur is-sovranità statali indipendenti u l-orjentament strateġiku Ewropew tal-pajjiż għadu kriterju politiku fundamentali flimkien mal-parametri referenzjarji għar-riformi tekniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>jilqa’ d-djalogu bejn l-UE u l-Montenegro dwar is-sigurtà u d-difiża, inklużi l-iskambji strutturati rigward il-kooperazzjoni għas-sigurtà u għad-difiża, ir-reżiljenza għat-theddid emerġenti u l-kooperazzjoni u l-appoġġ għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li ħa l-Parlament Montenegrin li jibgħat membri tal-forzi armati tiegħu jipparteċipaw fl-EUMAM Ukraine, u dan jibgħat sinjal ċar u sod tal-allinjament mal-prijoritajiet ta’ sigurtà tal-UE u tan-NATO; ifakkar li l-Montenegro huwa alleat fundamentali tal-UE fir-reġjun; jilqa’ d-deċiżjoni li ħa l-Gvern Montenegrin li jirrispetta l-impenn tat-2 % tal-infiq fuq id-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jibqa’ serjament imħasseb bil-persistenza u bl-intensifikazzjoni tal-indħil barrani malizzjuż, tal-attivitajiet ta’ destabbilizzazzjoni, tat-theddid ibridu u tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni min-naħa ta’ atturi ta’ pajjiżi terzi fil-Montenegro, bil-għan li jikkompromettu l-istituzzjonijiet demokratiċi, il-koeżjoni fis-soċjetà u l-orjentament strateġiku tal-Montenegro lejn l-adeżjoni mal-UE u man-NATO; jissottolinja li tali ndħil jirrappreżenta sfida diretta għall-istat tad-dritt, għall-governanza demokratika u għas-sovranità nazzjonali; josserva, b’mod partikolari, l-influwenza malizzjuża min-naħa taċ-Ċina, tar-Russja u tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota bi tħassib serju tar-rapporti skont liema sostenituri tal-President Serb Vučić fit-3 ta’ Ġunju 2026 marru Tivat f’tentattiv li jiddestabbilizzaw lill-Montenegro u jħarbtu s-Summit UE-Balkani tal-Punent; josserva wkoll li wħud mill-persuni involuti kienu ġew preċedentement identifikati f’mobilizzazzjonijiet progovernattivi, kienu involuti fi sforzi ta’ repressjoni tal-protesti tal-istudenti fis-Serbja u kellhom preċedenti ta’ reati jew infrazzjonijiet minuri vjolenti; jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet ta’ strutturi marbutin mal-partit Serb fil-gvern bit-tir li jiddestabbilizzaw lill-Montenegro u jikkompromettu l-progress tiegħu lejn l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li jiġi żviluppat appoġġ imfassal apposta min-naħa tal-UE u tan-NATO u li jiżviluppaw kooperazzjoni msaħħa mal-Montenegro biex jiġu stabbiliti miżuri aktar b’saħħithom ħalli jiġu miġġielda tali theddid ibridu, manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barranin u finanzjamenti politiċi bil-moħbi u jiżdiedu r-reżiljenza istituzzjonali u tas-soċjetà, inklużi t-tisħiħ taċ-ċibersigurtà, it-titjib tal-litteriżmu medjatiku fil-livelli kollha ta’ edukazzjoni, l-iżgurar ta’ taħriġ adegwat tal-għalliema u ta’ riżorsi moderni ta’ tagħlim, it-tisħiħ tal-komunikazzjoni strateġika, it-titjib tal-kapaċitajiet kontra d-diżinformazzjoni u t-tisħiħ tat-trasparenza fis-sjieda tal-media; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżgura li l-Montenegro jkun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ mit-tarka Ewropea għad-demokrazija; jitlob mekkaniżmi msaħħa ta’ kontroll u ta’ verifika tal-integrità fi ħdan is-servizzi ta’ sigurtà u ta’ intelligence tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi tħassib bl-istrumentalizzazzjoni politika tal-istituzzjonijiet reliġjużi min-naħa tal-atturi esterni; jisħaq li l-organizzazzjonijiet reliġjużi jeħtiġilhom joperaw b’mod trasparenti u indipendenti mill-influwenza politika barranija, fir-rispett sħiħ tal-qafas kostituzzjonali u lajk tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Montenegro jkomplu jsegwu u jsaħħu b’mod sinifikanti l-komunikazzjoni strateġika mmirata dwar il-benefiċċji tat-tkabbir u tal-adeżjoni mal-UE, billi jadottaw approċċ aktar proattiv u adattat għall-kuntest lokali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet nazzjonali u mas-soċjetà ċivili; josserva bi tħassib li, skont l-aktar stħarriġ Ewrobarometru Speċjali reċenti, 39 % biss taċ-ċittadini Montenegrini jħossu infurmat tajjeb jew tajjeb ħafna dwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-involviment attiv tal-Parlament Montenegrin fil-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-forum taċ-ċittadini bit-titolu “Iċ-ċittidini fil-qalba tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea”, li sar fl-20 u l-21 ta’ Settembru 2025 f’Podgorica, il-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ d-deżinjazzjoni ta’ Nikšić bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2030 u ta’ Podgorica bħala Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ 2028, u jenfasizza r-rwol li jiżvolġu dawn il-bliet fit-trawwim tal-involviment taż-żgħażagħ, tal-innovazzjoni, tal-iskambji kulturali u ta’ rabtiet aktar stretti bejn il-Montenegro u l-Unjoni
