<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0220</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Kosovo</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0166/2026 - Rapporteur: Riho Terras)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Kosovo (2025/2252(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/342/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, fis-seħħ mill-1 ta’ April 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Kosovo għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Kosovo għall-adeżjoni mal-Kunsill tal-Ewropa tat-12 ta’ Mejju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 195, 27.7.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1388/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 110, 25.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/850/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, fir-rigward tal-Kosovo, li jippermetti vjaġġar mingħajr viża għad-detenturi ta’ passaporti bijometriċi Kosovari mill-1 ta’ Jannar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Salonka tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru f’Sofija, f’Zagreb u fi Brdo pri Kranju rispettivament fl-2018, fl-2020 u fl-2021, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent tal-1 ta’ Lulju 2025 li saret Skopje, fil-Maċedonja ta’ Fuq, dwar il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-Summit 2025 dwar il-Proċess ta’ Berlin, li sar fit-22 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Kosovo 2025 Report” (Rapport 2025 dwar il-Kosovo) (SWD(2025)0752),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f’Ateni fil-25 ta’ Ottubru 2005, li l-għan tiegħu huwa li jestendi r-regoli tas-suq intern tal-enerġija għall-Ewropa tax-Xlokk,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999, l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta’ Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni 64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta’ Settembru 2010 li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-allinjament kostanti tal-Kosovo mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo tad-19 ta’ April 2013, il-ftehimiet tal-25 ta’ Awwissu 2015 u d-djalogu ffaċilitat mill-UE li għaddej għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Brussell tas-27 ta’ Frar 2023 u l-Ftehim ta’ Ohrid tat-18 ta’ Marzu 2023 u l-anness ta’ implimentazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-preżenza kostanti u l-mandat tal-Forza tal-Kosovo mmexxija min-NATO, li tkompli tgħin biex jinżammu ambjent sigur u protett u l-libertà tal-moviment fil-Kosovo;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1161 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX Kosovo<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1161, 6.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1161/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li estendiet il-mandat tal-missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2025 fil-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kosovo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo, li saret fid-9 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni tal-2025 ta’ Transparency International,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025 ta’ Reporters mingħajr fruntieri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni fi Pristina tal-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa “Sikurezza tal-ġurnalisti” tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0166/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika tat-tkabbir hija wieħed mill-aktar strumenti effikaċi tal-politika barranija tal-UE, waħda mill-politiki tal-Unjoni li kisbu l-akbar suċċess biex jinċentivaw u jinkoraġġixxu r-riformi fundamentali fil-pajjiżi tat-tkabbir, kif ukoll investiment ġeopolitiku strateġiku fit-tul fil-paċi, fl-istabbiltà u fis-sigurtà fil-kontinent kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma l-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE; billi dawn il-valuri fundamentali ma jistgħux jiġu kompromessi fil-kuntest tal-proċess tat-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kosovo hija waħda mill-aktar progressisti f’termini ta’ drittijiet tal-minoranzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa ġġudikat strettament abbażi tal-merti proprji tiegħu; billi huma l-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji u r-rispett tal-ġabra ta’ kriterji u tal-valuri komuni Ewropej li jiddeterminaw il-kalendarju u l-progress tal-adeżjoni; billi il-proċess ta’ adeżjoni ma jistax jimxi ’l quddiem jekk ma jiġux implimentati r-riformi neċessarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-perkors tal-Kosovo lejn l-adeżjoni mal-UE jiddependi wkoll min-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja u mir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-salvagwardja tal-integrità tal-proċessi demokratiċi saret kunsiderazzjoni ċentrali tal-politika tat-tkabbir tal-UE; billi l-Kosovo ġie soġġett għal indħil barrani u kampanji ta’ diżinformazzjoni, b’mod partikolari min-naħa tar-Russja, anki permezz tal-mezzi tal-informazzjoni nazzjonalistiċi Serbi, li kienu mmirati biex jiddestabbilizzaw l-istituzzjonijiet demokratiċi, jikkompromettu l-koeżjoni soċjali u jostakolaw l-integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo; billi t-tisħiħ tar-reżiljenza demokratika huwa parti integrali mir-rispett tal-kriterji politiċi għall-adeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, għall-kuntrarju tal-linja ġenerali Ewropea, l-indipendenza tal-Kosovo għadha ma ġietx rikonoxxuta minn Ċipru, mill-Greċja, mir-Rumanija, mis-Slovakkja u minn Spanja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifaħħar l-impenn kostanti tal-Kosovo favur l-adeżjoni mal-UE, li jirrifletti għażla ġeopolitika strateġika ċara li ssaħħaħ is-sigurtà, ġibda qawwija lejn l-Ewropa, kunsens interpartitiku wiesa’ f’dak li għandu x’jaqsam mal-integrazzjoni Ewropea u livell għoli ta’ appoġġ pubbliku favur il-perkors Ewropew tal-Kosovo, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ relazzjonijiet mill-qrib u konkreti mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li l-futur tal-Kosovo jinsab fl-UE, speċjalment fid-dawl tad-dinamika ġeopolitika attwali fir-reġjun, tal-bidliet rapidi u importanti fil-politika dinjija u tal-kompetizzjoni dejjem akbar mar-reġimi awtoritarji; jisħaq fuq il-fatt li ravviċinament bejn l-Kosovo u l-UE huwa parti minn proċess ta’ integrazzjoni gradwali li jmur lil hinn