<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0218</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Maċedonja ta’ Fuq</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0162/2026 - Rapporteur: Thomas Waitz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Maċedonja ta’ Fuq (2025/2254(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/239(2)/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, ippreżentata fit-22 ta’ Marzu 2004,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2005 li tagħti lill-Maċedonja ta’ Fuq status ta’ pajjiż kandidat tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2022 dwar it-Tkabbir – il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija u tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar it-Tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Riforma tal-Maċedonja ta’ Fuq kif approvata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ottubru 2024 fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025” (COM(2025)0900), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “2025 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in North Macedonia” (Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – Il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Maċedonja ta’ Fuq) (SWD(2025)0930),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “North Macedonia 2025 Report” (Rapport dwar il-Maċedonja ta’ Fuq tal-2025) (SWD(2025)0753),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru f’Sofija, f’Zagreb u fi Brdo pri Kranju rispettivament fl-2018, fl-2020 u fl-2021, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li sar fi Brussell fis-17 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tat-23 ta’ Settembru 2024 tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tal-24 ta’ April 2024 u l-elezzjonijiet parlamentari tat-8 ta’ Mejju 2024 fil-Maċedonja ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-19-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet konġunti adottati fl-24 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta’ Fuq, li saret fis-26 u s-27 ta’ Novembru 2025 fi Strażburgu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Maċedonja ta’ Fuq, u b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-ftuħ ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 202, 28.5.2021, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta’ Ohrid tal-2001,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat u Kooperazzjoni bejn il-Bulgarija u l-Maċedonja ta’ Fuq, iffirmat fl-1 ta’ Awwissu 2017 u rratifikat f’Jannar 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Finali għar-Riżoluzzjoni tad-Differenzi kif deskritti fir-Riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, it-terminazzjoni tal-Ftehim Interim tal-1995 u l-istabbiliment ta’ Sħubija Strateġika bejn il-Greċja u l-Maċedonja ta’ Fuq fis-17 ta’ Ġunju 2018, magħruf ukoll bl-isem tal-Ftehim ta’ Prespa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tielet Konferenza tan-NU dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Ismijiet Ġeografiċi fl-1977,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-djalogu ta’ wara l-monitoraġġ mal-Maċedonja ta’ Fuq u r-rapport rispettiv adottat mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-8 ta’ Jannar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza dwar il-Maċedonja ta’ Fuq, adottat fid-29 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma konġunt tal-persunal bit-titolu “Objectives and Indicators to frame the implementation of the Gender Action Plan III (2021-25)” (L-objettivi u l-indikaturi biex tiġi inkwadrata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III (2021-25)) (SWD(2020)0284) li jakkumpanja l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017), kif ukoll il-Pjan ta’ Implimentazzjoni fil-Livell tal-Pajjiż għall-Maċedonja ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0162/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq ilha tgawdi minn status ta’ pajjiż kandidat tal-UE mill-2005 u lestiet b’suċċess l-eżami analitiku tal-acquis f’Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-impenn strateġiku tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-adeżjoni mal-UE u l-kunsens nazzjonali fost il-partiti politiċi huma sodi, u l-appoġġ fost iċ-ċittadini għall-adeżjoni mal-UE żdied bi kważi 10 % għal 71 % meta mqabbel mal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-politika tat-tkabbir tal-UE tibqa’ investiment strateġiku fil-paċi, id-demokrazija, l-istabbiltà u l-prosperità fil-kontinent Ewropew, u l-kredibbiltà tal-proċess ta’ adeżjoni tiddependi fuq il-kundizzjonalità stretta u t-trattament ġust tal-pajjiżi kandidati; billi l-pajjiżi kandidati jeħtiġilhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-kriterji ta’ Copenhagen u jaderixxu mal-valuri Ewropej; billi l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu solvuti bilateralment u skont id-dritt internazzjonali u ma għandhomx jintużaw biex jimblukkaw jew jippolitiċizzaw aktar il-proċess ta’ tkabbir; billi l-kredibbiltà tal-politika tat-tkabbir tal-UE tiddependi b’mod ugwali fuq li l-pajjiżi kandidati jwettqu r-riformi kif ukoll fuq li l-UE tonora l-impenji tagħha ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Parlament appoġġja b’mod konsistenti l-perspettiva Ewropea tal-Maċedonja ta’ Fuq u żamm djalogu kontinwu mal-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq, mal-partijiet ikkonċernati u mas-soċjetà ċivili, filwaqt li ssottolinja l-ħtieġa ta’ riformi sostnuti, ir-rispett għall-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u t-twettiq tal-impenji miftiehma;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-emigrazzjoni għadha taffettwa lill-Maċedonja ta’ Fuq b’mod negattiv, u toħloq riskji fit-tul għas-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi pubbliċi essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-polarizzazzjoni politika, il-kooperazzjoni limitata bejn il-partiti u l-implimentazzjoni b’ritmu baxx tar-riformi jkomplu jnaqqsu l-fiduċja u l-involviment tal-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, speċjalment f’kuntesti storiċi kumplessi, kwistjonijiet ta’ lingwa, identità u kultura huma intrinsikament sensittivi; billi ż-żieda ta’ tali kwistjonijiet fid-diskussjonijiet dwar it-tkabbir tirriskja li tikkomplika u tippolitiċizza l-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiżi kandidati, u għalhekk għandha tiġi indirizzata bi trażżin u responsabbiltà, b’mod li jippreserva l-integrità tal-politika tat-tkabbir tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq għamlet progress li jista’ jitkejjel iżda b’ritmu baxx fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tagħha, li prinċipalment