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-Parlament Montenegrin fil-proċess ta’ adeżjoni u jissottolinja r-rwol kruċjali tiegħu biex jiġu żgurati r-responsabbiltà demokratika, is-sorveljanza parlamentari u t-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv; jinkoraġġixxi djalogu u kooperazzjoni kostruttivi fl-iskjeramenti politiċi kollha bil-għan li tiġi adottata leġiżlazzjoni ta’ kwalità għolja li ssolvi jew ittejjeb b’mod sinifikattiv il-problemi strutturali u tippermetti lill-Montenegro jimxi ’l quddiem fil-perkors tal-adeżjoni tiegħu; jisħaq li kooperazzjoni stretta bejn il-Gvern u l-Parlament tal-Montenegro hija kruċjali għall-implimentazzjoni tar-riformi b’mod effettiv u fiż-żmien opportun; jissottolinja li l-aċċelerazzjoni tal-proċess leġiżlattiv ma għandux jillimita d-dibattitu parlamentari sinifikattiv jew ir-rwol tal-oppożizzjoni, u jitlob li jkun hemm bilanċ xieraq bejn ir-ritmu tar-riformi u l-kwalità tal-iskrutinju leġiżlattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-emendi li saru lil-liġi elettorali tal-Montenegro, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-superviżjoni tal-finanzjament tal-kampanji u tal-media, mal-integrità elettorali, mal-kwoti tal-ġeneru fuq il-listi elettorali u mal-għażla ta’ ġurnata unika għall-elezzjonijiet lokali; iħeġġeġ lill-Montenegro jallinja ruħu totalment mal-istandards tal-UE u jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha li joħorġu l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni, b’mod partikolari dwar it-trasparenza fin-nefqa tal-partiti politiċi, inkluż l-użu tal-fondi ddedikati għall-organizzazzjonijiet tan-nisa fil-partiti politiċi, dwar ir-reklamar politiku online, inklużi d-divulgazzjoni tal-isponsors u l-kriterji tal-immirar, u dwar il-prevenzjoni tal-abbuż tar-riżorsi statali, l-aġġornament tar-reġistru elettorali u l-indirizzar tar-reġistrazzjoni tar-residenza; ifakkar li dawn l-azzjonijiet għandhom isiru fl-qafas ta’ proċess ta’ konsultazzjoni trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini, hekk kif resqin l-elezzjonijiet, jipproteġu sistematikament l-ambjent tal-informazzjoni elettorali billi jistabbilixxu kanali ta’ kooperazzjoni rapida bejn l-amministrazzjoni elettorali, l-awtorità ta’ regolamentazzjoni tal-media u l-awtoritajiet kompetenti, bil-għan li jinqabdu d-diżinformazzjoni koordinata u l-indħil illiċitu u li jingħataw risposta, fir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni tal-Montenegro fir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jitlob li l-ħatriet ġudizzjarji, inklużi dawk fil-Qorti Kostituzzjonali u fil-Kunsilli Ġudizzjarji u ta’ Prosekuzzjoni, isiru b’aktar ħeffa, bl-użu ta’ proċeduri trasparenti u meritokratiċi ħielsa minn kull influwenza politika u jkunu bbażati fuq l-għarfien espert u l-integrità, f’konformità totali mal-parametri tal-għeluq; jisħaq fuq ir-rwol kruċjali ta’ Qorti Kostituzzjonali totalment operattiva għall-istabbiltà tal-ordinament ġuridiku u għall-qafas elettorali; huwa serjament imħasseb bid-dewmien kontinwu fil-ħatra ta’ mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali, li jirriskja li jikkomprometti l-funzjonament sħiħ ta’ waħda mill-istituzzjonijiet l-aktar importanti għas-salvagwardja tal-istat tad-dritt u tal-integrazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jallinja l-qafas ġuridiku tiegħu mal-acquis tal-UE u mal-istandards Ewropej fir-rigward tal-indipendenza, tar-responsabbiltà, tal-imparzjalità, tal-integrità u tal-professjonalità tal-ġudikatura, u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet pendenti; jitlob aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, inkluż it-tnaqqis tax-xogħol arretrat, b’mod partikolari rigward il-kawżi marbuta mal-korruzzjoni u mal-kriminalità organizzata, fatt li huwa kruċjali biex titqawwa l-fiduċja taċ-ċittadini u biex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni mal-UE; ifakkar li l-parametri tal-għeluq jirrikjedu riżultati murija fil-prattika, inklużi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, numru biżżejjed ta’ persunal u ġestjoni effikaċi tal-każijiet, billi xi nuqqasijiet strutturali persistenti għadhom jaffettwaw l-effiċjenza ġudizzjarja; jilqa’ l-miżuri li l-għan tagħhom huwa li jagħmlu l-karrieri ġudizzjarji aktar attraenti; jitlob li tiġi adottata l-Liġi Montenegrina dwar is-Salarji u Drittijiet Oħra