<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0231</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-azzjonijiet provokattivi inaċċettabbli tar-Russja u l-inkursjonijiet tad-droni fir-Rumanija, fl-Istati Baltiċi u fil-Finlandja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0304, 0307, 0308, 0309 u 0311/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar l-azzjonijiet provokattivi inaċċettabbli tar-Russja u l-inkursjonijiet tad-droni fir-Rumanija, fl-Istati Baltiċi u fil-Finlandja (2026/2772(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna, b’mod partikolari dik tad-9 ta’ Ottubru 2025 dwar rispons magħqud għall-vjolazzjonijiet reċenti mir-Russja tal-ispazju tal-ajru u l-infrastruttura kritika tal-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1530, 15.4.2026, ELI:l http://data.europa.eu/eli/C/2026/1530/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 24(3), 42(7) u 222 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana tal-4 ta’ April 1949, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Ottubru 2025, bit-titolu “Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża” (JOIN(2025)0027),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2026 dwar l-appoġġ kostanti tal-UE lill-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li għamlet il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fl-20 ta’ Mejju 2026 dwar it-theddid tar-Russja kontra l-Istati Baltiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Kaja Kallas, tad-29 ta’ Mejju 2026 li fiha tikkundanna l-vjolazzjoni imprudenti tal-ispazju tal-ajru tal-UE min-naħa tar-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi aktar minn erba’ snin ilu r-Russja tat bidu għal gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata fuq skala sħiħa kontra l-Ukrajna, u dan wara l-annessjoni tal-Krimea u l-okkupazzjoni tagħha ta’ partijiet mir-reġjun tad-Donbas fl-2014, fi ksur flagranti tad-dritt internazzjonali u tas-sovranità territorjali tal-Ukrajna; billi mill-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja seħħew inkursjonijiet fl-ispazju tal-ajru tal-UE u tan-NATO, ikkawżati mir-Russja, u l-frekwenza u l-intensità tagħhom żdiedu dan l-aħħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-forzi militari tar-Russja tul in-naħa tal-Lvant tal-UE għadu għaddej u jinkludi wkoll it-territorju tal-Belarussja, kompliċi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u fl-attakki ibridi kontra l-UE, b’mod partikolari permezz tal-istrumentalizzazzjoni tagħha tal-migrazzjoni irregolari, tal-kriminalità organizzata, tad-diżinformazzjoni u tal-illanċjar ta’ blalen tal-arja meteoroloġiċi, li joħolqu theddid gravi għas-sigurtà, inklużi t-tfixkil kostanti tal-avjazzjoni ċivili, it-terrorizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tal-Belarussja, pereżempju l-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, u l-ħsara lill-ekonomiji lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, u r-Rumanija u Stati Membri oħra tal-UE kienu fil-mira tat-tentattivi ta’ destabbilizzazzjoni min-naħa tar-Russja, li jieħdu l-forma ta’ inkursjonijiet tad-droni u vjolazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru, propaganda u diżinformazzjoni, gwerra elettronika, interferenza fis-sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS), attakki ċibernetiċi u sabotaġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fid-29 ta’ Mejju 2026 dron Russu baqa’ nieżel fuq binja residenzjali f’Galați, fir-Rumanija, u kkaġuna splużjoni li ħalliet żewġ persuni midruba; billi dak kien l-ewwel inċident ta’ dan it-tip fuq it-territorju ta’ Stat Membru tal-UE u tan-NATO li kkawża korrimenti li rrikjedew kuri mediċi; billi aktar minn 70 ruħ kellhom jiġu evakwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, fid-19 ta’ Mejju 2026, dron intruż li kien qed itir fl-ispazju tal-ajru Estonjan twaqqa’ minn inġenju tal-ajru tal-ġlied Rumen li kien qed jipparteċipa fil-Missjoni tan-NATO tas-Sorveljanza tal-Ajru tal-Baltiku; billi, fl-20 ta’ Mejju 2026, l-inkursjoni ta’ dron mhux identifikat fl-ispazju tal-ajru Litwan ġiegħlet lill-awtoritajiet joħorġu twissija mingħajr preċedent ta’ attakk mill-ajru, li ġiegħlet liċ-ċivili jfittxu kenn; billi, fit-8 ta’ Ġunju 2026, inġenji tal-ajru tal-ġlied Franċiżi tan-NATO, fl-ambitu tal-missjoni tan-NATO, sparaw biex niżżlu droni li kienu qed itiru fuq il-Latvja; billi dawn l-inkursjonijiet tad-droni huma konsegwenza diretta tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-maġġoranza tagħhom jidħlu fl-ispazju tal-ajru tal-UE minħabba l-gwerra elettronika Russa; billi, f’Marzu 2026, minħabba l-interferenza mis-sistemi tal-gwerra elettronika Russi, mill-anqas tliet droni Ukreni ddevjaw mill-perkors maħsub tagħhom u daħlu fit-territorju Finlandiż, fejn ikkraxxjaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, fid-29 ta’ Mejju 2026, dron navali Ukren sploda fil-port Rumen ta’ Constanța minħabba miżuri ta’ gwerra elettronika użati mill-Federazzjoni Russa, u kkawża ħsara lill-proprjetà iżda ma ħalliex vittmi bnedmin;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fis-7 ta’ Mejju 2026, żewġ droni Ukreni, imfixkla mis-sistemi tal-gwerra elettronika Russi, laqtu maħżen tal-fjuwil f’Rēzekne, fil-Latvja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-reġjun tal-Baħar Baltiku fih konċentrazzjoni għolja ta’ infrastruttura kritika, inklużi networks tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni sottomarini, kollegamenti tat-trasport u riżorsi strateġiċi oħra, u dan jagħmlu partikolarment vulnerabbli għall-attakki ibridi, għas-sabotaġġ u għat-theddid relatat mad-droni; billi l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tirrikjedi ż-żieda kemm tas-sigurtà fiżika kif ukoll ta’ aktar ridondanza u deċentralizzazzjoni, kif juru t-tagħlimiet meħuda mill-attakki tar-Russja kontra l-infrastrutturi Ukreni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi d-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja jippreżenta perikli notevoli għas-sigurtà reġjonali u għall-ambjent minħabba l-preżenza ta’ volumi kbar ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv maħżuna f’faċilitajiet temporanji fuq l-art, u billi kwalunkwe inċident jew provokazzjoni intenzjonata għal din l-infrastruttura kritika jista’ jkollhom konsegwenzi serji għar-reġjun Baltiku kollu u lil hinn minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi seħħew inċidenti gravi oħra ta’ vjolazzjoni suspetta tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri tal-UE min-naħa tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-sigurtà u l-protezzjoni tal-Istati Membri li jinsabu fin-naħa tal-Lvant tal-UE huma prijorità immedjata u responsabbiltà komuni Ewropea, speċjalment minħabba li l-attakki ibridi qed isiru bl-użu ta’ gwerra moderna bid-droni, qasam li fih il-kapaċità tal-Istati Membri altru li mhijiex totalment żviluppata;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-inċidenti tad-droni fin-naħa tal-Lvant tal-UE ħarġu fid-dieher lakuni sinifikanti fil-preparatezza kemm militari kif ukoll ċivili; billi s-sistemi eżistenti tar-radar spiss ma jkunux jistgħu jittraċċaw oġġetti f’altitudni baxxa, il-metodi magħżula għall-interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV) huma ekonomikament ineffiċjenti u rapporti dwar inċidenti żvelaw li xi xelters għall-attakk mill-ajru kienu msakkra jew inaċċessibbli għall-pubbliku; billi dawn in-nuqqasijiet jenfasizzaw vulnerabbiltajiet sistemiċi urġenti fil-proċeduri ta’ twissija u ta’ reazzjoni, u reżiljenza soċjetali usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar attakki tagħha kontra l-Ukrajna r-Russja kkawżat nirien li ħakmu l-monasteru tal-Għerien ta’ Kiev (Kyiv Pechersk Lavra), bini storiku