<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0225</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni kontinwa fuq l-ispazju ċiviku u l-libertajiet fundamentali fil-Burkina Faso</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0318, 0320, 0321 u 0329/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-repressjoni kontinwa fuq l-ispazju ċiviku u l-libertajiet fundamentali fil-Burkina Faso (2026/2767(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-kolp ta’ stat militari tal-2022 ’il hawn, is-sitwazzjoni politika, tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà u l-ispazju ċiviku u demokratiku fil-Burkina Faso iddeterjoraw b’mod sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Gvern tal-Burkina Faso intimida, ikkoskritta illegalment, issoġġetta għall-għajbien bil-forza, u żamm arbitrarjament ġurnalisti, avversarji, membri tas-soċjetà ċivili u mħallfin; billi l-komunitajiet Fulani ġew soġġetti għat-tindif etniku; billi l-attakki fuq il-media wasslu għas-sospensjoni tal-istazzjonijiet televiżivi, l-istazzjonijiet tar-radju u l-gazzetti, inkluż, l-aktar reċenti, TV5Monde;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Gvern tal-Burkina Faso xolja l-partiti politiċi kollha u 118-il organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, issospenda mijiet ta’ assoċjazzjonijiet, inkluża l-Unjoni Ġenerali għall-Istudenti tal-Burkina Faso, u hekk kompla jċekken l-ispazju ċiviku, u irrikjeda lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jagħlqu l-kontijiet tagħhom u jittrasferuhom lil bank ikkontrollat mill-Istat; billi l-Liġi Nru 011-2025/ALT dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni timponi rekwiżiti restrittivi fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; billi l-Kodiċi l-ġdid tal-Persuni u tal-Familja jikkriminalizza l-“promozzjoni” tar-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess; billi abbozz ta’ liġi jerġa’ jdaħħal il-piena tal-mewt għal ċerti reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha mwiegħra fost l-attakki terroristiċi vjolenti, b’miljuni ta’ persuni spostati u dipendenti mill-għajnuna umanitarja; billi s-sħab Ewropej appoġġjaw b’mod sostanzjali l-isforzi kontra t-terroriżmu fis-Saħel bi spiża umana kbira;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa x-xoljiment u s-sospensjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Burkinjani jaqilbu minnufih dawn il-miżuri u jiddefendu l-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ għaqda u ta’ espressjoni, inkluż billi jemendaw il-Liġi Nru 011-2025/ALT u miżuri relatati oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella li jintemmu minnufih l-intimidazzjoni, il-lieva illegali, il-fastidju, id-detenzjoni arbitrarja, u l-għajbien infurzat tal-atturi tas-soċjetà ċivili, l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħaddiema umanitarji u l-avversarji politiċi; jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ reati u ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Burkinjani jiddefendu l-libertà tal-istampa, ineħħu r-restrizzjonijiet minn fuq il-media, u jippermettu lill-ġurnalisti jaħdmu liberament u b’mod sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Burkinjani jirrestawraw id-drittijiet tal-organizzazzjonijiet tal-istudenti u tal-partiti politiċi li jorganizzaw ruħhom, u jippreżentaw pjan direzzjonali kredibbli lejn elezzjonijiet ħielsa u trasparenti u governanza ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Burkinjani jżommu lura milli jerġgħu jdaħħlu l-piena tal-mewt, jaqilbu lura d-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, u jiddekriminalizzaw l-isforzi tas-soċjetà ċivili biex tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għar-raġunijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-isforzi kontra t-terroriżmu jridu jitwettqu b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; jinnota li t-tkeċċija tal-forzi Ewropej u ż-żarmar tas-sħubijiet tas-sigurtà u l-proċediment ta’ sħubija mar-Russja ma pproduċew l-ebda gwadann fis-sigurtà; jesprimi tħassib dwar l-influwenza dejjem akbar tar-Russja fis-sigurtà u fl-affarijiet politiċi, li tikkontribwixxi għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għad-derriva awtoritarja; jitlob li l-UE tikkoordina mas-sħab Afrikani biex tindirizza l-isfidi tas-sigurtà u tal-governanza u ssaħħaħ l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u għall-atturi umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lill-Awtoritajiet tal-Burkina Faso, lill-Unjoni Afrikana u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>