<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0230</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-reklutaġġ tat-tfal mill-kriminalità organizzata</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0275/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar ir-reklutaġġ tat-tfal mill-kriminalità organizzata (2026/2725(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 79/188 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata u minn gruppi terroristiċi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2024/12 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trattament ta’ tfal assoċjati ma’ gruppi terroristiċi, inklużi tfal li huma reklutati u sfruttati minn dawk il-gruppi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2025 dwar ProtectEU: Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Interna (COM(2025)0148),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol bit-titolu “EU Serious and Organised Crime Threat Assessment (EU SOCTA) 2025” (Valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (EU SOCTA) 2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE li jmiss dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-kriminalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proġett STRIVE Juvenile tal-UE u tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u s-sejbiet tal-evalwazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-protezzjoni tal-minorenni online, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi marbuta mal-kontenut illegali u l-imġiba online dannuża, is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, u r-responsabbiltajiet tal-pjattaformi online kbar ħafna u tal-magni tat-tiftix kbar ħafna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali dwar il-protezzjoni tal-minorenni tal-14 ta’ Lulju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5519, 10.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5519/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-Notifika tal-Intelligence tal-Europol tat-12 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “The recruitment of young perpetors for criminal networks” (Ir-reklutaġġ ta’ delinkwenti minorenni għal networks kriminali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-UNICEF Innocenti – Uffiċċju Globali tar-Riċerka u l-Prospettiva ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Children’ s Involvement in Organised Violence: Emerging trends and knowledge gaps” (L-Involviment tat-Tfal fil-Vjolenza Organizzata: Xejriet emerġenti u lakuni fl-għarfien),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u l-istrateġia tal-UE dwar id-drogi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Radicalisation online, with a focus on the recruitment of children for organised crime and terrorism” (Ir-radikalizzazzjoni online, b’enfasi fuq ir-reklutaġġ tat-tfal għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2026 dwar il-qtil ta’ Mehdi Kessaci: il-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni Ewropea ambizzjuża kontra t-traffikar tad-droga<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0007.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/800/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-gruppi tal-kriminalità organizzata u l-gruppi terroristiċi qed jirreklutaw u jisfruttaw dejjem aktar lit-tfal bħala parti mill-istrateġiji operazzjonali tagħhom, inkluż biex jipproteġu lill-awturi adulti mid-detezzjoni u l-prosekuzzjoni u jespandu l-attivitajiet illeċiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi n-Notifika tal-Intelligence tal-Europol ta’ Novembru 2024 turi li l-minorenni reklutati minn networks kriminali tipikament ma jkollhom l-ebda kuntatt dirett ma’ livelli ogħla tal-organizzazzjonijiet u jiġu mobilizzati permezz ta’ fornituri ta’ servizzi kriminali; billi l-għarfien limitat ta’ dawn il-minorenni dwar l-istruttura tan-networks u n-nuqqas frekwenti ta’ rekords kriminali preċedenti jagħmluhom operaturi b’riskju baxx li huma inqas probabbli li jipprovdu informazzjoni utli lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jekk jiġu arrestati;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-reklutaġġ u l-isfruttament tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata u minn gruppi terroristiċi jiksru d-drittijiet fundamentali tat-tfal, inkluża d-dinjità tagħhom, b’konsegwenzi