<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0219</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Bożnija-Ħerzegovina</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0165/2026 - Rapporteur: Ondřej Kolář)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2025/2251(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2015/997/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi fil-Bożnija-Ħerzegovina, inizjalat f’Dayton fil-21 ta’ Novembru 1995 u ffirmat f’Pariġi fl-14 ta’ Diċembru 1995 (il-“Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni għall-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE, ippreżentata fil-15 ta’ Frar 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2019 bit-titolu “Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija mal-Unjoni Ewropea” (COM(2019)0261),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jagħtu l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE lill-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2024 u d-deċiżjoni li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li sar f’Salonka fil-21 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Zagreb adottata fis-summit ta’ Zagreb bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li sar fis-6 ta’ Mejju 2020, li affermat mill-ġdid il-prijoritajiet komuni, inklużi l-perspettiva Ewropea tar-reġjun, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u l-ħtieġa ta’ proċessi politiċi inklużivi u rikonċiljazzjoni reċiproka,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Diċembru 2025 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “Bosnia and Herzegovina 2025 Report” (Rapport tal-2025 dwar il-Montenegro) (SWD(2025)0751),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħarsa ġenerali u l-valutazzjoni għal kull pajjiż tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2025 tal-programm ta’ riforma ekonomika tal-Bożnija-Ħerzegovina, u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju mas-Sħab Reġjonali tat-13 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħames Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina tad-19 ta’ Lulju 2023 u t-tmien laqgħa tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina tal-11 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti tas-seba’ u t-tmien laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina, li saru fis-17 u t-18 ta’ Settembru 2025 u fit-12 ta’ Marzu 2026, rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fil-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-67 u t-68 Rapport tar-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta’ Mejju 2025 u tal-31 ta’ Ottubru 2025, rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2795 (2025) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Ottubru 2025, li tipproroga l-mandat tal-Forza tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina (EUFOR) sal-31 ta’ Ottubru 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 78/282 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-23 ta’ Mejju 2024 li pproklamat il-11 ta’ Lulju l-Jum Internazzjonali ta’ Riflessjoni u Kommemorazzjoni tal-Ġenoċidju ta’ Srebrenica tal-1995,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-UNESCO dwar id-dritt għall-edukazzjoni bil-lingwa materna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar “Ir-rwol tad-diplomazija preventiva fl-indirizzar tal-kunflitti ffriżati madwar id-dinja – opportunità mitlufa jew bidla għall-futur?”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0165/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija pajjiz kandidat li jaspira lejn l-integrazzjoni Ewro-Atlantika bħala perkors għall-paċi sostenibbli, id-demokrazija u l-prosperità fit-tul; billi skont stħarriġ reċenti tal-opinjoni pubblika, 70 % taċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina huma favur is-sħubija fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dgħajfet is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa u kompliet tenfasizza l-pożizzjoni strateġika tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; billi l-Bożnija-Ħerzegovina għandha relazzjonijiet mill-qrib man-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi kull pajjiż kandidat huwa ġġudikat abbażi tal-merti tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett stabbilit tal-kriterji ta’ Copenhagen;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-proċess ta’ tkabbir huwa proġett ta’ paċi li jirrikjedi Bożnija-Ħerzegovina funzjonali, demokratika u multietnika li fiha ċ-ċittadini kollha jgawdu drittijiet u opportunitajiet indaqs; billi l-imblokki kontinwi u r-retorika seċessjonista jimminaw dan l-għan u l-perspettiva Ewropea tal-pajjiż kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-effetti pożittivi tat-tkabbir jistgħu jkunu ta’ benefiċċju speċjali biex jgħinu lill-Bożnija-Ħerzegovina tegħleb l-isfidi interni tagħha li ilhom jeżistu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħba politika u ekonomika ewlenija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; billi l-UE għadha l-akbar sieħeb kummerċjali u ta’ investiment tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Bożnija-Ħerzegovina tibqa’ taħt sorveljanza internazzjonali kif stabbilit skont il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton li temm l-ostilitajiet attivi u stabbilixxa sisien għall-paċi fil-pajjiż, u li għadu jikkostitwixxi s-sisien tal-istruttura istituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u huwa maħsub bħala garanzija għall-ugwaljanza tat-tliet popli kostituttivi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi biex tiġi salvagwardjata u msaħħa l-paċi miksuba permezz tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u biex il-Bożnija-Ħerzegovina tkun tista’ ssir membru sħiħ u funzjonali tal-UE, hemm bżonn li nimxu għall-istadju li jmiss tal-arranġament kostituzzjonali ta’ wara Dayton, li se jsaħħaħ l-unità f’dan il-pajjiż multietniku u jagħti drittijiet u responsabbiltà sħaħ għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet liċ-ċittadini tiegħu biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Boxxla Strateġika ddikjarat li, bħala kwistjoni ta’ sigurtà u stabbiltà, huwa ta’ interess partikolari li jiġu appoġġjati s-sovranità, l-għaqda u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija Stat multietniku li fuq it-territorju tiegħu għexu flimkien diversi reliġjonijiet u popli b’fehmiet differenti għal sekli sħaħ f’kuntest ta’ tolleranza u rispett reċiproku; billi d-diversità lingwistika u kulturali hija wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi Milorad Dodik żar l-Istati Uniti fil-bidu ta’ Frar 2026 u ltaqa’ ma’ uffiċjali għolja tal-Istati Uniti; billi diversi membri tal-amministrazzjoni tal-entità Republika Srpska tneħħew mil-lista tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti; billi l-entità Republika Srpska involviet ditti ta’ lobbjar barranin u tali arranġamenti kuntrattwali ġew irrapportati li għandhom l-għan li jiżguraw appoġġ internazzjonali għal objettivi seċessjonisti li jikkonċernaw l-istatus tal-entità Republika Srpska fil-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jerġa’ jafferma