mis-sempliċi adeżjoni formali; jisħaq li forom konkreti ta’ kooperazzjoni u integrazzjoni gradwali, anki permezz ta’ sħubijiet settorjali, il-parteċipazzjoni fi programmi tal-UE bħal Erasmus+, kif ukoll l-inklużjoni f’ċerti politiki Ewropej, jirrappreżentaw fatturi essenzjali biex jissaħħu r-rabtiet mal-Kosovo; jenfasizza li dawk l-istrumenti jgħinu biex tiġi kkonsolidata l-ġibda tal-Kosovo lejn l-Ewropa u jindirizzaw l-isfidi ġeostrateġiċi tar-reġjun, anki billi jipprevjenu l-influwenza ta’ atturi esterni, mingħajr ma jiġu preġudikati r-ritmu jew l-eżitu tal-proċess tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-formazzjoni tal-Assemblea u tal-Gvern il-ġodda tal-Kosovo fit-12 ta’ Frar 2026, wara l-elezzjonijiet parlamentari demokratiċi bikrin li saru f’Diċembru 2025 u wara aktar minn sena ta’ staġnar politiku u polarizzazzjoni politika qawwija; jiddispjaċih, madankollu, bil-paraliżi tal-proċess politiku matul l-2025, li wassal lill-Kosovo jitlef sena; jiddispjaċih, barra minn hekk, bil-fatt li l-Assemblea Nazzjonali ma rnexxilhiex teleġġi President ġdid sal-iskadenza kostituzzjonali; ħa nota tax-xoljiment tal-Assemblea Nazzjonali b’digriet presidenzjali fis-6 ta’ Marzu 2026 u tas-sentenza sussegwenti tal-Qorti Kostituzzjonali li tannulla din id-deċiżjoni u tagħti lill-Membri tal-Assemblea perjodu ta’ 34 jum biex jeleġġu President ġdid u, wara li jkun għadda tali perjodu, il-pajjiż ikun obbligat jagħmel elezzjonijiet ġodda; jieħu nota tat-tentattivi li ma rnexxewx biex jiġi elett President sa dik l-iskadenza u tat-tħabbira konsegwenti ta’ elezzjonijiet leġiżlattivi ġodda fis-7 ta’ Ġunju 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’, barra minn hekk, ir-ratifika min-naħa tal-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo, fit-13 ta’ Frar 2026, tal-ftehimiet fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir; josserva li dan iwitti t-triq għall-Kosovo biex jaċċedi għal għotjiet sostanzjali u self aġevolat ħalli jagħmel progress fir-riformi fundamentali, iħaffef il-konverġenza ekonomika tiegħu u jimxi ’l quddiem fil-perkors Ewropew tiegħu; jiddispjaċih bil-kbir li, minħabba s-sena li tilef u fid-dawl tal-fatt li, potenzjalment, jitlef aktar xhur minħabba l-kampanja elettorali, il-pajjiż jaf ma jkunx jista’ jwettaq ir-riformi neċessarji kollha qabel l-iskadenzi, u jkun jirriskja jitlef ammonti konsiderevoli f’appoġġ finanzjarju fil-qafas tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li tkabbir kredibbli huwa ankrat fi proċess meritokratiku, li jirrikjedi rankatura kostanti u irreversibbli fir-riformi u implimentazzjoni rigoruża tar-riformi li jissodisfaw l-istandards tal-UE, b’mod partikolari l-kriterji ta’ Copenhagen; jistieden lill-Kosovo jintensifika l-progress tiegħu fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-istat tad-dritt, tal-libertajiet fundamentali u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari l-korruzzjoni fil-livell għoli, u jkompli l-isforzi tiegħu billi jsaħħaħ l-impenn tiegħu lejn il-valuri u l-istandards Ewropej; jisħaq li kwalunkwe assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u l-assistenza finanzjarja relatata trid tibqa’ strettament subordinata għal riżultati verifikabbli u li jistgħu jitkejlu f’dawn l-oqsma; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-importanza li jiġi difiż l-istat tad-dritt, jiġi ggarantit ir-rispett tal-opinjonijiet ta’ kulħadd u jiġu effettivament applikati fil-prattika l-liġijiet; jisħaq fuq il-fatt li l-Kosovo jeħtieġ jerġa’ jagħti prijorità lil dawn ir-riformi u jikseb progress konkret fihom biex isaħħaħ il-ġibda tiegħu lejn l-Ewropa u jkompli miexi fil-perkors tiegħu ħalli jerġa’ jaqbad it-triq it-tajba lejn l-adeżjoni mal-UE; jisħaq li t-tkabbir jimplika wkoll tħejjija bir-reqqa fuq in-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri bil-għan li jiżguraw is-suċċess tal-integrazzjoni tal-membri potenzjali l-ġodda, fir-rispett tal-istabbiltà ekonomika tas-suq intern, tal-istandards soċjali u ambjentali u tal-funzjonament korrett tal-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Isostni l-applikazzjoni tal-Kosovo għall-adeżjoni mal-UE li ppreżenta f’Diċembru 2022; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill ħalli jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta l-kwestjonarju tagħha mingħajr dewmin bla bżonn u tressaq l-opinjoni tagħha dwar il-merti tal-applikazzjoni tal-pajjiż u jistieden lill-Kunsill jaġixxi b’ħeffa wara dan, anki billi jagħti l-istatus ta’ pajjiż kandidat ladarba l-kriterji rilevanti jkunu ġew sodisfatti; jitlob lill-ħames Stati Membri li għadhom ma rrikonoxxux l-indipendenza tal-Kosovo biex jagħmlu hekk mingħajr dewmien, ħalli jkun jista’ jimxi ’l quddiem fuq livell ta’ parità mal-kandidati l-oħra; ifakkar fl-opinjoni konsultattiva tal-QIĠ tat-22 ta’ Lulju 2010, li tgħid li d-dikjarazzjoni unilaterali tal-indipendenza tal-Kosovo ma tiksirx id-dritt internazzjonali ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-appoġġ totali tiegħu favur l-applikazzjoni tal-Kosovo għall-adeżjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, il-pjan ta’ orjentament strateġiku tal-pajjiż biex isir membru tal-programm Sħubija għall-Paċi tan-NATO u għall-kandidaturi tiegħu biex jissieħeb fl-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra; jistieden lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati u lill-Istati Membri jappoġġjaw dawn l-applikazzjonijiet; josserva li r-ravviċinament tal-Kosovo man-NATO jsaħħaħ is-sigurtà Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu, fil-Kosovo, il-viżibbiltà u l-fehim tal-UE u tal-vantaġġi konkreti ta’ sħubija aktar b’saħħitha bejn l-UE u l-Kosovo; iħeġġeġ lis-Serbja ma topponix l-adeżjoni tal-Kosovo mal-Kunsill tal-Ewropa u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, inkwantu dan ikun jikkontradixxi l-ftehim tal-2023 bejn is-Serbja u l-Kosovo dwar il-perkors għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejniethom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifaħħar lill-Kosovo bħala sieħeb affidabbli tal-UE, kif juri l-allinjament kostanti u totali tiegħu mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, inkluża l-implimentazzjoni kontinwa tiegħu tal-miżuri restrittivi tal-UE fil-konfront tar-Russja u tal-Belarussja, il-kundanna ċara tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-livell konsistentement għoli ta’ appoġġ pubbliku favur l-integrazzjoni fl-UE fost iċ-ċittadini tiegħu; jistenna li l-Kosovo jżomm dan l-allinjament u jkompli l-isforzi tiegħu biex