<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0217</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-Rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar l-Albanija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0141/2026 - Rapporteur: Andreas Schieder)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-Rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar l-Albanija (2025/2250(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Albanija għas-sħubija fl-UE, ippreżentata fl-24 ta’ April 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas ta’ negozjar tal-UE mal-Albanija approvat mill-Kunsill f’Lulju 2022, li jistabbilixxi l-linji gwida u l-prinċipji għat-taħditiet tal-adeżjoni tal-Albanija mal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Riforma tal-Albanija ppreżentata fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent, kif approvata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025” (COM(2025)0900), u għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “2025 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in Albania” (Rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt – Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Albanija) (SWD(2024)0928),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), u għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “Albania 2025 Report” (Ir-Rapport tal-2025 dwar l-Albanija) (SWD(2025)0750),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tat-23 ta’ Ottubru 2025 mill-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-Albanija fil-11 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li sar fi Brussell fis-17 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru f’Sofija, f’Zagreb u fi Brdo pri Kranju fl-2018, fl-2020 u fl-2021 rispettivament, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>:
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025, ippubblikat minn Transparency International fi Frar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025, ippubblikat minn Reporters mingħajr fruntieri f’Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-11 ta’ Ġunju 2025 tal-Forum Ekonomiku Dinji bit-titolu “Global Gender Gap Report 2025” (Rapport tal-2025 dwar il-disparità globali bejn il-ġeneri),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0141/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir tal-UE jibqa’ investiment strateġiku fil-paċi, is-sigurtà, l-istabbiltà, u l-iżvilupp demokratiku u soċjoekonomiku madwar il-kontinent Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Albanija żammet orjentazzjoni strateġika ċara u konsistenti lejn l-adeżjoni mal-UE, u wriet allinjament sħiħ mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inkluż dwar il-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja, u billi appoġġjat lill-Ukrajna fil-votazzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Albanija ngħatat l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE fl-2014, bdiet in-negozjati tal-adeżjoni f’Lulju 2022, temmet b’suċċess il-proċess ta’ skrinjar f’Novembru 2023 u fetħet il-ġabriet kollha ta’ kapitoli ta’ negozjar bejn il-15 ta’ Ottubru 2024 u s-17 ta’ Novembru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar l-Albanija jikkonferma li l-pajjiż qed ikompli jagħmel progress fil-biċċa l-kbira tal-oqsma relatati mal-adeżjoni, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa ta’ riformi aktar profondi, aktar konsistenti u irriversibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kredibbiltà tal-proċess tat-tkabbir tal-UE tiddependi fuq kundizzjonalità stretta, progress ibbażat fuq il-mertu u l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi, aktar milli fuq l-adozzjoni formali tal-leġiżlazzjoni biss; billi l-adeżjoni tal-Albanija mal-UE tiddependi minn riformi dejjiema, profondi u irriversibbli fl-oqsma koperti mill-ġabra tal-elementi fundamentali tan-negozjati tal-adeżjoni, li jibdew mill-istat tad-dritt u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi; billi l-kwalità tar-riformi mwettqa minn pajjiż kandidat tiddetermina l-iskeda ta’ żmien għall-adeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tal-indipendenza ġudizzjarja, tal-isforzi kontra l-korruzzjoni, tal-libertà tal-media u tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, jibqa’ essenzjali għat-trajettorja tal-adeżjoni tal-Albanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-salvagwardja tal-integrità tal-proċessi demokratiċi saret element ċentrali tal-politika tat-tkabbir tal-UE; billi f’Lulju 2025, il-Parlament Albaniż adotta l-ewwel strateġija nazzjonali tal-pajjiż kontra l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rakkomandazzjonijiet tal-ODIHR tat-23 ta’ Ottubru 2025, b’segwitu għall-elezzjonijiet parlamentari tal-Albanija tal-11 ta’ Mejju 2025, u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-ODIHR għal aktar titjib fit-tmexxija tal-elezzjonijiet fl-Albanija, għadhom ma ġewx indirizzati