<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0222</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Georgia</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0140/2026 - Rapporteur: Rasa Juknevičienė)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Georgia (2025/2257(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 intitolata “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Georgia 2025 Report” (Rapport 2025 dwar il-Georgia) (SWD(2024)0757),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/2441 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward tar-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ĠU L, 2025/2441, 10.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2441/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tal-Kostituzzjoni tal-Georgia, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri possibbli kollha biex tiġi ggarantita l-integrazzjoni sħiħa tal-Georgia fl-UE u fin-NATO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni Urġenti dwar l-Emendi għall-Kodiċi dwar ir-Reati Amministrattivi u l-Kodiċi Kriminali tal-Georgia tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), adottata fit-12 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li fiha l-Georgia hija parti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti preċedenti tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir fir-rigward tal-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport “Freedom in the World 2025” (il-libertà fid-dinja), ippubblikat minn Freedom House,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“World Justice Project Rule of Law Index” (l-indiċi tal-istat tad-dritt tal-proġett dinji tal-ġustizzja) tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025 ippubblikat minn Transparency International,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-OSKE dwar il-Georgia (2026) skont il-paragrafu 12 tad-Dokument tal-Mekkaniżmu ta’ Moska intitolat “Developments in Georgia in Respect of Human Rights and Fundamental Freedoms from Spring 2024” (żviluppi fil-Georgia fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali mir-rebbiegħa 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni dwar il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Aġenti Barranin, l-emendi għal-Liġi dwar l-Għotjiet u Liġijiet oħra relatati mal-“influwenza barranija”, adottata mill-Kummissjoni ta’ Venezja fid-9 sal-10 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0140/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Georgia applikat għall-adeżjoni mal-UE fit-3 ta’ Marzu 2022; billi l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023 ta lill-Georgia l-istatus ta’ kandidat bil-kundizzjoni li jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023; billi l-proċess ta’ adeżjoni tal-Georgia, fil-prattika, ilu li ġie effettivament sospiż mill-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kummissjoni tqis lill-Georgia bħala pajjiż kandidat fl-isem biss, wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2024, li sabu li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Georgia wasslu <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> għal waqfien fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, u fid-dawl tar-rigress kontinwu u serju tal-Georgia fuq l-elementi fundamentali minn dak iż-żmien ’l hawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kummissarju Marta Kos ġustament iddeskriviet ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar il-Georgia bħala “l-agħar rapport li qatt tħejja għal pajjiż kandidat”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sitwazzjoni fil-Georgia kompliet tiddeterjora b’mod drammatiku, b’aktar rigress fid-demokrazija, fid-drittijiet tal-bniedem u fl-istat tad-dritt minħabba l-azzjonijiet tal-partit Ħolma Georgjana; billi l-metodi ta’ repressjoni, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-fastidju politiku jirriflettu t-tattiċi ibridi Russi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fid-29 ta’ Jannar 2026, 24 Stat parteċipanti tal-OSKE attivaw il-Mekkaniżmu ta’ Moska, li ppermetta lil missjoni esperta indipendenti teżamina l-allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-iżviluppi mir-rebbiegħa tal-2024; billi r-rapport ta’ esperti tal-Mekkaniżmu ta’ Moska tal-OSKE dwar il-Georgia, ippubblikat fit-12 ta’ Marzu 2026, jenfasizza tħassib serju dwar l-integrità tal-proċessi elettorali, inklużi allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet u pressjoni fuq l-oppożizzjoni politika, kif ukoll l-użu ta’ miżuri legali kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni u l-partiti politiċi; billi r-rapport jappella għar-revoka ta’ leġiżlazzjoni restrittiva, inkluża l-Liġi dwar it-Trasparenza tal-Influwenza Barranija u emendi li jaffettwaw il-libertà tal-media; billi huwa jiddokumenta każijiet ta’ użu sproporzjonat tal-forza kontra d-dimostranti u jqajjem tħassib dwar il-ksur tal-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament ħażin, b’xi każijiet jilħqu “l-limitu tat-tortura”; billi jappella, barra minn hekk, għall-ħelsien immedjat ta’ individwi detenuti għal raġunijiet politiċi, inklużi membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti, u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Georgia tikkoopera bis-sħiħ mal-korpi internazzjonali, inkluża l-Kummissjoni ta’ Venezja u l-mekkaniżmi internazzjonali rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Gvern tal-partit Ħolma Georgjana sistematikament dgħajjef il-kontrokontrolli billi mmina l-indipendenza tal-ġudikatura, is-servizzi ta’ prosekuzzjoni u l-Qorti Kostituzzjonali, u b’hekk il-Georgia strutturalment mhijiex kapaċi tissodisfa l-kriterji ta’ sħubija fl-UE taħt il-kundizzjonijiet attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-protesti kontra l-azzjonijiet tal-partit Ħolma Georgjana komplew mit-28 ta’ Novembru 2024, ħaġa li wriet ir-rieda demokratika persistenti tal-poplu Georgjan, minkejja l-vjolenza sistemika u sproporzjonata kontra l-parteċipanti, il-priġunerija tagħhom u l-introduzzjoni ta’ pieni dejjem aktar ħorox kontra l-parteċipazzjoni; billi bdew protesti fuq skala kbira wara li l-Gvern ħabbar li kien qed jissospendi t-tħejjijiet għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE sal-2028;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-dokumentarju tal-British Broadcasting Corporation intitolat “When Water Burns”, imxandar fl-1 ta’ Diċembru 2025, ippreżenta evidenza li tissuġġerixxi li l-ilma mħallat ma’ sustanza kimika tossika ntuża kontra d-dimostranti fil-Georgia f’Novembru u Diċembru 2024; billi l-użu ta’ sustanzi kimiċi tossiċi jista’ jikkawża problemi tas-saħħa fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-OSKE/ODIHR ma tħallewx josservaw l-elezzjonijiet lokali li saru fl-4 ta’ Ottubru 2025 minħabba stedina tard mill-awtoritajiet Georgjani;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-emendi leġiżlattivi li għadhom kif ġew adottati jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-finanzjament barrani u jikkriminalizzaw l-hekk imsejjaħ “lobbjar estern”; billi l-leġiżlazzjoni twessa’ b’mod sinifikanti d-definizzjoni ta’ “għotjiet” biex tinkludi assistenza teknika jew mingħajr ħlas u trasferimenti bejn organizzazzjonijiet barranin u l-fergħat lokali tagħhom, tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet meqjusa bħala riċevituri ta’ għotjiet, inklużi organizzazzjonijiet ibbażati barra mill-pajjiż li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-Georgia, u tintroduċi pieni kriminali għall-ksur relatat mal-għotjiet; billi l-leġiżlazzjoni tintroduċi wkoll sentenzi ta’ ħabs sa sitt snin għal “lobbjar estern”, projbizzjonijiet ta’ tmien snin fuq is-sħubija f’partit politiku għal individwi li ħadmu f’organizzazzjonijiet iffinanzjati minn barra l-pajjiż, u penali addizzjonali għan-negozji involuti f’attività politika mhux relatata mal-attività prinċipali tagħhom; billi l-leġiżlazzjoni tintroduċi wkoll klawżola ta’ “estremiżmu”, li tippermetti l-impożizzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs sa tliet snin għal “atti sistematiċi” mmirati lejn “l-istabbiliment tal-perċezzjoni” li l-Gvern huwa nieqes mil-leġittimità;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-emendi