<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0221</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni dwar il-promozzjoni ta’ governanza tranżnazzjonali tal-ilma fl-interess tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-kunflitti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0150/2026 - Rapporteur: Leoluca Orlando)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-promozzjoni ta’ governanza transnazzjonali tal-ilma fl-interess tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-kunflitti (2025/2216(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (Konvenzjoni dwar l-Ilma) tal-1992,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/576, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/576/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma” (COM(2025)0280),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 dwar l-aċċess għall-ilma bħala dritt tal-bniedem – id-dimensjoni esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma tal-2023 u l-Aġenda ta’ Azzjoni dwar l-Ilma adottata, u l-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma tal-2026 li ġejja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iskeda informattiva tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem bit-titolu “The Right to Water” (Id-Dritt għall-Ilma), ippubblikata f’Awwissu 2010,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Universitarju tan-NU għall-Ilma, l-Ambjent u s-Saħħa tal-20 ta’ Jannar 2026 bit-titolu “Global Water Bankruptcy – Living Beyond Our Hydrological Means in the Post-Crisis Era” (Falliment Globali tal-Ilma – Ngħixu lil hinn mill-Mezzi Idroloġiċi Tagħna fl-Era ta’ Wara l-Kriżi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018 dwar id-Diplomazija fil-Qasam tal-Ilma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2021 dwar l-ilma fl-azzjoni esterna tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar l-ilma tax-xorb sikur u s-sanità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4390, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4390/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0014.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Il-politika dwar l-ilma: insaħħu l-pożizzjoni taż-żgħażagħ, in-nisa, u l-komunitajiet indiġeni u lokali”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/769, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/769/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0150/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ilma huwa essenzjali għas-sopravivenza tal-umanità u tal-ħajja kollha fid-Dinja u għalhekk jeħtieġ li jiġi ġestit b’mod sostenibbli u ġust bħala ben komuni u pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità huwa dritt tal-bniedem u prerekwiżit għas-saħħa, l-istabbiltà, is-sigurtà u l-paċi, u t-tgawdija sħiħa tal-ħajja u d-drittijiet kollha tal-bniedem; billi l-governanza ħażina tal-ilma, l-iskarsezza tal-ilma u l-aċċess mhux ugwali jistgħu jikkontribwixxu għall-instabbiltà, il-kunflitt u l-ispostament; billi madwar 2,2 biljun ruħ għad ma għandhomx aċċess għal ilma tax-xorb ġestit b’mod sikur, 3,5 biljun ruħ ma għandhomx sanità ġestita b’mod sikur, u madwar 4 biljun ruħ iġarrbu skarsezza tal-ilma serja għal mill-anqas xahar kull sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi servizzi tal-ilma u tas-sanità inadegwati jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tixrid ta’ mard infettiv li jista’ jiġi prevenut bħall-kolera, il-malarja u l-mard gastrointestinali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima u l-attività insostenibbli tal-bniedem jirrappreżentaw theddida kbira għar-riżorsi tal-ilma u jaggravaw l-istress idriku; billi ż-żieda fil-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma, ikkawżata minn popolazzjonijiet