bis-sħiħ;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-impenn pendenti tal-Albanija għall-integrazzjoni fl-UE, abbażi ta’ kunsens fost il-partiti politiċi kollha u appoġġ massiv fost iċ-ċittadini tagħha, u jfaħħar il-fatt li l-Albanija fetħet il-ġabriet kollha ta’ kapitoli ta’ negozjar tal-adeżjoni fi żmien 13-il xahar biss; jinnota li l-appoġġ taċ-ċittadini Albaniżi għall-adeżjoni mal-UE għadu konsistentement għoli u jirrifletti l-aspirazzjonijiet Ewropej b’saħħithom tas-soċjetà Albaniża; iħeġġeġ lill-pajjiż iżomm il-momentum attwali fuq ir-riforma u jkompli l-allinjament tiegħu mal-acquis tal-UE, filwaqt li jisħaq li l-progress tal-Albanija fil-perkors Ewropew tagħha jikkontribwixxi għall-istabbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza tal-kontinent Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tal-ambizzjoni tal-Albanija li tagħlaq in-negozjati tal-adeżjoni sa tmiem l-2027 u jilqa’ l-progress rapidu li sar f’dawn l-aħħar snin, f’dan ir-rigward; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet Albaniżi jiżguraw l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li kemm ir-rapport tal-2025 tal-Kummissjoni dwar l-Albanija kif ukoll ir-rapport tal-ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari ta’ Mejju 2025 jivvalutaw il-qafas elettorali tal-Albanija bħala ġeneralment adegwat għat-twettiq ta’ elezzjonijiet kompetittivi, filwaqt li jtennu t-tħassib relatat ma’ kundizzjonijiet mhux ekwi għall-atturi politiċi, l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi li jċajpar il-linji bejn l-istituzzjonijiet tal-Istat u l-istrutturi tal-partiti, il-finanzjament tal-partiti politiċi, l-allegazzjonijiet ta’ xiri ta’ voti u pressjoni fuq il-votanti; jistieden għalhekk lill-maġġoranza politika tal-Albanija u lill-oppożizzjoni tagħha jsegwu b’mod kostruttiv u inklużiv riforma elettorali komprensiva, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili, u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-ODIHR u tal-Kummissjoni ta’ Venezja ferm qabel iċ-ċikli elettorali futuri; jisħaq li tali riforma għandha ssaħħaħ il-qafas elettorali, inkluż dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, l-aċċess ekwu għall-media u s-salvagwardji kontra l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi, u tiżgura li l-qafas jiġi infurzat b’mod effettiv; jissottolinja li kunsens politiku wiesa’ u l-implimentazzjoni ġenwina ta’ dawn ir-riformi huma essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-elezzjonijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-polarizzazzjoni politika kontinwa u d-diskors politiku ta’ konfrontazzjoni, li jimminaw is-sorveljanza parlamentari, il-fiduċja pubblika u l-funzjonament effettiv tal-istituzzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-atturi politiċi jerġgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu parlamentari kostruttiv, filwaqt li jiżguraw li l-Parlament Albaniż jibqa’ l-forum ċentrali għad-dibattitu demokratiku u s-sorveljanza demokratika; jissottolinja li demokrazija li tiffunzjona tirrikjedi parteċipazzjoni sinifikattiva tal-oppożizzjoni fil-proċeduri parlamentari; ifakkar li l-protesti vjolenti ma għandhom l-ebda post f’demokrazija li tiffunzjona;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ skrutinju parlamentari aktar b’saħħtu tal-eżekuttiv, trasparenza msaħħa fil-proċeduri leġiżlattivi u konsultazzjoni aktar sinifikattiva, fi stadju bikri, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-istituzzjonijiet indipendenti; jisħaq li l-progress fil-proċess ta’ integrazzjoni fl-UE għandu jiġi segwit mingħajr ma jiġu kompromessi l-kwalità u l-inklużività tar-riformi; jissottolinja l-importanza ta’ involviment adegwat tal-partijiet ikkonċernati u sjieda nazzjonali sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni sostenibbli u impatt dejjiemi; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu r-rwol u l-kapaċitajiet tal-kumitati parlamentari tal-Albanija, inkluż permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-informazzjoni, appoġġ espert u proċeduri leġiżlattivi trasparenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tad-dritt, il-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni kontinwa tal-proċess ta’ riforma tas-sistema ġudizzjarja tal-Albanija, inkluż l-iskrutinju tal-imħallfin u tal-prosekuturi, li kkontribwixxa għal aktar obbligu ta’ rendikont u integrità fi ħdan il-ġudikatura tagħha; ifaħħar lill-Kunsill Ġudizzjarju Għoli għall-ħatriet il-ġodda ta’ maġistrati, li jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-għadd ta’ postijiet vakanti; jissottolinja li s-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja tibqa’ essenzjali għall-istat tad-dritt, flimkien mal-isforzi kontinwi biex jissaħħu aktar l-obbligu ta’ rendikont, il-kwalità u l-effiċjenza tal-ġudikatura; jinnota, madankollu, l-isfidi persistenti relatati mal-effiċjenza ġudizzjarja, l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet finali tal-qrati, il-kawżi