adottati fil-Kodiċi Kriminali jipprevedu sentenzi ta’ ħabs għal individwi li jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-leġittimità tal-Gvern tal-partit Ħolma Georgjana, u dan iqajjem tħassib serju dwar il-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu politiku u l-istandards demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, b’reazzjoni għar-rigress demokratiku fil-Georgia taħt ir-reġim tal-partit Ħolma Georgjana u r-riorjentazzjoni ġeopolitika tal-pajjiż, l-Istati Uniti ssospendew is-sħubija strateġika tagħhom mal-Georgia u imponew sanzjonijiet li jibqgħu fis-seħħ; billi l-Kungress tal-Istati Uniti introduċa abbozz ta’ liġi intitolat “L-Immobilizzar u t-Tisħiħ tal-Opzjonijiet tal-Georgia għall-Bini tal-Kontabbiltà, ir-Reżiljenza u l-Indipendenza” (l-Att MEGOBARI), li jfittex li jżid l-iskrutinju tal-azzjonijiet tal-Gvern tal-Georgia u r-rabtiet tiegħu mar-Russja u ma’ reġimi awtoritarji oħra, inkluża ċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi f’Diċembru 2024 l-Istati Uniti inkludew lil Bidzina Ivanishvili fir-reġim ta’ sanzjonijiet tagħhom talli mmina il-futur demokratiku u Ewro-Atlantiku tal-Georgia għall-benefiċċju tal-Federazzjoni Russa; billi l-Istati Uniti sabu li l-azzjonijiet ta’ Ivanishvili u ta’ Ħolma Georgjana dgħajfu l-istituzzjonijiet demokratiċi, ippermettew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u llimitaw l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali fil-Georgia; billi dawn l-azzjonijiet komplew ifixklu l-futur Ewro-Atlantiku tal-Georgia, u ħallew lill-pajjiż dejjem aktar vulnerabbli għar-Russja, li għadha tokkupa aktar minn 20 % tat-territorju tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fit-2 ta’ Marzu 2026, disa’ partiti tal-oppożizzjoni fil-Georgia ħabbru l-formazzjoni ta’ alleanza b’reazzjoni għar-rigress demokratiku u l-konsolidazzjoni awtoritarja tal-poter li għaddejjin bħalissa mill-partit Ħolma Georgjana, li juri l-konsolidazzjoni tal-forzi demokratiċi pro-Ewropej u d-domanda dejjem tikber tas-soċjetà biex tiddefendi l-perkors Ewropew tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi tmien mexxejja u politiċi tal-oppożizzjoni, Nika Gvaramia, Zurab Japaridze, Badri Japaridze, Mamuka Khazaradze, Nika Melia, Irakli Okruashvili, Givi Targamadze u Giorgi Vashadze, ġew ikkundannati għal seba’ sa tmien xhur ħabs u ġew ipprojbiti milli jokkupaw kariga pubblika għal sentejn talli rrifjutaw li jidhru quddiem il-Kummissjoni Investigattiva Temporanja tal-Parlament tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-awtoritajiet tal-Ħolma Georgjana ħolqu sistema ta’ repressjoni politikament motivata li rriżultat fil-priġunerija ta’ bosta priġunieri politiċi, inklużi politiċi tal-oppożizzjoni, attivisti, ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, li ġew imċaħħda mil-libertà tagħhom sempliċement talli rrifjutaw li jissottomettu ruħhom lill-awtorità tal-partit fil-gvern jew talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; billi tali detenzjonijiet jammontaw għal strateġija intenzjonata ta’ intimidazzjoni mmirata biex issikket id-dissens, iżżarma l-pluraliżmu politiku u tikkonsolida t-tmexxija awtoritarja; billi l-inkarċerazzjoni kontinwa ta’ dawn l-individwi tikkostitwixxi ksur serju tal-ordni kostituzzjonali tal-Georgia, tal-obbligi internazzjonali tagħha tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri fundamentali li jirfdu l-istatus tagħha ta’ kandidat tal-UE; billi bosta studenti, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u artisti ġew detenuti jew immultati talli pparteċipaw fi protesti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-persekuzzjoni politika ta’ personalitajiet tal-oppożizzjoni għadha kwistjoni serja ta’ tħassib, inkluża l-vittimizzazzjoni sistemika ta’ Giorgi Gakharia, mexxej tal-partit Għall-Georgia, li darbtejn ġie soġġett għal attakki fiżiċi u li ġie akkużat b’reati kriminali politikament motivati, u dan wassal sabiex attwalment qed jgħix fl-eżilju;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-eks President Mikheil Saakashvili ilu mċaħħad mil-libertà tiegħu għal aktar minn erba’ snin u huwa priġunier politiku <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-oligarka Bidzina Ivanishvili, li jeżerċita kontroll fuq l-Istat u għandu influwenza illeċita fuq l-istituzzjonijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi minn Jannar 2026, is-soċjetà ċivili Georgjana identifikat 48 priġunier politiku li ntbagħtu l-ħabs inġustament minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesti u l-appoġġ tagħhom għalihom, u 68 oħra li għadhom f’arrest preventiv fuq akkużi politikament motivati;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi d-dimostranti nisa fil-Georgia jirrapportaw regolarment li qed jiffaċċjaw trattament degradanti mill-pulizija, inklużi abbuż verbali sessist, tfittxijiet ta’ rutina fuq il-persuna, theddid ta’ stupru u theddid ieħor ta’ vjolenza fiżika matul protesti, f’detenzjoni u matul tfittxijiet fid-djar; billi din ix-xejra hija parti minn sistema usa’ ta’ abbuż u impunità fi ħdan l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi Mzia Amaglobeli, ġurnalista u direttriċi Georgjana tal-organi tax-xandir online Batumelebi u Netgazeti, li ġiet mitfugħa il-ħabs, ingħatat il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2025 mill-Parlament Ewropew, flimkien ma’ Andrzej Poczobut mill-Belarussja; billi l-Qorti Suprema tal-Georgia ċaħdet l-appell ta’ Mzia Amaglobeli, li jħalli lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strażburgu l-unika triq legali li fadal għaliha biex tfittex ġustizzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tal-libertà tal-media u l-libertà tal-espressjoni marret għall-agħar b’mod drammatiku; billi l-pjattaforma “Sikurezza tal-Ġurnalisti” tal-Kunsill tal-Ewropa rrapportat 32 twissija dwar il-Georgia fl-2025, żieda ta’ 78 % mill-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-pressjoni dejjem akbar fuq is-sistema edukattiva u t-tentattivi biex tiġi mminata l-awtonomija tal-universitajiet b’riżultat tal-inizjattiva “belt waħda, fakultà waħda” minn Ħolma Georgjana jirriskjaw li jdgħajfu wieħed mill-pilastri istituzzjonali ewlenin li jappoġġjaw id-dibattitu demokratiku, l-involviment ċiviku u t-trajettorja tal-integrazzjoni Ewropea tal-Georgia u jirriskjaw li jnaqqsu l-aċċess għall-edukazzjoni; billi l-attakki kontra s-soċjetà ċivili, il-media indipendenti u s-settur akkademiku juru sistema usa’ ta’ pressjoni fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà akkademika fil-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-estrazzjoni tal-manganiż fil-Georgia għall-esportazzjoni lejn l-UE kkawżat uqigħ tal-art, niġġset iż-żoni tal-madwar u kisret id-drittijiet tax-xogħol fir-reġjun tal-minjieri ta’ Chiatura; billi l-organizzazzjonijiet ambjentali jsostnu li l-iskart qed jintrema direttament fix-Xmara Kvirila; billi dawk li pprotestaw kontra l-estrazzjoni tal-manganiż irrappurtaw każijiet ta’ sorveljanza, intimidazzjoni u detenzjoni mill-awtoritajiet Georgjani; billi d-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE> tirrikjedi li l-kumpaniji Ewropej jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u r-rispett tal-ambjent fil-ktajjen tal-provvista tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi wħud mit-territorji rikonoxxuti internazzjonalment tal-Georgia għadhom taħt okkupazzjoni; billi r-Russja rrikonoxxiet l-Abkażja u Tskhinvali/Ossezja tan-Nofsinhar bħala stati indipendenti fl-2008 u għad għandha eluf ta’ suldati fiż-żona, bi ksur tad-dritt internazzjonali; billi r-Russja qed tkompli l-politika tagħha tal-hekk imsejħa “borderisation”, jiġifieri l-ħolqien ta’ ostakli fiżiċi tul il-fruntieri amministrattivi tar-reġjuni tal-Abkażja u Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar, bi ksur tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet, barra minn hekk, li dan wassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħal restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-moviment, aċċess limitat għall-proprjetà jew l-art, u s-separazzjoni tal-membri tal-familja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-Russja għandha influwenza dejjem akbar