relatati mal-Eżerċizzju ta’ Funzjonijiet Ġudizzjarji u ta’ Funzjonijiet fil-Qorti Kostituzzjonali, bil-għan li l-imħallfin u l-prosekuturi jkollhom salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, stabbli u prevedibbli, inkwantu garanziji essenzjali tal-indipendenza tagħhom u tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Josserva li l-esperti tas-soċjetà ċivili qajmu tħassib serju dwar is-sustanza tal-abbozzi ta’ emenda tal-gvern rigward il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni, inkwantu ma jsaħħux b’mod sinifikattiv l-indipendenza tal-organu u jaf saħansitra jagħmluha aktar diffiċli li jiġi żgurat li l-membri tal-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni jkunu realment indipendenti; josserva bi tħassib l-adozzjoni tal-emendi għal-Liġi dwar l-Affarijiet Interni u għal-Liġi dwar l-Aġenzija għas-Sigurtà Nazzjonali, minkejja l-kritika qawwija tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ proċeduri trasparenti u kooperazzjoni u konsultazzjoni ġenwini, b’mod partikolari rigward il-liġijiet kollha relatati mal-proċess ta’ integrazzjoni mal-UE, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-oppożizzjoni, l-esperti ġuridiċi u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-pressjonijiet politiċi u pubbliċi frekwenti fuq imħallfin u prosekuturi u jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti jirreaġixxu fil-pront u b’mod effikaċi biex jipproteġu l-indipendenza u l-integrità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob li jitjiebu aktar ir-riżultati fil-qasam tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet rigward il-korruzzjoni fil-livell għoli, inkluża l-konfiska tal-assi; iħeġġeġ lill-Montenegro jintensifika l-investigazzjoni proattiva u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni fil-livell għoli u jsaħħaħ il-kapaċità u l-prestazzjoni tal-organi ġudizzjarji u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; josserva li l-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għadha topera b’nuqqasijiet fil-livell ta’ persunal ta’ tmexxija, numru limitat ta’ persunal u indipendenza finanzjarja insuffiċjenti, u dan jillimitalha l-impatt kumplessiv, u jitlob miżuri biex tiġi żgurata l-indipendenza operattiva, finanzjarja u funzjonali tagħha bi qbil mal-istandards Ewropej; jitlob li jkun hemm aktar allinjament mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-UE fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jħeġġeġ lill-Montenegro jindirizza r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob politiki ta’ integrità komprensivi biex l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura jitħarsu mill-korruzzjoni u mill-kriminalità organizzata; jitlob li jinħolqu mekkaniżmi dixxiplinari kif ukoll mekkaniżmi ta’ responsabbiltà etika aktar sodi u aktar effiċjenti, b’mod partikolari fil-każijiet li jinvolvu n-nuqqas li dak li jkun jiddikjara l-assi, bil-għan li jiġi żgurat li dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom fil-prattika b’mod sinifikattiv u effettiv; jilqa’ l-progress li sar fl-oqsma bħar-regolamentazzjoni tal-lobbying, il-protezzjoni tal-informaturi ta’ irregolaritajiet u t-trasparenza tal-akkwist pubbliku, li juri li riformi mmirati u implimentati korrettament jistgħu jipproduċu riżultati tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jżid l-effiċjenza tal-prosekuzzjonijiet u tal-proċedimenti ġudizzjarji għall-kriminalità organizzata u l-forom gravi tal-kriminalità, bil-għan li tiġi stabbilita prassi soda ta’ kundanni definittivi u konfiska tal-assi; josserva li, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-Montenegro għamel progress sinifikanti fit-titjib tal-qafas tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn il-Montenegro, il-Frontex, l-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi fl-indirizzar tal-kriminalità transfruntiera, anki kontra t-traffikar ta’ armi, ta’ droga u tal-bnedmin, kif ukoll fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu; jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-drogi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Itenni l-appelli tiegħu lill-Montenegro biex jallinja bis-sħiħ il-politika tiegħu dwar il-viżi ma’ dik tal-UE, speċjalment fir-rigward ta’ pajjiżi li jippreżentaw riskji għas-sigurtà; jieħu nota tad-deċiżjoni li ħa l-Gvern Montenegrin li jneħħi divesi pajjiżi mil-lista tiegħu ta’ eżenzjoni mill-obbligu ta’ viża fl-2025; ifakkar li dan l-aspett huwa parametru referenzjarju għall-għeluq fl-ambitu tal-kapitolu 24;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ amministrazzjoni pubblika trasparenti u responsabbli, ta’ kapaċità amministrattiva aktar b’saħħitha u ta’ servizz pubbliku professjonali u meritokratiku; josserva bi tħassib li t-tkomplija ta’ reklutaġġ fuq skala kbira fl-amministrazzjoni pubblika, mingħajr kriterji trasparenti u mingħajr valutazzjoni ċara tal-bżonnijiet, tikkomprometti l-prinċipji ta’ reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu u tal-professjonalizzazzjoni; jitlob li jkun hemm aktar depolitiċizzazzjoni tal-ħatriet fis-servizz pubbliku ta’ livell għoli, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni ċari bbażati fuq il-prestazzjoni u l-kontinwità tal-għarfien espert;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddispjaċih bil-fatt li l-minoranzi nazzjonali, il-gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom u l-Eġizzjani, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni LGBTIQ+ għadhom iġarrbu diskriminazzjoni, diskors ta’ mibegħda, b’mod partikolari online, u delitti ta’ mibegħda fil-Montenegro; jilqa’ l-adozzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ugwaljanza u l-Projbizzjoni tad-Diskriminazzjoni; jitlob li l-implimentazzjoni tat-trattament indaqs tissaħħaħ fir-rigward tal-komunitajiet etniċi, biex il-gruppi etniċi, reliġjużi u soċjali kollha jiġu garantiti drittijiet u opportunijiet indaqs u jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ u effettiv fil-ħajja soċjali, politika u ekonomika; jirrikonoxxi li s-salvagwardja tad-drittijiet tal-minoranzi hija fundamentali biex jitrawmu l-koeżjoni soċjali, il-governanza demokratika u d-difiża tal-valuri Ewropej; iħeġġeġ lill-Montenegro jadotta u jinforza leġiżlazzjoni u politiki komprensivi li jipprevjenu d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-inklużività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jimplimenta bis-sħiħ il-Liġi dwar il-Konvivenzi Reġistrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jimplimenta strateġija ta’ deistituzzjonalizzazzjoni għall-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll sistema soda ta’ protezzjoni tat-tfal li tissejjes fuq il-kura bbażata fil-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi n-natura multietnika tas-soċjetà Montenegrina u jitlob li jkun hemm aktar rispett għal-lingwi kollha, għat-tradizzjonijiet kollha u għall-patrimonju kulturali kollu tal-komunitajiet lokali u tal-minoranzi nazzjonali; jistieden lill-Montenegro jintensifika l-isforzi għall-użu mhux diskriminatorju tal-lingwi minoritarji fl-edukazzjoni u fl-ispazji medjatiċi ddedikati fi ħdan l-organi tal-istampa statali u lokali; jitlob ir-rispett tal-identità multietnika tal-Bajja ta’ Kotor, b’mod partikolari r-rikonoxximent tal-patrimonju kulturali tal-komunità Kroata; jesprimi tħassib kbir bix-xogħlijiet enormi ta’ kostruzzjoni li għaddejjin fis-sit tal-UNESCO tal-Bajja ta’ Kotor, li għandhom impatt fuq il-preservazzjoni tal-patrimonju u l-protezzjoni tas-sit naturali, u jitlob il-finalizzazzjoni tal-protezzjoni ġuridika tal-Park ta’ Miločer;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Josserva l-bżonn li d-diskussjonijiet relatati mal-identità jiġu ttrattati b’mod sensittiv u inklużiv, bil-għan li tiġi evitata l-polarizzazzjoni u jinbena kunsens wiesa’ dwar kwistjonijiet ta’ interess kruċjali għall-indipendenza, għas-sovranità u għall-perkors Ewropew tal-Montenegro; itenni t-tħassib tiegħu bit-tentattivi biex tiġi emendata l-liġi dwar iċ-ċittadinanza Montenegrina fil-Parlament tal-pajjiż bil-għan li jiġi permess l-akkwiżizzjoni taċ-ċittadinanza doppja, li jistgħu jkollhom implikazzjonijiet gravi u fit-tul fuq il-proċessi deċiżjonali u l-identità tal-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet ikomplu jikkonsultaw u jikkoordinaw mal-UE rigward kwalunkwe bidla leġiżlattiva possibbli biex jiżguraw li tkun allinjata bis-sħiħ mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali u tirrispetta d-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-diskors ta’ mibegħda, anki online, u d-delitti ta’ mibegħda kollha; jilqa’ ż-żieda fin-numru ta’ prosekuzzjonijiet għal razziżmu u diskors ta’ mibegħda, iżda jesprimi tħassib bl-azzjoni insuffiċjenti kontra diskorsi, stqarrijiet pubbliċi jew atti simboliċi maħsuba biex jigglorifikaw lil kriminali tal-gwerra jew jirreviżjonaw il-fatti storiċi; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jintensifika r-risposta istituzzjonali tiegħu għad-diskors ta’ mibegħda, jiżgura investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effettivi u jallinja ruħu bis-sħiħ mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-oqfsa kollha tiegħu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli, u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-organi