<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0228</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Mormi Urban (UWWTD) u r-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-mediċini</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0238, 0240, 0241 u 0281/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Mormi Urban (UWWTD) u r-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-mediċini (2026/2652(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 168 u 191 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/3019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trattament tal-ilma mormi urban<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3019, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3019/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-UWWTD riveduta), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/118/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/105/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2006 dwar in-nuqqas ta’ mediċini –	kif nindirizzaw problema emerġenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 83.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Impact assessment accompanying the proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council concerning urban water treatment” (Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tal-ilma mormi urban) (SWD(2022)0541),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-10 ta’ Diċembru 2025 bit-titolu “Updated estimation of the costs of quaternary water treatment in the EU – A comparison of cost models” (Stima aġġornata tal-kostijiet tat-trattament kwaternarju tal-ilma mormi fl-UE – Tqabbil tal-mudelli tal-kost),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħidma li għaddejja fuq l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 191 tat-TFUE jistabbilixxi li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent “għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni”, u li “għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas”;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ilma huwa essenzjali għall-ħajja u għall-umanità; billi l-UE jeħtiġilha timmaniġġja r-riżorsi tal-ilma eżistenti u futuri b’mod effiċjenti u tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi attwali tal-ilma, peress li dawn jaffettwaw direttament is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-ekosistemi tiegħu, u l-attivitajiet soċjoekonomiċi strateġiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-mikrosustanzi niġġiesa, li jinsabu fit-tipi kollha tal-korpi tal-ilma u huma identifikati fl-ilmijiet kollha tal-UE, joħolqu effetti dannużi serji fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi effetti karċinoġeniċi u li jfixklu s-sistema endokrinali, u fuq il-ħajja akkwatika anke f’konċentrazzjonijiet baxxi, u jikkontribwixxu għat-tixrid tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR); billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat l-AMR bħala kriżi tas-saħħa globali urġenti li hija mbassra li tikkawża aktar imwiet globalment mill-kanċer sal-2050; billi ħafna mikrosustanzi niġġiesa minn prodotti mediċinali jispiċċaw fl-ilma wara l-użu tal-pazjenti aktar milli waqt il-produzzjoni jew mir-rimi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tniġġis tal-ilma, inkluż it-tniġġis mill-mikrosustanzi niġġiesa, joħloq theddida dejjem akbar u serja għall-ekosistemi, għall-bijodiversità, u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u bħalissa jiswa lill-UE aktar minn EUR 75 biljun fis-sena; billi l-ilma mormi urban huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-ilma, jekk ma jinġabarx u ma jiġix ttrattat kif suppost; billi t-tneħħija tal-mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi kkontaminat hija meħtieġa biex jiġu evitati l-effetti perikolużi tiegħu fuq is-saħħa u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ħafna muniċipalitajiet u komunitajiet fl-UE jiddependu fuq filtrazzjoni tal-ilma tax-xorb tagħhom, li sseħħ fis-sisien tax-xmajjar, u li tirriżulta fi provvisti tal-ilma li qed ikunu dejjem aktar ikkontaminati bil-mikrosustanzi niġġiesa;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kostijiet għat-trattament primarju, sekondarju u terzjarju huma ġeneralment koperti minn korpi pubbliċi permezz ta’ flus il-kontribwenti jew tariffi tal-ilma; billi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” għat-trattament tal-ilma minqux fl-Artikolu 191 tat-TFUE ġiet introdotta għall-ewwel darba fil-UWWTD riveduta;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UWWTD tistabbilixxi