bil-qawwa l-appoġġ tiegħu għall-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE abbażi tal-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali; ifakkar li l-progress huwa bbażat fuq il-mertu, u jirrikjedi l-implimentazzjoni ta’ riformi sostnuti u kredibbli biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ Copenhagen, jiġu protetti l-istituzzjonijiet demokratiċi, tiġi ggarantita d-demokrazija, jiġi rrispettat l-istat tad-dritt, jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-popli kostitwenti, irrispettivament mill-affiljazzjonijiet etniċi, reliġjużi jew oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jafferma mill-ġdid is-sinifikat tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-Balkani tal-Punent; jistieden lill-Kummissjoni timmobilizza l-istrumenti diplomatiċi, politiċi u kulturali meħtieġa biex issaħħaħ is-sħubijiet strateġiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE u tappoġġja l-integrazzjoni reġjonali b’rispett sħiħ għas-sovranità u l-kooperazzjoni internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-UE jeħtiġilha tibqa’ kemm eżiġenti kif ukoll ġusta fil-valutazzjoni tal-progress tal-pajjiż skont il-kriterji tal-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappoġġja l-integrazzjoni gradwali tal-Bożnija-Ħerzegovina f’politiki u programmi magħżula tal-UE qabel is-sħubija sħiħa, abbażi tal-progress fir-riformi; jemmen li tali integrazzjoni gradwali tagħti benefiċċji tanġibbli liċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina, issaħħaħ il-fiduċja tagħhom fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u toħloq momentum irriversibbli lejn sħubija sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina jġeddu u jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-objettiv strateġiku tal-adeżjoni mal-UE u jwettqu r-riformi u l-passi meħtieġa li ilhom mistennija stabbiliti mill-Kummissjoni b’mod kredibbli, sostantiv u f’waqtu, mingħajr aktar dewmien jew tfixkil politiku, filwaqt li jiżguraw li l-isforzi tal-adeżjoni jikkontribwixxu għall-koeżjoni politika u ma jaggravawx id-diviżjonijiet interni, bil-ħsieb li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni ladarba l-prekundizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew issodisfati b’mod kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob li jintemm l-ostruzzjoniżmu, l-użi politikament motivati tal-vetoes tal-entitajiet, ir-retorika kontroproduttiva u t-tattiċi diviżivi li jfixklu l-progress u jiddevjaw l-attenzjoni mir-riformi relatati mal-UE; iħeġġeġ lill-mexxejja kollha jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv biex jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini u jegħlbu l-impass; jisħaq li l-progress fit-triq tal-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mir-rieda politika u mis-sjieda tal-awtoritajiet fil-livelli kollha ta’ governanza; ifakkar li l-atturi politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina preċedentement urew il-kapaċità tagħhom li jilħqu kunsens u jwettqu riformi ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-proċess ta’ adeżjoni; iħeġġiġha tagħti prijorità lir-riformi relatati mal-UE u tinvolvi ruħha fi djalogu kostruttiv biex tiżgura proċess leġiżlattiv effettiv u mingħajr xkiel; jinsab ixxukkjat u mħasseb ħafna dwar l-ostruzzjoni politikament motivata u l-imblukkar ripetut li xekklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tal-leġiżlatura fil-livell tal-istat u dewmu l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa mill-UE; jitlob l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Kunsill Ġudizzjarju u ta’ Prosekuzzjoni Għoli tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-Liġi dwar il-Qrati, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sinifikanti u inklużiv, u f’konformità mal-istandards Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li, fil-pajjiżi kandidati b’arranġamenti kostituzzjonali kumplessi, bħall-Bożnija-Ħerzegovina, ir-riformi ewlenin li jaffettwaw il-funzjonament, l-indipendenza u l-kompetenzi tal-istituzzjonijiet fil-livell tal-istat ma jridux jiġu mgħaġġla jew strumentalizzati politikament; jissottolinja li proċeduri aċċelerati jew il-pressjonijiet biex jiġu rispettati l-iskadenzi politiċi ma jridux jipperikolaw il-kwalità ġuridika, l-integrità istituzzjonali jew id-diviżjoni kostituzzjonali tas-setgħat; jenfasizza li r-riformi li jnaqqsu l-effettività tal-istituzzjonijiet ċentrali ma jistgħux jitqiesu bħala progress fit-triq lejn is-sħubija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina jaħtar minnufih negozjatur ewlieni għan-negozjati ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE, f’konformità mas-sentenzi reċenti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u b’rispett sħiħ tal-kompetenzi kostituzzjonali u l-ordni ġuridiku tal-Bożnija-Ħerzegovina; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jikkoordinaw fil-livelli kollha għal allinjament armonizzat mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tirrevedi, qabel l-istabbiliment tal-qafas domestiku għan-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE, id-deċiżjoni dwar is-sistema ta’ koordinazzjoni tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea sabiex tiżgura sistema aktar funzjonali, effiċjenti, trasparenti u responsabbli, inkluż permezz tal-allinjament tad-drittijiet tal-vot mal-kompetenzi kostituzzjonali, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ responsabbiltà u kriterji ċari għall-ħatriet, u l-adozzjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Acquis, jew programm ta’ integrazzjoni ekwivalenti, bħala pjan direzzjonali għall-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżguraw li l-istabbiliment tal-qafas domestiku għan-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE jkun trasparenti u inklużiv, b’mekkaniżmi sinifikanti għad-djalogu mas-soċjetà ċivili u mas-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-prevalenza kontinwa ta’ diviżjonijiet politiċi, diskors ta’ mibegħda, inkluż l-inċitament għall-intolleranza etnika, reliġjuża u razzjali, iċ-ċaħda tal-ġenoċidju u delitti oħra tal-gwerra, il-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra, l-isforzi seċessjonisti mit-tmexxija tal-entità tar-Republika Srpska u l-manipulazzjoni tal-istat, li, għexieren ta’ snin wara l-gwerra, inaqqsu l-fiduċja pubblika, jaċċelleraw l-eżodu ta’ mħuħ, u jipparalizzaw il-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjonijiet tal-assemblea tal-entità tar-Repubblika Srpska li tirrevoka l-liġijiet li l-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina sabet li mhumiex kostituzzjonali; jikkundanna r-retorika xewwiexa u derogatorja kontinwa u l-politiki seċessjonisti segwiti mit-tmexxija formali u de facto tal-entità tar-Repubblika Srpska, l-imġiba ostili minn uffiċjali pubbliċi lejn uffiċjali pubbliċi ta’ livell għoli, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni politika, u vuċijiet indipendenti oħra fis-soċjetà, kif ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-hekk imsejjaħ Jum Republika Srpska, li jdgħajfu l-Bożnija-Ħerzegovina u jimminaw it-triq tal-adeżjoni tagħha u huma ksur dirett tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddenunzja l-involviment kontinwu tal-awtoritajiet tal-entità tar-Republika Srpsk mal-entitajiet uffiċjali u sanzjonati Russi, filwaqt li jenfasizza r-riskji għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Bożnija-Ħerzegovina; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha tal-entitajiet tar-Repubblika Srpska jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv fi ħdan l-istituzzjonijiet statali u jipprijoritizzaw ir-riformi meħtieġa għall-perkors Ewropew tal-Bożnija-Ħerzegovina; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe sforz ta’ lobbjar mill-gvern tal-entità tar-Repubblika Srpska bl-għan li jiżgura appoġġ internazzjonali għas-seċessjoni tagħha, jew li jikkontesta l-mandat tar-Rappreżentant Għoli, peress li tali azzjonijiet jiksru direttament il-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u jikkontradixxu s-sovranità, l-integrità territorjali u l-perkors Ewropew tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw l-għodod kollha disponibbli, inklużi miżuri restrittivi mmirati skont il-qafas ta’ sanzjonijiet eżistenti tal-UE għall-Bożnija-Ħerzegovina u t-tiġdid suċċessiv tiegħu, kontra individwi responsabbli għal tfixkil serju u persistenti tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-proċess ta’ riforma, l-integrità territorjali u l-proċess ta’ integrazzjoni mal-UE; jisħaq li tali miżuri jridu jkunu proporzjonati, riversibbli u mfassla biex ma jaffettwawx il-popolazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-involviment tagħha fuq il-post bl-għan li tippromwovi d-djalogu, tibni l-fiduċja u tavvanza l-integrazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprezza l-allinjament formali sħiħ kontinwu tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inklużi dwar is-sanzjonijiet b’segwitu għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jħeġġeġ is-sanzjonijiet jiġu implimentati u infurzati b’mod effettiv mill-atturi politiċi kollha; jilqa’ l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina tkompli tipparteċipa fil-ġestjoni tal-kriżijiet u l-operazzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni unanima tal-Programm ta’ Riforma tal-2025 tal-Bożnija-Ħerzegovina mill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina u jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Bożnija-Ħerzegovina fi ħdan il-qafas tas-Sħubija għall-Paċi tan-NATO; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż ikomplu jimplimentaw il-prijoritajiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din il-kooperazzjoni sabiex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali, il-kooperazzjoni fis-sigurtà u l-integrazzjoni Ewro-Atlantika u jsaħħu l-preparatezza tad-difiża tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Operazzjoni Althea tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli u tal-Forza tal-Unjoni Ewropea (EUFOR), u, filwaqt li jiddispjaċih għad-dipendenza kontinwa tal-Bożnija-Ħerzegovina fuq dawn l-istituzzjonijiet, jirrikonoxxi r-rwol vitali tagħhom fis-salvagwardja tal-paċi u l-istabbiltà fil-Bożnija-Ħerzegovina u fir-reġjun u jappoġġja l-mandati tagħhom sakemm jiġu stabbiliti strutturi ta’ obbligu ta’ rendikont fil-livell nazzjonali; jiddispjaċih dwar il-ħtieġa kontinwa li jiġġedded il-mandat tal-EUFOR Althea aktar minn 30 sena wara l-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u jħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tissodisfa l-impenn li ilu mistenni tal-aġenda 5+2 biex twitti t-triq għal tmiem is-sorveljanza internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri eliġibbli kollha jsaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-missjonijiet taż-żamma tal-paċi tal-UE, bħall-operazzjoni Althea tal-EUFOR bil-Bożnija-Ħerzegovina; jissottolinja l-importanza li jinżammu livelli ta’ forza u għarfien tas-sitwazzjoni adegwati, inkluż il-monitoraġġ tal-ambjent politiku u ta’ sigurtà li qed jevolvi; jenfasizza li l-missjoni tibqa’ fattur ewlieni ta’ stabbilizzazzjoni fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih dwar ir-riżenja tar-Rappreżentant Għoli Christian Schmidt u jisħaq li kwalunkwe tranżizzjoni futura rigward l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli għandha tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ tal-ordni kostituzzjonali, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina, filwaqt li jiġu appoġġjati sjieda lokali u responsabbiltà istituzzjonali akbar għall-avvanz fit-triq Ewropea tal-pajjiż; jissottolinja li, fid-dawl tal-kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali tal-UE, kwalunkwe Rappreżentant Għoli futur għandu jinħatar minn Stat Membru tal-UE u għandu jopera abbażi ta’ pjan direzzjonali ċar lejn l-għeluq gradwali tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli u t-trasferiment tar-responsabbiltajiet lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE; jissottolinja li kwalunkwe riżenja bħal din ma tridx tkun marbuta mar-revoka tal-leġiżlazzjoni adottata b’reazzjoni għal azzjonijiet seċessjonisti jew miżuri antikostituzzjonali promossi minn Milorad Dodik, jew ikkundizzjonata fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jibqa’ mħasseb dwar id-diżinformazzjoni malizzjuża u l-isforzi ta’ ndħil barrani minn atturi ta’ pajjiżi terzi fil-Bożnija-Ħerzegovina, li għandhom l-għan li jiżirgħu nuqqas ta’ qbil, vjolenza, tensjonijiet interetniċi u jiddestabbilizzaw il-Bożnija-Ħerzegovina u t-triq tal-adeżjoni tagħha; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-operazzjonijiet kontinwi ta’ diżinformazzjoni li joriġinaw mir-Russja u s-Serbja, u mmirati lejn il-Balkani tal-Punent b’mod ġenerali, li qed jiġu mbuttati wkoll minn atturi domestiċi, kif ukoll sa ċertu punt mit-Turkija, l-Iran u pajjiżi oħra tal-Golf; jesprimi wkoll tħassib dwar l-influwenza ekonomika u politika dejjem tikber taċ-Ċina fir-reġjun, b’mod partikolari permezz ta’ infrastruttura strateġika u self; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tieħu passi deċiżivi biex tiġġieled dan it-theddid u ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà, inkluż billi taħdem lejn l-allinjament mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5</STRING> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tiżviluppa strateġiji, kapaċitajiet u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni biex tirrispondi għal riskji relatati mal-elezzjonijiet u riskji oħra fl-ispazju tal-informazzjoni diġitali, f’konformità mal-objettivi tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tkompli tiżviluppa u timplimenta inizjattivi komprensivi u inklużivi ta’ litteriżmu medjatiku fis-sistema edukattiva kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ komunikazzjoni strateġika dwar il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina jintensifikaw l-isforzi f’dan ir-rigward u jsaħħu l-miżuri ta’ assistenza ffinanzjati mill-UE b’appoġġ għar-reżiljenza demokratika u l-integrità tal-informazzjoni; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tad-diskors pubbliku wiċċ imb wiċċ dwar l-integrazzjoni tal-UE, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-iffaċilitar ta’ dibattitu pubbliku