fuq il-Georgia b’riżultat ta’ kampanji politiċi, ekonomiċi u informattivi; billi l-UE ma tistax tibqa’ reattiva u sempliċiment tieħu nota tad-deterjorament tas-sitwazzjoni fil-pajjiż; billi minflok jeħtiġilha ssegwi approċċ proattiv u strateġiku lejn il-Georgia sabiex tnaqqas il-vulnerabbiltajiet tal-pajjiż għall-koerċizzjoni esterna u tissalvagwardja l-konnettività reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi, mill-2022, il-Georgia żiedet b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħha ta’ oġġetti b’użu doppju mill-pajjiżi tal-Punent u miċ-Ċina; billi l-evidenza statistika disponibbli tindika li l-Georgia qed taġixxi bħala stat ta’ tranżitu, filwaqt li tiffaċilita t-trasferiment ta’ oġġetti sanzjonati lejn il-Federazzjoni Russa, fejn jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ tagħmir u armi militari; billi f’bosta każijiet, tali irregolaritajiet jistgħu jiġu attribwiti għal strateġiji intenzjonati mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet internazzjonali imposti fuq ir-Russja; billi tqajjem tħassib serju dwar ir-rwol tal-istrutturi ta’ governanza informali u l-individwi marbuta ma’ Bidzina Ivanishvili fil-faċilitazzjoni ta’ ambjent li jwassal għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; billi madwar 40 000 kumpanija li huma proprjetà ta’ ċittadini jew entitajiet Russi bħalissa qed joperaw fil-Georgia, li minnhom madwar 30 000 ġew irreġistrati mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi l-kumpaniji involuti fil-kummerċ mar-Russja, inkluż f’oġġetti soġġetti għal sanzjonijiet, spiss jiġu stabbiliti permezz ta’ strutturi offshore, u b’hekk jikkumplikaw it-trasparenza u l-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja, inkluż fir-rigward tan-networks kummerċjali assoċjati ma’ Bidzina Ivanishvili; billi hemm rapporti persistenti li oġġetti sanzjonati, inklużi vetturi u teknoloġija, għadhom jidħlu fis-suq Russu mill-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-attraenza tal-UE bħala mudell ta’ governanza demokratika, tkabbir ekonomiku u kooperazzjoni bbażata fuq ir-regoli tibqa’ sors ewlieni ta’ ispirazzjoni għas-soċjetà ċivili Georgjana; billi l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri b’mod konsistenti appoġġ qawwi fost il-popolazzjoni Georgjana għall-integrazzjoni mal-UE, b’madwar 75 % taċ-ċittadini jesprimu appoġġ għall-perkors Ewropew tal-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa li r-Russja qed twettaq kontra l-Ukrajna mill-2022 biddlet ix-xenarju Ewropew tas-sigurtà u żiedet l-importanza strateġika tat-tkabbir tal-UE; billi, mill-bidu tal-gwerra, ħafna Georgjani huma involuti fl-appoġġ lill-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Georgia, u tirrappreżenta madwar 22,1 % tal-kummerċ totali tal-pajjiż; billi dawn l-iskambji huma rregolati mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia u ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tiegħu, li daħal fis-seħħ bis-sħiħ fl-2016 u jipprovdi lin-negozji Georgjani aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE u għal aktar mill-450 miljun konsumatur tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi fis-6 ta’ Marzu 2026 il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tissospendi l-ivvjaġġar mingħajr viża għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali u dawk tas-servizz Georgjani sa mill-inqas Marzu 2027 minħabba tħassib dwar id-deterjorament tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; billi ċ-ċittadini ordinarji Georgjani qed ikomplu jgawdu minn ivvjaġġar mingħajr viża għal żjarat qosra fiż-żona Schengen f’konformità mad-deċiżjoni tal-2017;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sospensjoni tal-integrazzjoni tal-Georgia fl-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu Georgjan, li jkompli l-ġlieda tiegħu għal Georgia Ewropea u demokratika fid-dawl tar-rigress demokratiku, ir-repressjoni dejjem akbar, ir-retorika ostili bla waqfien, id-diżinformazzjoni u t-theddid; jisħaq li kważi 75 % tal-poplu Georgjan ikompli jappoġġja aktar integrazzjoni mal-UE; itenni li l-bieb tal-UE jibqa’ miftuħ beraħ għall-poplu Georgjan biex dan jerġa’ lura fit-triq Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota b’diżappunt kbir li l-partit Ħolma Georgjana mhux biss issospenda iżda effettivament reġġa’ lura l-perkors tal-Georgia lejn l-integrazzjoni Ewropea; jiddispjaċih għall-fatt li kien hemm rigress fl-implimentazzjoni tad-disa’ prijoritajiet kollha li kienu l-kundizzjonijiet biex il-Georgia ngħatat status ta’ kandidat; jenfasizza l-inkonsistenza tal-affermazzjonijiet ta’ Ħolma Georgjana li l-integrazzjoni fl-UE tibqa’ l-prijorità ewlenija, filwaqt li fl-istess ħin l-ogħla uffiċjali tagħha u l-media affiljata mal-Gvern imexxu kampanja orkestrata u sistematika fuq stil Russu li xxerred narrattivi manipulattivi, diżinformazzjoni u teoriji ta’ komplott kontra l-UE, l-uffiċjali u d-diplomatiċi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li, mill-elezzjonijiet parlamentari mbagħbsa ta’ Ottubru 2024, Ħolma Georgjana kompla jintensifika l-perkors tiegħu lejn awtoritarjaniżmu sħiħ; jinsab diżappuntat biż-żarmar rapidu tal-pedamenti demokratiċi tal-Georgia permezz ta’ attakki mmirati kontra l-istituzzjonijiet demokratiċi, il-libertajiet fundamentali u l-pluraliżmu demokratiku tagħha, li huwa totalment kuntrarju għall-iżvilupp demokratiku meħtieġ għall-adeżjoni mal-UE; jikkondividi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li istituzzjonijiet kruċjali, bħall-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni, il-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja, il-Qorti Kostituzzjonali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-Bank Nazzjonali, u l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi u għas-sigurtà, huma nieqsa mill-imparzjalità, l-indipendenza u s-sorveljanza demokratika; jisħaq li l-Georgia ma tista’ tagħmel l-ebda progress fil-proċess ta’ adeżjoni Ewropea sakemm ma terġax lura fit-triq tar-riformi demokratiċi u, fost l-oħrajn, tiggarantixxi elezzjonijiet ħielsa, ġusti u kompetittivi, tipproteġi l-indipendenza tal-istituzzjonijiet uffiċjali, tindirizza b’mod effettiv il-kontroll oligarkiku u ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li s-sanzjonijiet personali mmirati, imposti mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, kontra Bidzina Ivanishvili, mexxejja ewlenin ta’ Ħolma Georgjana, imħallfin, prosekuturi u uffiċjali oħra responsabbli għar-rigress demokratiku kontinwa fil-Georgia, il-frodi elettorali, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-persekuzzjoni tal-avversarji u l-attivisti politiċi, u kontra s-sidien kompliċi ta’ kumpaniji u ta’ mezzi tax-xandir marbuta ma’ Ħolma Georgjana huma strument importanti kontra l-impunità; jilqa’ l-fatt li, fin-nuqqas ta’ unanimità fil-livell tal-UE, għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri introduċew projbizzjonijet individwali tal-viża u sanzjonijiet individwali oħra kontra uffiċjali Georgjani; iħeġġeġ lil Stati Membri oħra jagħmlu l-istess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-appell qawwi tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jintroduċu sanzjonijiet personali immedjati u mmirati kontra Bidzina Ivanishvili, il-membri tal-familja tiegħu u l-kumpaniji tiegħu u jappella lill-UE biex tiffriża l-assi tiegħu u tikkoopera dwar din il-kwistjoni ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra, b’mod partikolari r-Renju Unit u l-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna l-impunità sistemika tal-uffiċjali u l-istituzzjonijiet responsabbli għar-repressjoni politika, il-fastidju tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-persekuzzjoni ta’ personalitajiet tal-oppożizzjoni; jenfasizza li r-rispons tal-UE sal-lum kien inadegwat u wasal tard fid-dawl tal-konsolidazzjoni awtoritarja li qed taċċellera fil-Georgia; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jadottaw b’mod urġenti miżuri restrittivi kkoordinati fl-UE kollha kontra l-politiċi, l-uffiċjali u l-faċilitaturi responsabbli kollha, inkluża l-espansjoni tal-listi ta’ sanzjonijiet, l-iffriżar komprensiv tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viża mmirati lejn dawk responsabbli