li qed jikbru b’rata mgħaġġla, żieda fid-domanda, u użu mhux sostenibbli tal-ilma u tal-art, tikkontribwixxi għall-iskarsezza tal-ilma, il-ġuħ u l-kunflitt;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi madwar terz biss taż-żona kontinentali tal-ġbir tal-ilma kienet f’kundizzjonijiet normali ta’ skariku tal-ilma matul kull waħda minn dawn l-aħħar sitt snin; billi 90 % tad-diżastri naturali kollha huma relatati mal-ilma; billi ċ-ċikli idriċi qed isiru dejjem aktar erratiċi u huma kkaratterizzati minn tibdiliet f’daqqa bejn nixfa severa u għargħar devastanti, xprunati mit-tibdil fil-klima; billi r-reġjuni glaċjali kollha fid-dinja rrapportaw telf ta’ silġ f’dawn l-aħħar snin; billi l-attivitajiet tal-bniedem huma responsabbli għal ammont sinifikanti ta’ tniġġis tar-riżorsi tal-ilma ħelu madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kwantità u l-kwalità tal-ilma huma ugwalment importanti; billi l-ġestjoni suffiċjenti tat-tnejn li huma toħloq opportunitajiet ekonomiċi kif ukoll soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi 60 % tal-flussi tal-ilma ħelu tad-dinja huma akwiferi, lagi u baċiri idrografiċi transkonfinali kondiviżi minn żewġ pajjiżi jew aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi minkejja l-progress li sar, il-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-ilma għadha globalment insuffiċjenti; billi minn 153 Stat Membru tan-NU li jikkondividu ilmijiet transkonfinali, 43 biss għandhom ftehimiet operazzjonali fis-seħħ; billi aktar minn 20 pajjiż m’għandhomx arranġamenti bħal dawn, bi progress partikolarment limitat fl-Asja u fl-Amerka Latina;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-governanza b’saħħitha tal-ilma, it-trasparenza u l-monitoraġġ fis-settur tal-ilma u s-sanità jiżguraw li l-użu tar-riżorsi finanzjarji jservi l-interess pubbliku u jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istress idriku u l-azzjonijiet unilaterali minn pajjiżi f’ilmijiet transkonfinali, bħat-tniġġis, l-isfruttament żejjed, jew il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura, jaf ikollhom implikazzjonijiet għall-istati kollha li jmissu ma’ dawk l-ilmijiet; billi t-tilwim dwar l-aċċess għall-ilma jwassal u jista’ jqanqal kunflitti usa’ u kollass ekonomiku, b’konsegwenzi serji għall-istabbiltà reġjonali u għas-sigurtà tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi matul dawn l-aħħar snin, il-kunflitt dwar l-ilma qabeż il-kooperazzjoni; billi minkejja l-progress li sar fil-provvista tal-ilma tax-xorb u s-sanità matul l-aħħar għaxar snin, biljuni ta’ persuni madwar id-dinja għad ma għandhomx aċċess għal servizzi essenzjali tal-ilma, tas-sanità u tal-iġjene, u dan ipoġġihom f’riskju ta’ mard u esklużjoni soċjali aktar profonda; billi ċerti gruppi, b’mod partikolari n-nisa, it-tfal, ir-rifuġjati, il-popli indiġeni, il-komunitajiet żvantaġġati, il-persuni b’diżabbiltà u gruppi oħra, spiss jiġu injorati jew jiffaċċjaw diskriminazzjoni fl-ippjanar u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma u tas-sanità; billi d-degradazzjoni ambjentali u r-riskji relatati mal-klima għandhom it-tendenza li jħallu impatt sproporzjonat fuq il-komunitajiet foqra u emarġinati; billi dawn il-kundizzjonijiet qed jiġu sfruttati dejjem aktar minn networks kriminali, organizzazzjonijiet terroristiċi u milizzji lokali biex isaħħu l-influwenza tagħhom u javvanzaw l-aġendi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi huwa biss aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi tal-ilma li jista’ jiżgura prevedibbiltà fit-tul għal kulħadd; billi l-kooperazzjoni tranżnazzjonali strateġika dwar ir-riżorsi tal-ilma tippermetti li l-attivitajiet tal-bniedem jiġu ġestiti b’mod sostenibbli u li jitħejjew b’mod konġunt ċikli idroloġiċi