pendenti, il-konsistenza tal-ġurisprudenza u t-tentattivi biex tiġi eżerċitata influwenza indebita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li l-immunità parlamentari hija parti mill-qafas kostituzzjonali tal-Albanija, imfassal biex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni f’dan ir-rigward għandha tittieħed strettament f’konformità mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u l-proċeduri legali stabbiliti, mingħajr indħil politiku u mingħajr dewmien żejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għat-titjib kontinwu fl-effiċjenza tal-Qorti Kostituzzjonali tagħha; jitlob, madankollu, li l-korpi ta’ governanza ġudizzjarja usa’ jissaħħu aktar, u li jsir investiment sostnut fid-diġitalizzazzjoni u fl-infrastruttura tal-qrati; ifakkar li l-ġudikatura għadha qed tiffaċċja pressjonijiet u theddid politiċi li jirriskjaw li jimminaw l-indipendenza ġudizzjarja; jissottolinja l-importanza ta’ implimentazzjoni f’waqtha u sħiħa tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali kemm mis-setgħat eżekuttivi kif ukoll minn dawk leġiżlattivi, bħala element essenzjali tal-istat tad-dritt u l-bilanċ istituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiddispjaċih li, skont il-klassifikazzjonijiet ippubblikati fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025 ta’ Transparency International, l-Albanija niżlet għall-91 post, meta mqabbla mal-klassifikazzjoni tagħha tal-2024 fit-80 post; jisħaq li l-korruzzjoni għadha ta’ tħassib serju u li, minkejja l-progress li sar fir-rigward tal-qafas legali u istituzzjonali tagħha, l-Albanija jeħtiġilha iżżid aktar il-kapaċità ddedikata tal-pulizija u tikkonsolida r-rekord tagħha ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni finali, b’mod partikolari f’każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli; jilqa’ l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ewlenija kontra l-korruzzjoni, inkluż dwar il-protezzjoni tal-informaturi u l-kunflitti ta’ interess, u jitlob l-implimentazzjoni bir-reqqa tagħha; jilqa’ l-ħidma kontinwa ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni u istituzzjonijiet għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluża l-Istruttura Speċjali kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (SPAK), u jitlob li jiġu żgurati l-indipendenza sostnuta, ir-riżorsi adegwati u l-kapaċità operattiva suffiċjenti tagħhom, mingħajr ma jiġu applikati limiti għas-setgħat investigattivi tagħhom jew tiġi mminata l-ħidma tagħhom; jappella għal sforzi msaħħa biex jiġu żgurati t-traċċar, l-iffriżar, il-konfiska u l-immaniġġjar effettivi tal-assi kriminali, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet finanzjarji sistematiċi, kooperazzjoni mtejba transfruntiera u bejn l-aġenziji, u l-użu sħiħ tal-għodod ta’ konfiska f’konformità mad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsisti li huwa meħtieġ li l-korruzzjoni tiġi indirizzata fil-livelli kollha biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Istat u tippermetti ambjent tan-negozju prevedibbli; jappella għal tisħiħ fit-trasparenza, fil-kontrolli tal-kunflitti ta’ interess, fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-integrità u fil-miżuri preventivi mmirati f’setturi b’riskju għoli, b’mod partikolari l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, il-liċenzjar u l-ispezzjonijiet, u l-kostruzzjoni u l-ippjanar spazjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Albanija tagħmel progress deċiżiv fir-reġistrazzjoni inizjali tal-proprjetà u f’kumpens ġust u aċċettat b’mod komuni, filwaqt li ttejjeb it-trasparenza tar-reġistru tal-proprjetà tal-Istat u l-kwalità tad-data katastali fir-reġistru tal-proprjetà immobbli, u tiżgura li d-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jiġu rispettati f’każijiet ta’ esproprjazzjoni u deprivazzjoni ta’ proprjetà immobbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi miġġielda b’mod effettiv il-kriminalità organizzata, inklużi n-networks tal-ħasil tal-flus u tat-traffikar tad-droga, u jappella għal kooperazzjoni intensifikata mal-aġenziji tal-UE bħall-Europol u l-Eurojust; jistieden lill-awtoritajiet jaċċelleraw l-isforzi biex jallinjaw il-qafas legali tal-Albanija dwar il-kriminalità organizzata mal-acquis tal-UE, isaħħu l-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u jtejbu l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-banek fl-Albanija uffiċjalment bdew iwettqu tranżazzjonijiet tranfruntiera bl-euro permezz tas-sistema SEPA; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-isforzi kbar tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus billi adottaw l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu 2024-2030; jinnota l-inizjattiva “Cashless Albania 2030”, li għandha l-għan li tindirizza l-livell għoli ta’ informalità fin-negozju u l-flussi ta’ flus illeċiti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025 ippubblikat minn Reporters mingħajr fruntieri, l-Albanija