serji għas-sikurezza u għall-futur tagħhom; billi l-vulnerabbiltà tat-tfal għar-reklutaġġ minn networks tal-kriminalità organizzata tirriżulta minn fatturi ta’ riskju kumulattivi u intersezzjonali, inkluż in-nuqqas ta’ sens ta’ appartenenza, esperjenzi negattivi fit-tfulija u sfidi tas-saħħa mentali, li jiġu sfruttati deliberatament; billi l-prevenzjoni effettiva tirrikjedi reazzjonijiet integrati li jindirizzaw dawn il-fatturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-reklutaġġ tat-tfal evolva minn tħassib primarjament umanitarju għal faċilitatur sistemiku tal-kriminalità organizzata, u sar inkorporat fil-mudelli operazzjonali tan-networks kriminali, u huwa ostaklu għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp; billi l-gruppi kriminali li jirreklutaw it-tfal jimminaw is-sigurtà tal-UE, iħeġġu l-kriminalità u jipperpetwaw ċikli ta’ vjolenza u nuqqas ta’ sigurtà fuq firxa ta’ ġenerazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi dawn il-prattiki huma ffaċilitati minn ċerti żviluppi teknoloġiċi li jistgħu jinnormalizzaw u jinċentivaw l-imġiba kriminali fost it-tfal;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-immappjar tal-Europol għall-2024 identifika 821 network kriminali ta’ riskju għoli attivi fl-UE li huwa stmat li jiġġeneraw minn EUR 92–188 biljun fi dħul annwali, li jammontaw għal madwar 0.7–1.4 % tal-PDG tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Europol tal-4 ta’ April 2024, “Decoding the EU’ s most threatening criminal networks” (Id-dekodifikazzjoni tan-networks kriminali l-aktar ta’ theddida tal-UE), aġġornat f’Mejju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-minorenni huma involuti f’aktar minn 70 % tal-attivitajiet illegali tas-suq, inklużi t-traffikar tad-droga, l-estorsjoni, il-frodi online, il-ħasil tal-flus, it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, u l-iskemi ta’ vjolenza bħala servizz, b’networks kriminali li jisfruttaw lit-tfal li saħansitra għadhom biss ta’ 12-il sena għal kompiti bħan-negozjar fit-toroq, ix-xogħol ta’ kurriera tal-flus kontanti u l-estrazzjoni tad-drogi minn kontejners tal-merkanzija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet kriminali jimmiraw b’mod sistematiku għat-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli ħafna, b’mod partikolari dawk li jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjoekonomika, it-tluq bikri mill-iskola u t-tkissir tal-familja, jew għat-tfal migranti, filwaqt li jisfruttaw l-insigurtà ekonomika tagħhom, l-emarġinazzjoni soċjali tagħhom u n-nuqqas ta’ għarfien tagħhom dwar ir-riskji;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-bniet u n-nisa żgħażagħ qed ikunu dejjem aktar involuti fil-kriminalità organizzata, għalkemm spiss jiġu injorati mis-sistemi tal-ġustizzja kriminali, bi 22 % tal-vittmi tat-traffikar identifikati fil-Punent u fin-Nofsinhar tal-Ewropa mġiegħla jidħlu f’attivitajiet kriminali, primarjament it-traffikar tad-droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kummerċ illeċitu tal-armi tan-nar u l-użu illegali ta’ oġġetti pirotekniċi kkontribwew għal bidla minn reati ta’ livell baxx għal reati aktar serji u vjolenti li jinvolvu l-minorenni, inklużi l-estorsjoni u l-qtil; billi r-reklutaturi kriminali jistgħu joffru lill-minorenni inċentivi finanzjarji sostanzjali, li jvarjaw minn ftit eluf ta’ euro sa anke EUR 20 000 biex iwettqu qtil;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-intimidazzjoni u l-koerċizzjoni relatati mad-droga jikkostitwixxu perkors primarju li permezz tiegħu n-networks tal-kriminalità organizzata jirreklutaw u jisfruttaw lit-tfal bl-użu tad-dejn, il-grooming u l-vjolenza; billi l-firxa transfruntiera ta’ tali networks tfisser li dawn il-fenomeni ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod adegwat permezz tal-azzjoni nazzjonali waħedha;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-swieq tad-droga li qed jespandu xprunaw l-involviment tal-minorenni għal livelli allarmanti, kif muri miż-żidiet qawwija fl-użu ta’ ċentri loġistiċi importanti, inklużi l-portijiet; billi n-nuqqas ta’ effetti armonizzati tad-definizzjoni attwali tal-kriminalità organizzata madwar l-Istati Membri tal-UE jikkomplika l-ġbir u l-komparabbiltà tad-data, u billi d-data dwar il-minorenni fil-kriminalità organizzata hija skarsa, spiss mhux affidabbli, u