erratiċi, għall-benefiċċju tal-ġirien kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Patt għall-Mediterran huwa qafas għal kooperazzjoni reġjonali msaħħa; billi d-diplomazija fil-qasam tal-ilma għandha tiġi inkluża fost l-azzjonijiet ta’ prijorità tagħha, minħabba l-pressjoni dejjem akbar fuq ir-riżorsi tal-ilma kondiviżi madwar il-Mediterran, inkluż f’reġjuni bħal-Lvant tal-Mediterran u l-Afrika ta’ Fuq; billi l-ġestjoni kooperattiva tal-ilma, il-proġetti infrastrutturali konġunti u d-djalogu dwar ir-riżorsi transkonfinali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala għodod importanti għall-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-kunflitt armat u l-okkupazzjoni jfixklu b’mod sinifikanti l-aċċessibbiltà għall-ilma u l-kooperazzjoni transnazzjonali dwar l-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-impenji politiċi fil-livell globali għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma ma ġewx akkumpanjati mill-finanzi jew l-azzjoni meħtieġa fil-prattika;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi d-dritt umanitarju internazzjonali, speċifikament il-Protokolli Addizzjonali tal-1977 għall-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, jipprovdi protezzjonijiet espliċiti għad-digi u installazzjonijiet oħra li fihom forzi perikolużi; billi l-użu tal-ilma bħala arma, inkluż l-immirar tas-sistemi u l-faċilitajiet tal-ilma jew il-ħsara ambjentali li tirriżulta, jikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u jista’ jammonta għal reat kontra l-umanità u l-ekoċidju;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-gwerra kontemporanja tinvolvi dejjem aktar l-immirar u l-użu intenzjonati tal-provvisti tal-ilma u tal-infrastruttura tal-ilma bħala arma, kif muri l-aktar reċentement mill-qerda devastanti tad-diga ta’ Kakhovka fl-Ukrajna mir-Russja fl-2023; billi l-qerda tad-diga ta’ Kakhovka kkawżat qerda ambjentali severa, inklużi għargħar, tniġġis tar-riżorsi tal-ilma ħelu, telf tal-bijodiversità, u ħsara fit-tul lill-ekosistemi, u kkawżat imwiet u l-ispostament tal-massa tal-popolazzjoni ċivili u ċaħħdithom minn aċċess għal ilma tax-xorb sikur u minn għajxienhom; billi l-qerda tad-diga ħolqot riskji serji għas-sikurezza nukleari fl-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Zaporizhzhia fil-qrib; billi, bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, madwar 1,7 miljun tifel u tifla fl-Ukrajna bħalissa ma għandhomx aċċess affidabbli għal ilma sikur;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Parlament ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-qerda intenzjonata mir-Russja tal-infrastruttura tal-ilma, inklużi d-digi, bħala arma tal-gwerra; billi l-qerda kkawżat ħsara ambjentali severa, imminat is-sigurtà tal-ilma u heddet lill-popolazzjonijiet ċivili; billi tali atti jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali u jitolbu responsabbiltà sħiħa għal dawk responsabbli; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE jkomplu jipprovdu assistenza lill-Ukrajna fl-investigazzjoni tal-awturi tar-reati sabiex ikunu jistgħu jitressqu l-qorti għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-UE tappoġġja l-mekkaniżmi konġunti ta’ governanza tal-ilma bejn Iżrael u l-Palestina, inkluża t-tnedija mill-ġdid ta’ oqfsa eżistenti bħall-Kumitat Konġunt dwar l-Ilma, bil-ħsieb li tiġi promossa distribuzzjoni ekwa tal-ilma, trasparenza mtejba u żvilupp effettiv tal-infrastruttura; billi l-aċċess inugwali għar-riżorsi tal-ilma kondiviżi jibqa’ mutur strutturali tal-instabbiltà fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari fil-Baċir tax-Xmara Ġordan, fejn l-iżbilanċi storiċi u li għadhom għaddejjin fl-allokazzjoni u l-kontroll għall-komunitajiet Palestinjani japprofondixxu d-disparitajiet