telgħet fil-klassifikazzjoni mid-99 post fl-2024 għat-80 post fl-2025; jappella biex isiru aktar sforzi għall-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-media fl-Albanija, inkluża trasparenza akbar tal-kunflitti ta’ interess possibbli tas-sidien tal-media, salvagwardji kontra l-pressjoni politika u ekonomika fuq il-ġurnalisti u l-investigazzjoni effettiva tat-theddid u l-attakki mwettqa kontra l-professjonisti tal-media; jappella wkoll għal aktar trasparenza fir-rigward tal-istrutturi tas-sjieda tal-media u distribuzzjoni trasparenti tar-reklamar mill-Istat, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-indipendenza editorjali u l-pluraliżmu tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ostilità lejn ġurnalisti indipendenti u professjonisti tal-media fl-Albanija, inklużi l-attakki verbali u r-retorika kontra l-media minn uffiċjali ta’ livell għoli, il-kampanji ta’ malafama u fastidju online misoġinistiku, spiss immirati lejn il-ġurnalisti li jirrapportaw dwar l-istat tad-dritt, il-korruzzjoni u kwistjonijiet ġudizzjarji; jesprimi tħassib, barra minn hekk, dwar l-għadd kbir ta’ kawżi kontra l-ġurnalisti; jilqa’ l-bidliet reċenti fil-Kodiċi Kriminali tal-Albanija; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li dawn ma wasslux għad-dekriminalizzazzjoni sħiħa tal-malafama u l-insult, f’konformità mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jippromwovu l-litteriżmu diġitali u fil-media bħala miżura komplementari biex isaħħu r-reżiljenza tal-ambjent tal-informazzjoni, inkluż billi jintegraw inizjattivi ta’ litteriżmu fil-media fis-sistema edukattiva kollha, jappoġġjaw it-taħriġ tal-għalliema u r-riżorsi moderni ta’ tagħlim, u jsaħħu l-kooperazzjoni mal-media indipendenti u l-programmi rilevanti tal-UE biex jippromwovu l-ħsieb kritiku u l-interazzjoni diġitali responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Albanija ssaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom u l-Eġizzjani, il-persuni b’diżabbiltà, il-ħaddiema migranti u l-persuni LGBTIQ+, u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u aċċess imtejjeb għall-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-gruppi vulnerabbli għas-servizzi pubbliċi, u l-parteċipazzjoni sinifikattiva tagħhom fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika; jinsab imħasseb dwar ir-retorika kontra l-ġeneru preżenti fid-diskors politiku fl-Albanija; jinnota li t-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi jrid ikun akkumpanjat minn miżuri effettivi li jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta’ dawk id-drittijiet fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiżguraw aċċess sostenibbli għall-edukazzjoni bil-lingwi minoritarji għall-minoranzi nazzjonali rikonoxxuti, u jappoġġjaw it-taħriġ korrispondenti tal-għalliema, l-iżvilupp tal-kotba tal-iskola u l-preservazzjoni tal-identità kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifaħħar l-adozzjoni fl-Albanija tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, li hija konformi mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi allarm, madankollu, dwar il-mewġiet ta’ diżinformazzjoni u mibegħda kontra l-persuni LGBTIQ+, inklużi l-kampanji ta’ malafama kontra l-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur l-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ+; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jżommu responsabbli quddiem il-liġi lill-persuni li jxerrdu retorika diskriminatorja; jitlob lill-Gvern Albaniż jabbozza miżuri legali, bħal sħubija reġistrata, biex jirrikonoxxi u jipproteġi l-koppji tal-istess sess, skont l-impenn tiegħu fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali 2021–2027 għall-Persuni LGBTI, u sabiex iġib il-leġiżlazzjoni tal-Albanija dwar id-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent tal-preżenza storika li ilha teżisti tal-komunità Bulgara f’reġjuni bħal Prespa, Gollobordë u Gora, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jiżguraw rispett sħiħ għad-drittijiet lingwistiċi, kulturali u edukattivi tagħhom, kif ukoll għal dawk tal-minoranzi nazzjonali rikonoxxuti l-oħra tal-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li għad hemm kwistjonijiet persistenti ta’ diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali li jaffettwaw il-gruppi ta’ minoranza fl-Albanija, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi u s-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Gvern Albaniż jallinja bis-sħiħ id-drittijiet tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni mal-acquis tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u l-parteċipazzjoni politika, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-minoranza nazzjonali Griega żżomm il-preżenza storika qawwija tagħha, speċjalment fin-Nofsinhar tal-Albanija u jistieden lill-Albanija tiżgura l-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu ppreservati s-siti ta’ memorja relatati mad-dittatorjat komunista