tal-Kristjaneżmu Orjentali u Sit tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO, fost is-siti imprezzabbli l-oħra tal-patrimonju kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi dawk l-inċidenti reċenti tad-droni wrew il-ħtieġa urġenti ta’ kapaċitajiet ta’ difiża b’diversi livelli li jintegraw sistemi ta’ inġenji tal-ajru kinetiċi u mhux kinetiċi kontra sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (C-UAS); billi d-droni saru karatteristika li tiddefinixxi l-gwerra moderna u l-kunflitti ibridi, u l-użu tagħhom fl-Ukrajna ttrasforma essenzjalment ir-rekwiżiti tad-difiża u d-duttrini operattivi fil-kontinent kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artiku u t-Tramuntana Estrema qed isiru dejjem aktar importanti għas-sigurtà Ewropea, filwaqt li l-kopertura limitata tas-sensuri u l-preżenza permanenti skarsa joħolqu vulnerabbiltajiet li atturi ostili jistgħu jippruvaw jisfruttaw permezz ta’ sistemi mingħajr ekwipaġġ u operazzjonijiet ibridi, b’hekk iżidu r-riskju ta’ inkursjonijiet ostili ta’ droni fil-fond tat-territorju tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet provokattivi inaċċettabbli tar-Russja u l-inkursjonijiet tad-droni fl-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jafferma mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-Estonja, mal-Finlandja, mal-Latvja, mal-Litwanja u mar-Rumanija, li t-territorju, l-ispazju tal-ajru u l-infrastruttura kritika tagħhom kienu fil-mira tal-provokazzjonijiet ibridi tar-Russja; jafferma mill-ġdid li l-UE mhux se tiġi intimidata mill-kampanja ta’ destabbilizzazzjoni tar-Russja u li tinsab magħquda fid-determinazzjoni tagħha li tiddefendi s-sigurtà, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Istati Membri kollha tagħha u li tkompli tappoġġja lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà partikolari taċ-ċittadini fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE tul in-naħa tal-Lvant, li huma l-aktar esposti għal theddid gravi u li b’riżultat ta’ dan iġarrbu wkoll spejjeż ekonomiċi u soċjali sinifikanti, u jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu magħhom; jitlob li jittieħdu miżuri mmirati fil-livell tal-UE, fosthom appoġġ finanzjarju speċifiku, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-komunitajiet u tal-infrastruttura kritia milquta u jiġu żgurati l-prevenzjoni, il-preparatezza, ir-reżiljenza u r-risposta għall-emerġenzi, kif ukoll ir-rikostruzzjoni f’dawn ir-reġjuni partikolarment esposti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna b’mod inekwivoku l-attakk Russu bid-droni fuq bini residenzjali f’Galați, fir-Rumanija, li kkawża vittmi ċivili diretti u li jikkostitwixxi eskalazzjoni gravi u serja; iqis li l-inkursjonijiet ripetuti tad-droni u l-vjolazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru fil-pajjiżi tal-UE mhumiex inċidenti iżolati, iżda parti integrali mill-istrateġija usa’ tar-Russja ta’ intimidazzjoni diretta kontra l-UE u l-alleati tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddikjara li r-Russja hija responsabbli b’mod sħiħ u inekwivokabbli minn dawn l-attakki imprudenti li jikkawżaw eskalazzjoni u li jqiegħdu fil-periklu ħajjet il-bniedem; itenni li l-atti tal-Federazzjoni Russa jikkostitwixxu theddida deliberata, sistematika u kontinwa għas-sigurtà, għar-reżiljenza u għas-sovranità tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; itenni bl-aktar mod qawwi possibbli l-kundanna tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll il-kompliċità tal-Belarussja fiha; jiddenunzja bil-qawwa d-deċiżjoni tar-Russja li tkompli bil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, inklużi l-aħħar attakki tagħha mmirati kontra siti tal-patrimonju kulturali u s-sit tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO, il-monasteru tal-Għerien ta’ Kiev (Kyiv Pechersk Lavra), filwaqt li tirrifjuta kwalunkwe negozjat