tkopri riformi f’oqsma oħra għajr l-elementi fundamentali; billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tgħin biex tikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetà, l-ekonomija u l-istituzzjonijiet tal-Maċedonja ta’ Fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill ikkonkluda li jinsab lest li jorganizza konferenza intergovernattiva mingħajr aktar dewmien jew deċiżjonijiet politiċi addizzjonali, hekk kif il-Maċedonja ta’ Fuq tkun issodisfat l-impenn tagħha li tlesti l-bidliet kostituzzjonali meħtieġa, f’konformità mal-proċeduri interni tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Istati Membri individwali tal-UE esprimew il-pożizzjonijiet tagħhom dwar il-qafas ta’ negozjar tal-Maċedonja ta’ Fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-sejba ta’ approċċ komuni għall-komunikazzjoni u l-involviment mal-passat u l-istabbiliment ta’ kultura ta’ tifkira b’rispett reċiproku huma l-pedament li fuqu l-Bulgarija u l-Maċedonja ta’ Fuq għandhom jibnu r-relazzjoni futura tagħhom; billi r-relazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet futuri tal-Maċedonja ta’ Fuq u tal-Bulgarija se tkun riflessjoni tal-proċessi tal-edukazzjoni fiż-żewġ pajjiżi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-adeżjoni mal-UE, abbażi ta’ progress ċar u li jista’ jitkejjel u kundizzjonalità stretta iżda ġusta, kif ukoll għall-bidliet trasformattivi li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tal-adeżjoni; ifaħħar l-impenn tal-pajjiż għall-integrazzjoni Ewropea u jinkoraġġixxi sforzi kontinwi fl-avvanz tar-riformi allinjati mal-UE; ifakkar, madankollu, li l-progress fin-negozjati tal-adeżjoni għadu jiddependi fuq riformi persistenti u fil-fond u huwa strettament ibbażat fuq il-mertu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota, b’dispjaċir, in-nuqqas ta’ progress mill-aħħar rapport tiegħu; jissottolinja li l-momentum tar-riforma jirrikjedi impenn politiku mġedded u azzjonijiet ċari, inklużi l-emendi kostituzzjonali meħtieġa, kooperazzjoni kostruttiva bejn il-partiti u sorveljanza parlamentari effettiva; jifhem li l-emendi kostituzzjonali huma suġġett importanti iżda diviżiv f’pajjiż li għeleb ħafna sfidi fi triqtu biex isir nazzjon indipendenti; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li l-partijiet ikkonċernati politiċi kollha impenjati fit-triq Ewropea tal-pajjiż għandhom b’mod urġenti jingħaqdu flimkien biex jimplimentaw il-bidliet kostituzzjonali meħtieġa li jippermettu l-ftuħ tal-ewwel ġabra ta’ kapitoli ta’ negozjar; ifakkar li l-kooperazzjoni bejn il-partiti se tkompli tkun essenzjali meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi allinjata mal-acquis tal-UE matul in-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ s-sinjali politiċi reċenti fil-Maċedonja ta’ Fuq dwar impenn imġedded biex jitwettqu r-riformi; jissottolinja, madankollu, li l-pajjiż se jiġi vvalutat abbażi ta’ rekord tar-riformi implimentati biss; jissottolinja li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn il-partiti biex jiġu avvanzati l-emendi kostituzzjonali mhuwiex skuża biex jiddewmu riformi meħtieġa oħra, li jkunu ta’ benefiċċju għall-pajjiż u għaċ-ċittadini tiegħu irrispettivament mill-perkors Ewropew tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jissalvagwardjaw il-prevedibbiltà u l-kredibbiltà tal-proċess ta’ adeżjoni, anke bil-ħsieb li jinżamm l-appoġġ pubbliku għall-adeżjoni fil-pajjiżi tat-tkabbir; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-Kunsill Ewropew u lill-Istati Membri jindikaw, pubblikament u b’mod inekwivoku, li l-Kunsill biħsiebu jieħu d-deċiżjoni pożittiva, malajr u mingħajr kundizzjonijiet, li jidħol fil-fażi li jmiss tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq ladarba l-kundizzjonijiet tal-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Lulju 2022 ikunu ġew issodisfati; jinnota li l-Maċedonja ta’ Fuq hija wieħed mill-pajjiżi bl-itwal status ta’ pajjiż kandidat, peress li ngħatat l-istatus ta’ kandidat aktar minn għoxrin sena ilu; jissottolinja li l-posponiment ripetut tal-Kunsill Ewropew tal-bidu tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq ikkontribwixxa biex il-partijiet ikkonċernati politiċi u ċ-ċittadini tal-pajjiż ikollhom perċezzjoni negattiva tal-prospetti tal-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-appell tal-Kunsill Ewropew mill-konklużjonijiet tiegħu tal-2024 dwar il-Maċedonja ta’ Fuq biex tiġi aċċellerata t-tlestija tal-bidliet kostituzzjonali; ifakkar li l-Kunsill afferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jlaqqa’ konferenza intergovernattiva oħra, mingħajr aktar dewmien jew deċiżjonijiet politiċi addizzjonali, hekk kif il-Maċedonja ta’ Fuq tkun issodisfat l-impenn tagħha, f’konformità mal-proċeduri interni tagħha, u li minn hemm ’il quddiem, il-Kunsill jinsab lest li jiftaħ l-ewwel ġabra ta’ kapitoli ta’ negozjar malajr kemm jista’ jkun, f’konformità mal-qafas ta’ negozjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar l-impenn taċ-ċittadini tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-integrazzjoni fl-UE u l-appoġġ li juru għal dan il-proġett, għoxrin sena mill-bidu tal-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti ċari dwar kif għandhom jiġu applikati strumenti ta’ integrazzjoni gradwali u tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, inklużi dawk fl-ambitu tal-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, bħala sistema tal-komplement għall-adeżjoni u mhux bħala sostitut għaliha, f’kemm jista’ jkun oqsma possibbli biex iċ-ċittadini tal-Maċedonja ta’ Fuq ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-integrazzjoni tal-UE qabel l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod unanimu dwar il-ftuħ u l-għeluq tan-negozjati tal-adeżjoni bħala stadji politiċi ewlenin fil-proċess ta’ tkabbir; itenni t-talba tiegħu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi permezz ta’ proċessi simplifikati, bħall-użu ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-passi intermedji tal-proċess ta’ tkabbir, f’konformità sħiħa mat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li t-tilwim bilaterali bejn il-pajjiżi għandu jiġi indirizzat permezz ta’ djalogu miftuħ, li jinvolvi s-soċjetà ċivili u l-esperti, u kooperazzjoni ġenwina, in <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> u f’konformità mad-dritt internazzjonali, u ma għandux jiġi strumentalizzat fil-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-identitajiet lingwistiċi, kulturali u nazzjonali huma l-pedament ġenwin ta’ kull pajjiż u ma għandhomx jitqiegħdu għad-diskussjoni minn partijiet terzi; jinnota, barra minn hekk, li tali kwistjonijiet ma għandhomx jinfluwenzaw il-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, li jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE u l-allinjament mal-valuri u l-prinċipji tal-UE kif stabbilit fil-kriterji ta’ Copenhagen u l-prinċipji ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, u li għandu jkun iggwidat minn kriterji oġġettivi u bbażat biss fuq il-mertu; jirrifjuta bil-qawwa r-retorika etnonazzjonalista, inkluż minn atturi politiċi, li tinstiga l-firda u timmina r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u r-relazzjonijiet bejn il-komunitajiet u l-gruppi etniċi; jistieden lill-UE żżid l-isforzi biex trażżan tali retorika u l-impatt tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiltà tar-relazzjonijiet interetniċi fil-Maċedonja ta’ Fuq u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta’ Ohrid, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rappreżentanza ekwa; jistieden lill-atturi kollha jippreservaw il-pedamenti tal-istabbiltà u l-integrità tal-pajjiż, javvanzaw ir-relazzjonijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi etniċi u minoritarji u komunitajiet oħra, u jevitaw retorika diviżiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq tat-18 ta’ Settembru 2024 dwar l-annullament ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-kwoti għar-rappreżentanti tal-komunitajiet Albaniżi u komunitajiet oħra fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jissottolinja li l-amministrazzjoni tal-pajjiż għandha tirrifletti l-kompożizzjoni multietnika tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw rappreżentanza adegwata u ġusta tal-komunitajiet kollha f’konformità mal-Ftehim Qafas ta’ Ohrid u jemendaw u jimplimentaw l-abbozz ta’ liġi rispettiv f’konformità sħiħa mal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja u l-istandards tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq isolvu malajr il-kwistjoni tal-użu tal-lingwa Albaniża għall-eżamijiet tal-istat biex jiżguraw l-implimentazzjoni prattika tal-Ftehim Qafas ta’ Ohrid kemm fil-liġi kif ukoll fl-ispirtu, u ma jagħtux stampa qarrieqa li l-protesti tal-istudenti huma xprunati politikament jew huma fattur destabbilizzanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni reċentement laqa’ l-progress fil-kisba tal-parametri referenzjarji għall-ftuħ tal-ġabra tal-elementi fundamentali permezz ta’ pjanijiet direzzjonali għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u għall-kapitoli dwar l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tħejji u tiffinalizza l-ħidma kollha relatata mal-parametri referenzjarji tal-ftuħ tal-ġabra tal-elementi fundamentali fi proċess ta’ konsultazzjoni trasparenti u sinifikattiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluża s-soċjetà ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Maċedonja ta’ Fuq jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti, il-polarizzazzjoni politika għadha tippersisti u ddewwem ir-riformi u l-ħatriet tant meħtieġa; jiddispjaċih li ma sar l-ebda tentattiv biex jiġu adottati l-bidliet kostituzzjonali li l-pajjiż impenja ruħu għalihom, u li huma meħtieġa biex tinfetaħ il-ġabra tal-elementi fundamentali; iħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha rappreżentati fl-Assemblea tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq jegħlbu r-retorika mqanqla tal-kampanja u jaħdmu flimkien b’mod bipartiġġjan biex jilħqu ftehim dwar ir-riformi meħtieġa; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni ta’ din il-kwistjoni, inkluż permezz ta’ assistenza teknika u faċilitazzjoni tad-djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li s-sorveljanza parlamentari tal-eżekuttiv għandha tissaħħaħ aktar u jitlob mekkaniżmi ta’ skrutinju msaħħa, inkluż involviment akbar tal-partiti tal-oppożizzjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-elezzjonijiet lokali li saru f’Ottubru u Novembru 2025 kienu ġeneralment kompetittivi u li l-amministrazzjoni elettorali mmaniġġjat it-tħejjijiet elettorali b’mod tabilħaqq effiċjenti, minkejja xi nuqqasijiet proċedurali; jinnota li riforma elettorali komprensiva għadha ma saritx; itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti magħmula mill-OSKE/ODIHR u mill-Kummissjoni ta’ Venezja b’mod trasparenti li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jappella, barra minn hekk, għal aktar trasparenza fir-rigward tal-finanzjament u l-ispejjeż tal-partiti politiċi u r-reklamar politiku, kemm fil-media tradizzjonali kif ukoll online, speċjalment fuq il-media soċjali; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tagħlaq il-lakuni regolatorji li jippermettu influwenza moħbija fl-elezzjonijiet, b’mod partikolari billi tirregola r-reklamar politiku online, inkluż permezz tal-identifikazzjoni obbligatorja tal-isponsors, it-trasparenza tan-nefqa u d-divulgazzjoni sinifikattiva tal-kriterji ta’ mmirar, u billi tindirizza l-finanzjament ta’ partijiet terzi u l-kanali ta’ nfiq relatati mal-kampanja; jitlob finanzjament pubbliku ekwu u li l-partiti politiċi u l-kandidati indipendenti kollha jkollhom aċċess ugwali għall-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal emanċipazzjoni politika ġenwina u sinifikattiva tan-nisa fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess elettorali u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi; jirrakkomanda wkoll l-introduzzjoni ta’ kwoti tal-ġeneru fejn għadhom mhumiex fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenn tal-bilanċ bejn il-ġeneri stabbilit fl-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li nkiseb progress moderat fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u t-trasformazzjoni diġitali, li jsaħħaħ it-trasparenza u l-effiċjenza fis-settur pubbliku, inkluż permezz tal-leġiżlazzjoni adottata reċentement dwar l-identifikazzjoni elettronika f’konformità mar-regolamenti tal-UE; jinnota, madankollu, li huma meħtieġa aktar sforzi, inklużi riformi tal-awtonomija lokali u implimentazzjoni aktar b’saħħitha tal-istrateġija tal-amministrazzjoni pubblika 2023–2030 li tippermetti lill-amministrazzjonijiet lokali jipprovdu servizzi aħjar liċ-ċittadini, jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali, u jiżguraw li l-kapaċità amministrattiva meħtieġa tkun fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ aktar depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-proċeduri ta’ reklutaġġ ibbażati fuq il-mertu u tal-għażla tal-maniġment superjuri, f’konformità mal-istandards tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra reċenti tal-Ombudsperson il-ġdid; jinnota b’mod pożittiv il-format tas-seduti ta’ smigħ pubbliċi għall-ħatra ta’ karigi pubbliċi, li jżidu t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku; jesprimi tħassib, madankollu, dwar indikazzjonijiet ta’ favoritiżmu