u li jiġu appoġġjati inizjattivi ta’ tifkira u edukattivi li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni storika u jsaħħu l-kultura demokratika, b’mod partikolari fost il-ġenerazzjonijiet ta’ età iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ s-soċjetà ċivili vibranti u kostruttiva tal-Albanija, li qed tiżvolġi rwol kruċjali u pożittiv fil-proċess ta’ riforma; iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jibni relazzjonijiet kollaborattivi, li ġenwinament jinvolvu lis-soċjetà ċivili fi proċess leġiżlattiv trasparenti minn stadju bikri ’l quddiem; jiddispjaċih, mandankollu, għall-fatt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Albanija għadhom jiffaċċjaw sfidi u jirċievu finanzjament pubbliku limitat; jistieden, barra minn hekk, lill-Gvern Albaniż jiżgura ambjent abilitanti, sikur u nondiskriminatorju għas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsab imħasseb li, skont il-klassifikazzjonijiet globali ppubblikati fir-Rapport Globali dwar id-Disparità bejn il-Ġeneri tal-2025 tal-Forum Ekonomiku Dinji, l-Albanija niżlet mit-23 post fl-2024 għas-36 post fl-2025, u dan jindika disparità bejn il-ġeneri li qed tiżdied; jiddispjaċih għall-fatt li l-qafas legali għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadu mhuwiex allinjat bis-sħiħ mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż itejjeb is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, b’mod partikolari fil-kura tas-saħħa, il-finanzjament għall-postijiet ta’ kenn tan-nisa, l-għajnuna legali bla ħlas, u l-programmi ta’ riintegrazzjoni u riabilitazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Aġenda Nazzjonali tal-Albanija dwar id-Drittijiet tat-Tfal 2021-2026 għadha mhijiex implimentata bis-sħiħ, u l-aċċess għall-ġustizzja għat-tfal huwa mxekkel minn dewmien, għajnuna legali limitata u koordinazzjoni istituzzjonali inadegwata; jiddispjaċih għall-fatt li l-maġġoranza tat-tfal fl-Albanija għadhom f’riskju ta’ faqar; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jimplimentaw b’mod effettiv l-Aġenda Nazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal billi jipprovdu assistenza lit-tfal li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni u l-faqar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress li sar fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inklużi l-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni; jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija ta’ Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika Trażversali 2025-2030; jisħaq, madankollu, li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu u d-depolitiċizzazzjoni tas-servizz ċivili, inklużi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ qafas leġiżlattiv ġdid għas-servizz ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinsab imħasseb li la l-qafas legali għall-akkwist pubbliku u lanqas il-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-kumpaniji ma huma allinjati bis-sħiħ mal-acquis tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jkomplu fl-isforzi tagħhom biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni tal-Albanija mal-acquis tal-UE; jappella għal sorveljanza parlamentari msaħħa, awditi indipendenti u trasparenza sħiħa fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-UE dwar il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li għaddejja tal-kumitat parlamentari bejn il-partiti tal-Albanija dwar ir-riforma territorjali; jisħaq li kwalunkwe riforma f’dan il-qasam għandha titwettaq permezz ta’ proċess inklużiv u bbażata fuq kriterji soċjoekonomiċi oġġettivi u standards Ewropej ta’ awtonomija lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għal ippjanar tal-politika mtejjeb, teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u proċessi baġitarji trasparenti, inkluża sorveljanza parlamentari msaħħa tal-finanzi pubbliċi; jinsisti li r-riżorsi finanzjarji, il-kapaċità amministrattiva u l-awtonomija fiskali tal-awtoritajiet lokali għandhom jittejbu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-adozzjoni reċenti tal-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà 2025-2030; jilqa’ l-allinjament tal-Liġi attwali tal-Albanija dwar iċ-Ċibersigurtà mad-Direttiva NIS 2<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tal-UE; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-adozzjoni ta’ lista aġġornata tal-operaturi ta’ infrastruttura tal-informazzjoni kritika u importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ t-titjib kontinwu tal-Albanija fit-trażmissjoni tagħha tad-data lill-Eurostat; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jkomplu jżidu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom ta’ data ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifaħħar lill-Gvern Albaniż talli adotta l-liġijiet il-ġodda dwar it-trademarks u l-privattivi; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jallinjaw bis-sħiħ id-dritt fil-qasam tal-proprjetà