għall-manipulazzjoni tal-Istat, ir-repressjoni u l-propaganda sponsorjata mir-reġim; iħeġġeġ lill-Gvern Ungeriż li jmiss ineħħi l-imblokk impost mill-predeċessur tiegħu fuq sanzjonijiet immirati fl-UE kollha kontra Ivanishvili u t-tmexxija usa’ ta’ Ħolma Georgjana; jistieden lill-Kunsill jesplora mekkaniżmi kollettivi meta l-unanimità ma tkunx possibbli sabiex jiġi żgurat rispons effettiv u unifikat tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rigress kontinwu tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt u l-konsolidament awtokratiku tal-poter</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih li partit Ħolma Georgjana ma ħa l-ebda pass biex ireġġa’ lura l-perkors antidemokratiku u anti-Ewropew tiegħu; iqis li l-involviment mal-awtoritajiet Georgjani għandu jkun strettament bil-kundizzjoni li jieħdu passi tanġibbli u verifikabbli li jreġġgħu lura l-perkors attwali tagħhom ta’ rigress demokratiku, repressjoni, restrizzjonijiet u diżinformazzjoni ħarxa stil Russu kontra l-UE; isostni, għalhekk, il-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu rigward in-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-leġittimità tal-Parlament u tal-President maħtur minnu; jiddispjaċih għall-fatt li l-Parlament tal-Georgia huwa parlament <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> b’partit wieħed li qed japprova inizjattivi leġiżlattivi mmirati lejn iż-żarmar tal-pedamenti ta’ demokrazija parlamentari pluralistika; jinnota bi tħassib il-fatt li l-Parlament <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Georgia ddikjara l-irtirar temporanju tiegħu mill-Assemblea Parlamentari Euronest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni s-sejħa tiegħu li r-rappreżentanti u l-membri tal-Parlament tal-UE u l-Istati Membri joqogħdu lura milli jorganizzaw laqgħat ma’ rappreżentanti tar-reġim, ibda mill-President <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> attwali, sakemm l-awtoritajiet Georgjani jkomplu bir-rigress u r-repressjoni demokratiċi tagħhom; jappella lill-Istati Membri jikkonsolidaw approċċ magħqud u kkonsolidat rigward l-illimitar ta’ kuntatti politiċi mal-awtoritajiet ta’ Ħolma Georgjana għal kwistjonijiet strettament neċessarji, filwaqt li jżommu u jsaħħu l-involviment mas-soċjetà ċivili, il-media indipendenti u l-istituzzjonijiet akkademiċi Georgjani; jikkundanna r-retorika aggressiva persistenti kontra d-diplomatiċi, il-politiċi u l-uffiċjali tal-UE u tal-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza li jkomplu jiġu promossi n-normi Ewropej, il-valuri demokratiċi u l-perkors Ewropew fost il-popolazzjoni Georgjana u l-forzi politiċi impenjati favur il-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-retorika aggressiva kontra l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u alleati oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jerġgħu jġibu s-salvagwardji tas-servizz ċivili bbażati fuq il-mertu, jerġgħu jistabbilixxu protezzjoni legali effettiva kontra sensji politikament motivati u jiżguraw implimentazzjoni effettiva tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrimarka li l-elezzjonijiet muniċipali tal-4 ta’ Ottubru 2025 ġew ibbojkottjati mill-maġġoranza tal-partiti tal-oppożizzjoni, u dan jirrifletti n-nuqqas kbir ta’ fiduċja li għandha l-maġġoranza tas-soċjetà fl-indipendenza tal-proċess elettorali; jiddispjaċih li l-emendi għall-Kodiċi Elettorali tal-Georgia magħmula f’Diċembru 2024 u f’Marzu u April 2025 komplew isaħħu d-dominanza tal-partit fil-gvern u introduċew restrizzjonijiet ġodda fuq ir-reġistrazzjoni għall-osservaturi lokali, il-media u s-suġġetti elettorali; itenni li l-awtoritajiet Georgjani injoraw it-talbiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja biex jitħassru l-bidliet li saru fl-2024; jisħaq li n-nuqqas ta’ osservazzjoni mill-OSKE/ODIHR minħabba stedina tard u minn organizzazzjonijiet ta’ osservaturi lokali minħabba restrizzjonijiet affettwa serjament it-trasparenza tal-proċess elettorali u l-kredibbiltà tar-riżultati tiegħu; itenni s-sejħa tiegħu għal ambjent elettorali mtejjeb stabbilit minn amministrazzjoni elettorali indipendenti u imparzjali, għal elezzjonijiet futuri taħt osservazzjoni diliġenti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) internazzjonali u nazzjonali; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-emenda tal-Kodiċi Elettorali ta’ Diċembru 2025 li tipprojbixxi liċ-ċittadini Georgjani milli jivvutaw minn barra l-pajjiż; jisħaq li l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet hija dritt kostituzzjonali fundamentali ta’ kull ċittadin u għandha ssir possibbli irrispettivament mill-post ta’ residenza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni bla preċedent u dejjem aktar restrittiva bl-għan li tagħmilha prattikament impossibbli li l-appoġġ internazzjonali, inklużi l-mezzi finanzjarji, jilħaq lis-soċjetà ċivili u lill-media, u li jinqatgħu minn kwalunkwe finanzjament indipendenti; jenfasizza l-emendi l-aktar reċenti għal-Liġi dwar l-Għotjiet, li daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Marzu 2026, u li jwessgħu b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak li jitqies bħala “għotja” u jagħmlu l-aċċettazzjoni ta’ għotjiet jew finanzjament minn barra l-pajjiż mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-gvern reat kriminali punibbli b’massimu ta’ sitt snin priġunerija; jinnota li dan huwa ksur dirett tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia; jappella għall-protezzjoni tal-fondazzjonijiet politiċi, l-NGOs internazzjonali, u l-aġenziji tal-iżvilupp; ifakkar lill-awtoritajiet Georgjani li kwalunkwe fastidju fil-konfront tal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE se jwassal għal konsegwenzi diretti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li dawn l-emendi jsegwu dawk li saru għal-Liġi dwar l-Għotjiet adottata f’April 2025, li diġà naqqset b’mod sinifikanti l-għażliet għall-appoġġ finanzjarju internazzjonali u introduċiet ir-rekwiżit li d-donaturi internazzjonali jfittxu approvazzjoni minn qabel għall-għotjiet mill-awtoritajiet tal-Istat u monitoraġġ restrittiv u responsabbiltà amministrattiva punittiva għar-riċevituri, bil-għan li l-organizzazzjonijiet jiġu skoraġġuti milli jaċċettaw assistenza internazzjonali, inkluż finanzjament mill-UE; jisħaq li d-definizzjoni wiesgħa ta’ “għotja” tista’ tkopri tranżazzjonijiet b’firxa wiesgħa soġġetti għal approvazzjoni minn qabel u tista’ tagħmel lil kwalunkwe ċittadin mira potenzjali ta’ persekuzzjoni mill-gvern; jinnota bi tħassib il-projbizzjoni tas-sħubija fil-partit għal tmien snin għal kwalunkwe persuna li qatt kienet impjegata minn organizzazzjoni li ddependiet fuq finanzjament barrani, u b’hekk tipprojbixxi għadd kbir ta’ individwi soċjalment attivi milli jipparteċipaw fil-politika tal-partiti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni immedjata biex jissalvagwardjaw u jsostnu l-media indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li fadal fil-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddeplora t-tentattivi kontinwi tal-partit fil-gvern Ħolma Georgjana biex jippersegwita lill-avversarji politiċi, inkluż permezz tal-arrest u tad-detenzjoni illegali, ta’ theddid u attakki fiżiċi; jikkundanna l-priġunerija ta’ avversarji politiċi talli rrifjutaw li jidhru quddiem il-Kummissjoni Investigattiva Temporanja tal-Parlament <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Georgia, li ntużat mill-partit Ħolma Georgjana bħala forma ta’ proċess politiku spettaklu bil-għan li tinfetaħ it-triq għall-persekuzzjoni ulterjuri tal-avversarji politiċi u l-projbizzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni; jisħaq li l-eżistenza ta’ priġunieri politiċi hija inkompatibbli mal-obbligi tal-Georgia skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ dawk kollha mitfugħin il-ħabs għal raġunijiet politiċi, inklużi politiċi tal-oppożizzjoni u ex uffiċjali; jinnota li żewġ politiċi tal-oppożizzjoni ngħataw il-maħfra mill-President <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> qabel l-elezzjonijiet muniċipali biex tiġi żgurata apparenza ta’ elezzjonijiet kompetittivi; itenni bil-qawwa t-talba tiegħu biex jinħeles minnufih l-ex President Mikheil