soċjoekonomiċi; billi, skont l-arranġamenti eżistenti, l-awtoritajiet Iżraeljani jeżerċitaw kontroll effettiv fuq il-maġġoranza tar-riżorsi tal-ilma fix-Xatt tal-Punent u li jnixxu minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi bħala riżultat tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas, kien hemm qerda estensiva tal-infrastruttura tal-ilma, tas-sanità u tal-iġjene fl-Istrixxa ta’ Gaża, inklużi impjanti ta’ desalinizzazzjoni, faċilitajiet għat-trattament tal-ilma mormi u networks ta’ distribuzzjoni, li ħalliet biċċa kbira mill-popolazzjoni mingħajr aċċess affidabbli għal ilma tax-xorb sikur u aggravat il-ħtiġijiet umanitarji; billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Lulju 2025 irrapporta li 89 % tal-infrastruttura tal-ilma u s-sanità ta’ Gaża saritilha ħsara jew inqerdet, u dan ħalla 90 % tal-ilma domestiku mhux sigur; billi t-twassil rapidu u mingħajr xkiel ta’ materjali, fjuwil u assistenza teknika huwa meħtieġ għat-tiswija u r-rikostruzzjoni ta’ infrastruttura kritika tal-ilma, inklużi pipelines, unitajiet ta’ desalinizzazzjoni u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-impatti transkonfinali ta’ proġetti ta’ digi fuq skala kbira implimentati mit-Turkija fl-ambitu tal-Proġett tal-Anatolja tax-Xlokk (GAP), inkluża d-diga Ilısu, affettwaw il-flussi tal-ilma ‘l-isfel fix-xmajjar Tigris u Ewfrati u kkontribwew għal nuqqas ta’ ilma, telf agrikolu u degradazzjoni ambjentali fl-Iraq u fis-Sirja; billi l-partijiet ikkonċernati Torok, Iraqini u Sirjani jirrikjedu djalogu strutturat u inklużiv fil-baċir kollu dwar il-ġestjoni tas-sistema tax-xmajjar Tigris-Ewfrati, ibbażat fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali dwar l-ilma, inkluż użu ekwu u raġonevoli u l-obbligu li ma tiġix ikkawżata ħsara sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi t-tensjonijiet bejn l-Eġittu u l-Etjopja għadhom għaddejjin, wara t-tlestija u l-inawgurazzjoni tad-Diga l-Kbira għar-Rinaxximent tal-Etjopja (GERD) fl-2025, u dan jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti l-bilanċ idropolitiku fil-Baċir tan-Nil; billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddiskuta ripetutament id-Diga l-Kbira għar-Rinaxximent tal-Etjopja; billi l-partijiet kollha kkonċernati għandhom joqogħdu lura minn miżuri unilaterali li jistgħu jaggravaw it-tensjonijiet u għandhom jagħtu prijorità lill-passi għall-bini tal-fiduċja, inkluża t-trasparenza fl-operazzjonijiet tad-digi u l-kooperazzjoni teknika dwar it-tbassir tal-fluss tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi x-xmara Aras hija vitali għall-Armenja u l-Ażerbajġan għall-agrikoltura, l-iżvilupp ekonomiku u l-ilma tax-xorb, filwaqt li l-kwalità u l-kwantità tal-ilma fix-xmara Aras jinsabu taħt pressjoni; billi ftehim futur bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan li jindirizza l-korp tal-ilma transkonfinali kondiviż tagħhom, inklużi mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tad-data, il-monitoraġġ konġunt, is-sikurezza tad-digi, u l-allokazzjoni ekwa u sostenibbli tal-ilma għall-użu agrikolu u ċivili, jippermetti li x-xmara tkun riżorsa kondiviża aktar milli sors ta’ instabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-tniġġis u l-iskart li jinġarru mix-xmajjar u l-kurrenti tal-baħar jistgħu jakkumulaw fuq il-kosti ta’ stati oħra, u jikkawżaw ħsara ambjentali, ekonomika u soċjali, inkluż għat-turiżmu u s-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-iskarsezza tal-ilma u d-degradazzjoni tar-riżorsi tal-ilma jistgħu jwasslu wkoll għal spostament tal-massa tal-popolazzjoni u migrazzjoni furzata, li jaggravaw l-insigurtà tal-ikel, il-faqar u l-instabbiltà fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli; billi wieħed mill-mezzi biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni huwa li tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma f’pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi atturi statali u mhux statali armati f’żoni milquta minn kunflitti jużaw il-popolazzjonijiet imdgħajfa bħala mezz biex jiksbu leġittimità billi jikkontrollaw ir-riżorsi tal-ilma; billi l-aċċess għall-infrastruttura tal-ilma u l-kontroll tal-infrastruttura tal-ilma qed jintużaw dejjem aktar bħala strumenti ta’ pressjoni politika, koerċizzjoni jew gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi s-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom jippromwovu aċċess aħjar u aktar affordabbli għall-ilma, is-sanità u l-iġjene għal kulħadd, b’mod partikolari fil-ħolqien u l-manutenzjoni u l-ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tal-infrastrutturi tal-ilma; billi l-investimenti u l-politiki pubbliċi għandhom jinkoraġġixxu u jinċentivaw lis-settur privat biex jinvesti f’teknoloġiji u prattiki ta’ ġestjoni li jsaħħu l-attività ekonomika sostenibbli;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>iżidu r-rwol tal-governanza transkonfinali tal-ilma fl-azzjoni esterna tal-UE, sabiex taġixxi bħala għodda sinifikanti għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-fiduċja fil-livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, speċjalment f’żoni vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima u fejn l-ilma diġà huwa skars, b’mod partikolari f’reġjuni ta’ importanza strateġika; jirrikonoxxu b’mod espliċitu l-istress idriku bħala fattur ewlieni ta’ riskju ġeopolitiku, umanitarju u għas-sigurtà, u jintegraw bis-sħiħ il-prevenzjoni ta’ kunflitti relatati mal-ilma fil-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jindirizzaw in-nuqqas ta’ ftehimiet operazzjonali bejn il-gvernijiet li jikkondividu baċiri tal-ilma transkonfinali u jagħmlu disponibbli l-għarfien espert u l-assistenza teknika u finanzjarja kollha meħtieġa tal-UE biex jappoġġjaw lill-gvernijiet fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ tali arranġamenti kif ukoll organizzazzjonijiet tal-baċiri tax-xmajjar, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ is-sovranità tal-pajjiżi sħab u r-responsabbiltà primarja tagħhom għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tensjoni jew kunflitt, titrawwem il-kooperazzjoni u tissaħħaħ il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; iqajmu b’mod konsistenti kwistjonijiet relatati mal-governanza transnazzjonali tal-ilma fid-djalogi bilaterali tal-UE ma’ pajjiżi sħab;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jappoġġjaw l-isforzi tal-pajjiżi sħab biex joħolqu ambjent legali u politika favorevoli għall-ġestjoni kollaborattiva tal-ilma u jsaħħu r-rwol tal-governanza tranżnazzjonali tal-ilma fl-azzjoni esterna u d-diplomazija tal-UE; jipprovdu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lid-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja, għal dan l-għan, ir-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex jappoġġjaw il-ġestjoni transkonfinali tal-ilma fuq il-post, fil-pajjiżi sħab u bejniethom, u jrawmu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tad-diplomazija blu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jiżguraw finanzjament adegwat u effiċjenti għall-ġestjoni transkonfinali tal-ilma tal-UE fl-azzjoni esterna tal-UE fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss permezz tal-istrumenti ta’ Ewropa Globali u Global Gateway; isaħħu t-tfassil tal-investimenti esterni tal-UE fl-aċċess għall-ilma u s-sanità għal kuntesti fraġli u affettwati minn kunflitti, sabiex jiġu appoġġjati l-paċi u r-reżiljenza, inkluż permezz ta’ aktar finanzjament għall-aċċess globali għal infrastruttura tal-ġestjoni tal-ilma u tas-sanità