irażżan it-theddid Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar, fit-18 ta’ Marzu 2025, tad-dikjarazzjoni trilaterali dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża bejn il-Kosovo, l-Albanija u l-Kroazja, maħsuba biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ difiża u ttejjeb il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni, li ilha mistennija, biex jitneħħew il-miżuri tal-UE fil-konfront tal-Kosovo, inkluż l-iżblukkar ta’ EUR 216-il miljun f’kuntratti prijoritarji u fi programmazzjoni f’Diċembru 2025 u l-iżbklukkar tal-EUR 205 miljun li fadal fil-bidu tal-2026; iqis li dawn il-miżuri kienu f’kontradizzjoni ċara mal-impenn li juri l-Kosovo favur il-valuri Ewropej u l-allinjament tiegħu mal-politiki tal-UE, u ma baqgħux ġustifikati inkwantu r-rekwiżiti neċessarji kollha kienu ġew sodisfatti; josserva l-impatt negattiv li dawn il-miżuri kellhom fuq is-soċjetà tal-Kosovo, b’mod partikolari l-komunitajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jesprimi dubju dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u prevedibbiltà, l-informazzjoni pubblika inadegwata u l-perjodu fit-tul li matulu l-miżuri damu fis-seħħ, minkejja li l-konformità tal-Kosovo mar-rekwiżiti tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-valutazzjoni kumplessivament pożittiva tal-iżvolġiment tal-elezzjonijiet parlamentari u lokali fl-2025, u osserva li saru b’mod paċifiku, kompetittiv u inklużiv, f’qafas elettorali rivedut allinjat mar-rakkomdanzzjonijiet preċedenti tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE; ifaħħar lill-awtoritajiet talli introduċew sistema ta’ votazzjoni elettronika fil-Kosovo; josserva, madankollu, li ġew identifikati xi nuqqasijiet fl-iżvolġiment tal-elezzjonijiet u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jqisu tali nuqqasijiet fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tas-Serbi tal-Kosovo fl-elezzjonijiet parlamentari u lokali tal-2025 u l-ħatra tal-erba’ sindki Serbi li għadhom kemm ġew eletti u li ħadu post il-predeċessuri Albaniżi tagħhom fil-muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba fit-Tramuntana tal-Kosovo; jesprimi madankollu tħassib bil-pressjoni eżerċitata fuq l-eletturi li jiddependu mis-servizzi ta’ assistenza soċjali u għall-impjiegi Serbi biex jivvutaw għar-rappreżentanti tas-Srpska Lista fl-elezzjonijiet parlamentari ta’ Frar 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih bit-tentattivi kontinwi maħsuba biex jippolitiċizzaw l-istituzzjonijiet indipendenti, fosthom il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, u n-nuqqasijiet marbuta mal-governanza fi ħdan il-Kummissjoni Indipendenti tal-Mezzi tal-Informazzjoni; jistieden lill-Kosovo jallinja aktar il-qafas ġuridiku li jirregola l-Kummissjoni Indipendenti tal-Mezzi tal-Informazzjoni mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u mal-istandards tal-UE, bil-għan li jsaħħaħ l-indipendenza regolatorja, iċ-ċertezza tad-dritt u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sorveljanza fuq il-media; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw ħatriet ibbażati fuq il-mertu, it-trasparenza fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u r-rispett sħiħ tal-indipendenza ta’ dawn l-istituzzjonijiet; jisħaq li l-istituzzjonijiet demokratiċi reżiljenti jirrappreżentaw l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-manipulazzjoni tal-ambjent informattiv, l-influwenza bil-moħbi u d-distorsjoni tad-dibattitu pubbliku mmotivata politikament; jitlob lill-Kosovo jistabbilixxi qafas ta’ reżiljenza demokratika istituzzjonalizzata, li jlaqqa’ lill-Assemblea Nazzjonali, lill-Gvern, lir-regolaturi indipendenti u lill-amministrazzjoni elettorali, b’responsabbiltajiet definiti b’mod ċar, b’valutazzjonijiet tar-riskju regolari u b’rapportar lill-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili joperaw f’kuntest ġenerali favorevoli u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li s-soċjetà ċivili tkun involuta b’mod konkret, mill-fażijiet bikrin, fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE; jisħaq fuq l-importanza li l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza jiżdiedu fir-rigward tal-finanzjamenti pubbliċi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jissottolinja li s-soċjetà ċivili hija fundamentali biex jitrawmu d-demokrazija u l-pluraliżmu u biex jiġu promossi l-governanza tajba u l-progress soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet talli kkonsultaw lill-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-pakkett ta’ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-ġudikatura, inkluża l-liġi dwar il-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Kosovo; jibqa’ mħasseb, madankollu, bl-implimentazzjoni limitata tal-istrateġija dwar l-istat tad-dritt u bis-segwitu insuffiċjenti mogħti lir-riformi min-naħa tal-Gvern, bil-kompożizzjoni inkompleta tal-Kunsill Ġudizzjarju tal-Kosovo kif ukoll bid-dewmien fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-ġustizzja; jesprimi tħassib bil-fatt li l-Gvern naqas milli jadotta l-att sekondarju neċessarju li jiddefinixxi l-istruttura organizzattiva tal-Unità Investigattiva Speċjali tal-Pulizija tal-Kosovo u tal-Uffiċċju ta’ Prosekuzzjoni Speċjali u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ta’ bejniethom; jilqa’ l-progress li sar f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħatra tal-President il-ġdid tal-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Kosovo u jistenna li tiġi finalizzata l-kompożizzjoni l-ġdida ladarba l-Assemblea Nazzjonali tissokta bil-ħidma tagħha; jilqa’ r-reklutaġġ skont proċess trasparenti u meritokratiku ta’17-il imħallef ġdid min-naħa tal-Kunsll Ġudizzjarju tal-Kosovo u jħeġġeġ lill-President tal-Kosovo jikkonferma l-ħatriet mill-aktar fis possibbli; iħeġġeġ lill-Kosovo jieħu azzjoni deċiżiva biex jindirizza n-nuqqasijiet u jiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar l-integrità u r-responsabbiltà tal-ġudikatura tkun allinjata mal-istandards Ewropej u mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kosovo naqqas il-piż amministrattiv permezz tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ prevenzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-perjodu 2025-2028 u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu għall-perjodu 2025-2026; jilqa’ dan it-titjib u l-adozzjoni tal-emendi tal-liġi dwar l-uffiċjali pubbliċi u jistieden lill-Kosovo jkompli jtejjeb l-amministrazzjoni pubblika tiegħu u s-sistema tas-servizz