<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0224</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja, b’mod partikolari l-każ ta’ Aliaksandra Pulinovich</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0294, 0324, 0325, 0326, 0327 u 0328/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja, b’mod partikolari l-każ ta’ Aliaksandra Pulinovich (2026/2766(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Jannar 2024, Aliaksandra Pulinovich, fl-età ta’ 16-il sena, ġiet detenuta fil-kuntest tal-kawża tar-“Rożinjoli s-Suwed” rigward graffiti kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, tqiegħdet f’ċella ta’ kastig u ġiet miċħuda d-difiża legali u l-appoġġ tal-ġenituri; billi ngħatat sentenza ta’ aktar minn 10 snin priġunerija waqt proċedimenti bil-magħluq u sussegwentement ġiet inkluża f’“lista ta’ terroristi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-każ ta’ Pulinovich juri r-rikors tal-awtoritajiet Belarussi għal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu biex jikkriminalizzaw liż-żgħażagħ għal raġunijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka jrażżan sistematikament lill-avversarji politiċi, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ġurnalisti, lit-trejdunjonisti, lill-istudenti, lill-minoranzi nazzjonali u liċ-ċittadini li jeżerċitaw il-libertajiet fundamentali tagħhom; billi 853 priġunier politiku għadhom detenuti arbitrarjament f’kundizzjonijiet inumani;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-każijiet ta' Dzianis Ivashyn, Pavel Belavus, Ihar Alinevich, Volha Mayorava, Alena Lazarchyk, Aliaksandr Frantskevich, Viktar Snehur, Eduard Babaryka, Mikalai Autukhovich, Uladzimir Hundar, Iryna Melkher, membri tal-familji Rezanovich u Karsakou, Stsiapan Latypau, Viachaslau Areshka u ħafna oħrajn juru d-deterjorament sever tas-saħħa u l-konsegwenzi devastanti ta' kundizzjonijiet inumani ta' detenzjoni, iżolament fit-tul u ċ-ċaħda ta' kura medika adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 411 tal-Kodiċi Kriminali tal-Belarussja ntuża b’mod sistematiku kontra l-priġunieri politiċi biex il-priġunerija tagħhom tiġi estiża arbitrarjament abbażi ta’ ksur dixxiplinari ffabbrikat, u b’hekk inħoloq mekkaniżmu ta’ detenzjoni u koerċizzjoni indefiniti; billi aktar minn 80 priġunier politiku ġew ikkundannati skont din id-dispożizzjoni mill-2020 ’il hawn, xi wħud minnhom ripetutament; billi l-Artikolu 411 jintuża biex id-detenuti jiġu soġġetti għal rikatt u jiġu mġiegħla jfittxu maħfriet mir-reġim, jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ propaganda jew jikkooperaw mal-awtoritajiet, u sar strument ta’ tortura psikoloġika u repressjoni politika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesiġi l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Pulinovich u tal-priġunieri politiċi kollha, ir-riabilitazzjoni sħiħa tagħhom u r-ripristinu sħiħ tad-drittijiet tagħhom; itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-priġunieri politiċi kollha u mal-familji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet itemmu l-forom kollha ta’ trattament ħażin tal-priġunieri politiċi, id-detenzjoni f’iżolament, iċ-ċaħda tal-kura medika u tal-aċċess għall-avukati u għall-familja, u x-xogħol furzat, u jinvestigaw l-imwiet fil-kustodja u l-allegazzjonijiet ta’ tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-prosekuzzjoni politikament motivata fil-konfront tal-Belarussi, b’mod partikolari l-priġunerija ta’ minorenni bħal Pulinovich; jiddenunzja l-użu ħażin tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u kontra l-estremiżmu biex jiġu kriminalizzati l-espressjoni kontra l-gwerra, id-dissens taż-żgħażagħ u s-solidarjetà mal-Ukrajna, u biex jitrażżan id-dissens paċifiku, inkluż it-tressiq ta’ akkużi gravi kontra ż-żgħażagħ biex jintimidawhom; jitlob li l-listi ta’ terroristi u estremisti jiġu aboliti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jikkonformaw mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna l-użu ħażin sistematiku tal-Artikolu 411 tal-Kodiċi Kriminali tal-Belarussja bħala għodda għall-persekuzzjoni politika u għall-estensjoni arbitrarja tas-sentenzi; jitlob ir-revoka immedjata tiegħu; jesiġi l-ħelsien u r-riabilitazzjoni legali sħiħa tal-persuni kollha kkundannati skont din id-dispożizzjoni; jesprimi tħassib serju għall-madwar 50 priġunier politiku li għadhom il-ħabs abbażi tal-Artikolu 411 u li ħajjithom u saħħithom jinsabu f’riskju serju bħala riżultat ta’ detenzjoni fit-tul, reklużjoni u forom oħra ta’ trattament inuman u degradanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Istati Uniti biex jiżguraw il-ħelsien tal-priġunieri politiċi; jissottolinja, madankollu, li l-ħelsien tal-priġunieri huwa motivat mit-tħassib tar-reġim dwar is-sopravivenza ekonomika u mhuwiex akkumpanjat minn trasformazzjoni jew riforma politika li tiġġustifika n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet; jinsisti li l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha u t-tmiem tar-repressjoni jibqgħu prekundizzjonijiet għad-djalogu politiku u għall-kooperazzjoni ekonomika; jesiġi li jintemmu d-deportazzjoni furzata tal-priġunieri politiċi meħlusa u r-repressjoni ta’ qrabathom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab internazzjonali jintensifikaw l-isforzi biex jiżguraw il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, inkluż billi jsejħu lill-ambaxxaturi tar-reġim biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-priġunieri u fejn jinsabu, jimmonitorjaw il-kawżi tal-priġunieri politiċi u jagħtu viżi umanitarji, u jipprovdu riabilitazzjoni u appoġġ prattiku u finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill iwessa’, isaħħaħ u japplika b’mod rigoruż is-sanzjonijiet immirati fil-konfront tal-persuni u l-entitajiet kollha responsabbli għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u għal repressjoni u tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw id-dokumentazzjoni tad-delitti mwettqa mir-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, u jsaħħu l-obbligu ta’ rendikont permezz ta’ mekkaniżmi internazzjonali, fosthom ir-riferiment quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali min-naħa tal-Litwanja, kif ukoll l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti nazzjonali bbażati fuq ġuriżdizzjoni ekstraterritorjali u universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Belarussja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>