tal-ilma reżiljenti għat-tibdil fil-klima u sostenibbli; jiżguraw li l-proġetti ta’ infrastruttura u enerġija ffinanzjati mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-istrumenti ta’ politika esterna tal-UE, inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment, ikomplu jkunu kompletament konformi mad-dritt internazzjonali, ma jimminawx ir-relazzjonijiet transfruntiera dwar l-ilma, l-aċċess ugwali u l-ġestjoni sostenibbli, u jiffaċilitaw l-aċċess tal-popli għal arthom, b’mod partikolari l-popli indiġeni; jallinjaw il-finanzjament mal-azzjonijiet ewlenin globali tal-ewwel Strateġija tal-UE għar-Reżiljenza tal-Ilma;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jirrikonoxxu u jsaħħu l-appoġġ għall-ħidma kruċjali mwettqa mid-difensuri tad-drittijiet ambjentali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili favur il-preservazzjoni tal-ilma, l-aċċess ugwali u l-governanza transkonfinali tal-ilma; jinvolvu mill-qrib lid-difensuri tad-drittijiet ambjentali lokali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ tal-UE għall-governanza tranżnazzjonali tal-ilma f’pajjiżi mhux tal-UE u jippromwovu s-sikurezza u l-libertà tagħhom li joperaw mingħajr vjolenza u intimidazzjoni; iżidu l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fl-oqsma tad-diplomazija dwar l-ilma, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-ilma, b’mod partikolari f’reġjuni fraġli u affettwati minn kunflitti, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol importanti tagħhom fl-iffaċilitar tad-djalogu fil-livell lokali u reġjonali, l-appoġġ għall-ġestjoni tal-ilma bbażata fil-komunità, il-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja u l-kontribut għal inizjattivi sostenibbli u inklużivi ta’ governanza tal-ilma;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-proġetti tal-UE dwar il-governanza transkonfinali tal-ilma lil hinn mill-Afrika u l-Asja Ċentrali għall-Amerki, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, u l-Asja tal-Lvant u tan-Nofsinhar permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa, b’mod partikolari fejn l-insigurtà tal-ilma jaf tikkontribwixxi għall-instabbiltà u l-ispostament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>isaħħu l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u tal-ilma mormi billi jintegraw b’mod sistematiku l-kooperazzjoni dwar l-infrastruttura, it-teknoloġiji u l-għarfien espert fis-sħubijiet u fil-programmi ta’ żvilupp; jappoġġjaw il-bini tal-kapaċitajiet u t-tisħiħ istituzzjonali fil-pajjiżi sħab biex itejbu l-ippjanar, il-governanza u l-manutenzjoni tas-servizzi tal-ilma u tas-sanità, inkluż permezz tas-sħubijiet mal-awtoritajiet lokali, is-servizzi pubbliċi, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità; ifasslu l-investimenti fl-infrastruttura apposta għall-kuntesti lokali u storiċi sabiex l-ilma jinbidel fi strument ta’ paċi u stabbiltà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni multilaterali dwar l-ilma, b’mod partikolari fi ħdan in-NU billi jkomplu u jżidu l-globalizzazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Ilma u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’mod partikolari l-SDG 6 dwar l-ilma nadif u s-sanità, u jindirizzaw l-inugwaljanzi sinifikanti bejn il-pajjiżi u fihom stess fl-aċċess għall-ilma u s-sanità; jiżguraw l-implimentazzjoni kontinwata tal-impenji tal-UE mill-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma tal-2023, filwaqt li jippreservaw dawn l-ambizzjonijiet u l-azzjonijiet bi tħejjija għall-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma tal-2026; jintensifikaw id-djalogi f’diversi livelli ma’ pajjiżi li jinsabu f’baċiri suxxettibbli għall-kunflitti, inklużi summits u inizjattivi konġunti, kif ukoll formati ta’ kooperazzjoni