<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0235</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0190/2026 - Rapporteur: Mario Furore)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev (2026/2010(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev, imressqa mill-Qorti Distrettwali ta’ Budapest II u III fil-5 ta’ Diċembru 2025 b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontriha permezz ta’ mozzjoni privata, u mħabbra fil-Parlament fid-19 ta’ Jannar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Klára Dobrev fil-5 ta’ Mejju 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0190/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-5 ta’ Diċembru 2025, il-Qorti Distrettwali ta’ Budapest II u III ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fl-Ungerija, fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali għal malafama mressqa kontriha minn parti privata tal-prosekuzzjoni, b’rabta ma’ allegat reat li seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, fl-4 ta’ Novembru 2025 il-Ministeru għall-Kultura u l-Innovazzjoni tal-Ungerija, irrappreżentat mill-Ministru għall-Kultura u l-Innovazzjoni ta’ dak iż-żmien, Dr Balázs Zoltán Hankó, bħala parti privata tal-prosekuzzjoni, ressaq ilment kontra Klára Dobrev għar-reat ta’ malafama abbażi ta’ dikjarazzjoni li allegatament saret fit-3 ta’ Ottubru 2023 matul konferenza stampa online fuq il-media soċjali u s-siti web tal-internet bit-titolu “Nesiġu tweġibiet dwar it-taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni ffinanzjat mill-Istat għal qassisin pedofili!” Kemm-il qassis pedofilu rċieva għexieren ta’ miljuni mill-istat għat-taħriġ fl-edukazzjoni sesswali? Neisġu tweġibiet mingħand Balázs Hankó u Zsolt Semjén! Segwi l-konferenza stampa tagħna live dwar l-iskandlu!”; billi l-Ministeru għall-Kultura u l-Innovazzjoni tal-Ungerija qies li dawk id-dikjarazzjonijiet kienu serjament insolenti u kapaċi jimminaw l-istima tal-Ministeru fis-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, meta għamlet dawn id-dikjarazzjonijiet, Klára Dobrev allegatament wettqet ir-reat ta’ malafama quddiem il-pubbliku ġenerali skont l-Artikolu 226(1) u l-Artikolu 226(2), il-punt (b), tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali Ungeriż; billi skont l-Artikolu 231(2) tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż, dan ir-reat jista’ jiġi kkastigat biss fil-kuntest ta’ mozzjoni privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu rigward il-privileġġi u l-immunitajiet, il-Parlament għandu jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u biex jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Klára Dobrev ġiet eletta għall-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019 u reġgħet ġiet eletta f’Ġunju 2024 u kienet, għalhekk, Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu soġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev ma jikkostitwux u mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew ma’ vot mitfugħ minnha fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija jipprevedi li l-membri tal-Parlament Ungeriz għandhom igawdu l-immunità parlamentari; billi, skont l-Artikolu 74(1) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, proċedimenti kriminali jew, fil-każ ta’ rifjut li titneħħa l-immunità b’mod volontarju fil-każ inkwistjoni, jistgħu jinbdew jew jiġu segwiti u applikati proċedimenti ta’ ksur u miżuri koerċittivi skont proċedura kriminali jistgħu jiġu applikati kontra Membru biss bil-kunsens minn qabel tal-Assemblea Nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fiż-żmien tal-fatti li wasslu għat-talba għat-tneħħija tal-immunità tagħha, Klára Dobrev tqieset bħala kritika prominenti u ta’ żaqqa f’fommha tal-ex Gvern Ungeriż, u ddenunzjat b’mod konsistenti l-politiki u l-azzjonijiet tiegħu, inkluż, b’mod partikolari, l-iskandlu tal-pedofilija ta’ profil għoli li implika personalitajiet relatati mal-awtoritajiet politiċi fil-gvern; billi l-parti privata tal-prosekuzzjoni kien parti mill-gvern preċedenti tal-Ungerija; billi jidher li skont il-liġi Ungeriża il-pretensjonijiet ta’ malafama jistgħu jiġu prosegwiti kemm abbażi tal-liġi kriminali u kemm abbażi tal-liġi ċivili, b’differenzi sinifikanti fil-konsegwenzi ġudizzjarji korrispondenti possibbli, inkluża l-priġunerija; billi, konsegwentement, f’dan il-każ id-deċiżjoni li titressaq azzjoni kriminali tqajjem dubji dwar l-objettiv li jiġi rrimedjat id-dannu reali għar-reputazzjoni u tagħti x’taħseb li l-għan tal-proċedimenti jaqbeż dak l-objettiv leġittimu, u għandu l-għan li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Klára Dobrev bħala Membru tal-Parlament Ewropew; billi, għalhekk, iż-żmien, il-kuntest u n-natura tal-prosekuzzjoni, inkluża l-affiljazzjoni politika tal-parti privata tal-prosekuzzjoni u r-rwol tiegħu bħala Ministru, u l-użu selettiv tal-liġi kriminali fuq il-liġi ċivili, flimkien iqajmu dubji serji fir-rigward tal-motivazzjoni politika tal-proċedimenti li fuqhom kienet ibbażata t-talba;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi għalhekk jidher li, f’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri li l-intenzjoni wara l-proċedimenti ġudizzjarji hija li ssir ħsara lill-attività politika ta’ Klára Dobrev bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b’hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Klára Dobrev;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija u lil Klára Dobrev.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>