<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0229</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni politika u s-sitwazzjoni umanitarja f’Kuba</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0285, 0286 u 0291/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-repressjoni politika u s-sitwazzjoni umanitarja f’Kuba (2026/2735(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni f’Kuba, b’mod partikolari dawk tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar il-każ ta’ José Daniel Ferrer García f’Kuba<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7213, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7213/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, tad-29 ta’ Frar 2024 dwar is-sitwazzjoni kritika f’Kuba<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6748, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6748/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba fid-dawl taż-żjara reċenti tar-Rappreżentant Għoli fil-gżira<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4001, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4001/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 337I, 13.12.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/2232/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmat f’Diċembru 2016, u li ilu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Novembru 2017, u b’mod partikolari għall-klawżola tal-elementi essenzjali skont l-Artikolu 1(5) tiegħu u għall-klawżola ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 85(3)(b) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kunsens mogħti mill-Parlament għall-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni fil-5 ta’ Lulju 2017, bil-premessa ta’ titjib tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali f’Kuba,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li Kuba hija parti għalihom kollha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) <STRING ITALIC="on">Prisoners Defenders</STRING>, b’mod partikolari l-edizzjoni ta’ Mejju 2026 tar-rapport tagħha ta’ kull xahar, li ġie ppubblikat fl-11 ta’ Ġunju 2026, li jkopri t-tortura, il-ksur strutturali tal-proċess ġust, il-“perikolożità soċjali prekriminali”, is-sorveljanza diġitali u l-malnutrizzjoni furzata fil-ħabsijiet Kubani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu u tas-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni f’Kuba, li saret fil-5 ta’ Mejju 2026, u x-xhieda ppreżentata mir-rapporteur għal Kuba tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), Stuardo Ralón Orellana, u mill-mexxej tal-oppożizzjoni Kubana José Daniel Ferrer, li fil-passat kien priġunier politiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskorsi tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Kaja Kallas, fil-plenarja tal-Parlament, b’mod partikolari dawk tas-6 ta’ Mejju 2025 u tad-19 ta’ Mejju 2026, u d-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-IACHR dwar Kuba tal-25 ta’ Marzu 2026;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Libertà (Ftehim ta’ Liberazzjoni), iffirmat f’Miami fit-2 ta’ Marzu 2026 mill-koalizzjonijiet tal-oppożizzjoni Kubana Pasos de Cambio u l-Asamblea de la Resistencia Cubana (ARC),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-12 ta’ Ġunju 2023 dwar il-każ tad-difensuri tad-drittijiet Oswaldo Payá u Harold Cepero f’Kuba,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-att ta’ akkuża tal-20 ta’ Mejju 2026 tal-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti għad-Distrett tan-Nofsinhar ta’ Florida, li jixli lil Raúl Castro u ħames uffiċjali oħra b’rabta mat-twaqqigħ ta’ żewġ inġenji tal-ajru ċivili tal-organizzazzjoni <STRING ITALIC="on">Brothers to the Rescue</STRING> fl-1996,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi aktar minn ħamsin sena ta’ għażliet politiċi u ekonomiċi mir-reġim komunista Kuban wasslu lill-pajjiż fi kriżi profonda, ikkaratterizzata minn qtugħ tal-provvista tal-elettriku sa 22 siegħa kuljum, skarsezzi akuti ta’ ikel, ilma, fjuwil u mediċina u faqar