politiku fil-proċess tal-ħatra tal-membri tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni u l-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni; jisħaq li l-korpi tal-ugwaljanza jeħtiġilhom joperaw b’mod indipendenti u ħieles mill-indħil politiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Media u s-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Maċedonja ta’ Fuq tipprovdi garanziji legali adegwati dwar il-libertà tal-espressjoni; jinnota, madankollu, il-ħtieġa għal aktar titjib lejn ambjent verament abilitanti għall-media ħielsa u indipendenti; jistieden lill-media teżerċita trażżin fil-pubblikazzjoni ta’ retorika li tista’ timmina r-relazzjonijiet bejn il-komunitajiet u l-gruppi etniċi; jissottolinja l-ħtieġa li l-pjattaformi tal-media soċjali jsaħħu l-moderazzjoni tal-kontenut, b’mod partikolari fir-rigward tad-diskors ta’ mibegħda etnika; iħeġġeġ, barra minn hekk, l-iżvilupp tal-media privata lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet legali għall-protezzjoni tal-ġurnalisti għadha ta’ sfida, b’mod partikolari f’każijiet ta’ fastidju online u vjolenza abbażi tal-ġeneru mmirati lejn ġurnalisti nisa; jinsab imħasseb li n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni speċifika kontra s-SLAPPs (kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika) u l-għarfien limitat ta’ din il-kwistjoni fost l-imħallfin, l-avukati u l-ġurnalisti għadhom ostakli għall-protezzjoni effettiva tal-ġurnalisti u l-kritiċi pubbliċi mis-SLAPPs; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali allinjata mad-Direttiva kontra s-SLAPPs<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ sigurtà soċjoekonomika tal-ħaddiema tal-media, bi tħassib partikolari għan-nisa li jaħdmu fil-media; jistieden lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jiżguraw investigazzjonijiet u sanzjonijiet effettivi għall-attakki, it-theddid, il-fastidju u l-pressjoni kontra l-ġurnalisti, b’enfasi speċifika fuq il-ġurnalisti nisa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti jipprevjenu b’mod proattiv u b’mod sistematiku jressqu quddiem il-qrati l-każijiet kollha ta’ diskors ta’ mibegħda, reati ta’ mibegħda u intimidazzjoni, jinvestigaw bir-reqqa l-attakki relatati u jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-miri tagħhom, bħall-ġurnalisti u l-persuni li jappartjenu għal minoranzi, kommunitajiet u gruppi vulnerabbli oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-konċentrazzjoni dejjem akbar tas-sjieda tal-media u r-riskji ta’ kontroll moħbi permezz tal-intermedjarji; jappella għal salvagwardji aktar b’saħħithom għall-indipendenza editorjali, prattiki trasparenti ta’ reklamar mill-Istat u l-protezzjoni tal-ġurnalisti; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ riforma effettiva tal-media u l-adozzjoni ta’ miżuri effettivi kontra l-konċentrazzjoni, inkluża t-trasparenza sħiħa tas-sjieda tal-media u tal-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għar-reklamar mill-Istat, kif ukoll il-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jenfasizza li l-pluraliżmu tal-media huwa essenzjali għar-reżiljenza demokratika; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità tar-regolatur tal-media, tax-xandar tas-servizz pubbliku u tar-regolatur tal-komunikazzjoni elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-akkwist strateġiku ta’ stazzjonijiet televiżivi u portali tal-aħbarijiet ewlenin mill-eżekuttivi tal-media Ungeriżi, u b’hekk in-narrattivi anti-Ewropej ikunu jistgħu jinfiltraw fid-diskors pubbliku fil-Maċedonja ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar tentattivi persistenti ta’ distorsjoni tad-dibattitu pubbliku u biex tiġi mminata l-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-perkors Ewropew tal-pajjiż permezz ta’ manipulazzjoni koordinata tal-ambjent tal-informazzjoni, inklużi operazzjonijiet ta’ influwenza moħbija u narrattivi malinni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwettqu aktar sforzi biex jappoġġjaw lill-Maċedonja ta’ Fuq fil-ġlieda kontra l-indħil barrani malizzjuż fil-pajjiż, inkluż permezz ta’ assistenza teknika; jissottolinja li l-influwenza barranija malizzjuża ddgħajjef il-kredibbiltà istituzzjonali u tippolarizza s-soċjetà; jistieden lill-awtoritajiet jistabbilixxu qafas komprensiv u istituzzjonalizzat għar-reżiljenza demokratika b’responsabbiltajiet definiti b’mod ċar, valutazzjonijiet tar-riskju regolari u rapportar pubbliku, f’konformità mal-istandards tal-UE li qed jevolvu għall-protezzjoni tal-proċessi demokratiċi; jappella, barra minn hekk, għat-tisħiħ tal-litteriżmu fil-media u diġitali, il-promozzjoni tal-verifika tal-fatti, il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda fil-forom kollha tiegħu u t-tisħiħ tar-reżiljenza għat-theddid ibridu li jisfida l-valuri demokratiċi u l-għan tal-pajjiż għall-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li n-nuqqas ta’ prospetti tal-adeżjoni mal-UE f’dawn l-aħħar snin ħoloq spazju għal atturi awtoritarji biex iżidu l-involviment tagħhom fil-pajjiż; iħeġġeġ, għalhekk, komunikazzjoni pubblika trasparenti u bbażata fuq il-fatti dwar ir-riformi relatati mal-UE u l-proċess ta’ adeżjoni sabiex jinżamm appoġġ soċjetali wiesa’ u tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tikkomunika b’mod aktar effettiv mal-pubbliku tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar in-nuqqas persistenti ta’ rieda politika biex tavvanza r-riformi li jindirizzaw kwistjonijiet li jaffettwaw liċ-ċittadini kollha tal-Maċedonja ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-ambjent ġeneralment favorevoli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili tkun involuta f’oqsma ta’ prijorità u konsultazzjonijiet pubbliċi; jinnota r-riattivazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni bejn il-Gvern u s-Soċjetà Ċivili; jappella għal finanzjament pubbliku trasparenti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u titjib tal-leġiżlazzjoni u l-allinjament tagħha mal-istandards internazzjonali bħar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati konsultazzjonijiet inklużivi u t-trasparenza mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jimmonitorjaw bir-reqqa u, jekk ikun meħtieġ, jikkritikaw l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jissottolinja l-obbligu tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa li jimplimentaw minnufih is-sentenzi pendenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li kwalunkwe bidla leġiżlattiva għandha tikkonforma mal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tkun konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, inkluża l-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti dwar ir-reġistrazzjoni