pubbliku bbażata fuq il-mertu; jinnota li l-qafas strateġiku tal-Kosovo għall-amministrazzjoni pubblika huwa fis-seħħ, iżda mhux qed jiġi implimentat b’mod effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib qawwi bil-progress insuffiċjenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fuq livell ġenerali; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ progress strutturali tanġibbli f’dan il-qasam, minkejja l-impenji li ttieħdu, u jisħaq fuq il-fatt li l-korruzzjoni tibqa’ problema sistemika li tikkomprometti l-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi u l-fiduċja taċ-ċittadini; josserva bi tħassib il-fatt li l-Kosovo waqa’ fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni għall-2025, li fih il-pajjiż jinsab fis-76 post minn 182 pajjiż u territorju, tliet postijiet aktar ’l isfel milli kien fl-2024, u dan juri regressjoni inkwetanti fit-tendenza preċedenti ta’ titjib gradwali iżda xorta waħda l-Kosovo jinsab quddiem xi pajjiżi oħra fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw u jimplimentaw mingħajr dewmien miżuri konkreti, effikaċi u verifikabbli biex isaħħu l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fil-qasam tal-korruzzjoni; jitlob, b’mod partikolari, l-adozzjoni rapida ta’ strateġija u ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni għall-perjodu 2025-2028, żieda fl-użu tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u tal-pjanijiet ta’ integrità u applikazzjoni aktar effikaċi tal-istrumenti ta’ konfiska fil-każijiet ta’ korruzzjoni; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità operattiva tal-korpi inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jiġi żgurat koordinament effikaċi bejn il-prosekuturi, il-pulizija u l-unitajiet ta’ intelligence finanzjarja; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni għad iridu jiġu implimentati; jitlob li l-kwalità tal-investigazzjonijiet fil-każijiet ta’ korruzzjoni fil-livell għoli tkompli titjieb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-progress limitat li sar fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jitlob li jiġu adottati malajr strateġija nazzjonali u pjan ta’ azzjoni kontra l-kriminalità organizzata; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati x-xbieki kriminali billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali permezz tal-kondivizjoni tal-intelligence u tat-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni; jistieden lill-ġirien tal-Kosovo jippermettu lil dan tal-aħħar jipparteċipa fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-livelli kollha, bil-għan li jiġi massimizzat l-impatt tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jenfasizza l-bżonn li titqawwa l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-drogi; jappella għal allinjament ulterjuri fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja l-isforzi kostanti tal-EULEX biex tassisti lill-awtoritajiet Kosovari joħolqu istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt sostenibbli u indipendenti; josserva li sfidi persistenti, fosthom is-setgħat ta’ eżekuzzjoni limitati, naqqsu l-impatt tal-ħidma tagħha; jitlob li ssir rivalutazzjoni kontinwa tal-valur miżjud, tal-portata u tal-objettivi strateġiċi tal-missjoni biex jiġu żgurati r-rilevanza u l-effikaċja tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-każijiet irrapportati ta’ użu eċċessiv tal-forza u tal-imġiba ħażina min-naħa ta’ xi uffiċjali tal-Pulizija tal-Kosovo fit-Tramuntana tal-Kosovo; jistieden lill-Pulizija tal-Kosovo tiżgura li l-persunal tagħha jirrispetta bis-sħiħ ir-rekwiżiti kollha relatati mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fir-responsabbiltà kondiviża tar-rappreżentanti politiċi kollha u tal-popolazzjoni kollha fil-Kosovo biex jiddefendu l-paċi u l-istat tad-dritt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Josserva li, anki jekk il-qafas ġuridiku u istituzzjonali għad-drittijiet tal-bniedem huwa fil-biċċa l-kbira stabbilit, l-implimentazzjoni tiegħu għadha insuffiċjenti; jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet; jilqa’ l-eżekuzzjoni min-naħa tal-Kosovo tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-proprjetà tal-art tal-Monasteru Dečani; jistieden lill-Kosovo jinvesti f’implimentazzjoni aktar effikaċi tal-qafas tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kostituzzjoni tal-Kosovo hija progressista ħafna f’termini ta’ drittijiet tal-minoranzi; josserva b’dispjaċir, f’dan ir-rigward, li l-petizzjoni ffirmata minn kważi 500 persuna, li storikament identifikaw lilhom infushom bħala Bulgari, irreġistrata għand l-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo f’Jannar 2023, għadha ma tteħditx f’kunsiderazzjoni, u jirrakkomanda li drittijiethom jiġu minquxa fil-liġi u ggarantiti fil-prattika bil-għan li titħares l-identità storika, kulturali u politika tal-minoranza Bulgara; jistieden lill-Kosovo jiżgura li l-minoranzi kollha rikonoxxuti skont il-liġi dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet u tal-membri tagħhom, jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-kostituzzjoni tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Josserva li s-sistema karċerarja fil-Kosovo hija allinjata b’mod wiesa’ mar-regoli minimi standard tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa; jitlob protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-ħabsin, b’mod partikolari tan-nisa ħabsin, tal-ħabsin li jagħmlu parti minn minoranza u tal-ħabsin bi problemi ta’ saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tħares id-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli u tal-persuni li jagħmlu parti minn komunitajiet mhux maġġoritarji, speċjalment fir-rigward tar-rappreżentanza tagħhom fl-istituzzjonijiet pubbliċi u tal-użu tal-lingwi, anki billi jiġu żgurati aċċess indaqs u effettiv għall-edukazzjoni statali bi lsien twelidhom kif ukoll aċċess għas-servizzi tal-assistenza tas-saħħa u għas-servizzi pubbliċi, ir-rispett tad-drittijiet lingwistiċi u tal-proprjetà, rappreżentanza adegwata fl-amministrazzjoni ċentrali u lokali u l-protezzjoni tal-patrimonju reliġjuż, tradizzjonali u kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli; jistieden lill-Kosovo jintensifika l-isforzi tiegħu biex jiżgura lill-gruppi minoritarji opportunitajiet indaqs u rappreżentanza adegwata fil-ħajja politika u kulturali, fil-mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi, fl-amministrazzjoni u fil-ġudikatura; jitlob li l-minoranzi reliġjużi jiġu protetti fil-Kosovo u li jiġi żgurat