<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0226</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-vjeġġi ta’ skart: l-esportazzjoni ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru lejn l-Iżvizzera </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0108/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2026 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1157 fir-rigward tal-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru (COM(2026)0183 – C10-0108/2026 – 2026/0099(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0183),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0108/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2026<FOOTNOTE><FIELD> Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsira l-Artikolu 60 u 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2026)0099</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-18 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1157 fir-rigward tal-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru</STRING><BRK/></TI><NOTE>(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni tas-17 ta’ Ġunju 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja<FOOTNOTE><FIELD> Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>L-Artikolu 44(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jipprojbixxi, mill-21 ta’ Mejju 2026 , l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ skart muniċipali mħallat li huwa destinat għall-irkupru f’pajjiżi terzi.  Għalhekk, it-trasferiment ta’ tali skart minn żoni tal-fruntiera tal-Unjoni lejn faċilitajiet ta’ trattament fil-qrib fl-Iżvizzera, fejn jinżammu standards għoljin għall-immaniġġjar tal-iskart, ma jibqax jiġi awtorizzat, u b’hekk tintemm prattika li ilha stabbilita sew. Il-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta' dak l-iskart lejn l-Iżvizzera konsegwentement iċċaqlaq it-trasport ta’ tali skart lejn pajjiżi oħrajn u lejn faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart li jinsabu aktar ’il bogħod, u tirriżulta fis-sostituzzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-iskart b'trasport bit-triq addizzjonali. Dan iżid il-kostijiet tal-immaniġġjar ta’ dak l-iskart u jiġġenera eċċess ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mat-trasport bit-triq addizzjonali tiegħu, filwaqt li jagħti lok għal benefiċċji limitati ħafna. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 44(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2024/1157 biex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-esportazzjoni lejn l-Iżvizzera ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1157 jiġi emendat kif xieraq.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ imminenti tal-projbizzjoni tat-trasport ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru, li jfixkel il-vjeġġi ta’ skart muniċipali mħallat lejn l-Iżvizzera, u minħabba li l-kunsensi għal tali vjeġġi li ngħataw qabal id-dħul fis-seħħ ta’ dik il-projbizzjoni huma validi għal massimu ta’ sena, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART>Artikolu 1</TI.ART><PARAG>Fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2024/1157, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(f) 	l-esportazzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tkun ipprojbita, ħlief lejn l-Iżvizzera;”.
</CITATION></PARAG>

<TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi ...,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>