infurmat, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jinvolvuhom fl-isforzi ta’ komunikazzjoni strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li s-sigurtà u l-istabbiltà madwar il-Balkani tal-Punent għadhom mhumiex ċertezza u li hemm riskju ta’ riperkussjonijiet potenzjali mid-deterjorament attwali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi miġġielda b’mod proattiv il-propaganda tal-atturi bi skopijiet malinni fir-reġjun, li għandha l-għan li ddgħajjef l-interessi u l-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa b’sodisfazzjon l-impenn tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina, f’osservanza ta’ waħda mill-14-il prijorità fundamentali stabbiliti mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina jaderixxu bis-sħiħ mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1900 tal-5 ta’ Ottubru 2015<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6</STRING> Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1900 tal-5 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu (ĠU L 277, 22.10.2015, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1900/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mal-kompożizzjoni u r-rappreżentanza tal-membri tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħha fil-prattika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-demokrazija u l-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-atturi politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina għadhom ma ppromulgawx ir-riformi kostituzzjonali u elettorali meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet politiċi tagħhom fuq bażi ugwali; itenni t-talba tiegħu lill-Bożnija-Ħerzegovina biex tallinja ruħha mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u timplimenta d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem biex telimina l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni kollha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet politiċi u lir-rappreżentanti istituzzjonali kollha jaħdmu fuq l-introduzzjoni tal-bidliet meħtieġa permezz ta’ djalogu ġenwin, u proċess inklużiv u konsultazzjonijiet komprensivi maċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili, l-esperti indipendenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-pajjiż biex jippermettu trasformazzjoni sostenibbli tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton f’kostituzzjoni, f’konformità sħiħa mal-istandards u l-prinċipji Ewropej bil-ħsieb li tiġi żgurata sistema ta’ governanza funzjonali, responsabbli u rappreżentattiva b’leġittimità popolari; itenni li kwalunkwe riforma elettorali ma tridx tiggrava jew tikkonsolida l-firdiet etniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jimplimentaw, mingħajr aktar dewmien, rakkomandazzjonijiet internazzjonali biex isaħħu l-integrità, il-kredibbiltà u t-trasparenza tal-proċess elettorali, inkluż matul il-fażi ta’ qabel l-elezzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti u tal-kampanji, ir-reklamar u l-kampanji politiċi, is-salvagwardji kontra l-manipulazzjoni u d-diżinformazzjoni fl-informazzjoni mxerrda lill-pubbliku, ir-reġistrazzjoni tal-partiti, il-miżuri biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u d-dispożizzjonijiet relatati mat-teknoloġiji elettorali moderni, bħall-identifikazzjoni bijometrika tal-votanti u l-iskrinjar tal-vot; jitlob finanzjament sostenibbli tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżguraw il-ħatra politikament indipendenti u l-iskrutinju effettiv tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-bord tal-votazzjoni u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar it-tmexxija tal-bord tal-votazzjoni mhux partiġġjan, jivverifikaw regolarment ir-reġistri tal-votanti u l-anomaliji fil-parteċipazzjoni, u jiżguraw investigazzjoni f’waqtha u sanzjonar effettiv tal-frodi elettorali, inklużi s-serq tal-identità, il-firem iffalsifikati u x-xejriet ta’ parteċipazzjoni mhux plawżibbli, kif ukoll kopertura bbilanċjata tal-media u sorveljanza effettiva tax-xandara tas-servizz pubbliku matul il-kampanji elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li, filwaqt li d-deċentralizzazzjoni hija kompatibbli mas-sħubija fl-UE, jeħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina tallinja l-qafas kostituzzjonali tagħha mal-istandards tal-UE, mas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u tiżgura li l-istituzzjonijiet tagħha jiffunzjonaw b’mod effettiv sabiex jassumu bis-sħiħ l-obbligi ta’ sħubija fl-UE u l-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, inkluż permezz ta’ ċertezza legali akbar fid-distribuzzjoni tal-kompetenzi, kapaċità effettiva fil-livell tal-Istat li jikkoordina, jadotta, jimplimenta u jinforza l-acquis tal-UE, u arranġamenti istituzzjonali li kapaċi jipprevjenu mblukkar persistenti u l-abbuż tal-mekkaniżmi tal-veto;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha, b’mod partikolari fl-entità tar-Repubblika Srpska, jirrispettaw u jimplimentaw is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jirrispettaw l-ordni kostituzzjonali u jipproċedu mingħajr dewmien bil-ħatra tal-imħallfin neqsin mill-entità tar-Repubblika Srpska għall-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol ċentrali tal-istat tad-dritt għat-trasformazzjoni demokratika; jappella għal riforma ġudizzjarja urġenti biex jissaħħu l-indipendenza, il-professjonaliżmu, l-obbligu ta’ rendikont u l-effiċjenza tal-ġudikatura, inkluż permezz ta’ qafas legali li jsaħħaħ l-integrità, l-indipendenza, l-istabbiltà finanzjarja u l-funzjonament, u t-trasparenza tal-Kunsill Ġudizzjarju u ta’ Prosekuzzjoni Għoli, jistabbilixxi salvagwardji dwar il-ħatriet, il-kunflitt ta’ interess, id-dikjarazzjonijiet tal-assi u tal-interessi u l-limiti tat-termini; jenfasizza li l-ħatriet ġudizzjarji kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu, il-kompetenza u l-kwalifiki professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-progress limitat li sar fl-indirizzar tal-korruzzjoni mifruxa u s-sinjali dejjem jiżdiedu ta’ manipulazzjoni tal-Istat, li hija problema strutturali b’għeruq fondi fis-sistema ta’ governanza kumplessa ħafna tal-pajjiż ibbażata fuq l-etniċità; iħeġġeġ lill-awtoritajiet politiċi jieħdu miżuri immedjati u konkreti fil-livelli tal-istat u tal-entità, u jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-korpi kontra l-korruzzjoni, il-pulizija u s-servizz tal-prosekuzzjoni, sabiex tiġi indirizzata l-korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-istat b’mod aktar effettiv b’tali mod li terġa’ tinkiseb il-fiduċja pubblika u jitħeġġeġ ir-ritorn tal-imħuħ; jitlob segwitu ġudizzjarju indipendenti u trasparenti, fejn il-ġudikatura tkun protetta minn interferenza politika, intimidazzjoni jew infurzar selettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lil-livelli kollha tal-gvern fil-Bożnija-Ħerzegovina jallinjaw l-oqfsa legali u istituzzjonali tagħhom għall-protezzjoni tal-informaturi mal-acquis rilevanti tal-UE u jinfurzawhom bis-sħiħ fil-prattika; jistieden ukoll lill-awtoritajiet fil-livelli kollha jiżguraw it-trattament professjonali, ibbażat fuq id-drittijiet u mhux intimidanti tal-persuni