<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0236</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Siegbert Frank Droese</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0193/2026 - Rapporteur: Adrián Vázquez Lázara)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Siegbert Frank Droese (2026/2019(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Siegbert Frank Droese, li waslet permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Jannar 2026 mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, li bagħat talba tat-2 ta’ Diċembru 2025 mill-Qorti Reġjonali ta’ Dresden, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-11 ta’ Frar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Siegbert Frank Droese rrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0193/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-15 ta’ Jannar 2026 il-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur bagħat talba mill-Qorti Reġjonali ta’ Dresden għat-tneħħija tal-immunità ta’ Siegbert Frank Droese, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Ġermanja, b’rabta ma’ appell ippreżentat minnu fi proċedimenti kriminali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Lokali ta’ Dresden tas-26 ta’ April 2024, Siegbert Frank Droese nstab ħati ta’ żewġ atti separati ta’ insult u ġie ordnat iħallas multa; billi Siegbert Frank Droese ppreżenta appell kontra din is-sentenza permezz ta’ sottomissjoni bil-miktub mill-avukat difensur tiegħu fit-3 ta’ Mejju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Siegbert Frank Droese ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024; billi ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-kundanna permezz ta’ sentenza tal-Qorti Lokali ta’ Dresden tas-26 ta’ April 2024, u lanqas fiż-żmien meta ppreżenta appell kontriha; billi, wara l-elezzjoni ta’ Siegbert Frank Droese fil-Parlament Ewropew u skont it-talba mill-Qorti Reġjonali ta’ Dresden, biex il-proċedimenti tal-appell ikunu jistgħu jitwettqu, jeħtieġ li l-immunità ta’ Siegbert Frank Droese titneħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-atti li fuqhom huma bbażati l-allegati reati seħħew qabel ma Siegbert Frank Droese sar Membru tal-Parlament Ewropew u għalhekk, ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhijiex relatata magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi dan li ġej:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
“2)	Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew inkella jiġi arrestat għal reat kastigabbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx in flagrante delicto jew inkella l-għada tat-twettiq tar-reat.
</CONS><CONS>
3)	L-awtorizzazzjoni tal-Bundestag hija meħtieġa wkoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna ta’ Membru jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru fis-sens tal-Artikolu 18.
</CONS><CONS>
4)	Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment fis-sens tal-Artikolu 18 kontra Membru, kwalunkwe detenzjoni u kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċeduri legali fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u l-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi jidher li, f’dan il-każ, wieħed ma jistax jassumi <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri li l-intenzjoni wara l-proċedimenti legali hija li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b’hekk l-indipendenza tal-Parlament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Siegbert Frank Droese;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Siegbert Frank Droese.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>