internazzjonali ta’ monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, b’mod partikolari dawk li jagħmlu parti minn gruppi minoritarji; jesprimi tħassib biż-żwiġijiet prekoċi li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-bniet tal-komunità Rom u Eġizzjana fil-Montenegro; jiddispjaċih bin-natura mifruxa tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tal-attitudnijiet li jagħtu t-tort lill-vittmi, kif ukoll id-diskors ta’ mibegħda u d-diżinformazzjoni bbażati fuq il-ġeneru, anki online, b’mod partikolari diretti lejn in-nisa fil-ħajja pubblika u politika; iħeġġeġ lill-Montenegro jiffinanzja, jgħammar b’riżorsi, jikkoordina u jinforza b’mod adegwat lill-qafas tiegħu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-awtoritajiet ikkonċernati jibqgħu aktar għassa u jistabbilixxu sistemi ta’ appoġġ lill-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika; jitlob titjib fil-ġbir tad-data dwar il-vjolenza domestika u abbażi tal-ġeneru, l-introjtu u s-salarji, is-saħħa u s-sigurtà soċjali; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jiżguraw li tiżdied il-parteċipazzjoni politika tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Josserva l-politika ta’ tolleranza żero fil-konfront tal-vjolenza fuq il-ġurnalisti u jikkundanna l-intimidazzjonijiet u l-każijiet kollha ta’ attakki verbali qawwijin fuq il-media u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari anki n-nisa li jaħdmu fil-media u dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, min-naħa tal-uffiċjali pubbliċi u tal-partiti politiċi; jesprimi tħassib għall-użu ta’ ċitazzjonijiet informali u intervisti investigattivi fil-konfronti ta’ ġurnalisti, artikolisti u atturi tas-soċjetà ċivili talli jkunu kkritikaw lil uffiċjali pubbliċi; jitlob li l-infurzar tal-liġi jsir malajr u b’mod effettiv u li jkun hemm protezzjoni ġudizzjarja effikaċi, bil-prijorità tingħata lit-twettiq tal-investigazzjonijiet u lis-segwitu sħiħ u effikaċi għall-każijiet mhux solvuti, bħall-omiċidju ta’ Duško Jovanović, kif ukoll is-sanzjonijiet dissważivi; josserva li, fis-sistema ġuridika Montenegrina, la hemm definizzjoni speċifika ta’ kawża strateġika kontra l-parteċipazzjoni pubblika u lanqas proċedura aċċelerata biex tiġi identifikata u miċħuda, u jitlob li tali mekkaniżmi jiġu stabbiliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja r-rwol fundamentali ta’ media libera u pluralistika bħala pilastru fundamentali ta’ soċjetà demokratika; ifakkar li l-iżgurar tal-indipendenza tax-xandar pubbliku u tal-awtorità ta’ regolamentazzjoni tal-media jibqa’ parametru referenzjarju tal-kapitolu 23; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata trasparenza sħiħa rigward is-sjieda u l-finanzjament tal-media, inkluża dik online; jilqa’ l-ħatra li saret dan l-aħħar tal-membri fil-Kunsill tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jisħaq li l-Aġenzija trid tkun kapaċi topera b’mod indipendenti, mingħajr influwenza politika; jesprimi tħassib rigward l-influwenza politika kontinwa fuq ix-xandar pubbliku u jistieden lill-awtoritajiet jirrispettaw il-proċedimenti ġudizzjarji, jerġgħu jistabbilixxu l-legalità u jiggarantixxu l-indipendenza istituzzjonali u editorjali tax-xandar; jistieden lill-Montenegro jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu fil-qasam tal-media mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jżid ir-reżiljenza għall-influwenza barranija u għad-diżinformazzjoni; jitlob it-trasparenza sħiħa tal-istrutturi tas-sjieda tal-media u tas-sorsi ta’ finanzjament barranin, b’mod partikolari jekk marbuta ma’ atturi politiċi jew interessi ta’ Stati barranin, bil-għan li tiġi impedita influwenza esterna bil-moħbi fuq id-diskors pubbliku tal-Montenegro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ s-soċjetà ċivili dinamika u kostruttiva tal-Montenegro, li tiżvolġi rwol kruċjali u pożittiv fil-proċess ta’ riforma; Jitlob involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki, anki billi tiġi żgurata aktar parteċipazzjoni sistematika u aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw li l-attività leġiżlattiva marbuta mal-adeżjoni mal-UE ma taħrabx mir-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni pubblika u l-istandards stabbiliti fil-qasam tal-governanza parteċipattiva; jitlob li tissokta, wara interruzzjoni twila, il-ħidma tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni bejn il-Gvern u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, bil-għan li jinbnew relazzjonijiet kollaborattivi u tiġi realment involuta s-soċjetà ċivili fi proċess leġiżlattiv trasparenti sa mill-ewwel fażijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti; jinnota bi tħassib in-numru dejjem akbar ta’ lmenti ta’ tortura u koerċizzjoni biex jinkisbu stqarrijiet, ix-xogħol arretrat marbut mal-każijiet u l-użu limitat ta’ garanziji għall-irrekordjar awdjoviżiv tal-interrogatorji; jiddispjaċih bl-inkonsistenza tas-sospensjonijiet u tal-azzjonijiet dixxiplinari, kif ukoll is-sanzjonijiet anqas ħorox f’każ ta’ maltrattamenti min-naħa tal-pulizija, u jitlob li jsiru investigazzjonijiet f’waqthom, effikaċi u imparzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni min-naħa tal-Montenegro tas-Summit UE-Balkani tal-Punent fil-5 ta’ Ġunju 2026 f’Tivat, li joffri pjattaforma importanti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, timxi ’l quddiem l-aġenda ta’ adeżjoni, tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u jiġu indirizzati l-isfidi komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja r-rwol fundamentali tar-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u tal-kooperazzjoni reġjonali fil-proċess ta’ tkabbir; ifakkar li r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat huma wieħed mill-kriterji fundamentali għall-evalwazzjoni tal-progress li jagħmel il-Montenegro fil-proċess ta’ adeżjoni, f’konformità mal-Qafas ta’ Negozjar tal-UE; jitlob li jinstabu soluzzjonijiet kostruttivi, fi spirtu tar-rispett reċiproku, għall-kwistjonijiet bilaterali pendenti, u li l-interessi taċ-ċittadini jkunu l-prijorità; ifakkar li għandu jiġi evitat l-użu ta’ tilwim bilaterali u reġjonali mhux solvut biex jiġu mblukkati l-proċessi ta’ adeżjoni tal-pajjiżi kandidati; jilqa’ l-konsultazzjonijiet bilaterali bejn il-Kroazja u l-Montenegro bħala mekkaniżmu kostruttiv għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti u għat-tisħiħ tal-fiduċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifaħħar lill-Montenegro għall-progress konsistenti li għamel fit-trattament tal-każijiet tad-delitti tal-gwerra fil-livell nazzjonali; josserva, madankollu, li minn Ġunju 2024 l-Uffiċċju Speċjali tal-Prosekutur tal-Istat la fetaħ investigazzjonijiet ġodda u lanqas ma ppreżenta atti ta’ akkuża rigward każijiet ta’ delitti tal-gwerra, u ma sar l-ebda progress rigward ir-responsabbiltà tal-kmand; jissottolinja l-bżonn li jiġu intensifikati l-isforzi u tkompli tissawwar prassi kredibbli u konsolidata ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u proċessi effettivi rigward il-każijiet tad-delitti tal-gwerra, anki fil-każijiet ta’ livell għoli, bi qbil mad-dritt u mal-istandards internazzjonali; jisħaq fuq l-importanza tal-aċċess għall-arkivji f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Montenegro jkompli jieħu approċċ proattiv biex jiżgura lill-vittmi l-aċċess għall-ġustizzja u għal riparazzjonijiet effettivi, inkluż appoġġ istituzzjonali, u anki jiġu żgurati riżarċimenti adegwati u ġusti għall-persuni kollha li kienu priġunieri tal-gwerra fil-kampijiet fil-Montenegro matul is-snin 90; jilqa’ l-kooperazzjoni reġjonali f’dawn il-kwistjonijiet u jitlob li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa fir-reġjun u mal-Istati Membri tal-UE, inklużi l-iskambju ta’ evidenza u biex jiġi ċċarat id-destin tal-persuni nieqsa; jilqa’ l-arrest fil-Montenegro, fuq talba tal-Kroazja, ta’ persuna kkundannata fil-kontumaċja għal delitti tal-gwerra kontra priġunieri tal-gwerra u jfaħħar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi f’dan il-każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu bl-espressjonijiet ta’ reviżjoniżmu politiku ta’ ċerti atturi politiċi, li jikkompromettu l-obbligu ta’ rendikont u jwessgħu l-firdiet fis-soċjetà; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra u t-tiċħid pubbliku tad-delitti tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi tħassib bil-kunċetti u bin-narrattivi ta’ natura politika fir-reġjun li bihom jiġu sostnuti l-unifikazzjoni jew il-koordinament transfruntieri bbażati fuq l-identità etnika, inkluża l-hekk imsejħa dinja Serba, li jqajmu dubju rigward is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Istati ġirien; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jirrispettaw l-indipendenza tal-Montenegro u jastjenu milli jindaħlu fl-affarijiet interni tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li tali narrattivi huma inkompatibbli mal-prinċipji ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jisħaq li l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-integrazzjoni fl-UE, mhux fi sferi ta’ influwenza ġeopolitika f’kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jinfetħu l-arkivji li jikkonċernaw l-ex repubbliki tal-Jugoslavja u li jingħata