l-qafas legali għall-ġbir, it-trattament u l-iskariku tal-ilma mormi urban u l-iskariku ta’ ilma mormi bijodegradabbli minn ċerti setturi industrijali, billi l-UWWTD riveduta għandha l-għan li tnaqqas it-tniġġis tal-ilma, inklużi l-mikrosustanzi niġġiesa, u tipproteġi l-kwalità tal-ilma madwar l-UE; billi l-mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi ma jitneħħewx b’mod effettiv mit-trattament konvenzjonali tal-ilma mormi; billi d-Direttiva riveduta tintroduċi l-obbligu tat-trattament kwaternarju tal-ilma mormi, li jneħħi l-mikrosustanzi niġġiesa, u b’hekk jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”; billi d-Direttiva riveduta teżiġi l-aġġornament sistematiku tat-trattament kwaternarju f’impjanti tat-trattament kbar li jservu aktar minn 150 000 persuna (jiġifieri fi bliet kbar, peress li dawn huma hotspots għar-rilaxx ta’ mikrosustanzi niġġiesa) u teżiġi l-aġġornament ta’ impjanti tat-trattament iżgħar biss jekk dawn ikunu f’żoni ta’ riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tat-trattament kwaternarju hija gradwali, u tibda f’Diċembru 2033 meta 20 % biss tal-impjanti l-kbar u 10 % tal-impjanti iżgħar se jkollhom bżonn jiġu aġġornati, filwaqt li l-implimentazzjoni sħiħa għandha tinkiseb sa Diċembru 2045; billi l-introduzzjoni tat-trattament kwaternarju bħala trattament addizzjonali u avvanzat tal-ilma mormi urban sabiex jiġi eliminat l-aktar spettru wiesa’ possibbli ta’ mikrosustanzi niġġiesa hija meħtieġa biex jitnaqqsu b’mod drastiku dawn is-sustanzi niġġiesa u jiġu protetti s-saħħa pubblika u l-ambjent; billi l-introduzzjoni tat-trattament kwaternarju tirrappreżenta l-komponent l-aktar għali tad-Direttiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas huwa prinċipju legalment vinkolanti minqux fl-Artikolu 191 tat-TFUE, u għandu l-għan li jiżgura li dawk responsabbli li jikkawżaw ħsara ambjentali, u mhux il-kontribwenti jew is-soċjetà usa’, għandhom iħallsu għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u r-rimedju ta’ dak it-tniġġis;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha l-għan li tinternalizza l-esternalitajiet ambjentali u tipprovdi inċentiv għall-produtturi biex iqisu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, mid-disinn sa tmiem il-ħajja, u b’hekk jiġi implimentat b’mod effettiv il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas; billi l-biċċa l-kbira tal-iskemi eżistenti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ġew żviluppati fil-kuntest ta’ flussi ta’ skart minn sorsi lokalizzati identifikabbli, fejn il-produtturi jistgħu jorganizzaw, jimmonitorjaw u jikkontrollaw b’mod effettiv is-sistemi ta’ ġbir u trattament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-prodotti mediċinali huma żviluppati u awtorizzati bil-għan li jittrattaw lill-pazjenti; billi l-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali huma kriterju meħtieġ għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali iżda r-riskju ambjentali ma jiffurmax parti mill-valutazzjoni tal-benefiċċji u r-riskji fl-awtorizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-data u l-analiżijiet mill-Kummissjoni u mill-JRC juru li l-farmaċewtiċi u l-kożmetiċi huma s-sors bl-ogħla sehem ta’ sustanzi potenzjalment ta’ ħsara u diffiċli biex jiġu bijodegradati li jinsabu fl-ilma mormi; billi ċerti detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jirrapportaw li t-tagħbijiet tossiċi attribwiti lil ċerti prodotti f’dawn l-analiżijiet huma differenti mid-data mill-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali tal-prodotti mediċinali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-UWWTD riveduta introduċiet dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, li jeżiġu li mill-anqas 80 % tal-kostijiet tat-trattament kwaternarju jkunu koperti mis-setturi ewlenin responsabbli għar-rilaxx tas-sustanzi niġġiesa, jiġifieri l-industriji tal-farmaċewtiċi u tal-kożmetiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-introduzzjoni ta’ trattament kwaternarju hija l-aktar karatteristika għalja tad-Direttiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-istimi tal-kostijiet tal-Istati Membri jaqbżu b’mod sinifikanti dawk ipprovduti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (eż. il-Ġermanja u Spanja rrapportaw kostijiet ferm ogħla);