mifrux, taħt reġim ta’ partit wieħed stabbilit fil-kostituzzjoni li ilu aktar minn 67 sena, u li huwa l-unika forza politika permessa; billi dan il-kollass ta’ mudell politiku u ekonomiku mibni fuq l-immobbiltà, ir-repressjoni u r-reżistenza għall-bidla, aggravat minħabba n-nuqqas ta’ elezzjonijiet ħielsa, ġusti u kompetittivi u l-projbizzjoni tal-pluraliżmu politiku, qiegħed kulma jmur iwassal lil Kuba aktar qrib il-karatteristiċi ta’ stat fallut u jikkostitwixxi anomalija antidemokratika fir-reġjun tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-NGO <STRING ITALIC="on">Prisoners Defenders</STRING>, Kuba kellha l-għadd rekord ta’ 1 281 priġunier politiku fl-aħħar ta’ Mejju 2026, u dan jinkludi priġunieri minorenni, li wħud minnhom jinżammu f’ħabsijiet ta’ sigurtà massima flimkien mal-adulti, waqt li ħafna detenuti jinsabu morda serjament, fosthom atleti, artisti, ġurnalisti indipendenti u attivisti paċifiċi; billi l-organizzazzjoni tiddokumenta tortura sistematika, vjolenza sesswali u theddid ta’ mewt kontra d-detenuti, u sabet, fi studju statistikament rappreżentattiv, li kull priġunier politiku eżaminat, inklużi l-minorenni, kien sofra tortura u ġie mċaħħad mill-kura medika, fost xejriet rikorrenti ta’ detenzjoni arbitrarja u f’iżolament, għajbien temporanju furzat u fastidju lill-familji; billi l-każ ta’ José Daniel Ferrer, fundatur tal-Unjoni Patrijottika ta’ Kuba u priġunier tal-kuxjenza li l-Parlament Ewropew talab ripetutament il-ħelsien tiegħu, huwa emblematiku tal-metodi tar-reġim, u dan wassal għall-eżilju furzat tiegħu f’Ottubru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, il-ċittadini Kubani jattendu sptarijiet li ma jistgħux jaħdmu b’mod normali u m’għandhomx mediċini bażiċi, fejn il-pazjenti jeħtiġilhom iġibu l-provvisti huma stess, flimkien ma’ skarsezzi kroniċi tal-ikel, tal-ilma u tal-prodotti essenzjali, li jinbigħu biss fi ħwienet li jużaw muniti barranin, fejn il-prezzijiet ma jintlaħqux minn dawk li jgħixu bis-salarji normali tal-istat; billi, skont l-Osservatorju Kuban tad-Drittijiet tal-Bniedem, 89 % tal-familji jgħixu f’faqar estrem u 7 minn kull 10 Kubani jeħtiġilhom jgħaddu mingħajr ikla jew oħra, filwaqt li n-NU jirrapportaw akkumulazzjoni ta’ aktar minn 96 000 operazzjoni pendenti, inklużi 11 000 għat-tfal, u madwar miljun persuna jiddependu mit-trasport bit-trakkijiet għall-ilma, trasport li huwa ristrett minħabba l-iskarsezzi tad-diżil;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, f’April 2026, l-UE rrilaxxat EUR 2 miljun addizzjonali f’għajnuna umanitarja, minbarra l-EUR 4 miljun allokati diġà din is-sena għar-reġjun tal-Karibew, biex tappoġġja lis-sħab umanitarji li jwasslu l-għajnuna urġenti lill-persuni l-aktar vulnerabbli; billi l-pjan ta’ azzjoni aġġornat tan-NU għal Kuba, li jfittex li jassisti madwar żewġ miljun persuna, għadu serjament sottofinanzjat: in-NU mmobilizzaw USD 26,2 miljun, u għaldaqstant jonqos USD 68 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-inflazzjoni kumulattiva f’Kuba matul l-aħħar erba’ snin taqbeż il-500 %, filwaqt li s-salarji tal-Istat huma ekwivalenti għal bejn USD 15 u USD 25 fix-xahar bir-rata tas-suq illeċitu, li hija l-unika rata realistika fuq il-gżira; billi r-reġim ħoloq dipendenza fuq il-fjuwil importat, u peress li l-fornituri tradizzjonali tiegħu r-Russja u l-Venezwela naqqsu l-konsenji, l-emerġenza tal-enerġija kompliet taggrava, u laħqet il-qofol tagħha fil-kollass sħiħ tas-sistema nazzjonali tal-elettriku għal diversi jiem f’Ottubru 2024, bir-riżultat li 11-il miljun persuna sabu ruħhom mingħajr provvista tal-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Kuba llum timporta aktar minn 70 % tal-ikel li tikkonsma, f’pajjiż tropikali fertili li darba kien wieħed mill-akbar produtturi taz-zokkor fid-dinja. Dan il-kollass huwa r-riżultat dirett ta’ għexieren ta’ snin ta’ agrikoltura kollettivizzata, ikkontrollata mill-Istat u militarizzata u ta’ mudell ekonomiku mhux produttiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-emerġenza umanitarja mhijiex ir-riżultat ta’ xi embargo estern iżda l-konsegwenza diretta tal-mudell u tal-fallimenti tar-reġim, jiġifieri l-militarizzazzjoni u l-monopolizzazzjoni tal-ekonomija mill-istat, it-trażżin tal-intrapriża privata, u d-devjazzjoni tar-riżorsi lejn is-sistema tas-sigurtà aktar milli lejn l-ikel, il-mediċina u l-elettriku meħtieġa mill-poplu; billi dan il-mudell huwa inkorporat f’GAESA, konglomerat militari korrott li jikkontrolla kważi nofs l-ekonomija tal-gżira, ma jagħti rendikont lil ħadd u jaħtaf f’idejh il-qligħ tar-reġim f’muniti ewlenin, inkluż il-qligħ mill-missjonijiet mediċi li n-NU qabblet max-xogħol furzat, minkejja li l-isptarijiet jinsabu mingħajr provvisti bażiċi; billi din il-kriżi ma tistax tiġi separata minn għexieren ta’ snin ta’ repressjoni mill-Istat, u ż-żieda fl-instabbiltà tissogra konsegwenzi umanitarji, migratorji u ta’ sigurtà saħansitra aktar gravi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba huma rregolati mill-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, li l-objettiv iddikjarat tiegħu kien li r-reġim jiftaħ progressivament u jtejjeb is-sitwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu; billi, kważi disa’ snin wara li l-Parlament approva l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, ir-reġim ma għamel l-ebda ftuħ sinifikanti iżda minflok intensifika r-repressjoni, ippersegwita li min ma jaqbilx miegħu u żied l-għadd ta’ priġunieri politiċi, filwaqt li s-sitwazzjoni ekonomika ddeterjorat għal livelli inaċċettabbli; billi l-ftehim naqas fl-għan ewlieni tiegħu u l-VP/RGħ irrikonoxxiet li l-ftehim ma laħaqx l-objettivi tiegħu u issa qed jiġi rieżaminat;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kubani qed jiċħdu r-reġim b’mod mifrux, kemm fuq il-gżira kif ukoll lil hinn minnha, kif juru d-dimostrazzjonijiet rikorrenti, il-“<STRING ITALIC="on">cacerolazos</STRING>” (protesti permezz tat-taħbit tal-borom) u l-akbar eżodu fl-istorja ta’ Kuba. Mijiet ta’ eluf ta’ Kubani ħallew pajjiżhom biex ifittxu futur aħjar, filwaqt li ħafna minn dak li ħarbu jew ġew imġiegħla jitilqu ma jitħallewx jirritornaw u għadhom fl-eżilju; billi l-uniku rispons tar-reġim għat-talbiet għal bidla huwa li jkompli jintrabat mal-poter u jintensifika r-repressjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-repressjoni brutali u bla waqfien hija l-uniku mekkaniżmu li jżomm lir-reġim ħaj; billi, f’Lulju 2021, eluf ta’ Kubani ħarġu fit-toroq f’aktar minn ħamsin lokalità b’għajta waħda: “Libertà!”; din kienet l-akbar mewġa ta’ protesti mill-1994, u ġiet imrażżna mill-pulizija pajżana, mill-gruppi paramilitari u mill-Kumitati għad-Difiża tar-Rivoluzzjoni; billi mijiet ta’ persuni ġew detenuti b’mod arbitrarju u aktar minn 700 persuni tressqu quddiem il-qorti fi proċedimenti sommarji li l-Parlament ikkundanna bħala “farsa ġudizzjarja” u ngħataw sentenzi sa 25 sena priġunerija talli pprotestaw b’mod paċifiku, u dan jista’ jammonta għal delitt kontra l-umanita; billi l-messaġġ intuża b’mod deliberat biex iservi ta’ eżempju: kull min jipprotesta jissogra l-impjieg, il-libertà, il-familja jew ħajtu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-reġim jirrifjuta b’mod persistenti d-dħul tad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tar-rapporteurs speċjali tan-NU u tal-osservaturi indipendenti, u jinsisti fuq l-esklużjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili indipendenti minn kwalunkwe djalogu politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar xhur saru taħditiet bejn ir-reġim u l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, li l-kontenut tagħhom għadu mhux żvelat, u r-reġim irrikonoxxa n-negozjati ma’ Washington; billi l-Istati Uniti adottaw sanzjonijiet immirati kontra persuni b’karigi ta’ livell għoli fir-reġim u l-istituzzjonijiet tas-sistema militari u tas-sigurtà tiegħu, u rreferew għar-repressjoni tar-reġim kontra l-poplu tiegħu stess u l-attivitajiet ostili tiegħu barra mill-pajjiż; billi kwalunkwe proċess ta’ normalizzazzjoni m’għandux iseħħ għad-detriment tad-drittijiet tal-bniedem jew jeżonera lir-reġim