fit-tul;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jenfasizzaw li governanza tal-ilma transfruntiera effettiva tiddependi fuq il-preservazzjoni tal-bijodiversità u tal-klima, u għalhekk jitolbu li l-ġestjoni tal-ilma tirrispondi primarjament għall-interessi ambjentali — peress li hija ħtieġa bażika għall-pjanti, l-annimali u l-bnedmin — u tkun iggwidata minn loġika bbażata fuq l-interess pubbliku, u beni pubbliċi u globali komuni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>isaħħu r-reżiljenza globali tal-ilma bħala mezz biex titrawwem l-istabbiltà permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija tal-UE għar-Reżiljenza tal-Ilma, b’mod partikolari l-azzjonijiet globali tagħha mmirati biex jappoġġjaw l-aċċess għall-ilma u s-sanità għal mill-anqas 70 miljun persuna u biex isaħħu l-governanza globali tal-ilma u l-involviment f’fora multilaterali bħall-G7, il-G20 u d-Djalogu ta’ Baku dwar l-Ilma għall-Azzjoni Klimatika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jinvestu f’ħarsa ġenerali aktar trasparenti tal-appoġġ kollu tal-UE li għaddej bħalissa ddedikat għall-promozzjoni tal-ġestjoni transkonfinali tal-ilma internazzjonalment u jiżguraw il-koerenza u s-simplifikazzjoni tax-xogħol u tal-finanzjament kollu fid-Direttorati Ġenerali rilevanti kollha u bejn is-SEAE u l-Kummissjoni, filwaqt li jiżguraw li l-programmi varji jikkomplementaw lil xulxin u ma jitrikkbux; isaħħu l-komunikazzjoni dwar l-isforzi u l-kisbiet tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-ilma biex jgħollu l-profil ta’ din l-għodda essenzjali u r-rwol ewlieni tal-UE fl-implimentazzjoni tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jippromwovu kooperazzjoni internazzjonali msaħħa, inkluż fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-baċiri tax-xmajjar, biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-ilma li qed tikber; jiżguraw u jtejbu l-aċċess għal ilma nadif u ta’ kwalità għolja u s-sanità; jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, iżidu l-użu mill-ġdid tal-ilma, jindirizzaw it-tniġġis tal-ilma, l-użu żejjed u l-iskart, u jimplimentaw diversi teknoloġiji innovattivi tal-ilma, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>jiżguraw li l-inizjattivi tal-UE dwar l-ilma madwar id-dinja jindirizzaw il-lakuni persistenti fid-data u n-nuqqas ta’ kondiviżjoni tad-data bejn il-gvernijiet billi l-pajjiżi sħab jiġu mgħammra b’riżorsi tekniċi u fiżiċi biex jimmonitorjaw b’mod effettiv il-livelli tal-ilma u l-kwalità tal-baċiri transkonfinali, u billi jiskambjaw id-data u jrawmu standards komuni għall-ġbir tad-data bejn il-pajjiżi sħab sabiex tiżdied il-kompatibbiltà; iservu bħala atturi kredibbli u fdati fil-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-ilma fost il-gvernijiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku f’ambjenti taħt stress idriku u ta’ tensjoni għolja, inkluż fejn il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tkun sensittiva minħabba tħassib dwar is-sigurtà; jibnu fuq l-esperjenza, il-programmi, il-prattiki u l-istrateġiji rilevanti tal-UE biex isaħħu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika bejn l-atturi reġjonali u nazzjonali, filwaqt li jibnu fuq programmi, prattiki u strateġiji rilevanti tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jippromwovu strumenti ta’ kooperazzjoni intergovernattivi u reġjonali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, b’enfasi partikolari fuq l-iżgurar tad-distribuzzjoni ġusta tal-ilma, u jappoġġjaw strutturi ta’ governanza fil-livell lokali u komunitarju; jikkunsidraw li jappoġġjaw sħubijiet pubbliċi-privati fejn jikkontribwixxu għal ġestjoni effiċjenti tal-ilma u aċċess aktar affordabbli għall-ilma, is-sanità u l-iġjene għal kulħadd; jinċentivaw