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi r-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha l-għan li tiffinanzja t-tneħħija tal-mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi u li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prodotti anqas tossiċi u aktar bijodegradabbli, li huma eżentati mir-responsabbiltà estiża tal-produttur; billi s-sistema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tinċentiva u tippremja l-innovazzjoni fl-iżvilupp u l-użu ta’ sustanzi ta’ anqas ħsara fis-setturi kkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-aċċess għal mediċini sikuri, effettivi u affordabbli huwa pedament tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-UE, u s-sigurtà tal-provvista tal-mediċini fl-UE trid tiġi ssalvagwardjata;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u data indipendenti, iż-żieda potenzjali tal-kostijiet tal-prodotti jew it-tnaqqis potenzjali tal-marġnijiet tal-profitt tal-industriji li jintroduċu prodotti fis-suq tal-UE b’riżultat tal-applikazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tkun marġinali, u ma jipperikolawx l-affordabbiltà, id-disponibbiltà jew l-aċċessibbiltà ta’ dawk il-prodotti fis-suq tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-istimi tal-kostijiet ta’ xi awtoritajiet ta’ Stati Membri jaqbżu dawk ipprovduti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (eż. il-Ġermanja u Spanja rrapportaw kostijiet li huma ferm ogħla); billi l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ġiet ikkontestata wkoll minn ċerti partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut ambjentali tal-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi u l-kalkoli tal-effetti fuq il-prezzijiet tal-mediċini; billi l-JRC wettaq it-tieni studju bil-għan li jiġu ċċarati u investigati aktar il-kostijiet potenzjali li għandhom jiġu koperti mis-setturi industrijali affettwati mid-Direttiva; billi dan l-istudju l-ġdid fil-biċċa l-kbira kkonferma d-data u s-sejbiet preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-attribuzzjoni tal-Kummissjoni ta’ madwar 92 % tat-tagħbija ta’ mikrosustanzi niġġiesa għall-farmaċewtiċi u l-kożmetiċi ġiet iddubitata għal raġunijiet metodoloġiċi u xjentifiċi, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ analiżi bir-reqqa tal-konsegwenzi għall-aċċess tal-pazjenti u għall-baġits nazzjonali għall-kura tas-saħħa; billi din l-ommissjoni hija partikolarment kritika għall-ekosistema farmaċewtika kollha, li tinkludi mediċini innovattivi, ġeneriċi u dawk li skaditilhom il-privattiva, li kollettivament jirfed l-aċċess tal-pazjenti, is-sigurtà tal-provvista u s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej, filwaqt li ssostni l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u l-impronta tal-manifattura li fuqha tiddependi l-awtonomija strateġika tal-Ewropa fis-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-mediċini ġeneriċi jammontaw għal kważi 70 % tal-mediċini li jingħataw fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2023 bit-titolu “Nindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ mediċini fl-UE” (COM(2023)0672).</FIELD></FOOTNOTE> u huma essenzjali għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa; billi l-manifatturi ta’ mediċini ġeneriċi tipikament joperaw abbażi ta’ oqfsa ta’ prezzar strett u mudell ekonomiku b’volumi għolja u b’marġnijiet baxxi, li jillimita l-kapaċita tagħhom li jassorbu kostijiet regolatorji addizzjonali, u għalhekk jistgħu jkunu aktar sensittivi għal żidiet fil-kostijiet, u dan jirrikjedi monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni tad-Direttiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>VS.</NO.P>billi l-mediċini ġeneriċi huma bbażati fuq l-istess ingredjent attiv bħall-prodott mediċinali ta’ referenza, li jżid l-isfida għall-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi li jindirizzaw it-tniġġis fis-sors;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi n-nuqqassijiet ta’ mediċini fl-UE marru għall-agħar f’dawn l-aħħar snin u joħolqu riskji serji għall-kura tal-pazjenti; billi l-UE għadha dipendenti ħafna fuq pajjiżi mhux tal-UE għal ingredjenti farmaċewtiċi attivi; billi l-UE qed tieħu passi biex tindirizza n-nuqqassijiet ta’ mediċini u s-sigurtà tal-provvista, inkluż permezz tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali riveduta u l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-UWWTD riveduta tippermetti lill-Istati Membri flessibbiltà fit-tfassil tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u fl-istabbiliment ta’ metodoloġiji għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, li tippermettilhom ifasslu skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur b’modi li jiżguraw il-proporzjonalità u jevitaw konsegwenzi mhux intenzjonati, inklużi riskji għall-provvista tal-mediċini, u b’hekk tibbilanċja l-objettivi