tal-assoċjazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li l-qafas ġenerali għad-drittijiet fundamentali huwa ġeneralment f’konformità mal-istandards Ewropej; jistieden, madankollu, lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq isaħħaħ l-implimentazzjoni tiegħu fil-prattika, b’mod partikolari billi jtejjeb il-qafas istituzzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiżgura mekkaniżmi ta’ protezzjoni effettivi kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi;  jitlob l-adozzjoni finali tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, tal-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Fastidju fuq il-Post tax-Xogħol u l-Protezzjoni minnu, f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-acquis tal-UE, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nisa billi jiġu indirizzati kwistjonijiet ewlenin tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-ħajja politika, ekonomika u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-emendi tal-2023 għall-Kodiċi Kriminali li jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jinnota, b’mod partikolari, il-bidla għal definizzjoni ta’ stupru bbażata fuq il-kunsens u r-rikonoxximent espliċitu tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jilqa’, barra minn hekk, l-emendi tal-2026 li jsaħħu l-prosekuzzjoni tal-vjolenza domestika u abbażi tal-ġeneru u jikkriminalizzaw id-disseminazzjoni mhux kunsenswali ta’ immaġnijiet intimi; iqis li dawn ir-riformi jirrappreżentaw allinjament sinifikattiv mal-istandards Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li titkompla l-ħidma biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-komunitajiet mhux maġġoritarji, inkluż fir-rigward tal-użu tal-lingwi, kif ukoll biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi promossa d-diversità; jilqa’ l-progress fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi jew komunitajiet, u jħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tiffinalizzah b’mod inklużiv, filwaqt li tistabbilixxi parametri referenzjarji ċari, indikaturi li jistgħu jitkejlu u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ iddedikat, bil-għan li tiggarantixxi l-protezzjoni effettiva kontra d-diskriminazzjoni u ttejjeb id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-Maċedonja ta’ Fuq; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati politiċi rilevanti joqogħdu lura milli jużaw lingwaġġ polarizzanti u eskalatorju li jista’ jaffettwa r-relazzjonijiet fost il-komunitajiet u l-minoranzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li d-diversità etnika u kulturali tal-Maċedonja ta’ Fuq tikkostitwixxi assi imprezzabbli u għandha tinbidel f’sors ta’ saħħa biex tkompli tiġi kkonsolidata l-governanza demokratika u inklużiva u tiġi aċċellerata t-triq tal-Maċedonja ta’ Fuq lejn l-adeżjoni mal-UE; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tinkludi l-komunitajiet etniċi kollha tagħha fil-kostituzzjoni tagħha, trawwem l-inklużività, tipproteġi d-diversità, tiġġieled id-diskriminazzjoni u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali f’konformità mal-valuri u l-prinċipji demokratiċi Ewropej, u tiggarantixxi bis-sħiħ drittijiet u opportunitajiet indaqs għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jappella għal sforzi intensifikati biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjoekonomika persistenti tar-Rom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija għall-inklużjoni tar-Rom, b’indikaturi li jistgħu jitkejlu, monitoraġġ istituzzjonali xieraq u allokazzjoni baġitarja adegwata; jesprimi tħassib dwar il-prattika kontinwa tas-segregazzjoni fl-iskejjel f’ċerti muniċipalitajiet u jitlob miżuri proattivi ta’ desegregazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota bi tħassib li bilkemm sar progress fit-tnaqqis tal-ostakli li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabbiltà fil-biċċa l-kbira tal-aspetti tal-ħajja; iħeġġeġ sforz akbar biex jitlesta l-qafas legali u istituzzjonali dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u biex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu; jinnota l-isfidi strutturali persistenti fil-ħidma tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni u l-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq minħabba nuqqas ta’ riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jitlob li tittejjeb il-protezzjoni legali tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ u li jiġi indirizzat id-diskors ta’ mibegħda kontra l-komunità, inkluż online; jinsab allarmat ħafna dwar l-eskalazzjoni tal-mibegħda kontra l-persuni LGBTIQ+ u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Maċedonja ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jemendaw il-Liġi dwar ir-Reġistru Ċivili, jiżguraw rikonoxximent legali tal-ġeneru b’mod rapidu, aċċessibbli u mingħajr xkiel u jistabbilixxu proċedura legali trasparenti f’konformità mal-istandards internazzjonali u s-sentenza rispettiva tal-2019 tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jerġgħu jistabbilixxu t-terminoloġija ewlenija kontra d-diskriminazzjoni fil-Liġi dwar l-Edukazzjoni Primarja u jitlob l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar obbligatorju tal-vjolenza fl-iskejjel sabiex jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, il-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-ħabsijiet fil-Maċedonja ta’ Fuq, li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq issaħħaħ il-ġestjoni tal-migrazzjoni, tiġġieled in-networks kriminali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti, tat-traffikanti tal-bnedmin u ta’ tipi oħra ta’ kriminalità organizzata, ittejjeb l-allinjament mal-acquis tal-UE u tindirizza l-isfidi persistenti fit-trattament tal-migrazzjoni regolari u irregolari b’rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali; jissottolinja li huwa meħtieġ li l-pushbacks illegali fil-fruntieri tal-Maċedonja ta’ Fuq jiġu evitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq għar-reazzjoni rapida tiegħu għall-attakk ta’ ħruq doluż antisemitiku mmirat lejn bini ta’ komunità Lhudija fi Skopje fit-12 ta’ April 2026;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi tħassib li ma sarx progress biżżejjed fir-rigward tas-sistema ġudizzjarja, l-indipendenza tal-qrati u tal-prosekuzzjoni, u l-isforzi biex jissaħħu l-istat tad-dritt u l-oqfsa kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-partijiet ikkonċernati politiċi jżommu lura b’mod urġenti mill-indħil politiku fil-ġudikatura; jinnota, bi tħassib, dgħufijiet strutturali profondi u xejriet negattivi fil-funzjonament tal-ġudikatura, inklużi finanzjament u persunal inadegwati tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji, li jimminaw