Saakashvili għal raġunijiet umanitarji, biex ikun jista’ jirċievi l-kura medika neċessarja barra mill-pajjiż; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet ta’ Ħolma Georgjana jiżguraw li l-Membri tal-Parlament Ewropew jingħataw aċċess mingħajr restrizzjonijiet għal Mikheil Saakashvili u għal priġunieri oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, minkejja li wieġeb ħati u l-eżistenza ta’ evidenza pubblika kredibbli ta’ korruzzjoni, il-priġunerija tal-ex Prim Ministru Irakli Gharibashvili tqajjem tħassib serju dwar jekk il-proċedimenti ssodisfawx l-istandards ta’ proċess ġust; jisħaq li l-każ jirrifletti tħassib usa’ dwar il-ġustizzja influwenzata politikament, l-istrutturi informali tal-poter u d-diviżjonijiet interni fi ħdan il-partit fil-gvern Ħolma Georgjana, inkluż ir-rwol ta’ Bidzina Ivanishvili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jimplimentaw mekkaniżmi ta’ responsabbiltà indipendenti, jiżguraw l-imparzjalità ġudizzjarja, u jżommu responsabbli lill-awturi ta’ abbużi politikament motivati f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappella għal riforma komprensiva tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, inkluża l-introduzzjoni ta’ perjodi ta’ mandat fissi li ma jiġġeddux, proċeduri ta’ ħatra trasparenti u kontrolli straordinarji tal-integrità għad-detenturi ta’ karigi ġudizzjarji għolja bl-involviment sinifikanti ta’ esperti internazzjonali, sabiex jissaħħu l-indipendenza ġudizzjarja u l-fiduċja pubblika fil-ġudikatura; jinnota b’diżappunt ix-xoljiment tal-Uffiċċju Kontra l-Korruzzjoni li ġie stabbilit fl-2022, li kien wieħed mir-rekwiżiti ewlenin biex l-UE tagħti lill-Georgia status ta’ kandidat; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jemendaw il-proċedura tal-ħatra għall-kariga ta’ Prosekutur Ġenerali billi tkun meħtieġa maġġoranza parlamentari kwalifikata, u jallinjaw il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur mal-istandards Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lid-Difensur Pubbliku tal-Georgia jintensifika l-eżekuzzjoni tal-mandat tiegħu u juża l-mekkaniżmi kollha disponibbli biex jissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jinvolvi ruħu fi djalogu kostruttiv u f’kollaborazzjoni mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili fil-Georgia; jenfasizza l-ħtieġa tal-prevenzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni selettiva tal-mandat tiegħu, kif imsemmi fir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2025 dwar il-Georgia; jenfasizza l-awtorità distinta tad-Difensur Pubbliku li jitlob opinjonijiet leġiżlattivi mill-OSKE/ODIHR rigward leġiżlazzjoni awtoritarja jew mhux demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress li sar fid-deoligarkizzazzjoni u jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jadottaw approċċ sistemiku f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni ta’ Venezja, inkluż permezz ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza msaħħa, regoli effettivi dwar il-kunflitt ta’ interess u salvagwardji kontra influwenza indebita fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi mill-awtoritajiet Georgjani biex jipprojbixxu l-partiti tal-oppożizzjoni; jistieden lill-awtoritajiet biex iwaqqfu immedjatament dwar it-tentattivi u jirtiraw il-kawża kostituzzjonali mressqa minn 88 Membru tal-Parlament <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Georgia, li titlob li l-attivitajiet ta’ tliet partiti ewlenin tal-oppożizzjoni – il-Moviment Nazzjonali Magħqud, il-Koalizzjoni għall-Bidla u l-Koalizzjoni Georgja-Lelo B’Saħħitha – jiġu ddikjarati antikostituzzjonali u li r-reġistrazzjoni tagħhom tiġi revokata; jissottolinja l-fatt li tali azzjonijiet joħolqu theddida perikoluża għall-prinċipji demokratiċi fundamentali u l-pluraliżmu politiku; jenfasizza li demokrazija b’saħħitha teħtieġ kompetizzjoni ġusta u ħielsa bejn diversi partiti politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi diżapprovazzjoni qawwija għall-introduzzjoni reċenti ta’ artikolu ġdid fil-Kodiċi Kriminali li jipprojbixxi l-kritika “pubblika u sistematika” tal-awtoritajiet jew l-interrogazzjoni tal-leġittimità tagħhom, kif ukoll “kwalunkwe azzjoni pubblika u sistematika oħra mill-istess persuna”, li tibqa’ miftuħa għall-interpretazzjoni iżda tipprevedi priġunerija sa tliet snin; jenfasizza li dan jippermetti l-kriminalizzazzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-libertà tal-espressjoni u jistieden lill-gvern jiddenunzja din il-liġi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-repressjoni tal-libertajiet ċivili u tad-drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna li l-partit Ħolma Georgjana diġà adotta għadd ta’ atti leġiżlattivi li għandhom l-għan li joħonqu s-soċjetà ċivili u l-media indipendenti u jrażżnu l-pluraliżmu, bħall-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Aġenti Barranin, l-emendi restrittivi għal-Liġi dwar ix-Xandir, il-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku, il-Liġi dwar l-Assemblej u l-Manifestazzjonijiet, u dispożizzjonijiet aktar stretti fil-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi dwar ir-Reati Amministrattivi; jikkundanna, b’mod partikolari, il-miżuri leġiżlattivi li jżidu l-multi taħt il-kodiċijiet amministrattivi, li qed jirriżultaw dejjem aktar fil-priġunerija ta’ dimostranti li ma jistgħux iħallsu dawk il-multi; itenni t-talba tiegħu biex il-priġunieri politiċi kollha u persuni oħra detenuti illegalment jinħelsu mingħajr dewmien; iwissi li l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Georgia biex jittrasformaw s-soċjetà ċivili vibranti tal-Georgia f’ambjent ikkontrollat b’mod strett magħmul minn organizzazzjonijiet allinjati mal-gvern, jimmarkaw pass ieħor lejn reġim awtoritarju; ifakkar li l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-liġijiet jikkupjaw l-iżviluppi bikrija taħt ir-reġim totalitarju ta’ Putin fir-Russja; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jirrevokaw dawn l-atti leġiżlattivi bħala pass tanġibbli lura lejn il-perkors tagħhom lejn l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jikkundanna t-trattament degradanti u inuman li Elene Khoshtaria allegatament kienet soġġetta għalih matul id-detenzjoni tagħha; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħha u l-irtirar immedjat tal-akkużi politikament motivati kontriha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-użu ħażin kontinwu tad-detenzjoni amministrattiva kontra d-dimostranti u l-attivisti; jinnota s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ ta’ Mekvabishvili v. Georgia, li kkonkludiet li d-dipendenza biss fuq ix-xhieda tal-pulizija mingħajr evidenza indipendenti mminat garanziji ta’ proċess ġust u kkontribwiet għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet sproporzjonati kontra dimostranti paċifiċi; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jirriformaw il-proċeduri ta’ reati amministrattivi tagħhom biex iġibuhom konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jikkundanna rapporti kredibbli ta’ użu eċċessiv tal-forza, tortura u trattament ħażin fil-konfront tad-dimostranti u d-detenuti, inklużi sejbiet reċenti mill-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) li jiddokumentaw allegazzjonijiet ta’ abbuż mill-pulizija u nuqqasijiet sistematiċi fis-salvagwardji u r-responsabbiltà; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jiżguraw investigazzjonijiet fil-pront, indipendenti u effettivi, iressqu lil dawk responsabbli quddiem il-qrati, u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tas-CPT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkundanna t-tendenza dejjem tikber tal-aġenti tal-infurzar tal-liġi Georgjani li jużaw abbuż verbali u fiżiku kontra d-dimostranti, theddid ta’ stupru u vjolenza oħra abbażi tal-ġeneru u tfittxijiet illeċiti fuq il-persuna bħala parti minn kampanja biex jintimidaw id-dissidenti, speċjalment id-dimostranti nisa, u joħonqu d-drittijiet tal-bniedem tal-Georgjani għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jikkundanna l-leġiżlazzjoni adottata li tipprevedi detenzjoni awtomatika u l-impożizzjoni ta’ pieni kriminali sussegwenti, inkluża priġunerija sa sena, għal individwi li jipprotestaw