dirett mal-Ukrajna, li ppropona dan l-aħħar il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-jamming intenzjonat tas-sinjali tal-GNSS mir-Russja fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed, u tal-illanċjar intenzjonat ta’ blalen tal-arja meteoroloġiċi mill-Belarussja, li joħolqu riskji serji għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u tat-trasport marittimu; jikkundanna lill-Belarussja, barra minn hekk, għall-attakki ibridi tagħha kontra l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex jiġu aċċellerati b’mod urġenti l-produzzjoni u l-konsenja ta’ tagħmir militari ta’ prijorità lill-Ukrajna, b’mod partikolari s-sistemi ta’ difiża tal-ajru, il-munizzjon, id-droni u l-missili, f’mument kritiku meta n-nuqqasijiet akuti fil-kapaċitajiet ta’ difiża tal-ajru qed iħallu lill-popolazzjoni u l-infrastruttura tal-Ukrajna dejjem aktar esposti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li dawn l-atti ostili huma aggravati minn kampanja aggressiva ta’ diżinformazzjoni li tfittex li tintimida l-popolazzjonijiet lokali, ixxerred il-biża’, tagħmel ħsara lill-ekonomiji lokali u twitti t-triq għal azzjonijiet ta’ ritaljazzjoni possibbli, bħal fil-każ ta’ allegazzjonijiet Russi bla bażi li l-Istati Baltiċi qed jippermettu lill-Ukrajna tuża t-territorji u l-ispazju tal-ajru tagħhom għal attakki bid-droni kontra bersalli fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għall-istabbiliment urġenti ta’ Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina, inklużi proposti għal proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rapidi, li tmur lil hinn mill-oqfsa eżistenti, inkluża l-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 u l-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża 2030 sussegwenti; jissottolinja li integrazzjoni u koordinazzjoni aktar profondi, u l-ġbir flimkien tar-riżorsi huma indispensabbli biex l-UE tkun tista’ twieġeb b’mod effettiv għat-theddid dejjem jikber tar-Russja; jitlob li l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha madwar l-UE jingħataw spinta permezz ta’ koordinazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE, li timmassimizza l-użu ta’ inizjattivi nazzjonali u strumenti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ l-operazzjonalizzazzjoni tal-klawżola ta’ solidarjetà (l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u tal-klawżola ta’ assistenza reċiproka (l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea), inkluż meta attakk konvenzjonali jew ibridu jwassal biex Stat Membru jinvokahom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ tisħiħ koerenti tan-naħa tal-Lvant tal-UE u tan-NATO matul it-tul kollu tagħha mill-Artiku sal-Baħar l-Iswed, inklużi d-dimensjonijiet tal-art, marittimi u tal-ajru billi jinbnew kapaċitajiet fl-Istati Membri l-aktar esposti biex jiġu miġġielda d-droni u l-blalen tal-arja meteoroloġiċi, u permezz tal-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati għal dan l-iskop; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu b’mod urġenti l-kapaċitajiet ta’ detezzjoni, jamming, interċettazzjoni u newtralizzazzjoni tul in-naħa tal-Lvant tal-UE; jappella wkoll għal eżerċizzji konġunti regolari bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Ukrajna u n-NATO biex jittestjaw u jtejbu l-prontezza ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ rispons rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrakkomanda l-integrazzjoni tas-C-UASs f’eżerċizzji ta’ taħriġ konġunt u fl-ippjanar tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE, b’enfasi fuq l-infrastruttura kritika li tippermetti lill-pulizija, lill-awtoritajiet tal-ajruporti u lill-operaturi tas-settur tal-enerġija jaċċessaw taħriġ madwar l-UE kollha u kapaċitajiet standardizzati tas-C-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza bi tħassib li s-sistemi Ewropej