l-aċċess għall-postijiet ta’ qima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jiddispjaċih bil-fatt li n-nisa minn gruppi minoritarji, b’mod partikolari mill-komunitajiet Rom, Ashkali u Eġizzjani, isibu quddiemhom diversi forom ta’ diskriminazzjoni, b’mod partikolari fl-edukazzjoni, fl-impjiegi u fl-aċċess għall-assistenza tas-saħħa; jesprimi tħassib bil-fatt li l-komunitajiet minoritarji mhumiex rappreżentati b’mod adegwat fl-amministrazzjoni tal-Kosovo u li l-għadd ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ livell għoli għadu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kosovo jtejjeb l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet tal-komunitajiet mhux maġġoritarji, tal-komunitajiet reliġjużi u tal-komunità LGBTIQ+ billi jiffinalizza l-Kodiċi Ċivili l-ġdid, li għadu ma ġiex adottat; għadu mħasseb bil-fatt li għadu jippersisti lingwaġġ diskriminatorju fil-konfront tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa fil-Kosovo; josserva li l-qafas ġuridiku u istituzzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru huwa fis-seħħ b’mod wiesa’; jilqa’ ż-żieda fil-finanzjamenti għas-servizzi ta’ appoġġ speċjalizzati, inklużi ċ-ċentri ta’ kenn għall-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-bażi tad-data li fiha jiġu rreġistrati l-każijiet ta’ vjolenza domestika, diġà totalment operattiva, u l-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni li għaddejjin; jesprimi, madankollu, tħassib bil-fatt li għadha tippersisti l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u li l-implimentazzjoni u l-infurzar għadhom insuffiċjenti, b’mod partikolari peress li n-nisa, speċjalment dawk li jagħmlu parti minn komunitajiet minoritarji, għadhom isibu quddiemhom bosta forom ta’ diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet biex itejbu d-djalogu intern u jimpenjaw ruħhom ġenwinament u direttament mal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili tas-Serbi tal-Kosovo, b’mod partikolari fit-Tramuntana, bil-għan li tinbena l-fiduċja, li tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ kuljum tas-Serbi tal-Kosovo u li dawn jintegraw ruħhom b’suċċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar il-Gvern talli approva l-istrateġija għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2025-2030 u l-pjan ta’ azzjoni assoċjat għall-perjodu 2025-2027; jiddispjaċih bil-fatt, madankollu, li l-Kosovo għadu ma adottax il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà; jesprimi tħassib bl-allinjament insuffiċjenti tal-Kosovo mal-acquis tal-UE f’dan il-qasam kif ukoll bid-diskriminazzjoni u bl-ostakli li jsibu quddiemhom il-persuni b’diżabbiltà, inklużi t-tfal, fl-aċċess għall-edukazzjoni, għall-assistenza tas-saħħa u għas-servizzi soċjali; jistieden lill-awtoritajiet isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom u jadottaw l-abbozz ta’ liġi dwar ir-rikonoxximent tal-istatus, is-servizzi u l-benefiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitħares il-patrimonju multikulturali tal-Kosovo, inkluż dak tal-komunità Kroata, filwaqt li jiġu appoġġjati l-iżvilupp lokali sostenibbli u l-involviment tal-komunità; jilqa’ l-proġett iffinanzjat mill-UE u implimentat mill-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti maħsub biex jippreserva u jagħti ħajja ġdida lill-patrimonju kulturali ta’ Janjevo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddispjaċih bil-fatt li l-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo għadha ma adottatx l-abbozz ta’ liġi l-ġdid dwar il-kotba tal-iskola; jinsab imħasseb bid-dewmien fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kosovo fil-qasam tal-edukazzjoni għall-perjodu 2022-2026 u bit-tnaqqis kontinwu fil-finanzjamenti għall-edukazzjoni pubblika bażika; jistieden lill-Kosovo jiffinalizza l-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-kotba tal-iskola, ilesti r-reviżjoni tal-kotba tal-iskola attwali u jipprevedi taħriġ sostenibbli u sistematiku għall-għalliema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jieħu nota tax-xenarju medjatiku pluralista tal-Kosovo, iżda jisħaq li għadu fraġli u espost għal varji forom ta’ pressjoni; jiddispjaċih immens bin-nuqqas ta’ progress biex jiġu żgurati l-libertà ta’ espressjoni u l-protezzjoni effikaċi tal-ġurnalisti; jiddispjaċih li fil-klassifika tal-libertà tal-media l-Kosovo niżel 24 post, u jinsab fid-99 post fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025, u dan jirrappreżenta pass lura sinifikanti u inkwetanti; josserva li l-libertà tal-istampa hija valur Ewropew fundamentali u li l-Kosovo jeħtieġ li jaġixxi b’mod aktar effikaċi minn kif qed jaġixxi bħalissa biex jissalvagwardjaha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni t-tħassib gravi tiegħu bid-deterjorament tal-ambjent medjatiku u bil-klima li fih joperaw il-professionisti tal-informazzjoni, b’mod partikolari għall-attakki u għat-theddid kontra l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-media, inkluż l-użu ta’ lingwaġġ offensiv fil-konfront tal-media min-naħa ta’ uffiċjali Kosovari għoljin matul il-kampanja elettorali; jiddispjaċih bil-fatt li l-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi għadu ma ġiex adottat, u dan iħalli lill-ġurnalisti mingħajr protezzjoni ġuridika adegwata; jisħaq li ma jrid ikun hemm l-ebda tolleranza għall-attakki fiżiċi kontra l-ġurnalisti u jitlob li jissaħħu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni tat-theddid kollu fil-konfront tal-persunal tal-media u li tiġi allinjata l-leġiżlazzjoni dwar il-media mal-acquis tal-UE, b’mod partikolari mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u mad-Direttiva tal-UE dwar il-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll ma’ obbligi internazzjonali rilevanti oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw miżuri immedjati u konkreti biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-media, jiġġieldu kontra l-intimidazzjonijiet u jiżguraw ambjent favorevoli għall-ġurnaliżmu liberu u pluralistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi tħassib qawwi bir-rapporti ta’ pressjonijiet eżerċitati fuq il-ġurnalisti minn atturi politiċi u gruppi tal-kriminalità organizzata, li wasslu għal każijiet ta’ awtoċensura; josserva li l-ġurnalisti jaf joqogħdu luru milli jinvolvu ruħhom f’ġurnaliżmu investigattiv ta’ bixra kritika minħabba tħassib relatat mas-sikurezza fiżika tagħhom jew mas-sigurtà f’xogħolhom; jenfasizza wkoll ir-rapporti dwar il-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jirtiraw