bilkemm komparabbli minħabba l-etajiet differenti tar-responsabbiltà kriminali u n-nuqqas ta’ rapportar;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ investiment fis-servizzi pubbliċi, inklużi l-prevenzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, huma l-kawżi ewlenin tar-reklutaġġ tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-reazzjonijiet istituzzjonali frammentati u l-koordinazzjoni insuffiċjenti bejn is-sistemi tal-protezzjoni tat-tfal, l-awtoritajiet tal-ġustizzja, l-aġenziji tas-sigurtà u r-regolaturi diġitali joħolqu lakuni li l-gruppi kriminali jisfruttaw; billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-qtil ta’ Mehdi Kessaci f’Marsilja kkundannat ir-reklutaġġ sistematiku taż-żgħażagħ minn gruppi kriminali u appellat għal prevenzjoni, protezzjoni u prosekuzzjoni msaħħa, inkluż appoġġ speċjalizzat biex il-minorenni jaħarbu l-isfruttament u jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Europol stabbiliet task force operazzjonali msejħa “GRIMM” f’April 2025 biex tikkoordina mal-kumpaniji tat-teknoloġija biex tidentifika l-isforzi għar-reklutaġġ tat-tfal permezz tal-media soċjali u l-pjattaformi tal-messaġġi, li hija mmexxija mill-Iżvezja u tlaqqa’ flimkien pulizija mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Finlandja, minn Franza, mill-Ġermanja, min-Netherlands u min-Norveġja;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi approċċi bbażati fuq l-evidenza bħal dawk żviluppati fl-ambitu tal-proġett STRIVE Juvenile tal-UE u tal-UNODC juru l-effettività tar-reazzjonijiet ta’ “il-prevenzjoni l-ewwel”, dawk transsettorjali, infurmati dwar it-trawma, reattivi għall-kwistjonijiet ta’ ġeneru u dawk iċċentrati fuq it-tfal;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-reklutaġġ u l-isfruttament tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata u minn gruppi terroristiċi fil-forom kollha, kemm online kif ukoll offline;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-reklutaġġ tat-tfal jikkostitwixxi reat serju kontra t-tfal u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li huwa theddida li qed tevolvi għas-sigurtà interna u esterna għall-Unjoni Ewropea, li tirrikjedi reazzjoni komprensiva li tiffoka fuq il-protezzjoni, il-prevenzjoni bikrija, l-aċċess għad-drittijiet u l-kontinwità edukattiva, l-integrazzjoni tas-sigurtà interna, il-ġustizzja, is-sistemi soċjali u edukattivi, u strateġiji u miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tal-qafas tal-ambjent protettiv għat-tfal, kemm offline kif ukoll online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li t-tfal huma l-ewwel u qabel kollox tfal u għandhom jiġu ttrattati kif xieraq, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-aħjar interess tat-tfal dejjem ikun il-kunsiderazzjoni primarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu b’mod espliċitu l-prevenzjoni u r-reazzjonijiet għar-reklutaġġ tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata u minn gruppi terroristiċi bħala qasam ta’ prijorità fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE li jmiss dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-kriminalità; jitlob li dan il-pjan ta’ azzjoni jinkludi pilastru ta’ prevenzjoni ddedikat apposta b’mekkaniżmi ta’ twissija bikrija li jinvolvu l-iskejjel, is-servizzi soċjali u l-familji, u approċċ iċċentrat fuq iż-żgħażagħ iffukat fuq l-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja permezz tal-involviment dirett tal-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza r-reklutaġġ tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata anke fil-proposta leġiżlattiva li jmiss għal regoli modernizzati dwar il-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tinkludi f’din il-proposta dispożizzjonijiet speċifiċi, bħaċ-ċirkostanzi aggravanti għar-reklutaġġ tat-tfal; itenni, f’dan ir-rigward, l-appell tiegħu biex tiġi stabbilita definizzjoni komuni ġdida ta’ “organizzazzjoni kriminali”, li tqis ukoll l-użu tal-vjolenza, il-korruzzjoni jew l-intimidazzjoni minn gruppi kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika, malajr kemm jista’ jkun, proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-Piroteknika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi, (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/29/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tindirizza