attwali ta’ detezzjoni tad-droni u ta’ difiża kontrihom mhumiex adegwati u jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jittejbu l-identifikazzjoni u d-difiża; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa ta’ approċċ olistiku li jiffoka fuq tgħammir aħjar tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ċivili bil-mezzi biex jidentifikaw id-droni u jiddefendu kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-integrazzjoni tas-sistemi ta’ kmand u kontroll mal-persuni tal-ewwel rispons, mad-difiża ċivili u mad-duttrini tad-difiża tal-UAS biex jiżguraw li l-preparatezza ċivili, l-għoti ta’ kenn, it-twissija bikrija u l-integrazzjoni teknoloġika jiġu ottimizzati kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-inkursjonijiet intenzjonati tar-Russja fin-naħa tal-Lvant tal-UE u tan-NATO huma maħsuba mhux biss biex jipprovokaw u jiddestabbilizzaw lill-Istati Membri, iżda wkoll biex jittestjaw u jisfruttaw id-dgħufijiet fil-kapaċitajiet ta’ detezzjoni u rispons tan-NATO; jirrikonoxxi li r-Russja qed tkompli bl-attivitajiet destabbilizzanti tagħha fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, kemm permezz ta’ azzjonijiet konvenzjonali kif ukoll dawk ibridi, inkluż permezz tal-użu ta’ mini li jinġarru mal-kurrent, operazzjonijiet ta’ jamming u theddid għal-libertà tan-navigazzjoni, li jagħmlu t-tisħiħ tas-sigurtà f’dan ir-reġjun prijorità strateġika li trid tiġi indirizzata b’mod urġenti bħala theddida għas-sigurtà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-approċċ strateġiku tal-UE għall-Baħar l-Iswed, u jappella għall-aċċellerazzjoni tal-ħolqien taċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima tal-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-approvazzjoni reċenti tal-20 pakkett ta’ sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-preżentazzjoni tal-21 pakkett ta’ sanzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod strett sanzjonijiet ġodda u eżistenti, u jagħtu prijorità mingħajr dewmien lill-għeluq tal-lakuni fil-ktajjen tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sanzjonijiet addizzjonali mingħajr dewmien, inklużi sanzjonijiet fuq l-alumina u materja prima strateġika oħra u oġġetti b’użu doppju, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha ma jimblukkawx tali elenkar għal raġunijiet ta’ interess ekonomiku nazzjonali; jappoġġja miżuri addizzjonali għall-pakkett ta’ sanzjonijiet li jmiss immirat lejn is-setturi tal-enerġija u finanzjarji tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll projbizzjoni fuq id-dħul fl-UE għal eks ġellieda Russi li ġġieldu fl-Ukrajna, u jistieden lill-Istati Membri li għadhom qed jappoġġjaw lill-Federazzjoni Russa jwaqqfu tali appoġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li joħorġu l-maġġoranza tal-viżi liċ-ċittadini Russi, jimplimentaw b’mod strett id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2025 li tistabbilixxi regoli adattati dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu lil ċittadini Russi li jirrisjedu fil-Federazzjoni Russa u li japplikaw fil-Federazzjoni Russa għal viżi għal soġġorn qasir<FOOTNOTE><FIELD> (C(2025)7552).</FIELD></FOOTNOTE>, u japplikaw bis-sħiħ il-gwida tal-Kummissjoni tal-2022 dwar skrutinju akbar, speċjalment għall-ivvjaġġar turistiku u vjaġġar ieħor mhux essenzjali, filwaqt li jissalvagwardjaw l-aċċess għal attivisti politiċi kontra l-gwerra, ġurnalisti indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u każijiet umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ qafas orizzontali ta’ sanzjonijiet tal-UE mfassal speċifikament għat-theddid ibridu, li jkun jeżisti flimkien mar-reġim ta’ sanzjonijiet ibridi għar-Russja, biex jenfasizza l-involviment attiv tar-Russja f’operazzjonijiet ibridi globalment filwaqt li jippermetti sanzjonar aktar rapidu u sistematiku tal-entitajiet responsabbli għal kampanji