li jirrapportaw, inkluż permezz ta’ taħriġ sistematiku u sensibilizzazzjoni għall-uffiċjali pubbliċi li jirċievu u jipproċessaw ir-rapporti, sabiex jiġu evitati prattiki li jimminaw il-fiduċja fil-mekkaniżmi ta’ rapportar, inkluż l-interrogazzjoni tal-motivi tal-informaturi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-livelli kollha jtejbu u jinfurzaw bis-sħiħ ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza l-lakuni sistemiċi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata billi ttejjeb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-korpi tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-istat u tal-entità, il-kapaċità investigattiva, l-investigazzjonijiet u s-sekwestru u l-konfiska tal-assi tagħhom, u tindirizza l-manipulazzjoni politika; jilqa’ l-operazzjonijiet ta’ infurzar appoġġjati mill-Europol; jinsab imħasseb dwar il-vulnerabbiltajiet għall-infiltrazzjoni kriminali fis-sistemi politiċi u ġuridiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza l-lakuni fl-oqfsa ta’ finanzjament tagħha kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu (AML/CFT) sabiex tevita l-elenkar griż, inkluż billi tadotta l-liġijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-liġi AML/CFT, u billi tistabbilixxi malajr reġistri ta’ sjieda benefiċjarja għall-persuni ġuridiċi, b’mod partikolari billi tiżgura azzjoni immedjata mill-entitajiet u d-Distrett ta’ Brčko, f’konformità sħiħa mal-acquis tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet tal-MONEYVAL;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja ruħha mal-politika tal-UE dwar il-viżi u sadanittant tapplika miżuri ta’ sigurtà addizzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Bożnija-Ħerzegovina ttejjeb is-sigurtà tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni tagħha, f’konformità sħiħa mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u mad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella għal amministrazzjoni pubblika b’saħħitha u effiċjenti u servizz ċivili professjonali u depolitiċizzat b’ħatriet ibbażati biss fuq il-mertu, għal kapaċitajiet imsaħħa għall-koordinaturi tar-riforma fil-livell tal-entitajiet u fil-livell lokali, peress li dan huwa fejn iċ-ċittadini għandhom l-ewwel punt ta’ kuntatt tagħhom, u koordinazzjoni tal-politika fil-pajjiż kollu, u għad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika biex jitnaqqsu l-politiċizzazzjoni u l-ineffiċjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar sforzi fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u tal-amministrazzjoni pubblika u fl-indirizzar tar-restrizzjonijiet kontinwi tal-kapaċità amministrattiva permezz ta’ investiment sostnut tal-UE f’oqfsa ta’ żvilupp tal-kapaċità u ta’ kondiviżjoni tal-għarfien ta’ kwalità għolja mibnija fuq mudelli eżistenti ta’ prattika tajba mill-UE u mis-sħab internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-livelli kollha, b’mod partikolari l-eżekuttiv, jiżguraw it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni fl-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni f’waqtha ta’ abbozzi ta’ atti u dokumenti relatati, kif ukoll tabelli ta’ konkordanza dwar l-allinjament mal-acquis tal-UE, u permezz ta’ konsultazzjoni pubblika sinifikanti f’konformità mal-istandards Ewropej ta’ gvern miftuħ u obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jissottolinja r-rwol essenzjali li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ tkabbir u fit-trawwim tad-demokrazija u l-pluraliżmu, u l-promozzjoni tal-governanza tajba u l-progress soċjali; jissottolinja li l-parteċipazzjoni sinifikanti, strutturata u kontinwa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’rekord ippruvat u għarfien espert settorjali għandha tiġi żgurata matul l-istadji kollha tal-proċess ta’ adeżjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-livelli kollha jsaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-integrità tal-finanzjament pubbliku għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ sejħiet pubbliċi obbligatorji, kriterji tal-għoti ċari u li jistgħu jitkejlu, pubblikazzjoni proattiva tad-data dwar il-benefiċjarji u l-fondi allokati, l-istabbiliment ta’ reġistri pubbliċi tal-għotjiet, u salvagwardji kontra l-kunflitti ta’ interess, l-influwenza politika u l-użu ħażin tal-fondi għal skopijiet partiġġjani jew relatati mal-kampanja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-Kummissjoni jiżguraw finanzjament akbar, trasparenti u sostenibbli għas-soċjetà ċivili, inklużi inizjattivi mmirati biex jegħlbu d-diviżjonijiet tas-soċjetà, irawmu r-rikonċiljazzjoni u jsaħħu d-djalogu interetniku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li media ħielsa u pluralistika tirfed id-demokrazija; jinsab allarmat bin-nuqqas persistenti fil-finanzjament għax-xandar pubbliku tal-Bożnija-Ħerzegovina, jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jinfurzaw is-sentenzi finali tal-qorti maħruġa f’Banja Luka dwar id-dejn dovut lill-BHRT mix-xandar pubbliku RTRS u jtenni t-talba tiegħu lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina biex tadotta qafas legali sostenibbli fit-tul għall-finanzjament tat-tliet xandara pubbliċi fil-pajjiż, filwaqt li dejjem tiżgura t-trasparenza tas-sjieda tal-media; ifakkar li x-xandar pubbliku kellu rwol ewlieni fil-Bożnija-Ħerzegovina bħala għodda biex jgħaqqad il-pajjiż wara l-gwerra; jitlob il-forniment u x-xandir ta’ programmi fil-lingwi uffiċjali tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jiddispjaċih dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tal-libertà tal-media fil-pajjiż; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tissalvagwardja l-media pubblika mill-influwenza politika, tallinja l-liġijiet fil-livell tal-entità mal-liġijiet tal-istat, u tintroduċi regoli dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media u r-reklamar pubbliku; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tħaffef l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, f’konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7</STRING> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media), (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jikkundanna t-tixrid kontinwu tad-diżinformazzjoni Russa fl-entità tar-Repubblika Srpska;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki, it-theddid, l-intimidazzjoni, il-pressjoni politika, l-introduzzjoni mill-ġdid u l-użu ta’ dispożizzjonijiet dwar il-malafama kriminali u kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) kontra ġurnalisti, ħaddiema tal-media u difensuri u attivisti oħra tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri minn personalitajiet politiċi ta’ livell għoli u personalitajiet b’saħħithom oħra; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tapplika politika ta’ tolleranza żero u tiżgura li s-serjetà ta’ każijiet bħal dawn ma tiġix sottovalutata; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw qafas legali għall-protezzjoni effettiva kontra s-SLAPPs; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiggarantixxi l-libertà u s-sikurezza tal-ġurnalisti u tindirizza l-isforzi li jfittxu li jirrestrinġu l-eżerċizzju liberu