<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0223</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-priġunieri politiċi fin-Nikaragwa – il-każijiet ta’ Carlos Brenes, Salvadora del Socorro Martínez Aburto u Brooklyn Rivera</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0292, 0293, 0314, 0315, u 0317/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar il-priġunieri politiċi fin-Nikaragwa – il-każijiet ta’ Carlos Brenes, Salvadora del Socorro Martínez Aburto u Brooklyn Rivera (2026/2765(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-2018 ’il hawn, ir-reġim Ortega-Murillo żarma l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, u r-riforma kostituzzjonali abolixxiet il-pluraliżmu politiku, filwaqt li ppersegwita lill-avversarji, lill-ġurnalisti, lill-kleru, lill-mexxejja indiġeni, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lis-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Grupp ta’ Esperti tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar in-Nikaragwa kkonkluda li l-ksur mill-2018 ’il hawn jista’ jkun li jikkostitwixxi delitti kontra l-umanità; billi l-ispazju ċiviku huwa effettivament magħluq, b’aktar minn 5 600 NGO u 80 % tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili magħluqa u mijiet ta’ eluf ta’ persuni eżiljati bil-forza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jiddokumentaw arresti arbitrarji, detenzjoni incommunicado u għajbien furzat; billi minn Awwissu 2025 ’il hawn, in-NU rreġistrat tliet imwiet f’kustodja marbuta ma’ kundizzjonijiet u kura medika inadegwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Carlos Brenes, detenut fl-2018 għal protesta ċivika u ttorturat, u Salvadora Martínez, reġgħu ġew detenuti f’Awwissu 2025, inżammu incommunicado u ġew ikkundannati mingħajr proċess ġust għal 15-il sena ta’ “tradiment”; billi Brenes għandu d-dijabete u ġie mċaħħad mill-medikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Brooklyn Rivera, mexxej indiġenu Miskitu u president tal-partit xolt YATAMA, ġie detenut f’Settembru 2023, kien soġġett għal għajbien furzat għal aktar minn 32 xahar u miet f’kustodja fit-30 ta’ Mejju 2026; billi l-awtoritajiet irrifjutaw li jirrilaxxaw il-ġisem tiegħu u qrabatu li kienu qed ifittxu l-fdalijiet tiegħu ġew soġġetti għall-għajbien;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni sistematika tar-reġim Ortega-Murillo, id-detenzjoni arbitrarja, l-għajbien infurzat, il-proċessi fittizji, l-eżilju, id-denazzjonalizzazzjoni, il-konfiska u d-delitti kontra l-umanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesiġi l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Brenes, Martínez u l-priġunieri politiċi kollha, l-annullament tal-kundanni politikament motivati, l-informazzjoni dwar x’sar minnhom u dwar fejn jinsabu, u prova immedjata tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħtu lid-detenuti kollha aċċess għall-familja u għal avukat, kura medika u monitoraġġ internazzjonali, bl-applikazzjoni tar-Regoli Nelson Mandela; jitlob li l-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU jerġgħu jiksbu aċċess għaċ-ċentri ta’ detenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob investigazzjoni fil-pront dwar il-mewt ta’ Brooklyn Rivera, ir-ritorn tal-fdalijiet tiegħu, il-ħelsien tal-qraba li ġew soġġetti għall-għajbien u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna l-persekuzzjoni tal-knejjes Insara, tal-popli indiġeni, tas-soċjetà ċivili, tal-avversarji u tal-qraba tagħhom; jitlob li jerġgħu għal li kienu l-organizzazzjonijiet kollha li ġew xolti b’mod arbitrarju u r-rispett għal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella biex l-atturi demokratiċi u s-soċjetà ċivili fin-Nikaragwa u fl-eżilju jingħataw l-appoġġ; jitlob li l-UE tiżgura li l-ebda fond tal-UE jew fond multilaterali ma jsaħħaħ ir-reġim u li tespandi s-sanzjonijiet immirati kontra l-awturi, inkluż Daniel Ortega u ċ-ċirku ta’ ġewwa tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ il-konformità mas-sentenza tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem (IACtHR); jappoġġja l-obbligu ta’ rendikont, inkluż permezz ta’ ġuriżdizzjoni universali u r-riferiment lill-Qorti Kriminali Internazzjonali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu rigward l-estradizzjoni ta’ Alessio Casimirri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiskattaw il-klawżola demokratika u jissospendu l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tan-Nikaragwa sakemm tkun għadha tippersisti r-repressjoni; jisħaq li l-Parlament mhux se jinvolvi ruħu mar-rappreżentanti tar-reġim fi ħdan il-Kumitat Parlamentari ta’ Assoċjazzjoni li għadu kif ġie stabbilit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lin-NU, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u lill-Awtoritajiet tan-Nikaragwa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>