ibridi; ifakkar li xi individwi, fosthom Ksenia Fedorova fi Franza, li ħadmu għal mezzi ta' propaganda Russa sanzjonati, bħal RT, għadhom qed ixerrdu d-diżinformazzjoni fl-Ewropa; jappella għall-inklużjoni tagħhom fil-lista ta' individwi sanzjonati fil-pakkett tas-sanzjonijiet li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw finanzjament xieraq għall-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ xelters ċivili għall-attakki mill-ajru fin-naħa tal-Lvant u fi Stati Membri tal-UE oħrajn, u jwettqu kampanji ta’ informazzjoni u eżerċizzji ċivili fl-UE kollha biex iċ-ċittadini jsiru konxji kif għandhom jaġixxu f’każ ta’ attakk mill-ajru jew sitwazzjoni ta’ kriżi simili; iqis li l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili tal-UE mit-theddid mill-ajru trid tiġi ttrattata bħala komponent integrali tal-prontezza, il-preparatezza u r-reżiljenza tad-difiża Ewropea; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ aktar finanzjament għall-programmi u l-proġetti ta’ sigurtà u difiża, b’enfasi speċjali fuq il-pajjiżi tan-naħa tal-Lvant, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw approċċ komprensiv u min-naħa tas-soċjetà kollha, filwaqt li jirrikonoxxu li sigurtà dejjiema tirrikjedi mhux biss kapaċitajiet militari adegwati iżda wkoll koeżjoni soċjali, reżiljenza ekonomika, stabbiltà demokratika u servizzi pubbliċi b’saħħithom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li l-Ukrajna żviluppat għarfien espert operazzjonali u industrijali mingħajr paragun fil-produzzjoni tad-droni u fis-sistemi kontra d-droni; iqis, għalhekk, li l-approfondiment tal-kooperazzjoni industrijali tad-difiża bejn l-UE u l-Ukrajna f’dan il-qasam huwa imperattiv strateġiku; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintegraw bis-sħiħ l-għarfien espert u l-kapaċità industrijali tal-Ukrajna fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet Ewropej biex jiġi miġġieled it-theddid mill-ajru mhux konvenzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li fl-indirizzar tat-theddid tad-droni li ġej mir-Russja, il-kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova — flimkien mal-Ukrajna — hija essenzjali f’termini ta’ effiċjenza operazzjonali, għarfien tas-sitwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri iżidu l-finanzjament għall-Moldova permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, anke fid-dawl ta’ vjolazzjonijiet ripetuti tal-ispazju tal-ajru tal-Moldova minn droni u missili Russi; jistieden ukoll lill-Istati Membri jinkludu lill-Moldova u lill-Ukrajna fl-akkwiżizzjonijiet konġunti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw b’urġenza l-kapaċitajiet prijoritarji identifikati fil-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, b’mod partikolari d-difiża kontra attakki mill-ajru u l-missili, kif ukoll id-droni u s-sistemi kontra d-droni; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu malajr sistemi ta’ difiża konġunti kontra d-droni b’diversi livelli li jkunu kosteffettivi, li jibdew min-naħa tal-Lvant, li jkunu kapaċi jidentifikaw u jinterċettaw theddid bl-ajru u bil-baħar minn barra l-UE, inkluż permezz ta’ tisħiħ tas-sorveljanza mill-ajru u mill-baħar, sistemi ta’ twissija bikrija, assi ta’ rispons rapidu u infrastruttura mtejba tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ Ċentru Ewropew ta’ Eċċellenza għall-Gwerra bid-Droni, fejn għalliema Ukreni jgħaddu l-għarfien espert tagħhom lill-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni u l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod attiv fiż-żewġ inizjattivi u jikkontribwixxu għalihom b’koordinazzjoni mill-qrib man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-UNESCO, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lill-awtoritajiet Russi u lill-awtoritajiet de facto tar-reġim ta’ Lukashenka.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>