l-użu ta’ oġġetti pirotekniċi bħala armi, inkluż l-isfruttament ta’ żgħażagħ vulnerabbli; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni mal-Europol u mal-Eurojust, b’mod partikolari fil-portijiet, fiċ-ċentri loġistiċi u fiż-żoni urbani b’komunitajiet vulnerabbli, billi jikkondividu l-aħjar prattiki u jipprovdu taħriġ dwar l-identifikazzjoni u r-rapportar ta’ attivitajiet suspettużi li jinvolvu t-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-intimidazzjoni relatata mad-droga bħala perkors stabbilit ta’ reklutaġġ għal ġol-kriminalità organizzata; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istrateġiji nazzjonali li jindirizzaw ir-reklutaġġ tat-tfal jinkorporaw b’mod espliċitu r-reazzjonijiet ta’ bejn l-aġenziji għall-intimidazzjoni relatata mad-droga, abbażi ta’ mudelli emerġenti tal-aħjar prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ approċċ ta’ “il-preventiv l-ewwel” u sistemi ta’ protezzjoni integrati li jkunu ċċentrati fuq it-tfal, reattivi għall-kwistjonijiet ta’ ġeneru, infurmati dwar it-trawma u transsettorjali, li jiffukaw fuq l-identifikazzjoni bikrija tat-tfal li jinsabu f’riskju, l-interventi bbażati fil-komunità u t-tisħiħ tal-familji u tas-servizzi soċjali; jenfasizza r-rwol pożittiv tal-isport, tal-assoċjazzjonijiet edukattivi u tal-organizzazzjonijiet tal-komunità biex joffru ambjenti sikuri, tajbin għas-saħħa u inklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li n-natura transfruntiera tal-kriminalità organizzata trendi inadegwati għat-tfal u ż-żgħażagħ ir-reazzjonijiet purament nazzjonali ta’ protezzjoni tal-vittmi; jappella għal kooperazzjoni msaħħa fost is-setturi tas-sigurtà, tal-ġustizzja, tal-protezzjoni tat-tfal, tal-edukazzjoni u tas-saħħa, kif ukoll sħubijiet pubbliċi-privati, biex jiġu żgurati oqfsa ta’ ambjenti protettivi integrati u transsettorjali għat-tfal, kemm offline kif ukoll online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li d-dimensjoni online tar-reklutaġġ tat-tfal issa hija ċentrali għall-mudelli operazzjonali ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata u ta’ gruppi terroristiċi, li jisfruttaw b’mod sistematiku s-servizzi diġitali biex jidentifikaw, ipoġġu fil-mira, jissoġġettaw għall-grooming, jimmanipulaw u jġiegħlu lit-tfal; jisħaq li r-reklutaġġ online tat-tfal minn networks tal-kriminalità organizzata joħloq lakuna sinifikanti fl-infurzar minħabba l-kooperazzjoni limitata min-naħa tal-pjattaformi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-obbligi attwali tal-pjattaformi jiġu infurzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar robust, konsistenti u konformi mad-drittijiet tat-tfal tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-infurzar sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam diġitali, u ssaħħaħ, fejn meħtieġ, l-obbligi fuq il-pjattaformi biex jieħdu azzjoni kontra l-isfruttament u r-reklutaġġ tat-tfal, kif ukoll issaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni online permezz tal-Att dwar l-Ekwità Diġitali li għandu joħroġ dalwaqt, billi tagħlaq il-lakuni regolatorji f’oqsma bħas-sikurezza mid-disinn, is-settings prestabbiliti xierqa skont l-età, u l-prattiki kummerċjali mmirati diretti lejn it-tfal, filwaqt li tiżgura li l-miżuri ġodda jibqgħu proporzjonati, ibbażati fuq l-evidenza, u konsistenti mal-qafas regolatorju diġitali usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq it-theddida dejjem tikber tal-kriminalità bħala servizz, inkluża l-vjolenza bħala servizz, li permezz tagħha ż-żgħażagħ jiġu reklutati online biex iwettqu kompiti vjolenti; jilqa’ t-Taskforce Operazzjonali GRIMM tal-Europol u jistieden lill-Istati Membri, lill-Europol u lill-Eurojust isaħħu l-investigazzjonijiet konġunti mmirati lejn ir-reklutaturi, l-instigaturi u l-atturi ta’ livell għoli, aktar milli jillimitaw l-azzjoni ta’ infurzar għall-minorenni li jwettqu r-reati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li t-tfal involuti f’attivitajiet kriminali bħala riżultat tar-reklutaġġ iridu jiġu ttrattati f’konformità mal-istandards internazzjonali; ifakkar li l-involviment ma’ gruppi vjolenti spiss ikun xprunat mill-koerċizzjoni gradwali u mid-dinamika tal-grupp aktar milli mill-aderenza ideoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li dejjem iridu jitqiesu kif xieraq iċ-ċirkostanzi individwali ta’ kull