ir-reklamar mill-organi tax-xandir li jippubblikaw kontenut kritiku, b’hekk jeżerċitaw pressjoni ekonomika indiretta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>	Jesprimi tħassib bil-fatt li l-abbozz ta’ liġi dwar ir-Radju Televiżjoni tal-Kosovo (RTK, ix-xandar pubbliku tal-pajjiż) għadu ma ġiex adottat u għalhekk jitlob li jiġi adottat malajr; jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żgurati l-finanzjament sostenibbli u l-indipendenza tax-xandar pubbliku; jiddispjaċih bil-fatt li l-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-RTK ilha battala minn Settembru 2024 u li m’hemmx kworum fi ħdan il-Bord tal-RTK minn Diċembru 2024, u dan jagħmel difatti lix-xandar pubbliku mhux operattiv u inkapaċi li jaqdi r-rwol tiegħu; jitlob kontroll ta’ sorveljanza bbilanċjat, rappreżentattiv u politikament indipendenti fuq l-RTK; jitlob lill-awtoritajiet Kosovari jaħtru l-membri tal-Bord u d-Direttur Ġenerali tal-RTK permezz ta’ proċess trasparenti u meritokratiku, b’hekk jiġi ggarantit funzjonament effikaċi tas-servizz pubbliku tax-xandir fil-Kosovo; jisħaq li kwalunkwe riforma tax-xandar pubbliku trid tissalvagwardja l-indipendenza editorjali, tevita l-influwenza politika u tiżgura finanzjamenti sostenibbli u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Josserva bi tħassib li r-Rapport 2025 dwar it-Traffikar tal-Bnedmin jenfasizza li l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosovo ma rrispettawx bis-sħiħ l-istandards minimi għall-eliminazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, minkejja li wrew li għamlu aktar sforzi, barra milli rreġistraw rati aħjar ta’ prosekuzzjoni u saħħew l-appoġġ lill-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib biż-żieda fid-diżinformazzjoni mxerrda minn atturi barranin ta’ pajjiżi tar-reġjun, anki fir-rigward tat-tensjonijiet interetniċi, speċjalment minn sorsi Russi u Serbi marbuta mal-Istat, b’mod partikolari matul il-perjodi elettorali, u dan ikompli jikkontribwixxi għall-polarizzazzjoni politika; jibqa’ serjament imħasseb bl-indħil barrani malizzjuż, bl-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni u bit-theddid ibridu, fosthom id-diżinformazzjoni ġġenerata mill-IA u l-kampanji online koordinati mmirati li jinfluwenzaw il-proċessi politiċi u l-opinjoni pubblika; jitlob tisħiħ fir-risposta istituzzjonali u titjib tal-litteriżmu medjatiku, li jridu jinkisbu permezz ta’ miżuri bħal taħriġ aktar sod tal-għalliema u riżorsi ta’ tagħlim moderni kif ukoll kooperazzjoni msaħħa mal-media indipendenti, mal-organizzazzjonijiet tal-verifika tal-fatti u mal-programmi rilevanti tal-UE, bil-għan li jiġu promossi l-ħsieb kritiku u l-impenn diġitali responsabbli; jistieden lill-Kosovo u lis-sħab reġjonali tiegħu jibqgħu magħqudin u jitlob li jkomplu jissaħħu l-kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll il-kooperazzjoni Ewropea mal-Kosovo, fil-qasam tal-ġlieda kontra t-theddid estern, id-diżinformazzjoni, l-indħil barrani u t-theddid ċibernetiku u ibridu li jimmira li jikkomprometti l-prospettiva Ewropea tal-pajjiż u tar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifaħħar lill-Kosovo għall-impenn attiv tiegħu f’għadd ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali, bħall-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali, il-Komunità tal-Enerġija, il-Komunità tat-Trasport, il-Proċess ta’ Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk u l-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar lill-awtoritajiet tal-Kosovo għall-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-pjan direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, għall-użu ħażin u għat-traffikar ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u ta’ splussivi; jilqa’ l-livell għoli ta’ konformità mar-regoli tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa fil-qafas tad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina jibqgħu parti integrali u komponent fundamentali u neċessarju mill-prospettiva Ewropea tal-Kosovo; jenfasizza li l-progress konkret, dejjiemi u verifikabbli f’dan il-qasam huwa essenzjali biex jissaħħu l-istabbiltà reġjonali u tiġi promossa l-prospettiva Ewropea tal-pajjiż; jenfasizza li n-normalizzazzjoni ma tistax titqies kwistjoni sekondarja, iżda trid tibqa’ prijorità politika assoluta; jisħaq fuq l-importanza li jiżdiedu aktar l-isforzi tal-UE biex jiffaċilitaw id-djalogu bejn il-partijiet bil-għan li jingħeleb l-istaġnar ta’ bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni l-appoġġ totali tiegħu għad-Djalogu ffaċilitat mill-UE u jilqa’ l-estensjoni tal-mandat ta’ Peter Sørensen bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina sad-29 ta’ Frar 2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex titijeb il-kwalità tal-proċess ta’ djalogu permezz tal-parteċipazzjoni tan-nisa, ta’ aktar trasparenza fil-konfront tal-pubbliku u ta’ involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ impenn kostruttiv min-naħa tal-awtoritajiet tal-Kosovo u tas-Serbja biex isir progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Perkors għan-Normalizzazzjoni u tal-anness ta’ implimentazzjoni tiegħu, li jibqa’ validu u ġuridikament vinkolanti għaż-żewġ partijiet; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehimiet ta’ Brussell u ta’ Ohrid, anki permezz tal-istabbiliment tal-Assoċjazzjoni/Komunità tal-Muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba u tat-tneħħija tal-oppożizzjoni tas-Serbja fil-konfront tal-adeżjoni tal-Kosovo mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u jevitaw azzjonijiet unilaterali li jistgħu jikkompromettu l-proċess ta’ djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim li ntlaħaq fl-14 ta’ Marzu 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Kosovo dwar il-barranin, li tintroduċi miżuri ta’ mitigazzjoni għall-membri tal-komunità Serba; josserva li dan il-ftehim jgħin biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi u jevita r-riskju ta’ esklużjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tas-Serbi tal-Kosovo; jisħaq li tali soluzzjonijiet jikkontribwixxu biex tinbena l-fiduċja u jirrappreżentaw pass pożittiv lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Belgrad u Pristina u l-promozzjoni ta’ relazzjonjiet tajbin ta’ viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jieħu nota li fit-Tramuntana tal-Kosovo ngħalqu b’mod koordinat għexieren ta’ istituzzjonijiet sostnuti mis-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistenna li s-Serbja tikkoopera bis-sħiħ mal-Kosovo biex ma