mill-obbligu ta’ rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-reġim iħaddan kooperazzjoni militari mill-qrib mal-Federazzjoni Russa, inkluż ir-reklutaġġ irrapportat ta’ eluf ta’ ċittadini Kubani biex jiġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u dan huwa inkompatibbli mal-ispirtu tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni u jmur kontra l-interessi tas-sigurtà tal-UE; billi fl-aħħar ta’ Marzu 2026, tanker ta’ proprjetà Russa li kien qed iġorr madwar 730 000 barmil ta’ żejt mhux maħdum tħalla jittrakka mal-kosta tat-Tramuntana ta’ Kuba;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fit-2 ta’ Marzu 2026, aktar minn 50 organizzazzjoni tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili Kubani, minn Kuba u fl-eżilju, ippreżentaw pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni demokratika li qed jissejjaħ Ftehim ta’ Liberazzjoni jew il-Ftehim dwar il-Libertà, li jistabbilixxi tliet fażijiet, jiġifieri l-liberazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u r-rikostruzzjoni, u d-demokratizzazzjoni, li jilħqu l-qofol tagħhom f’elezzjonijiet ħielsa, ġusti u multipartitiċi bis-superviżjoni tal-komunità internazzjonali; billi kwalunkwe tranżizzjoni trid tkun immexxija mill-Kubani u tinkludi lill-Kubani kollha, kemm dawk fuq il-gżira kif ukoll dawk li jinsabu barra minn pajjiżhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi r-repressjoni sistematika mwettqa mir-reġim Kuban – b’mod partikolari t-tortura, il-vjolenza sesswali, it-theddid ta’ mewt, il-malnutrizzjoni furzata, is-sorveljanza tal-massa, ix-xogħol furzat u l-persekuzzjoni ġudizzjarja kontra priġunieri politiċi, dimostranti, dissidenti, studenti, mexxejja reliġjużi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem – u l-priġunerija tat-tfal; jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu Kuban u ma’ dawk kollha li jiġu ppersegwitati talli ddefendew id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi l-mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika storika u emerġenti, u l-movimenti ċiviċi indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u tal-persuni kollha detenuti b’mod arbitrarju talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi l-minorenni, it-tmiem tat-tortura u tat-trattament ħażin, l-aċċess immedjat għal proċessi ħielsa u ġusti, u għal kura medika għal dawk b’mard serju, u riparazzjoni sħiħa għall-vittmi tat-tortura; jitlob li r-reġim jagħti aċċess mingħajr xkiel lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, lill-proċeduri u r-rapporteurs speċjali tan-NU, lil delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u lil osservaturi indipendenti għall-postijiet kollha ta’ detenzjoni, u jiddeplora r-rifjut ripetut tiegħu li jagħmel dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-unika soluzzjoni għat-tbatija, il-faqar u l-iżolament li qed iġarrab il-poplu Kuban hija t-twettiq ta’ bidliet ekonomiċi u politiċi profondi li jwasslu mingħajr dewmien għal tranżizzjoni lejn demokrazija sħiħa b’diversi partiti li fiha d-dissidenti ma jiġux ippersegwitati, mitfugħa l-ħabs, ittorturati jew maqtula u fejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jiġu rispettati permezz ta’ djalogu nazzjonali inklużiv lejn dik it-tranżizzjoni mingħajr restrizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lir-reġim Kuban iressaq riformi ekonomiċi sostenibbli u sinifikattivi li jiżguraw iċ-ċertezza tad-dritt u jappoġġjaw lill-atturi ekonomiċi indipendenti, l-inizjattivi privati, l-investimenti u l-libertajiet, bħala modi essenzjali biex jiġi evitat il-kollass;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jiggarantixxu d-dritt għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq fehmiet politiċi; jikkundanna bil-qawwa l-ksur kollu tad-drittijiet u l-libertajiet ċivili u politiċi, inklużi d-detenzjoni arbitrarja, it-trattament ħażin, it-tortura, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika, il-fastidju ta’ ġurnalisti indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u