każ, inklużi l-koerċizzjoni jew l-isfruttament, kif ukoll is-serjetà tar-reat kriminali mwettaq, il-livell ta’ riskju għas-sikurezza pubblika li jirrappreżenta l-awtur tar-reat, u l-liġi tal-UE u dik nazzjonali applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal sistemi tal-ġustizzja adatti għat-tfal, reattivi għall-kwistjonijiet ta’ ġeneru u infurmati dwar it-trawma u programmi ta’ riintegrazzjoni transsettorjali u infurmati dwar it-trawma mfassla apposta, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, għall-appoġġ tas-saħħa mentali u psikosoċjali u għas-servizzi ta’ rkupru u ta’ riabilitazzjoni, il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni, inkluż għall-familji, il-perkorsi għal impjieg deċenti u miżuri għall-prevenzjoni tal-istigmatizzazzjoni u tar-reklutaġġ ripetut; ifakkar li skont id-Direttiva (UE) 2016/800, iċ-ċaħda tal-libertà tat-tfal, b’mod partikolari d-detenzjoni, għandha tiġi imposta biss bħala l-aħħar miżura u, fejn possibbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom rikors għal miżuri alternattivi; jinnota li f’ċerti Stati Membri l-ġustizzja restorattiva ħarġet effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-ġbir u l-kondiviżjoni interoperabbli u transsettorjali tad-data dwar ir-reklutaġġ tat-tfal fi gruppi tal-kriminalità organizzata u fi gruppi terroristiċi, inkluża data diżaggregata u armonizzata fl-UE kollha, biex jifhmu aħjar ix-xejriet u l-fatturi ta’ riskju; jisħaq li kwalunkwe ġbir, ipproċessar jew kondiviżjoni ta’ data li tikkonċerna lit-tfal trid tikkonforma bis-sħiħ mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappoġġja t-tkabbir ta’ inizjattivi ta’ suċċess ibbażati fuq l-evidenza bħall-proġett STRIVE Juvenile tal-UE u tal-UNODC u s-suċċessur strateġiku tiegħu, l-inizjattiva Protecting Futures tal-UE u tal-UNODC, inkluż f’kuntesti fraġli u affettwati mill-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni internazzjonali aktar b’saħħitha mal-pajjiżi sħab biex jiġu indirizzati n-networks ta’ reklutaġġ transfruntiera u tiġi prevenuta l-esternalizzazzjoni tal-isfruttament kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li bħala parti minn tali kooperazzjoni, trid tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà kbira ħafna, inklużi t-tfal mhux akkumpanjati u migranti, u jrid jiġi żgurat aċċess għal kanali ta’ rapportar sikuri, tutela, assistenza legali u mekkaniżmi transfruntiera għall-protezzjoni tat-tfal ibbażati fuq id-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin, inklużi l-faqar, l-inugwaljanza, l-esklużjoni, in-nuqqas ta’ edukazzjoni u l-esponiment għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ investiment fis-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għall-inizjattivi bbażati fil-komunità, għall-assoċjazzjonijiet sportivi u għall-programmi edukattivi fiż-żoni l-aktar esposti għar-reklutaġġ tal-kriminalità organizzata, filwaqt li joffru alternattivi kredibbli għall-perkorsi kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinsab partikolarment imħasseb dwar l-immirar u l-isfruttament sproporzjonati tal-bniet u n-nisa żgħażagħ minn networks tal-kriminalità organizzata, inkluż permezz tal-grooming, it-traffikar u l-isfruttament sesswali; jisħaq li l-bniet jiffaċċjaw ostakli speċifiċi biex jaħarbu l-koerċizzjoni kriminali u biex jaċċessaw il-ġustizzja, l-irkupru u r-riintegrazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, protezzjoni u appoġġ ikunu reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u jindirizzaw speċifikament il-vulnerabbiltajiet u l-ħtiġijiet tal-bniet; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-obbligi stabbiliti fid-Direttiva Kontra t-Traffikar<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (ĠU L, 2024/1712, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1712/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw finanzjament adegwat fl-ambitu tal-programmi rilevanti tal-UE biex jipprevjenu u jirrispondu b’mod effettiv għar-reklutaġġ tat-tfal minn gruppi tal-kriminalità organizzata u minn gruppi terroristiċi, u b’mod partikolari biex jappoġġjaw in-network tal-hotline 116 000 għat-tfal neqsin bħala sħab ewlenin b’diversi aġenziji fl-identifikazzjoni tat-tfal li jinsabu f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Europol u lill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>