ddumx ma tressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli mill-attentati terroristiċi tal-2023 f’Banjska; jikkundanna l-fatt li s-Serbja għadha ma ressqitx għall-prosekuzzjoni lil dawk ħatja, b’mod partikolari lil Milan Radoičić, l-ex Viċi President tas-Srpska Lista; itenni li l-persuni kollha responsabbli minn atti ta’ vjolenza għandhom jagħtu kont ta’ għemilhom mingħajr dewmien quddiem il-ġustizzja, bi qbil mal-istat tad-dritt u mal-proċess ġust; jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq il-kanal Ibër-Lepenc/Ibar-Lepenac fit-Tramuntana tal-Kosovo f’Novembru 2024 u jitlob li dawk responsabbli jiġu arrestati malajr u jittellgħu quddiem il-ġustizzja; jistieden lis-Serbja twieġeb mill-aktar fis lit-talba għal assistenza ġudizzjarja reċiproka ppreżentata mill-Kosovo f’Jannar 2025 fir-rigward ta’ dan l-attakk u tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Josserva li għadu ma nxteħitx dawl fuq id-destin ta’ 1 590 persuna nieqsa, u josserva li bejn April 2024 u t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar f’Settembru 2025 ġew solvuti biss 26 każ ta’ persuni nieqsa; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv u <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> fid-diskussjonijiet tekniċi kollha li l-għan tagħhom huwa li jixħtu dawl fuq id-destin tal-persuni nieqsa li fadal, anki permezz tas-Sottogrupp dwar il-Kwistjonijiet Forensiċi, u jastjenu minn kwalunkwe politiċizzazzjoni; jilqa’ l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta għall-Persuni Nieqsa, konvokata mill-kapijiet negozjaturi tal-Kosovo u tas-Serbja f’Jannar 2026 fil-qafas tad-Djalogu ffaċilitat mill-UE, u jitlob li tiżdied il-kooperazzjoni biex jitħaffu l-identifikazzjoni ta’ oqbra tal-massa u l-iskambju ta’ informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiftaħ u tikkondividi d-dokumentazzjoni kollha rilevanti tal-pulizija, tal-armata u tal-arkivji relatata mal-gwerra fil-Kosovo tal-1998-1999 bil-għan li jiġu sostnuti l-verità, l-ġustizzja l-obbligu ta’ rendikont, anki fil-każijiet ta’ vjolenza sesswali relatata mal-kunflitt; josserva li l-ftehim ġenerali dwar il-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni għadu mhuwiex implimentat u jesprimi tħassib bl-estensjoni tal-klassifikazzjonijiet ta’ segretezza, li tirriskja li ddewwem aktar il-ġustizzja u r-rikonoxximent għas-superstiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat l-aċċess sħiħ għall-arkivji tal-ex servizzi sigrieti Jugoslavi (UDBA) u tas-Servizzi Sigrieti tal-Armata Popolari Jugoslavo (KOS), inklużi dawk li jinsabu Pristina u Belgrad, bil-għan li jkunu jistgħu jsiru riċerki bir-reqqa u jiġu indirizzati d-delitti u l-organizzazzjonijiet kriminali tal-perjodu Komunista; jissottolinja li l-ftuħ ta’ dawn l-arkivji fir-reġjun kollu jkun jikkontribwixxi għat-tiftix tal-verità, għall-ġustizzja għall-vittmi, għar-rikonċiljazzjoni u għall-konsolidament tal-governanza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kosovo jkompli l-impenn tiegħu f’għadd ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali; itenni l-importanza tal-Forza tal-Kosovo mmexxija min-NATO għas-sigurtà f’sens usa’ u jfaħħar l-isforzi kostanti tagħha biex toħloq u żżomm kuntest sigur u protett fil-Kosovo u fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent b’mod ġenerali; ifakkar fl-importanza tal-missjoni għall-iżvilupp kontinwu tal-Forza tas-Sigurtà tal-Kosovo permezz tal-għoti ta’ pariri, taħriġ u bini tal-kapaċitajiet; jistieden lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-Forza tal-Kosovo jastjenu milli jnaqqsu l-preżenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jitlob li jsiru sforzi mġedda biex jiġi ssalvagwardjat il-patrimonju reliġjuż u kulturali fil-Kosovo, inklużi s-siti Ortodossi, Iżlamiċi, Kattoliċi u ta’ fidi oħra, bħala parti minn impenn usa’ favur il-pluraliżmu, ir-rikonċiljazzjoni u r-rispett tal-wirt kulturali kondiviż tal-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Josserva li l-Kosovo huwa moderatament ippreparat fl-oqsma tal-politika ekonomika u monetarja u tal-kompetittività; jissottolinja li l-Kosovo jeħtieġlu jallinja l-qafas baġitarju tiegħu mal-acquis tal-UE u jindirizza d-dgħufijiet strutturali, b’mod partikolari bażi tal-manifattura ristretta u aċċess diffiċli għall-finanzjamenti għall-SMEs; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli, jonqos il-qgħad u tissaħħaħ is-sistema ta’ protezzjoni soċjali tal-pajjiż bi qbil mal-acquis soċjali tal-UE; jenfasizza li l-pajjiż jeħtieġ li jwettaq riformi aktar estensivi biex jindirizza d-dgħufijiet strutturali li baqa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni skont liema l-Kosovo għamel xi progress fl-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq funzjonanti, b’mod partikolari permezz ta’ tkabbir aktar b’saħħtu, settur bankarju sod u reżiljenti, it-tnaqqis tas-settur informali u soluzzjoni fi żmien iqsar għat-tilwim kummerċjali; jieħu nota tal-prevalenza kontinwa tal-ekonomija informali u jistieden lill-awtoritajiet jgħammru lill-ispettorat tax-xogħol bir-riżorsi neċessarji biex jaqdi bis-sħiħ il-kompiti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Qorti Kummerċjali tal-Kosovo tittratta b’mod effikaċi l-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jistieden lill-Qorti Kummerċjali tkompli tikkoopera mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jitlob li jiġu żgurati protezzjoni adegwata tax-xogħol, pagi ġusti u l-infurzar tal-liġijiet dwar ix-xogħol, bi qbil mal-istandards tal-UE; jiddispjaċih bil-fatt li d-djalogu soċjali fil-Kosovo għadu limitat; jitlob appoġġ immirat biex jinbnew il-kapaċitajiet tas-sħab soċjali; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu l-indipendenza u r-rwol leġittimu tat-trade unions rikonoxxuti, kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, b’mod partikolari d-dritt għan-negozjar kollettiv, kemm fil-leġiżlazzjoni kif ukoll fil-prattika, fis-settur pubbliku u f’dak privat; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jġeddu l-mandat tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, jippromwovu d-djalogu soċjali u jużaw il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent ħalli jgħinu biex jinbnew il-kapaċitajiet tas-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-konsolidament tas-sistema ta’ remunerazzjoni fl-ambitu tal-liġi dwar is-salarji fis-settur pubbliku; jiddispjaċih, madankollu, li għadhom ma ġewx indirizzati l-klassifikazzjoni tal-impjiegi u s-sistematizzazzjoni tal-pożizzjonijiet u li għadu