tas-saħħa pubblika mar-responsabbiltajiet ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Artikolu 10 tal-UWWTD riveduta jagħmel l-oqfsa ta’ monitoraġġ u infurzar obbligatorji, u jiżgura li l-impatti tad-Direttiva, inkluż fuq il-prezzijiet tal-mediċini, jiġu mmonitorjati kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-Premessa 20 tal-UWWTD riveduta tikkonferma li d-Direttiva diġà tipprevedi evalwazzjoni regolari bbażata fuq data ta’ monitoraġġ u evidenza xjentifika, inkluża l-possibbiltà li jiġi aġġornat il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema fejn meħtieġ, u b’hekk tipprovdi biżżejjed flessibbiltà fil-qafas legali eżistenti mingħajr il-ħtieġa li d-Direttiva tiġi riveduta;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-UWWTD riveduta teżiġi li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni komprensiva sa tmiem l-2033 u għal darb’oħra sa tmiem l-2040, li tipprovdi l-opportunità li jitqiesu l-impatti tad-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, jiġu proposti aġġustamenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-Kummissjoni tistma li, anke f’xenarju ta’ trasferiment sħiħ tal-kostijiet, l-impatt fuq il-prezzijiet tal-mediċini jammonta għal EUR 2,64 sa EUR 3,20 għal kull persuna fis-sena sal-2045; stima li ġiet ikkonfermata mill-ġdid f’Diċembru 2025 mill-JRC, li qieset it-test finali adottat mill-koleġiżlaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi d-Direttiva tipprevedi skeda ta’ żmien twila għall-implimentazzjoni, b’ċerti dispożizzjonijiet ma japplikawx bis-sħiħ sal-2045, u dan jippermetti biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni gradwali u bbilanċjata tad-Direttiva u l-obbligi ta’ trattament kwaternarju tagħha, jiġifieri kopertura ta’ 20 % sal-2033, 60 % sal-2039, u kopertura sħiħa sal-2045; billi d-Direttiva tipprovdi lill-Istati Membri ż-żmien biex jaġġustaw l-ipprezzar tal-kuntratti permezz ta’ proċeduri ġodda ta’ sejħiet għall-offerti għall-mediċini;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi anke fl-eventwalità ta’ trasferiment sħiħ tal-kostijiet, skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u l-istudju tal-JRC, iż-żieda li tirriżulta fil-prezz tal-mediċini tibqa’ marġinali meta mqabbla mal-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni, peress li n-nefqa sostanzjali fit-tul għall-kura tas-saħħa assoċjata ma’ mard marbut mal-esponiment għall-mikrosustanzi niġġiesa, b’mod partikolari l-kanċer, diġà timponi piż ferm akbar fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika u dan mistenni jogħla b’mod sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-kostijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet għat-trattamenti kwaternarji huma bbażati fuq prodotti mqiegħda fis-suq, u għalhekk jinkludu l-prodotti kollha, kemm jekk prodotti fl-UE kif ukoll barra minnha, u l-obbligu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur japplika b’mod uniformi għall-kumpaniji kollha li jqiegħdu prodotti fis-suq tal-UE, fatt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jipprevjeni vantaġġi kompetittivi inġusti; billi d-Direttiva għandha l-għan, għalhekk, li ma tipproduċix effetti distorsivi fuq is-suq jew tiġġenera żvantaġġi għall-produtturi tal-UE u l-kompetittività ġenerali tas-settur; billi huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-prodotti importati kollha jikkonformaw mal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u jiffinanzjawhom, inklużi l-vjeġġi privati żgħar kollha, bħal ordnijiet online;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni turi li, fin-nuqqas tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-kostijiet annwali stmati tat-trattament kwaternarju ta’ madwar EUR 1,186 biljun fis-sena sal-2040 altrimenti jkollhom jiġu koperti primarjament permezz ta’ tariffi ogħla tal-ilma u mill-baġits pubbliċi, u b’hekk il-kostijiet tat-tniġġis jiġu ttrasferiti mill-industrija għaċ-ċittadini u l-kontribwenti, u jitpoġġa piż inġust fuq l-unitajiet domestiċi, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur hija meħtieġa biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u finanzjarja, b’mod partikolari għall-korpi pubbliċi, u biex jiġi żgurat l-investiment meħtieġ fl-infrastruttura tal-ilma mormi biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u tas-saħħa pubblika u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-ilma ma jġarrbux il-kost finanzjarju tat-tniġġis li mhumiex responsabbli għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-istandards il-ġodda tal-kwalità ambjentali, b’mod partikolari d-disa’ standards