l-indipendenza tagħha; jistieden, għalhekk, lill-Maċedonja ta’ Fuq taċċellera l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma Ġudizzjarja 2024–2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu ssalvagwardjati l-integrità u l-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż billi jissaħħaħ il-Kunsill Ġudizzjarju f’konformità mar-rakkomandazzjoni u l-opinjoni tal-missjoni ta’ rieżami bejn il-pari tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jesprimi tħassib li l-emendi għall-Kodiċi Kriminali fil-Maċedonja ta’ Fuq, li qassru ż-żmien tal-preskrizzjoni u naqqsu l-pieni għall-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-abbuż tal-kariga, imminaw il-proċedimenti ġudizzjarji li għaddejjin, inklużi każijiet ta’ profil għoli, iġġeneraw perċezzjoni ta’ impunità għal atturi politiċi prominenti u komplew idgħajfu l-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw segwitu adegwat għal każijiet ta’ reati potenzjali ta’ mibegħda, inklużi dawk li jikkonċernaw gruppi u komunitajiet etniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota bi tħassib li ma sar l-ebda progress fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha u li l-korruzzjoni għadha prevalenti f’ħafna oqsma; jissottolinja li għad hemm lakuna sinifikanti u inspjegabbli bejn l-investigazzjonijiet ta’ korruzzjoni mħabbra formalment u s-sejbiet ġudizzjarji ta’ ħtija f’każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja; jistieden lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq itejjeb l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tiegħu għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kunflitt ta’ interess u jadotta Kodiċi Kriminali ġdid f’konformità mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali; jappella, barra minn hekk, għal protezzjoni msaħħa tal-informaturi, peress li għadha dgħajfa, u b’hekk tiskoraġġixxi lill-individwi milli jirrapportaw każijiet ta’ korruzzjoni; jilqa’, madankollu, il-parteċipazzjoni attiva tal-Maċedonja ta’ Fuq fit-Trattat Internazzjonali dwar l-Iskambju ta’ Data għall-Verifika tad-Dikjarazzjonijiet tal-Assi, li tqiegħed lill-pajjiż bħala punt ta’ referenza reġjonali f’dan il-mekkaniżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iħeġġeġ l-adozzjoni f’waqtha ta’ strateġija komprensiva kontra l-korruzzjoni għall-2026–2030 b’responsabbiltajiet ċari u miri li jistgħu jitkejlu, u jitlob l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, li d-dewmien fil-proċedimenti tal-qorti u r-restrizzjonijiet tar-riżorsi jkomplu jfixklu l-istabbiliment ta’ rekord robust ta’ każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja; jitlob b’mod partikolari li jsiru investigazzjonijiet u kundanni finali f’każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja li jistgħu jservu bħala eżempju li l-korruzzjoni qed tiġi indirizzata fil-livelli kollha u li mhux se jkun hemm impunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li l-livell perċepit ta’ fiduċja fil-ġudikatura għadu baxx ħafna u li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu evitati l-intimidazzjoni u l-influwenza indebita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq issaħħaħ l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella għal sforz aktar koordinat biex il-kriminalità organizzata tiġi miġġielda b’mod effettiv; jistieden lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq jallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-armi, id-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu qafas ta’ appoġġ komprensiv għas-superstiti nisa ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż billi jipprovdu assistenza finanzjarja garantita legalment, jiggarantixxu l-għajnuna legali mingħajr ħlas u l-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti, joħolqu fond tal-Istat biex ikopri l-appoġġ għat-tfal mhux imħallas, u jżidu l-investiment fl-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa permezz ta’ taħriġ immirat, intrapriżi soċjali u inizjattivi ta’ impjieg lokali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappoġġja l-isforzi kontinwi biex tiġi mmodernizzata l-ekonomija, jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet, tissaħħaħ l-ekonomija diġitali u jittejjeb l-ambjent tan-negozju, li huma konsistenti mar-reazzjoni għall-pressjonijiet kompetittivi tas-suq intern tal-UE; jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku sostenibbli jiddependi fuq l-istat tad-dritt, il-prevedibbiltà tal-ġudikatura u azzjoni effettiva kontra l-korruzzjoni; jitlob l-implimentazzjoni tal-Liġi Organika tal-Baġit tal-2023, l-introduzzjoni ta’ regoli fiskali u Kunsill Fiskali u t-tisħiħ tal-proċedura baġitarja fuq terminu medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, jiġu żgurati politiki dwar l-impjiegi ta’ kwalità għolja, titrawwem il-konverġenza soċjali lejn l-istandards tal-UE u jinkiseb progress fir-rigward tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma u l-programm ta’ ħidma pluriennali fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li tinsab fit-triq it-tajba biex twassal benefiċċji konkreti liċ-ċittadini iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tkompli timplimenta l-Aġenda ta’ Riforma tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li l-Aġenda ta’ Riforma tiġi aċċellerata b’mod konsiderevoli u li titwettaq, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġabra tal-elementi fundamentali; jisħaq li l-iżborż tal-fondi jrid jibqa’ strettament kundizzjonali fuq l-ilħuq tal-objettivi u l-istadji importanti ta’ riforma miftiehma; jilqa’ l-adozzjoni tal-qafas komprensiv taċ-ċibersigurtà u l-Liġi aġġornata dwar id-Dokumenti Elettroniċi, l-Identifikazzjoni Elettronika u s-Servizzi Fiduċjarji; jilqa’ l-mod oġġettiv u bbażat fuq il-fatti li bih il-Kummissjoni vvalutat l-implimentazzjoni tal-passi ta’ riforma sa issa; jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżborż reċenti ta’ EUR 65,7 miljun lill-Maċedonja ta’ Fuq fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir, wara valutazzjoni pożittiva tal-implimentazzjoni tar-riformi, jiġifieri fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Maċedonja ta’ Fuq jeżerċitaw sorveljanza msaħħa u parteċipazzjoni sinifikattiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju u tas-sħab soċjali fl-istadji kollha tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir tal-Balkani tal-Punent, inklużi t-tfassil ta’ miżuri ta’ riforma, l-implimentazzjoni ta’ proġetti u l-monitoraġġ tar-riżultati; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tittejjeb il-klima tan-negozju u l-funzjonament tal-ekonomija tas-suq; jitlob li ssir enfasi akbar fuq miżuri li jikkoreġu d-distorsjonijiet tas-suq u fuq miżuri protettivi soċjali; jitlob