b’mod paċifiku fuq bankini u żoni pedonali; jissottolinja li tali miżuri huma strumenti ripressivi maħsuba biex irażżnu d-dissens għal skopijiet politiċi; jiddeplora d-detenzjoni frekwenti ta’ individwi talli jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom fuq il-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jesprimi l-allarm kbir tiegħu dwar l-allegazzjonijiet li aġent kimiku pprojbit seta’ ntuża fil-Georgia kontra individwi fil-kuntest tal-protesti; jisħaq li, jekk jiġi kkonfermat, l-użu ta’ kwalunkwe aġent kimiku kontra ċ-ċivili jikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tan-normi umanitarji internazzjonali u tal-obbligi tal-Georgia skont id-dritt internazzjonali, inkluża l-projbizzjoni tal-armi kimiċi; jiddeplora l-investigazzjoni inadegwata mwettqa mill-awtoritajiet Georgjani dwar din il-kwistjoni; jappella għal investigazzjoni internazzjonali immedjata, indipendenti u trasparenti dwar dawn l-allegazzjonijiet; jappella għal eżami mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirreferu dan il-każ għal investigazzjoni ulterjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-Georgia u d-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, inklużi persuni LGBTIQ+; jisħaq li dan il-ksur huwa inkompatibbli mal-obbligi tal-Georgia skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jirrispettaw id-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-parteċipazzjoni politika, u jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tad-difensuri u l-attivisti kollha tad-drittijiet tal-bniedem u rimedji legali effettivi għalihom; jappella bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw dan il-ksur, jipprovdu appoġġ u protezzjoni lill-individwi f’riskju, u jorbtu l-progress li sar fir rigward tal-assistenza, il-kooperazzjoni u l-adeżjoni mal-UE ma’ titjib tanġibbli fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iħeġġeġ lill-parlament <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Georgia jirrevoka l-Liġi dwar il-Valuri tal-Familja u l-Protezzjoni tal-Minorenni, li d-dispożizzjonijiet tagħha jiksru b’mod qawwi d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet għall-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda paċifika u tal-assoċjazzjoni, kif ukoll il-privatezza, il-libertà u s-sigurtà; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-komunità LGBTIQ+ tal-Georgia u jinsab ixxukkjat ħafna bl-ekwivalenza falza tal-liġi bejn ir-relazzjonijiet kunsenswali bejn persuni tal-istess sess u l-inċest; ifakkar li liġijiet simili fir-Russja taħt ir-reġim ta’ Putin wittew it-triq għar-repressjoni espansiva tal-minoranzi u, fl-aħħar mill-aħħar, għal atmosfera ta’ intimidazzjoni u diskriminazzjoni fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun ta’ Chiatura tal-Georgia bħala konsegwenza tal-estrazzjoni tal-manganiż għas-suq tal-UE u jappella għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, peress li l-UE terfa’ responsabbiltà għall-benesseri tar-residenti lokali u għall-protezzjoni tal-ambjent affettwat mill-ħsara kkawżata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għar-rigress fil-liġijiet tax-xogħol u d-drittijiet tax-xogħol fil-Georgia, kif jidher fl-emendi tal-2024 għal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jirrispettaw l-istandards tal-liġi tax-xogħol u joqogħdu lura milli jirrestrinġu d-drittijiet tal-ħaddiema; ifakkar li l-acquis tal-UE jinkludi allinjament mal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Karta Soċjali Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-attivazzjoni tal-hekk imsejjaħ Mekkaniżmu ta’ Moska mill-OSKE fuq l-inizjattiva ta’ 24 Stat parteċipanti, li fetħet l-opportunità li tintbagħat missjoni ta’ esperti biex tivvaluta l-implimentazzjoni mill-Georgia tal-impenji tal-OSKE, b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali mir-rebbiegħa tal-2024; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jinvolvu ruħhom b’mod sostantiv fis-sejbiet tagħha u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħha bi skadenzi ċari, inkluż dwar il-ħelsien ta’ persuni miżmuma għal raġunijiet politiċi, ir-revoka tal- leġiżlazzjoni inkompatibbli mal-obbligi internazzjonali, u r-responsabbiltà għal trattament ħażin; jisħaq li, jekk l-awtoritajiet jonqsu milli jieħdu passi konkreti u verifikabbli biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħha, l-Istati parteċipanti u l-istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti għandhom jikkunsidraw miżuri ta’ segwitu xierqa biex jiżguraw ir-responsabbiltà, inklużi sanzjonijiet immirati u l-użu tal-mekkaniżmi legali internazzjonali rilevanti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE li qed jipparteċipaw fl-OSKE jappoġġjaw b’mod attiv estensjoni tal-mandat tal-missjoni, minħabba l-ksur sistematiku u dokumentat sew li jirrikjedi valutazzjoni indipendenti komprensiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropata’ Ottubru 2025 li tħeġġeġ lill-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa biex “jużaw il-mezzi kollha disponibbli”, inkluż l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-applikazzjonijiet interstatali lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem skont l-Artikolu 33 tagħha, biex jiżguraw li l-Georgia tirrispetta l-obbligi tagħha bħala Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa jikkunsidraw li jimplimentaw din ir-rakkomandazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-rwol tal-mezzi tal-media allinjati mal-partit Ħolma Georgjana, inklużi Imedi TV, PosTV u Rustavi 2 TV, fit-tixrid ta’ diżinformazzjoni sistematika, kampanji ta’ malafama u propaganda ostili kontra l-UE u l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tagħha, b’mod partikolari l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Georgia u d-diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE; jinnota d-deċiżjoni reċenti tar-Renju Unit li jimponi sanzjonijiet kontra Imedi TV u PosTV; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE jirrieżaminaw l-akkreditazzjoni ta’ tali mezzi tal-media fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jsegwu l-eżempju tar-Renju Unit u jadottaw miżuri restrittivi xierqa u proporzjonati kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ dawn il-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella għall-inklużjoni tal-membri tat-tmexxija tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Komunikazzjoni tal-Georgia u tax-Xandar Pubbliku tal-Georgia fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-pressjoni fuq il-media indipendenti u l-proċedimenti legali mressqa kontriha; jenfasizza li l-pluraliżmu tal-media u s-sikurezza tal-ġurnalisti huma prerekwiżiti essenzjali għal soċjetà demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-riformi reċenti fis-settur tal-edukazzjoni tal-Georgia li jidhru li jiċċentralizzaw il-kontroll fuq l-istituzzjonijiet akkademiċi, idgħajfu l-libertà akkademika u l-awtonomija tal-universitajiet u jfixklu l-integrazzjoni tal-Georgia mas-sistema Ewropea tal-edukazzjoni għolja; iwissi dwar miżuri mmirati lejn it-tibdil tal-istruttura u d-durata tal-programmi akkademiċi u l-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ “belt waħda, fakultà waħda”, li jillimita l-firxa ta’ dixxiplini offruti minn universitajiet individwali; jinsab imħasseb dwar il-pressjoni regolatorja mqiegħda fuq istituzzjonijiet bħall-Università tal-Istat ta’ Ilia wara l-appoġġ pubbliku tagħhom għall-protesti tal-istudenti, filwaqt li l-appoġġ huwa estiż għall-istituzzjonijiet privati assoċjati ma’ personalitajiet qrib l-elit fil-gvern; jisħaq li l-esperti indipendenti tal-edukazzjoni jwissu li l-effett kumulattiv ta’ dawn il-miżuri jirriskja li jnaqqas il-pluraliżmu akkademiku u jippolitiċizza aktar is-sistema tal-edukazzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar in-networks ta’ ċentri telefoniċi frodulenti organizzati li joperaw mill-Georgia, b’mod partikolari dawk li għandhom fil-mira tagħhom iċ-ċittadini tal-UE; jissottolinja li l-investigazzjonijiet tal-ġurnalisti internazzjonali ssuġġerew li uffiċjali għolja ta’ Ħolma Georgjana joffru protezzjoni lil dawn in-networks qarrieqa bi skambju għal kumpens finanzjarju, li jgħinhom jirreżistu s-sanzjonijiet ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-ivvjaġġar mingħajr viża għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz u uffiċjali Georgjani, li ilha tapplika mis-6 ta’ Marzu 2026 fl-Istati Membri kollha tal-UE taħt il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni tal-viża rivedut u aktar flessibbli li daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Diċembru 2025, bħala konsegwenza diretta tal-azzjonijiet tar-reġim tal-partit Ħolma Georgjana bi ksur tal-valuri fundamentali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu skrinjar bir-reqqa, billi jwettqu intervista u jitolbu dokumenti ġustifikattivi mingħand dawn l-applikanti għal viża, u jirrifjutaw il-viżi jekk ikun hemm xi dubji dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta minnhom; jiddispjaċih li l-projbizzjonijiet tal-viża fl-UE kollha għall-uffiċjali Georgjani responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-rigress demokratiku u r-repressjoni ma kinux possibbli minħabba l-oppożizzjoni mill-Gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja; jinnota li t-tmien rapport dwar il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni tal-viża jenfasizza n-nuqqas ta’ konformità tal-Georgia mal-parametri referenzjarji ewlenin u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti; iwissi li n-nuqqas kontinwu ta’ azzjoni mill-awtoritajiet Georgjani jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-ivvjaġġar mingħajr viża għall-popolazzjoni kollha, li għaliha l-partit Ħolma Georgjana jkun kompletament responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu li permezz tiegħu l-attivisti tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u l-istudenti jista’ jkompli jkollhom aċċess mingħajr viża għall-UE, u żżid l-appoġġ dirett għall-programmi ta’ skambju interpersonali bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u Ewropa Kreattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza li n-nuqqas ta’ riċerka akkademika bir-reqqa, edukazzjoni storika u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-okkupazzjoni Sovjetika u l-konsegwenzi fit-tul tagħha jippermettu t-tixrid ta’ manipulazzjoni storika u kampanji ta’ diżinformazzjoni, li l-Federazzjoni Russa tisfrutta biex timmina l-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi tas-soċjetà Georgjana; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tar-riċerka akkademika, id-dokumentazzjoni u t-tixrid tal-għarfien dwar l-istorja tal-Georgia taħt l-okkupazzjoni Sovjetika, inklużi r-repressjoni politika, l-eżekuzzjonijiet tal-massa u l-istorja tar-reżistenza għall-okkupazzjoni Sovjetika-Russa, kif ukoll ir-restawr ta’ dawn l-avvenimenti għall-memorja kollettiva; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, f’dawn l-aħħar snin, tal-anqas bil-kunsens passiv tal-awtoritajiet, ġew osservati sforzi biex id-delitti komunisti jiġu relattivizzati u jitreġġa’ lura l-proċess ta’ de-Stalinizzazzjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-istoriċi, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti, bħal SovLab, fl-istudju tal-okkupazzjoni Sovjetika, il-konsegwenzi politiċi, legali u morali tagħha, kif ukoll fl-identifikazzjoni ta’ siti ta’ dfin tal-vittmi ta’ terrur komunista u fl-iżgurar tal-identifikazzjoni u l-kommemorazzjoni dinjituża tagħhom; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti fl-Istati Membri involuti fid-dokumentazzjoni tal-konsegwenzi tal-okkupazzjoni Sovjetika, id-delitti komunisti u reġimi totalitarji oħra, biex japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-kontropartijiet Georgjani tagħhom, jappoġġjaw proġetti konġunti ta’ riċerka, u jipparteċipaw fi programmi u inizjattivi edukattivi bl-għan li jikxfu, jiddokumentaw u jxerrdu l-għarfien dwar dan il-kapitolu tal-istorja tal-Georgia; jesprimi tħassib dwar it-tfixkil sistematiku tal-aċċess għall-arkivji relatat mar-repressjoni u d-delitti mwettqa matul il-perjodu ta’ okkupazzjoni Sovjetika; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jiżguraw aċċess sħiħ, trasparenti u mhux diskriminatorju għall-arkivji relatati mal-perjodu Sovjetiku għall-akkademiċi, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-allinjament tal-kwistjonijiet ta’ politika estera u ta’ sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jiddispjaċih li l-livell ta’ allinjament tal-Georgia mad-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet kompla jonqos minn 53 % fl-2024 għal 40 %, li juri nuqqas ta’ impenn tagħha favur l-integrazzjoni Ewropea; jinsab partikolarment diżappuntat li l-Georgia ma allinjatx ruħha sistematikament mal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna, inkluż dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u mill-Kunsill tal-Ewropa, u minflok saħħet ir-relazzjonijiet tagħha mar-Russja u appoġġjat in-narrattivi Russi li għandhom l-għan li jittrasferixxu r-responsabbiltà għall-gwerra ta’ aggressjoni u d-delitti mwettqa mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Huwa estremament grat għas-solidarjetà qawwija li l-poplu Georgjan wera lejn l-Ukrajna matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, li tirrifletti oppożizzjoni pubblika mifruxa għall-politiki imperjalisti Russi, l-esperjenza tal-pajjiż stess ta’ aggressjoni militari Russa, u r-rieda qawwija tal-poplu li jippreserva l-indipendenza tiegħu u jibqa’ barra mill-isfera ta’ influwenza ta’ Moska; jirrimarka li ħafna voluntiera Georgjani ġġieldu flimkien mal-forzi armati Ukreni, b’mod partikolari fil-Leġjun Georgjan, u li s-soċjetà ċivili Georgjana pparteċipat f’kampanji ta’ għajnuna umanitarja b’appoġġ għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li l-Georgia għadha ma allinjatx mal-maġġoranza l-kbira tas-sanzjonijiet kontra r-Russja, il-Belarussja u l-Iran; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jadottaw miżuri verifikabbli u jsaħħu l-kooperazzjoni u l-monitoraġġ doganali biex jipprevjenu li t-territorju tal-Georgia u/jew l-entitajiet ġuridiċi rreġistrati fil-Georgia jintużaw biex jiġu evitati l-miżuri restrittivi tal-UE; iqis li l-livell attwali ta’ sforzi ta’ allinjament u infurzar huwa manifestament insuffiċjenti u inkompatibbli mar-responsabbiltajiet ta’ pajjiż kandidat tal-UE; jisħaq li hija meħtieġa b’mod urġenti azzjoni aktar deċiżiva, inkluż allinjament sħiħ mal-miżuri restrittivi tal-UE, mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ u infurzar, u kooperazzjoni trasparenti mal-istituzzjonijiet tal-UE biex tiġi evitata l-evażjoni tas-sanzjonijiet, inkluż fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju, esportazzjonijiet taż-żejt u flussi finanzjarji marbuta ma’ entitajiet Russi u Iranjani; iwissi li n-nuqqas kontinwu ta’ allinjament mal-politika barranija u r-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE se jkollu konsegwenzi diretti għall-proċess ta’ adeżjoni tal-Georgia mal-UE; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jimmonitorjaw mill-qrib il-konformità tal-Georgia mar-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE, inklużi r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet permezz tat-territorju Georgjan jew entitajiet irreġistrati fil-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni urġenti u deċiżiva biex iwaqqfu ċ-ċirkomvenzjoni sistematika tas-sanzjonijiet tal-UE mir-Russja ffaċilitata mill-awtoritajiet Georgjani, inkluż billi jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-UE ddedikat biex jiġu ttrekkjati l-flussi kummerċjali ta’ oġġetti b’użu doppju u komponenti tal-avjazzjoni ta’ prijorità għolja li jgħaddu mill-Georgia; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet Georgjani jikkooperaw bis-sħiħ ma’ dawn l-isforzi u jippubblikaw rapporti regolari u trasparenti dwar tali flussi kummerċjali sabiex isaħħu l-infurzar doganali u jipprevjenu aktar evażjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-użu potenzjali tal-portijiet Georgjani, l-infrastruttura tar-raffinar u l-faċilitajiet tal-immaniġġjar taż-żejt biex jiġu ffaċilitati r-riesportazzjoni jew it-taħlit ta’ prodotti petroliferi Russi sabiex jiġu evitati reġimi ta’ sanzjonijiet internazzjonali; jesprimi tħassib serju dwar rapporti li ż-żejt mhux maħdum Russu qed jintbagħat lejn ir-raffinerija Kulevi tal-Georgia, fuq