<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0232</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2026</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0273/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2026 (D115284/01 – 2026/2749(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2026 (D115284/01),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament NDICI-Ewropa Globali), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Mejju 2026 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/947,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0314.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Novembru 2025 dwar il-qtil postelettorali u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tanzanija, inkluż il-każ tal-kap tal-oppożizzjoni inkarċerat Tundu Lissu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-arrest u r-riskju ta’ eżekuzzjoni ta’ Tundu Lissu, President ta’ Chadema, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni fit-Tanzanija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, f’Novembru 2025, il-Kummissjoni ssospendiet il-proċess għall-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2025 minħabba tħassib espress mill-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-20 ta’ Mejju 2026, l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġie ppreżentat lill-Kumitat NDICI;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jżomm l-istess ammont globali u b’mod ġenerali l-istess azzjonijiet bħall-abbozz ta’ deċiżjoni preċedenti, filwaqt li jipproponi li l-implimentazzjoni għandha sseħħ prinċipalment permezz ta’ ġestjoni indiretta aktar milli b’appoġġ baġitarju dirett lill-awtoritajiet tat-Tanzanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kummissjoni nazzjonali ta’ inkjesta tat-Tanzanija li investigat il-vjolenza madwar l-elezzjonijiet tad-29 ta’ Ottubru 2025 irrikonoxxiet fit-23 ta’ April 2026 li mill-inqas 518-il persuna kienu mietu, iżda naqset milli tidentifika lil dawk responsabbli, u b’hekk fixklet l-obbligu ta’ rendikont u l-ġustizzja għall-vittmi, u ma ppubblikatx is-sejbiet tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-awtoritajiet tat-Tanzanija rrifjutaw iż-żjara ta’ delegazzjoni mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew f’Mejju 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Tundu Lissu, mexxej ta’ Chadema, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tat-Tanzanija, ilu detenut għal aktar minn sena u qed jiffaċċja akkużi politikament motivati b’konsegwenzi legali gravi, inkluża l-piena tal-mewt;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-gvern tat-Tanzanija naqas milli jissodisfa kwalunkwe waħda mit-talbiet imressqa mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Mejju u tas-27 ta’ Novembru 2025, inklużi, fost l-oħrajn, talbiet għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-membri tal-oppożizzjoni, għal titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-istabbiliment ta’ kummissjoni internazzjonali ta’ inkjesta indipendenti u imparzjali biex tinvestiga l-vjolenza ta’ wara l-elezzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna naqsu milli juru b’mod effettiv li kienu indirizzaw it-tħassib reali li wassal għall-oġġezzjoni f’Novembru 2025;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 2021/947;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, fis-sens li mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (UE) 2021/947;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma jqisx b’mod adegwat it-tħassib espress mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni, għal darb’oħra, ma ssospendietx il-proċess ta’ adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni meta ġiet infurmata bit-tħassib tal-Parlament Ewropew; jiddeplora n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni muri mill-Kummissjoni u mis-SEAE għat-tħassib espress mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu relatati mat-Tanzanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat, filwaqt li tiżgura li kwalunkwe bidla ġdida ma taffettwax b’mod negattiv il-forniment inklużiv ta’ servizzi bażiċi lill-popolazzjoni, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jew l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>