tal-attivitajiet tagħhom; jikkundanna wkoll l-attakki kontra l-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Kummissarji tal-UE, l-uffiċjali tal-UE, u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tarmonizza l-qafas legali u ta’ politika dwar il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ta’ mibegħda fil-livelli kollha tal-gvern, f’konformità sħiħa mal-istandards Ewropej u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tad-diskors ta’ mibegħda, inkluż billi jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti fil-qafas legali tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina; jitlob li jiġi miġġieled id-diskors ta’ mibegħda fil-media pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tipproteġi bis-sħiħ il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet tal-entitajiet tar-Repubblika Srpska jirrispettaw is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tħassar il-liġi stil Russu dwar l-“aġenti barranin” u joqogħdu lura milli jintroduċu mill-ġdid miżuri simili jew jinvolvu ruħhom f’attakki fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ infurzar ġudizzjarju aktar b’saħħtu u d-dekriminalizzazzjoni tal-malafama fil-Bożnija-Ħerzegovina kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jsaħħu l-protezzjoni legali u istituzzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw ambjent sikur u abilitanti għall-ħidma tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jiddenunzja l-attakki, id-diskriminazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda kontra l-minoranzi u jappella għal azzjoni legali fil-pront u effettiva; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tikkonforma bis-sħiħ mal-Kostituzzjoni tagħha, tirrispetta l-prinċipji tal-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-karattru multietniku tal-Istat, u tadotta strateġija nazzjonali biex tiżgura rappreżentanza ġusta u proporzjonata taċ-ċittadini kollha, inklużi l-minoranzi, fl-amministrazzjoni pubblika u fl-istituzzjonijiet bi sjieda pubblika kif ukoll il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ħajja pubblika u politika, f’konformità mal-istandards demokratiċi u l-impenji ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina treġġa’ lura l-emendi li saru fil-kodiċi kriminali tagħha f’Marzu u f’Ġunju 2025 rigward l-eliminazzjoni tal-identità tal-ġeneru bħala karatteristika protetta tal-individwi transġeneru u l-esklużjoni ta’ koppji tal-istess sess mill-protezzjonijiet tal-vjolenza domestika, rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu l-passi meħtieġa biex jiksbu status ta’ osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, bl-għan li jsaħħu l-allinjament mal-acquis tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali, itejbu t-tfassil tal-politika u l-ġbir tad-data bbażati fuq l-evidenza, u jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tal-indipendenza, l-effettività u l-viżibbiltà tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Bożnija-Ħerzegovina, inkluż permezz ta’ approċċ aktar proattiv għal ksur serju u sistemiku tad-drittijiet tal-bniedem u segwitu aktar effettiv tar-rakkomandazzjonijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jitlob li jsiru sforzi aktar b’saħħithom fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika u politika; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina ssaħħaħ ir-reazzjonijiet istituzzjonali għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jilqa’ l-progress leġiżlattiv fl-entità tal-Federazzjoni; jesprimi tħassib dwar ir-rispons inkonsistenti u frammentat tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina għal inċidenti ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala kwistjoni strutturali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat aċċess liberu u mingħajr xkiel għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva fil-pajjiż kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Ifakkar li filwaqt li l-Bożnija-Ħerzegovina rratifikat il-Konvenzjoni ta’ Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa f’Novembru 2013, l-impenn legali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-implimentazzjoni tal-vjolenza domestika għadu inkonsistenti; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina ssaħħaħ l-isforzi kontinwi li jiffukaw fuq it-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi, taħriġ aħjar tal-pulizija, il-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet istituzzjonali, u l-indirizzar tan-nuqqasijiet fil-prosekuzzjoni tal-awturi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u domestika, speċjalment fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinkoraġġixxi soluzzjonijiet fit-tul għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva, ekwa u depolitiċizzata, il-promozzjoni tal-fehim u r-rikonċiljazzjoni u l-iżgurar tad-dritt għall-edukazzjoni bil-lingwa materna; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ edukazzjoni tal-istorja bbażata fuq il-fatti u mhux diskriminatorja bbażata fuq fatti storiċi u r-rispett għall-valuri demokratiċi, bl-għan li jissaħħaħ il-fehim reċiproku u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni; jistieden lill-UE tappoġġja b’mod attiv dan il-proċess; itenni t-talba tiegħu biex tintemm il-prattika ta’ “żewġ skejjel taħt saqaf wieħed”; jisħaq fuq l-importanza li tiġi protetta l-espressjoni kulturali u lingwistika ta’ kulħadd fil-Bożnija-Ħerzegovina; jinnota li l-adozzjoni ta’ programmi u kurrikuli għandha tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tassumi sjieda sħiħa tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, timplimenta b’mod effettiv il-liġi dwar il-kontroll tal-fruntieri, ittejjeb il-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fost il-livelli kollha tal-gvern, tagħti persunal adegwat lill-pulizija tal-fruntieri, u tipprovdi proċeduri tal-ażil aċċessibbli, effiċjenti u ġusti filwaqt li tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ta’ protezzjoni internazzjonali; jieħu nota tad-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) tal-UE, li ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-fruntieri esterni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżguraw tħejjija u allinjament sħaħ mar-rekwiżiti tekniċi u tal-protezzjoni tad-data involuti fl-EES; jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjonijiet għall-isfidi ppreżentati mir-regoli l-ġodda tal-UE dwar l-EES għas-sewwieqa tat-trakkijiet mill-Bożnija-Ħerzegovina u minn pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Relazzjonijiet ta’ viċinat tajbin u rikonċiljazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ r-rwol attiv tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kooperazzjoni reġjonali; jissottolinja li relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat huma element ewlieni tal-proċess ta’ tkabbir tal-UE u t-triq tal-adeżjoni ta’ kull pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tar-rikonċiljazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw l-aċċess għall-verità, il-ġustizzja u r-rimedju, inklużi l-protezzjoni legali u r-riparazzjonijiet għall-vittmi ċivili tad-delitti tal-gwerra, u biex jadottaw