il-kosta tal-Baħar l-Iswed, li għadha kif inbniet u li hija parzjalment iffinanzjata mill-Istat; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jwaqqfu u jipprevjenu minnufih kwalunkwe attività bħal din u jiżguraw li l-infrastruttura Georgjana ma tintużax biex tiffaċilita ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE fuq ir-Russja; jinnota li t-Terminal taż-Żejt ta’ Kulevi ma kienx inkluż fl-20 pakkett ta’ sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja abbażi tal-impenji mill-awtoritajiet Georgjani u tal-operatur tat-terminal li jikkonformaw strettament mas-sanzjonijiet tal-UE; jitlob l-inklużjoni tiegħu f’sanzjonijiet futuri jekk l-awtoritajiet Georgjani u l-operaturi tat-terminal ma jikkonformawx strettament mas-sanzjonijiet tal-UE; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u s-sħab internazzjonali biex jiġi żgurat l-infurzar sħiħ tal-miżuri restrittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, tivvaluta l-qafas legali u regolatorju tal-Georgia, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxa tal-Georgia li jistgħu jiffaċilitaw l-użu ta’ kumpaniji rreġistrati offshore u joskuraw is-sjieda benefiċjarja, u b’hekk jippermettu ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u l-ħasil tal-flus; jappella għal monitoraġġ u skrutinju msaħħa tal-kumpaniji rreġistrati fil-Georgia li huma proprjetà ta’ ċittadini jew entitajiet Russi jew ikkontrollati minnhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti minn Frar 2022; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jistabbilixxu uffiċċju għall-irkupru tal-assi, uffiċċju għall-immaniġġjar tal-assi u reġistru tas-sidien benefiċjarji sabiex jissaħħu s-salvagwardji kontra l-ħasil tal-flus u jitnaqqas ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li, wara li abbanduna t-triq tal-integrazzjoni Ewro-Atlantika, il-partit Ħolma Georgjana qed jagħmel bidla strateġika lejn il-kooperazzjoni maċ-Ċina, ir-Russja u l-Iran, kif ġie kkonfermat f’diversi rapporti; jisħaq li din ir-riorjentazzjoni turi nuqqas ta’ rispett għall-impenn kostituzzjonali tal-Georgia għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika u r-rieda ċara u espressa b’mod konsistenti tas-soċjetà Georgjana; jesprimi rabja li, minflok ma ġew indirizzati sejbiet kredibbli dwar l-influwenza dejjem akbar tas-setgħat awtoritarji, tnedew investigazzjonijiet kontra l-awturi ta’ tali rapporti, inklużi r-riċerkatur ta’ Hudson Institute Giorgi Kandelaki u Tinatin Khidasheli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-involviment tal-intrapriżi tal-Istat Ċiniżi fi proġetti strateġiċi bħall-Port tal-Baħar Fond ta’ Anaklia, li oriġinarjament ġie żviluppat mas-sħab tal-Punent u maħsub bl-għan li jsaħħaħ il-konnettività bejn il-Lvant u l-Punent indipendentement mill-influwenza Russa u Ċiniża; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Georgia li s-suċċess tar-Rotta tat-Trasport Internazzjonali Trans-Kaspju huwa marbut mal-aderenza tal-Georgia mal-istat tad-dritt u li l-investimenti tal-Global Gateway jirrikjedu li l-Georgia tkun sieħeb stabbli u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota l-inizjattivi għall-proġetti ta’ konnettività strateġika fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, inklużi l-Kejbil Sottomarin għall-Konnettività Diġitali tal-Baħar l-Iswed u l-Kejbil Sottomarin tal-Elettriku tal-Baħar l-Iswed, li jistgħu jtejbu r-rabtiet tal-enerġija u dawk diġitali bejn l-UE u l-Kawkasu tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-Knisja Ortodossa Georgjanagħadha istituzzjoni influwenti fis-soċjetà Georgjana u għandha rwol importanti fit-tiswir tad-diskors pubbliku; jesprimi tħassib dwar l-użu ta’ networks reliġjużi mir-Russja bħala kanali għal operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni u influwenza madwar il-Georgia, bl-għan li jimminaw l-orjentazzjoni pro-Ewropea u r-reżiljenza demokratika; ifakkar li xi membri tal-kleru fil-Georgia rreżistew tali strumentalizzazzjoni u tkellmu kemm kontra l-influwenza Russa kif ukoll kontra l-politiki tar-reġim Ħolma Georgjana; jissottolinja li d-djoċesi u l-komunitajiet Ortodossi Georgjani huma preżenti wkoll fl-UE, u dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ viġilanza u reżiljenza kontra l-isforzi ta’ diżinformazzjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota bi tħassib partikolari l-influwenza dejjem akbar tal-Iran fil-pajjiż, b’mod partikolari permezz tal-istituzzjonijiet reliġjużi u edukattivi u l-mobilizzazzjoni taż-żgħażagħ, u permezz ta’ strutturi ekonomiċi li effettivament jippermettu lill-Iran jevadi s-sanzjonijiet; jinsab imħasseb ukoll dwar l-influwenza dejjem tikber tal-atturi ekonomiċi marbuta mar-reġim Iranjan li joperaw fil-Georgia; jissottolinja li tali atturi jistgħu jintużaw għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji, il-ħasil tal-flus u l-esportazzjoni illeċita ta’ oġġetti Iranjani, għall-benefiċċju ta’ atturi marbuta kemm mar-reġim Iranjan kif ukoll ma’ dak tal-partit Ħolma Georgjana permezz tal-korruzzjoni u sejħiet għall-offerti pubbliċi perversi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iqis li l-Georgia għandu jkollha rwol kostruttiv fl-iffaċilitar tal-aċċess tal-Armenja għar-rotot kummerċjali marittimi internazzjonali, u b’hekk tikkontribwixxi għall-konnettività reġjonali, ir-reżiljenza ekonomika u l-istabbiltà fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jikkundanna bil-qawwa l-okkupazzjoni li għaddejja, min-naħa tar-Russja, tar-reġjuni Georgjani tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-proċess kontinwu ta’ “borderisation”, li jikkostitwixxi ksur tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Georgia; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia jżomm pożizzjoni ċara u konsistenti dwar l-aggressjoni Russa; jikkundanna bil-qawwa l-isforzi tar-Russja biex tintegra t-territorji okkupati politikament, militarment u ekonomikament fil-Federazzjoni Russa; jinnota bi tħassib kbir id-detenzjonijiet illegali u l-immirar kontinwi ta’ Georgjani etniċi fl-Abkażja u fir-reġjun tal-Ossezja tan-Nofsinhar, inklużi fil-konfront tan-nisa u taż-żgħażagħ, fuq akkużi ffabbrikati, bħall-ispjunaġġ jew il-pussess ta’ passaport Georgjan; jikkundanna dawn il-prattiki bħala ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jikkontribwixxu għall-intimidazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-ispostament furzat tal-popolazzjoni Georgjana; jikkundanna bil-qawwa l-iżvilupp kontinwu tal-bażi navali Russa f’Ochamchire, li mhuwiex biss ksur tal-integrità territorjali iżda theddida diretta għas-sigurtà tal-baċir kollu tal-Baħar l-Iswed u l-ambizzjonijiet kummerċjali marittimi tal-Georgia stess; itenni t-talba tiegħu għall-irtirar immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-forzi Russi mir-reġjuni Georgjani tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappella għal miżuri restrittivi mmirati kontra dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati li jibnu fuq preċedenti bħal-“Lista Otkhozoria-Tatunashvili” tal-2018;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Itenni l-importanza tal-ħidma tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-UE fil-Georgia (EUMM) dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ għall-komunitajiet affettwati; jikkundanna bil-qawwa t-tfixkil kontinwu mill-Federazzjoni Russa tal-aċċess tal-EUMM għar-reġjuni okkupati tal-Georgia, kif ukoll l-atti ta’ intimidazzjoni tal-passat kontra l-osservaturi tal-EUMM, inklużi d-detenzjonijiet illeċiti u inċidenti oħra li jinvolvu t-theddid u l-interferenza fil-ħidma tal-EUMM; iqis li l-implimentazzjoni viżibbli u pubblika tal-mandat tal-EUMM għandha tissaħħaħ aktar permezz ta’ aktar appoġġ u persunal addizzjonali u għandha tiġi kkomunikata b’mod aktar prominenti, peress li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-impenn tal-UE fir-reġjun u tesponi t-tattiċi aggressivi tar-Russja, li, mill-gwerra tal-2008 kontra l-Georgia, komplew iwasslu għall-imwiet, it-tbatija u l-instabbiltà fir-reġjun;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President tal-Georgia Salome Zourabichvili u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Georgia.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>