ma ngħatax segwitu lis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-inkostituzzjonalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw l-abbozz ta’ liġi dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika u jintegraw fil-leġiżlazzjoni l-valutazzjoni tar-riskji fiskali u l-metodoloġija għall-investimenti pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jesprimi tħassib bil-fatt li l-istennija tal-għomor fit-twelid għadha aktar baxxa mill-medja tal-UE u li l-mortalità infantili għadha l-ogħla fir-reġjun u hija ogħla b’mod sinifikanti mill-medja tal-UE; jiddispjaċih li l-progress lejn il-kopertura sanitarja universali għadu ferm limitat u li jippersistu ineffiċjenzi sinifikanti; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw aċċess aħjar għas-servizzi tal-assistenza tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kosovo jagħti prijorità lil edukazzjoni vokazzjoni ta’ kwalità għolja, rabtiet aktar b’saħħithom bejn l-edukazzjoni u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u appoġġ immirat għall-imprendituri żgħażagħ u għar-riċerkaturi, biex jinħolqu prospettivi kredibbli għaż-żgħażagħ fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kosovo jkompli jikkonkludi ftehimiet dwar il-koordinament tas-sigurtà soċjali mal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Josserva li l-Kosovo għamel xi progress fit-tħejjija għat-trasformazzjoni diġitali, anki fl-espansjoni tas-servizzi online u fil-kopertura 5G; jiddispjaċih li 10 % biss tas-servizzi pubbliċi huwa offrut online bħalissa u li d-diġitalizzazzjoni għadha frammentata; jenfasizza l-bżonn li l-Kosovo jallinja mal-leġiżlazzjoni diġitali rilevanti tal-UE, inklużi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, id-Direttiva NIS 2, is-Sett ta’ Għodod tal-UE għas-Sigurtà tal-5G, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, l-Att dwar is-Swieq Diġitali u r-Regolament dwar l-Identità Diġitali Ewropea; jiddispjaċih li l-Kosovo adotta biss 8 mill-14-il att tal-leġiżlazzjoni sekondarja li ġejjin mil-Liġi dwar iċ-ċibersigurtà u li kemm l-Aġenzija għaċ-Ċibersigurtà kif ukoll il-Kunsill Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà għadhom mhumiex totalment operattivi; jitlob l-adozzjoni ta’ strateġija komprensiva fil-qasam tal-governanza elettronika bi qbil mal-istandards tal-UE u interoperabbiltà aħjar tas-sistemi tal-amministrazzjoni pubblika; jistieden lill-Kosovo jippromwovi b’aktar qawwa d-diġitalizzazzjoni u jkompli jiżviluppa servizzi pubbliċi diġitali siguri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel passi li għamel il-Kosovo lejn approċċ aktar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni, inklużi l-bidu tal-finanzjamenti għall-miżuri ta’ appoġġ għall-innovazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Kosovo fin-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ħalli tiġi estiża għall-Balkani tal-Punent, inkluż il-Kosovo, l-iskema ta’ roaming b’tariffa nazzjonali (“Roam Like At Home”) tal-UE, bil-għan li jingħataw benefiċċji konkreti liċ-ċittadini u lin-negozji u tissaħħaħ il-konnettività reġjonali; josserva li din l-inizjattiva hija bbażata fuq l-arranġamenti eżistenti fil-qasam tar-roaming reġjonali; jitlob li jiġu adottati malajr l-mandati ta’ negozjar u l-konklużjoni f’waqtha ta’ ftehimiet biex jiżguraw l-integrazzjoni rapida u effikaċi fiż-żona tar-roaming b’tariffa nazzjonali tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, żvilupp sostenibbli u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Josserva li l-Kosovo għadu jiddependi bil-kbir mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam u jeħtieġ li jħaffef l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika; jilqa’ l-fatt li sar xi progress fis-settur tal-enerġija, b’mod partikolari bil-varar ta’ rkant għall-enerġija eolika ta’ 100 MW; iħeġġeġ lill-Kosovo jħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u jnaqqas b’mod sinifikanti d-dipendenza mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-fjuwils fossili u bil-faħam; jistieden lill-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tgħin lill-Kosovo jilħaq dawn l-objettivi; jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jinvesti f’taħlita enerġetika diversifikata li ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista; jinkoraġġixxi lill-Kosovo jkompli l-isforzi tiegħu biex jintegra s-suq tal-elettriku tiegħu mas-swieq tal-elettriku Ewropej, anki permezz tal-implimentazzjoni effettiva tar-riformi tas-suq tal-elettriku u tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera fis-settur tal-elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kosovo jsaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tiegħu biex jimplimenta l-proġetti infrastrutturali strateġiċi, anki permezz tal-użu ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali komprensivi u miżuri ta’ sostenibbiltà fil-fażi tal-ippjanar, u jkompli jimplimenta l-proġetti pendenti fil-qasam tal-konnettività tat-trasport u tal-enerġija; jistieden lill-Kosovo jagħti prijorità lill-proġetti strateġiċi tal-konnettività li jgħaqqdu l-Balkani tal-Punent mal-kurituri Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u diġitali u maż-żona tal-Baħar l-Iswed, anki permezz ta’ interkonnessjonijiet enerġetiċi, miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, investimenti fl-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni fiż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA) u aċċess aħjar għall-finanzjamenti għall-SMEs; jisħaq li dawn l-investimenti jżidu l-konverġenza soċjoekonomika, ir-reżiljenza ġeostrateġika u s-sigurtà ekonomika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kosovo jżid iż-żoni protetti fil-pajjiż u jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu ġestiti ż-żoni protetti u s-siti tal-patrimonju storiku-kulturali bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità, inklużi l-ħabitats kruċjali għal-linċi tal-Balkani, li hija speċi f’periklu kritiku; jilqa’ l-kooperazzjoni kostanti tal-Kosovo mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija fir-rigward tal-Park Nazzjonali transfruntier tal-Muntanji Shar; jinkoraġġixxi lill-Kosovo jintensifika u jħaffef aktar l-isforzi ta’ kollaborazzjoni mal-pajjiżi ġirien tiegħu biex jiddeżinjaw żoni protetti transfruntieri u jistabbilixxu pjanijiet ta’ ġestjoni transfruntieri koerenti; iħeġġeġ lill-Kosovo jemenda l-liġi dwar il-ġestjoni tal-iskart u jimplimenta l-liġi dwar it-tibdil fil-klima;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>