li tingħata aktar attenzjoni lit-tendenzi demografiċi negattivi u lill-indirizzar tal-ekonomija informali u l-impatti soċjali u fiskali negattivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet jissalvagwardjaw l-indipendenza u r-rwol leġittimu tat-trade unions rappreżentattivi, u jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tax-xogħol, inkluż in-negozjar kollettiv, fil-liġi u fil-prattika; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet jiżguraw djalogu kostruttiv u sinifikattiv mat-trade unions biex jindirizzaw kwistjonijiet urġenti bħall-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali, inkluż fir-rigward tax-xogħol fuq il-pjattaformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika tas-setturi kulturali u kreattivi u l-ħtieġa ta’ qafas tad-drittijiet tal-awtur stabbli u allinjat mal-UE; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tiżgura remunerazzjoni ġusta għall-awturi u l-artisti, tallinja l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur mal-acquis tal-UE u ssaħħaħ l-infurzar kontra l-piraterija; jissottolinja li l-protezzjoni dgħajfa tad-detenturi tad-drittijiet timmina s-sostenibbiltà tal-media u l-iżvilupp ta’ kontenut awdjoviżiv ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni kontinwa ta’ strateġiji ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ, għall-persuni qiegħda fit-tul, għall-individwi b’livell baxx ta’ ħiliet u għall-gruppi żvantaġġati, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, ir-Rom u l-Eġizzjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-politika dwar iż-żgħażagħ billi tiġi emendata l-Liġi dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ u l-Politiki taż-Żgħażagħ, jiġu stabbiliti monitoraġġ effettiv u kodiċi baġitarju ddedikat, u jittejbu l-istrutturi lokali taż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-integrazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq fl-ambitu ġeografiku taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni u l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jinfetħu negozjati bil-għan li r-reġim tal-UE “roaming daqslikieku f’pajjiżek” jiġi estiż għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja u jistieden lill-Kummissjoni u lis-sħab tal-Balkani tal-Punent jieħdu l-passi meħtieġa malajr għall-ftuħ reċiproku tas-swieq tar-roaming tal-UE u tas-sħab tal-Balkani tal-Punent; jenfasizza li l-estensjoni taż-żona tar-“roaming daqslikieku f’pajjiżek” għall-Balkani tal-Punent twassal benefiċċji tanġibbli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji, trawwem kuntatti bejn il-persuni, tagħti spinta lir-rabtiet ekonomiċi, tappoġġja l-iskambji edukattivi u tiffaċilita t-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tallinja ruħha mal-acquis tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent, bijodiversità, enerġija u trasport</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella għal aktar investimenti fl-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija u fl-avvanz biex il-leġiżlazzjoni dwar it-trasport, l-enerġija u l-ambjent titqarreb lejn l-istandards tal-UE; jitlob li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi allinjata mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri; jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ il-konnettività u jiġu żgurati flussi kummerċjali mingħajr xkiel, b’mod partikolari fit-traffiku fit-toroq; jappella għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ tal-UE, filwaqt li jitqies l-impatt tagħha fuq is-sewwieqa professjonali u l-ktajjen tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-konnessjonijiet transfruntiera bħall-kurituri VIII u X tan-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), peress li huma vitali biex tiżdied il-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi ġirien u l-kuntatti bejn il-persuni; jistrieħ fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji meħuda; jilqa’ l-ftehim bejn il-Bulgarija u l-Maċedonja ta’ Fuq dwar il-kostruzzjoni ta’ mina ferrovjarja transfruntiera, li jimmarka pass deċiżiv lejn it-tlestija tal-konnessjoni ferrovjarja tul il-kuritur VIII; jinnota l-importanza strateġika tal-kuritur VIII għall-awtonomija ġeostrateġika tal-UE u tan-NATO, peress li dan iservi bħala rotta loġistika ewlenija tul ix-xaqliba tan-nofsinhar tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija f’Mejju 2025, iżda jissottolinja li l-pajjiż għadu dipendenti ħafna fuq il-faħam; jitlob l-adozzjoni rapida tal-enerġija rinnovabbli u li tingħata enfasi akbar għall-effiċjenza enerġetika, speċjalment fil-bini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jiddispjaċih li ftit li xejn sar progress fil-leġiżlazzjoni ambjentali; jitlob, b’mod partikolari, azzjoni urġenti biex jiġu indirizzati l-kwalità tal-arja u tal-ilma u l-ġestjoni tal-ilma mormi, inkluż permezz ta’ żieda fil-finanzjament nazzjonali u allokat b’mod ċar għall-infrastruttura tal-provvista tal-ilma u tas-sanità f’żoni urbani u rurali, l-integrazzjoni tas-sistemi tal-ilma tal-irħula fl-utilitajiet pubbliċi fejn possibbli, b’responsabbiltajiet istituzzjonali assenjati b’mod ċar, u l-iżgurar ta’ kontrolli sanitarji u tal-laboratorju regolari, bi żvelar pubbliku tar-riżultati u sorveljanza msaħħa tal-ispezzjonijiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal sistemi mhux regolati, miżmuma ħażin, jew li jniġġsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, il-livelli persistentement għoljin ta’ tniġġis tal-arja, b’mod partikolari fiż-żoni urbani, li huma marbuta b’mod qawwi mal-kombustjoni tal-faħam u l-produzzjoni tas-siment; jesprimi tħassib serju, f’dan il-kuntest, dwar il-Liġi l-ġdida dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet Industrijali u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jemendawha permezz ta’ proċedura pubblika trasparenti u inklużiva li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b’mod partikolari l-esperti ambjentali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tittejjeb il-kwalità tal-arja fil-bliet, inkluż permezz ta’ miżuri bħall-introduzzjoni ta’ żoni b’emissjonijiet baxxi u l-akkwist ta’ vetturi tat-trasport pubbliku moderni u li jniġġsu anqas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, il-progress limitat fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali orizzontali u jħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tallinja bis-sħiħ u timplimenta b’mod effettiv id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/42/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluża l-leġiżlazzjoni sekondarja relatata ma’ proġetti żgħar tal-enerġija idroelettrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq u lill-awtoritajiet lokali jżidu l-miżuri