l-investiment f’teknoloġiji u prattiki ta’ ġestjoni li jtejbu l-użu ta’ prattiki agrikoli sostenibbli fil-produzzjoni tal-għelejjel, tal-bhejjem u tal-ħut kemm minn bdiewa b’azjenda agrikola żgħira kif ukoll minn kumpaniji akbar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>jissottolinjaw il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u tal-allinjament tal-politiki tal-UE mal-prijoritajiet ta’ żvilupp tal-pajjiżi sħab, abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom fuq ir-riżorsi lokali, sabiex jiġi evitat b’mod konġunt it-tnaqqis jew it-tniġġis tal-ilma fil-pajjiżi mhux tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>itejbu l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma bħala l-għodda ewlenija li tippromwovi l-iżvilupp koordinat u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, l-art u r-riżorsi relatati, anke bejn il-fruntieri, f’konformità mal-indikatur 6.5.2 tal-SDG, għall-benefiċċju reċiproku tal-istati riparji, kif ukoll jenfasizzaw l-importanza tar-rabta bejn l-ilma, l-enerġija, l-ikel u l-ekosistema fl-indirizzar tas-sinerġiji u l-kompromessi fuq l-ilma fl-azzjoni esterna kollha tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>issaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u twissija bikrija tal-UE permezz tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji moderni, inklużi sorveljanza bis-satellita u traċċar tat-tniġġis f’ħin reali, li huma essenzjali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis transfruntier u għall-appoġġ tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri; isaħħu l-monitoraġġ tal-iskarsezza tal-ilma u r-riskji ta’ kunflitt relatati mal-ilma madwar id-dinja, bħall-użu tal-ilma bħala arma u l-infrastruttura tal-ilma u ċ-ċaħda intenzjonata tal-aċċess għall-ilma, u jintegrawh fis-sistemi ta’ prevenzjoni tal-kunflitti taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jinċentivaw u jiffinanzjaw ir-riċerka dwar il-ġestjoni transkonfinali sostenibbli tal-ilma, il-kondiviżjoni tal-ilma, il-kooperazzjoni u l-innovazzjoni, inkluż permezz ta’ Orizzont Ewropa, u jesploraw l-isfidi emerġenti bħall-attivitajiet ta’ modifika tat-temp;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>jikkunsidraw li jagħtu l-kompitu lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jipprevjeni u jsolvi kunflitti relatati mal-ilma, jippromwovi l-kooperazzjoni dwar l-ilma u l-istat tad-dritt, u jipproteġi s-sorsi u s-sistemi tal-ilma, inkluż matul kunflitti armati u f’ambjenti transkonfinali u jmexxi, f’isem l-UE, l-isforzi internazzjonali biex jiġu protetti u restawrati l-ekosistemi tal-ilma f’konformità mal-SDG 6, peress li r-reżiljenza tal-ilma hija kruċjali fl-indirizzar tal-kriżijiet attwali u futuri tas-saħħa, tal-ikel, tal-enerġija u tas-sigurtà; jikkonsultaw lill-Parlament dwar il-mandat, ir-riżorsi u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni li jappoġġjaw il-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>isaħħu r-rwol tad-dritt internazzjonali u tal-qrati internazzjonali kompetenti, u jippromwovu d-djalogu, il-medjazzjoni u s-soluzzjonijiet reġjonali bħala għodod primarji għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar il-korpi tal-ilma transnazzjonali, filwaqt li jiżguraw iċ-ċarezza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-obbligi legali tal-istati kollha li jmissu mal-ilmijiet ikkonċernati; jikkundannaw b’mod sistematiku l-użu tal-ilma bħala arma fil-kunflitti; jiżguraw li l-awturi jinżammu responsabbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>jappoġġjaw inizjattivi legali mmirati lejn l-iżgurar tal-ġustizzja u l-kumpens għall-immirar u l-qerda intenzjonati tal-provvisti u l-infrastruttura tal-ilma;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>