l-aċċess għall-fajls tas-Servizzi Sigrieti tal-ex Jugoslavja u tas-Servizzi Sigrieti tal-Armata Popolari Jugoslava, bil-għan li ssir riċerka bir-reqqa u jiġu indirizzati d-delitti tal-epoka Komunista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jitlob ir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti relatati mal-proprjetà; jenfasizza li r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti relatati mad-drittijiet tal-proprjetà, inkluża r-restituzzjoni, hija essenzjali biex jiġu onorati l-obbligi tal-Montenegro skont il-kapitolu 23 u tibqa’ parametru referenzjarju kruċjali biex jingħalqu n-negozjati fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Montenegro fil-Pjan ta’ Tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent; ifaħħar il-progress tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riforma tiegħu, bl-iżborż ta’ EUR 18-il miljun, u jinkoraġġixxi aktar implimentazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta’ riżultati dejjiema u li jistgħu jitkejlu fl-implimentazzjoni tar-riformi, b’mod partikolari fis-settur tal-istat tad-dritt u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Ikompli jinkoraġġixxi lill-Montenegro jagħmel użu sħiħ u effikaċi tal-finanzjamenti li tagħtih l-UE, anki billi jtejjeb il-kapaċità amministrattiva, iħaffef il-programmazzjoni u l-għoti ta’ kuntratti u jtejjeb il-koordinament; jisħaq fuq l-importanza ta’ involviment wiesa’ u sinifikattiv tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, fil-każijiet kollha, inkluż minn meta jiġu mfassla l-miżuri ta’ riforma, sal-implimentazzjoni tal-proġetti u l-monitoraġġ tar-riżultati; ifakkar fil-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju tal-UE, b’hekk il-finanzjament ikun jiddependi minn jekk isirx progress tanġibbli fir-riformi u mir-rispett tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni operattiva tal-Montenegro fiż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA), li tikkostitwixxi pass fundamentali lejn aktar integrazzjoni finanzjarja mal-UE u tnaqqis tal-kostijiet ta’ tranżazzjoni għaċ-ċittadini u għall-impriżi; jieħu nota tar-riżultati inizjali li jindikaw tfaddil sinifikanti fil-kostijiet ta’ tranżazzjoni minn meta s-SEPA saret operattiva f’Ottubru 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mas-sħab tal-Balkani tal-Punent, inkluż il-Montenegro, biex testendi ir-reġim ta’ roaming b’tariffa nazzjonali tal-UE (“Roam Like At Home”), b’hekk tippermetti liċ-ċittadini u lill-impriżi jibbenefikaw minn konnettività mobbli mingħajr intoppi b’tariffi nazzjonali fl-UE u fil-Balkani tal-Punent kollha, trawwem il-kuntatti interpersonali, issaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi, issostni l-iskambji edukattivi u tiffaċilita t-turiżmu; jissottolinja li din l-inizjattiva tikkostitwixxi pass konkret lejn integrazzjoni aktar profonda qabel l-adeżjoni, issostni r-rabtiet soċjali u ekonomiċi transfruntieri u ġġib magħha benefiċċji tanġibbli liċ-ċittadini ferm qabel l-adeżjoni sħiħa mal-UE; jilqa’ l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill għall-ftuħ tan-negozjati dwar l-estensjoni għas-sħab tal-Balkani tal-Punent tar-reġim ta’ roaming b’tariffa nazzjonali, u jitlob il-konklużjoni f’waqtha ta’ ftehimiet bilaterali ma’ dawk is-sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jieħu nota tat-tkabbir ekonomiku tal-Montenegro u jħeġġu jkompli bid-dixxiplina fiskali, bir-riformi strutturali, bil-governanza mtejba u bil-miżuri neċessarji biex iqawwu l-kompetittività, it-tkabbir tas-settur privat, l-investimenti barranin u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jallinja l-politiki doganali, soċjali u fiskali mal-istandards tal-UE, inkluża t-trasparenza u l-iskambju effikaċi tal-informazzjoni dwar it-taxxa, bil-għan li jagħmle progress fl-ambitu tal-kapitolu 16; jistieden lill-Montenegro jallinja ruħu mal-qafas tal-UE għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, b’mod partikolari fis-setturi strateġiċi bħall-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet, l-infrastruttura kritika u l-media, ħalli jipprevjeni d-dipendenzi strateġiċi u jissalvagwadja l-infrastruttura kritika u s-setturi ekonomiċi fundamentali; jilqa’ l-ewwel Konferenza dwar l-Investimenti UE-Montenegro, bħala sinjal b’saħħtu ta’ tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jagħti spinta lid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u jżid it-taħriġ vokazzjonijiet marbut mal-impriżi; jenfasizza l-fatt li l-protezzjoni tad-data personali u sensittiva taċ-ċittadini trid tiġi żgurata fis-sistemi diġitali kollha; jilqa’ l-appelli biex il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jiġu