liġi fil-livell statali li tipproteġi u tirrikonoxxi l-vittmi tat-tortura; jilqa’ l-inizjattivi lokali ta’ konsolidazzjoni tal-paċi u ta’ tifkira; jappella għal aktar sforzi dwar il-persuni neqsin, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali; jistieden lill-awtoritajiet fil-livelli kollha jappoġġjaw b’mod attiv u jżommu lura milli jostakolaw l-isforzi ta’ memorizzazzjoni tal-vittmi, b’mod partikolari fil-komunitajiet lokali, li huma komponent essenzjali tar-rikonċiljazzjoni u t-tifkira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rikonċiljazzjoni trid tkun ibbażata fuq ir-rikonoxximent u t-tagħlim ta’ fatti storiċi, ir-rispett u t-tifkira tal-vittmi, is-sejba tal-persuni neqsin kollha, it-tressiq tal-awturi kollha quddiem il-ġustizzja, u t-trawwim ta’ ambjent ta’ rikonċiljazzjoni, fiduċja u rispett 30 sena wara l-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton; jissottolinja li l-atturi politiċi u dawk f’pożizzjonijiet ta’ influwenza għandhom responsabbiltà speċjali li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ ambjent li jwassal għar-rikonċiljazzjoni; ifakkar fl-importanza li n-nazzjonijiet u l-individwi kollha responsabbli jaċċettaw l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti mwettqa matul il-gwerer tal-Balkani sabiex jingħeleb il-passat u tinkiseb ir-rikonċiljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex jittieħdu aktar miżuri u jiġu implimentati aktar programmi konkreti f’dak li għandu x’jaqsam mar-ritorn sostenibbli tar-rifuġjati u tal-persuni spostati internament, mal-aċċess għall-assistenza fil-qasam tas-saħħa għall-impjiegi, għall-protezzjoni soċjali u għall-edukazzjoni, u biex id-drittijiet kollha tagħhom għal riżarċiment għall-proprjetà li ma tistax tintradd lura jiġu rispettati bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jirrifjuta n-narrattivi kollha li jisfruttaw it-tensjonijiet etniċi, jippromwovu r-reviżjoniżmu storiku, iċ-ċaħda tal-ġenoċidju u l-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra, kif ukoll kwalunkwe glorifikazzjoni pubblika tal-faxxiżmu, is-soċjaliżmu nazzjonali u l-komuniżmu, inkluż l-għajjat tas-salut Ustaša “Za dom spremni” fil-kunċert ta’ Marko Perković Thompson f’Široki Brijeg, il-wiri ta’ simboli Chetnik f’laqgħa tal-moviment Ravna Gora f’Višegrad u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-entità tal-Federazzjoni Dragan Mioković li tneħħa li jiġġustifikaw id-delitti mwettqa mir-reġim Komunista Jugoslav wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u l-isfida tal-fatti stabbiliti u l-indipendenza u l-imparzjalità tat-tribunali domestiċi u internazzjonali, jew ir-rappreżentazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-kontrolli kostituzzjonali bħala illeġittimi, b’mod partikolari minn atturi politiċi; ifakkar li tali narrattivi jimminaw direttament ir-rikonċiljazzjoni, l-istabbiltà demokratika u l-fiduċja pubblika; jistieden lill-atturi politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina joqogħdu lura minn retorika diviżiva u xewwiexa u jistieden lill-awtoritajiet isaħħu l-komunikazzjoni strateġika, jappoġġjaw il-verifika indipendenti tal-fatti, u jinvestu fil-litteriżmu medjatiku u fl-edukazzjoni ċivika, inkluż fil-livell lokali, bħala parti minn approċċ tas-soċjetà kollha għar-reżiljenza demokratika; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja l-kodiċi kriminali tal-Istat dwar iċ-ċaħda tal-ġenoċidju u l-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jesprimi tħassib serju bil-kunċetti u bin-narrattivi ta’ natura politika promossi fir-reġjun li bihom jiġu sostnuti l-unifikazzjoni jew il-koordinament transfruntieri bbażati fuq l-identità etnika, inkluża l-hekk imsejħa Dinja Serba, li jdgħajfu s-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien u jirriskjaw jiddestabilizzaw ir-reġjun; jisħaq fuq il-fatt li tali narrattivi huma inkompatibbli mal-prinċipji ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jistieden lis-Serbja u lill-pajjiżi kollha fir-reġjun jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv favur l-istabbiltà u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jagħtu appoġġ attiv lill-perkors tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina timplimenta b’mod effettiv l-istrateġija nazzjonali riveduta dwar id-delitti tal-gwerra u tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja reġjonali, inkluż dwar l-estradizzjoni ta’ persuni suspettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ aċċess sħiħ għall-arkivji tas-servizz sigriet ta’ dik li kienet il-Jugoslavja (UDBA) u tas-Servizz tal-Kontrospjunaġġ tal-Armata Popolari tal-Jugoslavja (KOS), inklużi dawk li saru f’Sarajevo, Banja Luka u, b’mod partikolari, f’Belgrad; jistieden lill-awtoritajiet jitolbu formalment, u lill-awtoritajiet Serbi jagħtu mingħajr dewmien, aċċess sħiħ għal u, fejn xieraq, it-trasferiment ta’ materjal arkivjali rilevanti; jisħaq li kwalunkwe rifjut jew dewmien jimmina l-obbligu ta’ rendikont, il-ġustizzja għall-vittmi u r-rikonċiljazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tad-diplomazija preventiva fil-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jsaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet fost il-persunal tiegħu biex ikun hemm fehim aħjar tal-kuntest storiku, kulturali u reliġjuż, kif enfasizzat fir-rapport dwar ir-rwol tad-diplomazija preventiva adottata mill-Parlament Ewropew f’Jannar 2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ l-aġenda ta’ riforma tal-Bożnija-Ħerzegovina u jħeġġeġ l-implimentazzjoni rapida tagħha, u jitlob il-pubblikazzjoni rapida tagħha fil-lingwi uffiċjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-preżentazzjoni tagħha lill-pubbliku b’mod aċċessibbli u trasparenti; ifakkar li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha tista’ tibbenefika mill-allokazzjoni ta’ EUR 976,6 miljun; jisħaq li r-rieda politika biex jiġu implimentati r-riformi hija kruċjali biex jiġu żgurati l-fondi u tiġi evitata r-ridistribuzzjoni tagħhom; jissottolinja li l-iskadenzi li ma ntlaħqux u n-nuqqas ta’ progress jistgħu jwasslu biex il-Bożnija-Ħerzegovina taqa’ lura meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra tat-tkabbir f’termini ta’ konverġenza ekonomika u integrazzjoni tal-UE u jċaħħdu liċ-ċittadini minn benefiċċji soċjoekonomiċi sinifikanti; jiddispjaċih għall-fatt li 10 % tal-fondi, li jirrappreżentaw aktar minn EUR 100 miljun, intilfu b’mod permanenti bħala riżultat ta’ dewmien inizjali mill-awtoritajiet politiċi fil-preżentazzjoni tal-aġenda ta’ riforma; jitlob ir-ratifika rapida tal-ftehim finanzjarju u ta’ self;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe rilaxx u żborż ta’ dawn il-fondi jrid jibqa’ strettament kundizzjonali fuq it-twettiq ta’ stadji importanti ċari, li jistgħu jitkejlu u verifikabbli dwar l-istat tad-dritt, il-funzjonament demokratiku tal-istituzzjonijiet, il-libertajiet fundamentali u r-riformi soċjoekonomiċi; jappella għall-involviment effettiv tal-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riforma u fis-sorveljanza tal-użu tal-fondi tal-UE, f’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija inklużiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi qafas istituzzjonali għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, inkluż billi taħtar Koordinatur tal-Faċilità Nazzjonali għar-Riforma u t-Tkabbir, tistabbilixxi l-istrutturi ta’ appoġġ meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riforma, taħtar punt ta’ kuntatt uniku għal kull riforma sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u kkoordinata fil-livelli differenti tal-gvern u taħtar id-Direttur tad-Direttorat għall-Integrazzjoni Ewropea bħala koordinatur nazzjonali tal-IPA III, f’konformità mal-prattiki preċedenti; jitlob li l-fondi tal-IPA III fil-Bożnija-Ħerzegovina jiġu assorbiti aħjar, anki fil-livell lokali kif ukoll f’dak reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jemmen li l-finanzjament tal-UE għandu jappoġġja aħjar ir-riformi demokratiċi fil-pajjiż u għaldaqstant jappella għall-finanzjament tal-UE rilevanti jiġi pprogrammat biex aktar fondi jiġu orjentati mill-ġdid lejn l-appoġġ għall-assistenza teknika fl-assorbiment tal-fondi, għar-riformi tas-sistema ġudizzjarja u għall-miżuri kontra l-korruzzjoni; jappella lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni produttiva bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-kontropartijiet tal-Balkani tal-Punent tiegħu sabiex jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv il-kompetenzi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifakkar li l-finanzjamenti tal-UE għal proġetti fl-entità tar-Republika Srpska għandhom jibqgħu ffriżati sakemm jitreġġa’ lura r-rigress demokratiku mill-entità tar-Republika Srpska;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiftaħ negozjati mal-Balkani tal-Punent dwar is-sħubija fil-politika tal-UE “roaming daqslikieku f’pajjiżek”, li se tipprovdi lill-popolazzjoni tal-Balkani tal-Punent b’wieħed mill-aktar benefiċċji tanġibbli u li jinħassu minnufih matul il-proċess ta’ adeżjoni ta’ pajjiżhom mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota l-ekonomija reżiljenti tal-Bożnija-Ħerzegovina iżda li madankollu qed tnaqqas ir-ritmu; jappella għal approċċ fiskali sostenibbli biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tat-tkabbir, jittejbu l-kompetittività u l-ambjent tan-negozju u tal-investiment, tiġi żgurata l-adozzjoni f’waqtha ta’ baġits fil-livell tal-istat, jiġu implimentati azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet, l-eżodu ta’ mħuħ, il-kriżi demografika li qed tevolvi malajr, il-qgħad u l-istrateġiji tas-suq tax-xogħol, jiġu appoġġjati l-innovazzjoni, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u jiġu żgurati trasparenza, obbligu ta’ rendikont u teħid ta’ deċiżjonijiet depolitiċizzat akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jadottaw miżuri konkreti biex jindirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, billi jinvestu f’edukazzjoni ta’ kwalità, impjiegi deċenti, protezzjoni soċjali u politiki inklużivi u jimplimentaw bis-sħiħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jissottolinja l-importanza ewlenija ta’ djalogu soċjali ġenwin biex jitwasslu l-benefiċċji tat-tkabbir lis-segmenti kollha tal-popolazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari lill-parlamenti tal-Federazzjoni u lill-entitajiet tar-Repubblika Srpska, biex tlesti l-passi leġiżlattivi u istituzzjonali li fadal meħtieġa biex tingħaqad maż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) mingħajr dewmien, bl-għan li ċ-ċittadini u n-negozji tal-Bożnija-Ħerzegovina jkunu jistgħu jibbenefikaw minn iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tirriforma l-akkwist pubbliku f’konformità mar-regoli tal-UE, issaħħaħ is-sorveljanza, il-kapaċità u l-koordinazzjoni fil-livelli kollha tal-istat u tal-entità, u tiżgura proċeduri trasparenti, kompetittivi u reżistenti għall-korruzzjoni, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet aktar b’saħħithom, Korp ta’ Analiżi tal-Akkwist Pubbliku ġenwinament indipendenti, sistema tal-akkwist elettroniku kompletament funzjonali, u limiti aktar stretti fuq ftehimiet diretti u proċeduri oħra mhux kompetittivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina timmodernizza r-regoli tas-suq tal-elettriku u tal-gass tagħha f’konformità mat-tielet pakkett tal-UE dwar l-enerġija, tiżgura t-trasparenza u torbot is-sistemi tal-enerġija nazzjonali man-networks reġjonali u tal-UE biex tagħti spinta lill-effiċjenza u s-sigurtà; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tagħha jieħdu vantaġġ mid-dipendenza baxxa tal-pajjiż fuq il-gass biex jittrasformaw f’sistema tal-enerġija dekarbonizzata u jevitaw li joħolqu assi mhux rekuperabbli billi jinvestu ħafna f’infrastruttura tal-gass ġdida ewlenija filwaqt li jsegwu d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass permezz ta’ interkonnessjoni mal-Istati Membri sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tadotta liġi dwar il-klima u strateġiji nazzjonali għall-ħarsien tal-ambjent, tallinja mal-liġijiet ambjentali tal-UE, tiżgura ppjanar strateġiku u trasparenti tal-investiment, inkluża l-parteċipazzjoni pubblika sinifikattiva, ittejjeb il-protezzjoni tal-bijodiversità u taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika ġusta; jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-annimali li jgħixu fit-triq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-entitajiet tas-settur minerarju kollha li joperaw fil-Bożnija-Ħerzegovina jirrispettaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jagħtu prijorità lill-ħarsien tal-ambjent u lis-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina timplimenta ġestjoni integrata tal-ilma u tal-ilma mormi, prevenzjoni effettiva tal-għargħar u strateġija għall-pajjiż kollu biex tiġġieled it-tniġġis tal-arja, inkluż billi tonora l-impenji vinkolanti tagħha li tagħlaq l-unitajiet tal-enerġija mill-faħam Tuzla 4 u Kakanj 5 u tikkonforma mal-Pjan Nazzjonali tagħha għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet skont it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina ttejjeb in-networks tat-trasport u l-kooperazzjoni transfruntiera u tagħmel progress fi proġetti infrastrutturali reġjonali ewlenin, tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti tal-finanzjament tal-UE disponibbli; jissottolinja l-importanza strateġika tal-parteċipazzjoni attiva tal-Bożnija-Ħerzegovina fi proġetti ewlenin ta’ interkonnessjoni reġjonali fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u n-networks diġitali fil-Balkani tal-Punent; jisħaq li dawn il-proġetti jappoġġjaw il-ħolqien ta’ ktajjen tal-provvista reżiljenti, inaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, u jagħtu kontribut deċiżiv għall-konverġenza ekonomika tal-pajjiż, l-integrazzjoni u r-reżiljenza reġjonali, il-kooperazzjoni transfruntiera, kif ukoll għall-integrazzjoni gradwali tiegħu fis-suq uniku tal-UE; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tippromwovi wkoll proġetti mmirati lejn il-mobbiltà militari;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-entità tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-entità tar-Repubblika Srpska u tad-Distrett ta’ Brčko, kif ukoll lill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>