intellettwali tal-Albanija mal-acquis tal-UE u jkomplu jsaħħuh;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riformi soċjoekonomiċi u l-ambjent</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Albanija fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent; jinnota, madankollu, li għad hemm dgħufijiet strutturali, inklużi l-informalità fin-negozju, it-tkabbir limitat tal-produttività u ambjent tan-negozju mimli sfidi; jiddispjaċih għall-fatt li l-ekonomija informali kbira timpedixxi l-ambjent tan-negozju u l-kompetizzjoni; itenni l-importanza li titjieb l-infrastruttura tat-trasport bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u li jiġu żviluppati aktar il-konnessjonijiet ferrovjarji u tal-ajru mal-Istati Membri tal-UE; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi talli pprovdew eżenzjonijiet mill-VAT għall-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Ifakkar fil-potenzjal tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent biex tissaħħaħ il-konnettività reġjonali permezz tal-ferroviji u t-toroq; iħeġġeġ, f’dak ir-rigward, lill-awtoritajiet fil-pajjiżi kollha kkonċernati jikkompletaw il-proġetti ta’ Kuritur VIII li jgħaqqad l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu komprensiv ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani bħala inizjattiva strateġika għall-protezzjoni tal-interessi nazzjonali tal-Albanija, għat-tisħiħ tas-sigurtà, u għall-iżgurar tal-prevedibbiltà għall-investituri u l-konsistenza mal-istandards tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li s-sistema ta’ kontroll intern tal-finanzi pubbliċi tal-Albanija għadha parzjalment effettiva; jistieden lill-Albanija żżid l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza tal-intrapriżi tal-Istat billi tagħmel ir-rapporti annwali tagħha dwar il-prestazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar tal-Albanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-Albanija għall-Modernizzazzjoni u l-Armonizzazzjoni tas-Sistemi ta’ Informazzjoni Doganali Albaniżi mas-sistemi tal-UE għall-perjodu 2025-2030; ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-istandards tal-UE billi jarmonizzaw u jtejbu l-infrastruttura doganali; jisħaq li s-sistemi tal-IT doganali jirrikjedu aġġornament sinifikanti sabiex tinkiseb armonizzazzjoni sħiħa mal-istandards tal-UE u jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jaċċelleraw l-investimenti u r-riformi meħtieġa f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet Albaniżi għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar fondi ta’ pensjonijiet privati mal-acquis tal-UE; jistieden lill-Albanija tlesti l-allinjament tagħha mal-acquis tal-UE dwar l-assigurazzjoni, is-swieq kapitali, is-swieq tat-titoli, il-fondi ta’ investiment u l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni u l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jinfetħu negozjati bil-għan li r-reġim tal-UE “roaming daqslikieku f’pajjiżek” jiġi estiż għall-Balkani tal-Punent, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-sħab tal-Balkani tal-Punent jieħdu il-passi meħtieġa malajr għall-ftuħ reċiproku tas-swieq tar-roaming tal-UE u tas-sħab tal-Balkani tal-Punent, biex b’hekk iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi tar-roaming mingħajr tariffi addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-innovazzjoni biex jiġu appoġġjati t-tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni soċjali; ifaħħar lill-Gvern Albaniż għall-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi għar-riforma tal-edukazzjoni għolja u għall-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2021-2026; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiffinalizzaw il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni għal-Liġi dwar il-Wirt Kulturali u l-Mużewijiet; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ politiki mmirati lejn it-tnaqqis tal-emigrazzjoni taż-żgħażagħ u l-eżodu ta’ mħuħ, u lejn it-tisħiħ tal-opportunitajiet għall-professjonisti żgħażagħ permezz ta’ kundizzjonijiet imtejba tas-suq tax-xogħol, riforma tal-edukazzjoni u appoġġ għall-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas tal-akkomodazzjoni soċjali fl-Albanija, abbażi tal-kontinwazzjoni u t-titjib tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Akkomodazzjoni Soċjali 2016-2025, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ għajxien stabbli u deċenti għall-gruppi b’introjtu aktar baxx u vulnerabbli; jissottolinja, b’mod partikolari, l-importanza ta’ akkomodazzjoni soċjali aċċessibbli u affordabbli għaż-żgħażagħ, inklużi l-istudenti u l-apprendisti, peress li din tappoġġja l-mobbiltà ġeografika, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-integrazzjoni b’suċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ewlenija ta’ djalogu soċjali ġenwin biex jitwasslu l-benefiċċji tat-tkabbir tal-UE lis-segmenti differenti tal-popolazzjoni; jilqa’ t-titjib tat-trasferiment tal-bażi