integrati fis-suq uniku diġitali tal-UE qabel l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jintensifika l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku billi jsaħħaħ il-qafas ġuridiku u jtejjeb l-identifikazzjoni tal-irregolaritajiet, u jistieden lill-pajjiż jiżgura li l-ftehimiet intergovernattivi kollha jirrispettaw bis-sħiħ ir-regoli u l-prinċipji tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Montenegro jintensifika l-isforzi tiegħu favur tranżizzjoni sostenibbli u ekoloġika u sa fl-aħħar jadotta u jimplimenta l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tiegħu; jisħaq fuq l-importanza tas-sigurtà enerġetika, tad-diversifikazzjoni tal-provvista, tat-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi minn atturi esterni u tal-integrazzjoni sħiħa fis-suq enerġetiku reġjonali u Ewropew; jitlob allinjament totali mal-Pakkett għall-Integrazzjoni tal-Elettriku, u miżuri aktar b’saħħithom fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika; jitlob l-allinjament mal-istandards tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista u proċeduri ta’ akkwist trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jżid l-isforzi tiegħu biex jilħaq il-parametri referenzjarji tal-għeluq tal-kapitolu 27, iħaffef l-allinjament mal-acquis ambjentali tal-UE kif ukoll l-implimentazzjoni effettiva tiegħu fis-setturi rilevanti kollha, fosthom il-kwalità tal-arja, l-ilma, il-protezzjoni tan-natura, il-ġestjoni tal-iskart, it-tniġġis industrijali u t-tibdil fil-klima, u jadotta strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni għall-kwalità tal-arja u għall-protezzjoni tan-natura kif ukoll pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart lokali; jilqa’ l-fatt li l-Montenegro ngħaqad fil-programm LIFE tal-UE; jistieden lill-partijiet kollha jilħqu ftehim dwar l-impjant ta’ trattament tal-ilma mormi fil-muniċipalità ta’ Zeta b’mod li jirrispetta kemm il-bżonn li jinbena l-impjant kif ukoll li jiġi indirizzat it-tħassib tal-popolazzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jissalvagwrdja ż-żoni li għandhom valur għoli f’termini ta’ bijodiversità, fosthom is-siti tan-network Emerald u dawk b’deżinjazzjoni futura Natura 2000, u jiżgura l-protezzjoni ġuridika tagħhom u l-allinjament mad-direttivi rilevanti tal-UE; jistieden lill-Montenegro jħaffef b’mod sinifikanti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tan-network Natura 2000 f’allinjamento mal-acquis tal-UE, u jiżgura li l-identifikazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-ġestjoni tas-siti protetti jkunu bbażato fuq kriterji xjentifiċi u proċessi ta’ konsultazzjoni pubblika trasparenti; jitlob infurzar aktar rigoruż tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benesseri tal-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jistieden lill-Montenegro jagħti spinta lill-kapaċitajiet amministrattiva u ta’ spezzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali u lokali u jtejjeb il-koordinament interistituzzjonali u l-proċess deċiżjonal tiegħu fil-qasam tal-proġetti infrastrutturali, anki billi jistabbilixxi koordinament effikaċi bejn il-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi, il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u l-proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa; jistieden lill-Montenegro jorjenta l-politika tat-trasport tiegħu lejn is-sostenibbiltà u l-mobbiltà intelliġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-konnettività reġjonali tat-trasport u tal-enerġija bħala element kruċjali tal-iżvilupp ekonomiku u tal-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent u jitlob li jsiru proġetti li jqawwu l-integrazzjoni mal-Istati Membri tal-UE; jinsab imħasseb bl-imblokki reċenti tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera lejn iż-żona Schengen min-naħa ta’ sewwieqa professjonisti li ġejjin mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dħul u ħruġ tal-UE minn Ottubru 2025; jissottolinja li interruzzjonijiet fit-tul jirriskjaw li jolqtu negattivament il-ktajjen tal-provvista, il-flussi kummerċjali u r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Montenegro; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tivvaluta soluzzjonijiet pragmatiċi u ġuridikament sodi possibbli li jibbilanċjaw ir-realtajiet operattivi fis-settur tat-trasport mal-bżonn li tiġi ppreservata l-integrità tal-acquis ta’ Schengen, u jingħataw garanziji adegwati u jiġi evitat kull abbuż;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll tittraduċiha bil-Montenegrin u tgħaddiha lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>