dwar il-bijodiversità, jistabbilixxu protezzjoni legali effettiva għas-siti tan-Network Emerald iddeżinjati skont il-Konvenzjoni ta’ Berna u jaċċelleraw l-identifikazzjoni u d-deżinjazzjoni ta’ siti futuri ta’ Natura 2000; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq jagħti prijorità u jaċċellera l-adozzjoni ta’ liġi ġdida dwar il-protezzjoni tan-natura biex tissostitwixxi l-qafas legali skadut u jiżgura allinjament sħiħ mad-Direttivi tal-UE dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Għasafar<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-Kosovo u mal-Albanija fir-rigward tal-Park Nazzjonali transfruntier tal-Muntanji Sharr; itenni l-ħtieġa urġenti li tiġi adottata l-liġi dwar il-proklamazzjoni mill-ġdid tal-Park Nazzjonali ta’ Mavrovo u li jiġi ffinalizzat u implimentat b’mod effettiv il-pjan ta’ ġestjoni tiegħu; iħeġġeġ l-inklużjoni ta’ Jablanica fil-lista nazzjonali ta’ żoni protetti; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tiżviluppa u timplimenta pjan ta’ azzjoni u ġestjoni nazzjonali għall-konservazzjoni tal-linċi tal-Balkani, allinjat mal-istrateġija reġjonali u f’kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, inkluż bil-ħsieb li tinżamm il-konnettività ekoloġika bejn il-ħabitats ewlenin, inklużi Mavrovo u Jablanica u ż-żoni transfruntiera;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u politika estera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-kontributi siewja u sinifikanti tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-kooperazzjoni u l-istabbiltà reġjonali permezz tal-involviment tagħha f’inizjattivi ekonomiċi u diplomatiċi reġjonali bħall-Proċess ta’ Berlin, il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet tas-suq reġjonali komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jitlob impenn konsistenti favur id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien biex tissaħħaħ l-istabbiltà reġjonali u titrawwem il-fiduċja reċiproka; jitlob il-promozzjoni ulterjuri tal-kuntatti bejn il-persuni madwar ix-Xlokk tal-Ewropa; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali in <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING>, bħall-Ftehim ta’ Prespa u t-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat u Kooperazzjoni mal-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ interpretazzjonijiet differenti dwar il-karatteristiċi storiċi tas-soċjetà Maċedonjana; jissottolinja li r-rapport tiegħu ma għandux l-għan li jippreġudika jew jillimita d-diskors akkademiku dwar dawn il-kwistjonijiet u li tali interpretazzjonijiet lanqas ma jinfluwenzaw il-valutazzjoni min-naħa tiegħu rigward il-progress tal-Maċedonja ta’ Fuq lejn l-adeżjoni mal-UE, peress li tibqa’ ankrata fil-kriterji ta’ Copenhagen u l-prinċipji ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jerġgħu jibdew il-ħidma tal-Kummissjoni Konġunta ta’ Esperti Multidixxiplinari dwar Kwistjonijiet Storiċi u Edukattivi tal-Bulgarija u tal-Maċedonja ta’ Fuq u jwettqu l-ħidma tagħha in <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING>, u b’hekk iqarrbu lis-soċjetajiet lejn xulxin; jikkundanna kwalunkwe tentattiv biex jiġu sostitwiti monumenti u/jew artefatti storiċi, inkluża l-qerda tal-wirt kulturali awtentiku; jiddispjaċih għall-qerda u l-falsifikazzjoni tal-iskrizzjonijiet Bulgari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jesprimi tħassib serju li l-aktar sessjoni reċenti tal-Kummissjoni Intergovernattiva Konġunta, stabbilita skont l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat u Kooperazzjoni, saret fis-17 ta’ Lulju 2022 u li minn dak iż-żmien ’l hawn ma saret l-ebda sessjoni ġdida; iħeġġeġ lill-Gvernijiet tal-Bulgarija u tal-Maċedonja ta’ Fuq jorganizzaw malajr it-tielet sessjoni tal-Kummissjoni Intergovernattiva Konġunta sabiex javvanzaw l-implimentazzjoni tat-Trattat u l-Protokolli tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni Konġunta ta’ Esperti Multidixxiplinari dwar Kwistjonijiet Storiċi u Edukattivi tal-Bulgarija u tal-Maċedonja ta’ Fuq, stabbilita bħala riżultat tat-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat u Kooperazzjoni mal-Bulgarija, biex tikseb riżultati ċari u tanġibbli; jissottolinja li t-testi għandhom jirriflettu l-interpretazzjoni ta’ fatti u ċifri storiċi mill-istorja komuni taż-żewġ popli abbażi ta’ sorsi u dokumenti storiċi oġġettivi, awtentiċi u bbażati fuq l-evidenza, interpretazzjoni xjentifika u avvenimenti storiċi, kif stipulat fit-tieni protokoll għat-Trattat mal-Bulgarija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, ir-rabtiet dejjem aktar b’saħħithom bejn il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Gvern tas-Serbja, li jsegwi aġenda illiberali; iwissi, barra minn hekk, kontra ż-żieda fl-influwenza ekonomika u politika Ċiniża fir-reġjun, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti ta’ infrastruttura u self; jinnota, bl-istess tħassib, rapporti ta’ sforzi Russi biex jipproġettaw l-influwenza fil-Maċedonja ta’ Fuq; jistieden lill-UE tappoġġja lill-Maċedonja ta’ Fuq fit-tisħiħ tar-reżiljenza kontra l-influwenza esterna mwettqa permezz ta’ networks reliġjużi; jesprimi tħassib dwar narrattivi promossi fir-reġjun li jqajmu dubji dwar is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi, inkluża l-hekk imsejħa Dinja Serba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jinfetħu l-arkivji tas-servizzi sigrieti Jugoslavi (UDBA u KOS), miżmuma kemm fil-Maċedonja ta’ Fuq kif ukoll fis-Serbja; jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-arkivji jinfetħu fir-reġjun kollu biex jiġi indirizzat il-passat totalitarju b’mod trasparenti, bil-għan li jissaħħu d-demokrazija, l-obbligu ta’ rendikont u l-istituzzjonijiet fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifaħħar l-allinjament qawwi u li ilu jeżisti tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, inkluż dwar miżuri restrittivi; jiddispjaċih, madankollu, dwar iż-żieda fl-astensjonijiet fuq voti importanti f’korpi internazzjonali minflok ma tiġi segwita l-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq, biex f’każijiet ta’ dubju, jallinja ruħu mal-pożizzjoni tal-maġġoranza fi ħdan l-UE; jenfasizza s-sinifikat ġeostrateġiku tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-rwol importanti tagħha bħala membru tan-NATO; jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiż fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni u l-kontribut tiegħu għar-rwol ewlieni tal-UE fiż-żamma tal-paċi, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fil-ġestjoni tal-kriżijiet internazzjonali; jilqa’ r-rieda tal-Maċedonja ta’ Fuq li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UE fil-qafas tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>