tad-data u l-konnessjoni bikrija mas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), li saru possibbli permezz tal-allinjament sħiħ tal-lista nazzjonali ta’ okkupazzjonijiet mal-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) multilingwi; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-frekwenza baxxa tal-laqgħat tal-Kunsill Nazzjonali tax-Xogħol; jitlob li jissaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni tripartitika, inkluża rappreżentanza adegwata tat-trade unions; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi appoġġjat aktar il-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappella għal aktar sforzi biex titrawwem il-konformità mal-liġi tax-xogħol tal-UE u mal-qafas tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa ta’ politiki mhux diskriminatorji u miżuri ta’ ugwaljanza, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jiżguraw monitoraġġ, infurzar u sanzjonijiet adegwati effettivi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jissottolinja li l-progress lejn l-adeżjoni mal-UE jirrikjedi rekord reali tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-acquis ambjentali, b’mod partikolari dwar il-valutazzjonijiet ambjentali, il-liġijiet dwar il-protezzjoni tan-natura u d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jieħu nota tat-tħabbira tal-Gvern Albaniż li se jirriforma s-settur tal-immaniġġjar tal-iskart tal-pajjiż, filwaqt li jiċċentralizza u jtejjeb il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart; jinnota bi tħassib, mandankollu, li skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, ma kien hemm l-ebda progress dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima matul il-perjodu ta’ rapportar; iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jagħti prijorità lill-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna għall-fatt li l-Liġi tal-2015 tal-Albanija dwar l-Investimenti Strateġiċi ġiet estiża, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tagħha li jippermettu proċeduri aċċellerati għall-għoti ta’ permessi u skrutinju ambjentali mnaqqas, li jirriskjaw li jaffettwaw b’mod negattiv iż-żoni protetti u żoni oħra ambjentalment sensittivi; jitlob li jitħassru l-emendi tal-2024 għal-Liġi dwar iż-Żoni Protetti, li jippermettu l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-turiżmu fuq skala kbira f’żoni protetti u jittrasferixxu kompetenzi ewlenin ta’ governanza u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-Kunsill Nazzjonali tat-Territorju, u b’hekk tiddgħajjef is-sorveljanza ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni wissiet lill-Albanija kontra azzjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-perkors tal-adeżjoni tagħha mal-UE fost protesti nazzjonali li għaddejjin bħalissa dwar proġett ta’ żvilupp lussuż fuq skala kbira li jhedded żona protetta ta’ organiżmi selvaġġi li fiha jgħixu l-flamingos u l-foki u b’siti fejn ibejtu l-fkieren; itenni, f’dan ir-rigward, il-kritika tal-Kummissjoni u jfakkar li l-allinjament mar-regoli ambjentali tal-UE, inklużi d-Direttiva dwar l-Għasafar<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa prerekwiżit għall-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jesprimi tħassib serju li l-iżviluppi li għaddejjin fiż-żona protetta Vjosa-Narta juru l-konsegwenzi prattiċi ta’ dawn il-bidliet leġiżlattivi u r-riskji li jirriżultaw għaż-żoni ta’ valur ekoloġiku rikonoxxut; isegwi mill-qrib il-protesti paċifiċi tal-massa li għaddejjin bħalissa f’dan ir-rigward; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jistabbilixxu minnufih moratorju fuq il-proċeduri l-ġodda kollha għall-għoti ta’ permessi, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-interventi ta’ żvilupp fiż-żoni protetti sakemm id-dispożizzjonijiet inkompatibbli tal-Liġi emendata dwar iż-Żoni Protetti jkunu tħassru, abbażi ta’ talba li ilha ssir mill-Kummissjoni u mill-Parlament u f’konformità mal-parametri referenzjarji għall-għeluq tal-Kapitolu 27, u sakemm tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tan-natura; jissottolinja li kwalunkwe proġett f’dan il-qasam jeħtieġ li jgħaddi minn valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali komprensivi f’konformità sħiħa mal-istandards tal-UE, inkluż proċess trasparenti ta’ parteċipazzjoni pubblika mal-komunitajiet lokali, ix-xjenzati u s-soċjetà ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-politika estera u l-kooperazzjoni reġjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Ifaħħar l-allinjament sħiħ kontinwu tal-Albanija mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inklużi l-miżuri restrittivi, l-involviment kontinwu tal-Albanija fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet ta’ politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE, u r-rwol kostruttiv tagħha fil-promozzjoni tal-istabbiltà reġjonali, li jikkonferma l-orjentazzjoni Ewro-Atlantika b’saħħitha tal-pajjiż; jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża permezz tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u l-Albanija u d-Djalogi dwar is-Sigurtà u d-Difiża; jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni ulterjuri, bħal inizjattivi konġunti ta’ taħriġ, kapaċitajiet ta’ intelligence kondiviżi u miżuri ta’ sigurtà tal-fruntieri msaħħa biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà reġjonali u globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq li l-parteċipazzjoni f’inizjattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tibqa’ konsistenti mal-valuri tal-UE, l-istabbiltà reġjonali u l-objettivi tal-Albanija għall-integrazzjoni fl-UE; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-iskrutinju parlamentari xieraq fid-deċiżjonijiet relatati mal-impenji internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni reġjonali bħala komponenti essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir tal-UE, u jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tal-Albanija fl-inizjattivi reġjonali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni aktar profonda fil-qasam tas-sigurtà fil-Balkani tal-Punent, li trawwem koordinazzjoni aktar mill-qrib fost is-sħab reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-theddid ċibernetiku, u l-isfidi ibridi; jirrikonoxxi l-importanza strateġika tar-reġjun Adrijatiku-Jonju għas-sigurtà u l-istabbiltà ekonomika Ewropea; jistieden lill-Albanija ssaħħaħ il-kapaċitajiet tas-sigurtà marittima tagħha f’koordinazzjoni mal-UE u man-NATO, inkluż it-tisħiħ tal-infrastruttura navali, it-titjib tas-sistemi ta’ sorveljanza u l-intensifikazzjoni tal-isforzi biex jiġu miġġielda l-attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta’ bnedmin; iħeġġeġ lill-Albanija tikkoopera aktar mill-qrib mal-Istati kostali tal-UE biex tiżgura l-protezzjoni tar-rotot marittimi kritiċi u s-sostenibbiltà ambjentali fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Iwissi li l-inizjattivi żviluppati barra mill-qafas tal-UE, inkluża l-inizjattiva “Open Balkan”, jirriskjaw li joħolqu strutturi paralleli li jistgħu jimminaw il-Proċess ta’ Berlin u s-Suq Reġjonali Komuni tal-Balkani tal-Punent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-appoġġ tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-assistenza finanzjarja u teknika tal-UE pprovduta lill-Albanija fl-ambitu tal-IPA III u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir, u jisħaq li tali appoġġ irid jibqa’ marbut b’mod sod mal-implimentazzjoni konkreta tar-riformi u mar-riżultati li jistgħu jitkejlu; jappella għal appoġġ imsaħħaħ tal-UE għall-inizjattivi ta’ sigurtà reġjonali li jsaħħu l-istabbiltà u r-reżiljenza fil-Balkani tal-Punent; jilqa’ l-miżuri ta’ assistenza bilaterali tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-forzi armati tal-Albanija, li jsaħħu l-potenzjal tal-Albanija li tikkontribwixxi għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jappella għal sorveljanza msaħħa u parteċipazzjoni sinifikattiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju u tas-sħab soċjali fl-istadji kollha tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir tal-Balkani tal-Punent, inklużi t-tfassil ta’ miżuri ta’ riforma, l-implimentazzjoni ta’ proġetti u l-monitoraġġ tar-riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-UE tipprovdi assistenza finanzjarja u teknika addizzjonali lill-Albanija, biex tappoġġja l-iżvilupp rurali sostenibbli u tnaqqas id-distakk urban-rurali, f’konformità mal-politiki ta’ koeżjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-irregolaritajiet serji identifikati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Istrument tal-UE għal Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD II) fl-Albanija; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati trasparenza sħiħa, obbligu ta’ rendikont u mekkaniżmi ta’ kontroll effettivi fl-użu tal-assistenza finanzjarja tal-UE, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE u tinżamm il-fiduċja pubblika; jitlob l-implimentazzjoni immedjata tal-miżuri korrettivi meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida ċara dwar il-prijoritajiet ta’ riforma, u tiżgura monitoraġġ trasparenti u rigoruż tal-progress tar-riformi; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi kampanja ta’ informazzjoni fl-Istati Membri kollha u fl-Albanija biex tispjega liċ-ċittadini l-impatt pożittiv tat-tkabbir tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tkompli tgħin biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Albanija kontra t-theddid ibridu, fil-qasam taċ-ċibersigurtà, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-koordinazzjoni u jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu li għandhom l-għan li jimminaw l-appoġġ pubbliku fl-Albanija għall-adeżjoni mal-UE billi tiġi enfasizzata b’mod aktar strateġiku r-rilevanza tal-UE għan-nies fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Albanija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>