atturi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-użu sproporzjonat ta’ sanzjonijiet kriminali kontra dimostranti paċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu rigward l-attivazzjoni tal-klawżola ta’ sospensjoni tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni u jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jagħmluha ċara li, sakemm ma jittiħdux passi ċari, konkreti u sinifikanti lejn l-introduzzjoni ta’ tali bidliet –	inkluż proposta ċara għal pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni demokratika f’Kuba, il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ kważi 1 300 priġunier politiku, u l-awtorizzazzjoni ta’ ritorn mingħajr ritaljazzjonijiet għall-Kubani mġiegħla jsegwu t-triq iebsa tal-eżilju – fi żmien qasir, l-UE għandha tipproċedi mingħajr aktar dewmien biex tissospendi l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, li nkiser b’mod sistematiku mir-reġim Kuban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għal miżuri mmirati skont l-Att Magnitsky tal-UE kontra dawk li wettqu r-repressjoni, l-ewwel nett l-aktar uffiċjali għolja tar-reġim, inkluż Miguel Díaz-Canel u l-linja ta’ kmand għolja tal-apparat tas-sistema tas-sigurtà, ġudizzjarja u penitenzjarja, u kontra t-tmexxija tal-GAESA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lir-reġim jabolixxi, fil-forom kollha tiegħu, il-mekkaniżmi prekriminali li jintużaw biex isikktu liċ-ċittadini u jżommuhom detenuti b’mod arbitrarju, u jeħles lil dawk ikkundannati permezz tagħhom minkejja li ma wettqux reati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet, ir-reġim ta’ malnutrizzjoni furzata u l-imwiet fil-kustodja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-appoġġ materjali tar-reġim għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, inkluż ir-reklutaġġ ta’ ċittadini Kubani biex jiġġieldu kontra l-Ukrajna, u l-approfondiment tal-kooperazzjoni militari tar-reġim mar-Russja, u jinsisti li dan jiġi ttrattat bħala element ċentrali tar-rieżami tal-UE tar-relazzjonijiet tagħha ma’ Kuba; jikkundanna bl-istess mod l-allinjament tar-reġim mar-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja, inklużi r-rabtiet militari u ta’ sigurtà mill-qrib li jikkompromettu s-sigurtà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsisti li s-soċjetà ċivili indipendenti u l-oppożizzjoni demokratika jieħdu sehem, mingħajr ritaljazzjonijiet, fi kwalunkwe djalogu fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni – li l-ftehim innifsu jirrikjedi l-inklużjoni tagħhom – u li l-UE ma tkun kompliċi bl-ebda mod fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-gżira, inklużi l-missjonijiet mediċi li jinvolvu xogħol furzat, li hu jitlob li r-reġim itemm fil-forom kollha tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi t-tħassib kbir u urġenti tiegħu dwar id-deterjorament drammatiku tal-kundizzjonijiet tal-għajxien f’Kuba u l-impatt umanitarju dejjem jikber tan-nuqqas ta’ aċċess għall-fjuwil, il-mediċini, l-ikel u oġġetti essenzjali oħra u s-servizzi pubbliċi, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kanali umanitarji li jwasslu l-enerġija, l-ikel u l-mediċina direttament lill-poplu Kuban u lill-intrapriżi indipendenti, mingħajr ma jinvolvu l-istat, u jistieden lid-donaturi kollha jżidu l-għajnuna umanitarja, li jeħtieġ li tibqa’ protetta, ħielsa mill-intermedjazzjoni tal-istat u qatt ma tiffinanzja r-reġim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinsab lest, flimkien mal-komunità internazzjonali, li jipprovdi lil Kuba b’assistenza sostanzjali permezz ta’ kanali indipendenti mill-gvern hekk kif tibda tranżizzjoni demokratika kredibbli, sabiex il-gżira tkun tista’ tiffjorixxi u tiggarantixxi l-benesseri taċ-ċittadini tagħha; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jqajmu dawn il-każijiet b’mod konsistenti fil-fora rilevanti kollha u jappoġġjaw l-obbligu ta’ rendikont u tranżizzjoni paċifika u mmexxija miċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew, u lir-reġim Kuban.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>