farmaċewtiċi tal-kwalità ambjentali fl-ambitu tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, ma jistgħux jintlaħqu mingħajr trattament avvanzat u addizzjonali tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-UWWTD riveduta tobbliga lill-Kummissjoni, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma mormi urban u tal-aktar data xjentifika reċenti, tevalwa regolarment jekk prodotti oħra għandhomx jiġu inklużi fis-sistema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur; billi l-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rieżami formali sa mhux aktar tard mill-2033;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-objettivi ambjentali u l-implimentazzjoni tal-UWWTD riveduta f’konformità mal-iskadenzi stabbiliti, u jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqas u jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ilma, inklużi l-mikrosustanzi niġġiesa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu protetti aħjar, bħala parti minn approċċ ambizzjuż biex jiġi indirizzat it-tniġġis mis-sorsi kollha u biex isir il-pass lejn ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, b’mod partikolari billi jiġi indirizzat it-tniġġis ta’ mikrosustanzi niġġiesa perikolużi, li joħolqu theddida konsiderevoli u akuta għas-saħħa u għall-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-politika ambjentali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali, bħala prijorità, għandha tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-introduzzjoni ta’ trattament kwaternarju hija meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa, jiġu ssalvagwardjati l-ekosistemi, u jiġu miġġielda r-riskji emerġenti bħall-AMR; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li r-responsabbiltà estiża tal-produttur hija l-aktar għodda effettiva biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u biex jiġu żgurati fondi suffiċjenti għat-trattament meħtieġ tal-ilma mormi urban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tad-diverġenza bejn l-istimi tal-kostijiet tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u l-istimi tal-kostijiet prodotti fil-valutazzjonijiet pubbliċi wara l-adozzjoni tad-Direttiva, b’mod partikolari fil-Ġermanja u fi Spanja; jinnota, barra minn hekk, it-tħassib tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-robustezza tal-metodoloġija użata biex jiġu attribwiti tagħbijiet tossiċi u jinnota t-tħassib dwar id-differenzi bejn id-data użata mill-Kummissjoni u d-data tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali ppreżentata lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tas-suq; iqis li dan it-tħassib għandu jiġi indirizzat bir-reqqa biex tiġi żgurata r-robustezza tal-fatti li jirfdu l-analiżijiet tal-kostijiet tat-trattament kwaternarju u tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur; jinnota, madankollu, li l-metodoloġiji differenti applikati għall-istudji jistgħu jispjegaw xi wħud mid-diverġenzi, u jisħaq li l-istimi tal-valutazzjoni tal-impatt ġew ikkonfermati mill-ġdid reċentement mill-JRC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt ġdida sa tmiem l-2026 li tidentifika l-lista ta’ sustanzi preżenti fl-ilma mormi urban, tivverifika l-kostijiet tat-trattament kwaternarju u l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà lis-setturi rilevanti skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, u tidentifika l-impatt potenzjali fuq id-disponibbiltà, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mediċini, b’mod partikolari l-mediċini ġeneriċi u kritiċi u s-sustanzi attivi tagħhom; iqis li l-Istati Membri, permezz tal-Kumitat Farmaċewtiku Uman, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ikunu involuti b’mod xieraq fl-istudju, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni taċċellera, jekk ikun meħtieġ abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt, l-evalwazzjoni tal-allokazzjoni tas-sustanzi, u wkoll, jekk ikun meħtieġ, tattribwixxi mill-ġdid minnufih l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur lis-setturi identifikati bħala responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni sal-aħħar ta’ Lulju 2026 li tinforma lill-Istati Membri dwar l-istudju indipendenti u l-flessibbiltajiet skont id-Direttiva biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini, u tieħu l-miżuri meħtieġa biex timmonitorja s-sigurtà tal-provvista tal-mediċini u l-preparatezza għall-kriżijiet u tevita konsegwenzi mhux intenzjonati għall-provvista tal-mediċini, inklużi l-konsegwenzi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur; iqis li, jekk ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt juru riskju sinifikanti għall-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mediċini, b’mod partikolari l-mediċini kritiċi u ġeneriċi, il-Kummissjoni għandha tadotta malajr salvagwardji biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista ta’ dawn il-mediċini, inkluża sospensjoni temporanja tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel progress fl-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi relatati mat-trattament kwaternarju, biex tagħti ċarezza lill-Istati Membri, lill-operaturi tal-ilma mormi u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-kostijiet assoċjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-kostijiet assoċjati mat-trattament avvanzat tal-ilma mormi ma għandhomx jiġu ttrasferiti fuq il-kontribwenti u l-konsumaturi tal-ilma, iżda minflok għandhom jiġġarrbu b’mod ġust u proporzjonat minn dawk is-setturi li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob sospensjoni temporanja (“waqqaf l-arloġġ”) tad-dispożizzjonijiet ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u tal-obbligi ta’ trattament kwaternarju u l-obbligi finanzjarji relatati sakemm jitlestew l-istudju u l-valutazzjoni tas-sejbiet tiegħu mill-Kummissjoni;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li l-obbligu tar-responsabbiltà estiża tal-produttur japplika b’mod uniformi għall-kumpaniji kollha li jqiegħdu prodotti fis-suq tal-UE, kemm jekk prodotti fl-UE, kif ukoll barra minnha, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u jiġu evitati vantaġġi kompetittivi inġusti; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara kif il-produtturi mhux tal-UE se jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet kompetittivi u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li n-nuqqasijiet ta’ mediċini diġà huma sfida kbira u li qed tikber fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-kapaċità tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-manifattura farmaċewtika u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-każ partikolari tal-mediċini ġeneriċi u l-aċċess għat-trattamenti b’mod ġenerali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw bir-reqqa u kontinwament l-impatt tad-Direttiva fuq l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ dawk il-mediċini, kif meħtieġ skont il-UWWTD riveduta, bl-objettiv li jiġi evitat tfixkil mhux intenzjonat jew żidiet fil-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li d-Direttiva tipprevedi l-flessibbiltà u l-possibbiltà li jiġu applikati miżuri proporzjonati bl-għan li jiġi żgurat li l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ma jikkompromettux l-affordabbiltà, id-disponibbiltà jew l-aċċessibbiltà tal-mediċini; jistieden lill-Istati Membri, meta jfasslu u jimplimentaw skemi nazzjonali ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, jivvalutaw bir-reqqa u jindirizzaw it-tħassib debitament ġustifikat u sostnut bl-evidenza relatat mal-konsegwenzi mhux intenzjonati tad-Direttiva, b’attenzjoni partikolari għall-mediċini ġeneriċi; ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni li timmonitorja u tirrapporta dwar l-impatti fuq l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mediċini u li tiżgura evalwazzjoni komprensiva sa tmiem l-2033 u għal darb’oħra sa tmiem l-2040;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota l-isfidi tal-użu tal-inċentiv, minħabba l-kumplessitajiet tal-modifiki fil-formulazzjonijiet mediċinali, li jistgħu jirrikjedu riċerka estensiva jew awtorizzazzjonijiet ġodda għall-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari għall-mediċini ġeneriċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni jeħtieġ li tevalwa regolarment jekk prodotti u setturi oħra li għandhom impatt sinifikanti fuq it-tagħbija tossika fl-ilma mormi għandhomx jiddaħħlu fis-sistema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet assoċjati jiġu attribwiti b’mod ġust u mhux jitħallew jaqgħu fuq iċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni f’farmaċewtiċi ambjentalment sostenibbli u f’teknoloġiji avvanzati għat-trattament tal-ilma mormi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li, f’konformità mal-approċċ “saħħa waħda”, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent hija interkonnessa u marbuta intrinsikament; jissottolinja li l-aċċess għall-mediċini u l-protezzjoni ambjentali jridu jiġu segwiti b’mod simultanju, mingħajr ma wieħed minnhom jitħalla jintuża bħala skuża biex titnaqqas l-ambizzjoni fl-ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>