<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0237</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0194/2026 - Rapporteur: Dominik Tarczyński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk (2026/2000(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk, imressqa mill-Kap Prosekutur Ewropew fl-24 ta’ Novembru 2025 b’rabta ma’ investigazzjoni li għaddejja u li tikkonċerna lil Ilhan Kyuchyuk, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-15 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Ilhan Kyuchyuk fit-3 ta’ Ġunju 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 70(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0194/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-24 ta’ Novembru 2025, il-Kap Prosekutur Ewropew ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Bulgarija, b’rabta ma’ investigazzjoni li għaddejja dwar diversi allegati reati kriminali li jinvolvu l-użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, investigazzjoni mwettqa fil-Bulgarija mill-Prosekutur Delegat Ewropew allegatament sabet li l-assistenti lokali kollha ta’ Ilhan Kyuchyuk ħadmu f’uffiċċji ġestiti minn partit politiku nazzjonali, bil-biċċa l-kbira tal-ispejjeż relatati max-xogħol koperti minn dak il-partit filwaqt li Ilhan Kyuchyuk allegatament ħallas biss is-salarji tagħhom; billi huwa allegat ukoll li ħafna assistenti lokali kellhom rwoli pubbliċi f’dak il-partit u li għalihom rċevew remunerazzjoni separata; billi l-investigazzjoni tikkonċerna perjodu ta’ aktar minn 10 snin;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba, l-allegati fatti setgħu jikkostitwixxu reati kriminali ta’ “frodi mhux marbuta mal-akkwist (dikjarazzjonijiet/dokumenti foloz/mhux korretti/mhux kompluti)” kif ukoll il-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni u l-korruzzjoni, ilkoll reati punibbli skont l-Artikolu 248a tal-Kodiċi Kriminali Bulgaru; billi t-talba tirreferi wkoll għall-“involviment f’atti kontra s-sovranità u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Ilhan Kyuchyuk ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2014 u ġie elett mill-ġdid f’Mejju 2019 u għal darb’oħra f’Ġunju 2024 u kien, għalhekk, Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu soġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk mhijiex relatata magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Artikolu 70(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija jipprevedi li “Membru tal-Assemblea Nazzjonali għandu jkollu immunità mid-detenzjoni jew mill-prosekuzzjoni kriminali ħlief għat-twettiq ta’ reat kriminali, u f’tali każ għandu jkun meħtieġ il-permess tal-Assemblea Nazzjonali jew, bejn is-sessjoni tagħha, tal-President tal-Assemblea Nazzjonali.”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċeduri legali fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u l-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tressqet mill-Kap Prosekutur Ewropew wara investigazzjoni mill-Prosekutur Delegat Ewropew fil-Bulgarija; billi huwa magħruf pubblikament li l-Prosekutur Ewropew tal-Bulgarija ġiet sospiża temporanjament f’Marzu 2025, sakemm issir investigazzjoni dwar imġiba ħażina potenzjali, u billi fi Frar 2026, il-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sab lill-Prosekutur Ewropew tal-Bulgarija ħatja ta’ mġiba ħażina serja; billi, kif innotat fit-talba għat-tneħħija tal-immunità, Ilhan Kyuchyuk huwa membru tal-partit politiku Bulgaru Moviment għad-Drittijiet u l-Libertajiet; billi jidher li Ilhan Kyuchyuk ġie attakkat fil-Bulgarija minn avversarju politiku fi ħdan dak il-partit b’rabta ma’ sitwazzjoni f’dak il-partit, li Ilhan Kyuchyuk iddenunzja pubblikament ukoll; billi Ilhan Kyuchyuk jidher li kien soġġett għal akkużi u attakki bla bażi fil-Bulgarija fiż-żmien meta ismu ġie propost biex isir il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew; billi jidher li ġie espost għal kontrolli serjament sproporzjonati kontra l-korruzzjoni fil-Bulgarija iżda qatt ma nstab xi għemil ħażin;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi d-dubji serji madwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità wara s-sejba ta’ mġiba ħażina serja min-naħa tal-Prosekutur Ewropew tal-Bulgarija – li ssorveljat l-investigazzjoni li wasslet għat-talba – ikkombinati mal-kuntest li fih saret it-talba, in-nuqqas evidenti ta’ preċiżjoni tal-fatti li qed jiġu investigati u tal-allegati reati kriminali kif ippreżentati fit-talba, kif ukoll l-impatt sproporzjonat fuq ir-reputazzjoni, jikkostitwixxu sett ta’ indikazzjonijiet serji u oġġettivi li l-investigazzjoni setgħet inbdiet bil-motivazzjoni li Ilhan Kyuchyuk jiġi kompromess deliberatament;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi għalhekk jidher li, f’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri li l-intenzjoni wara l-proċedimenti legali hija li ssir ħsara lill-attività politika ta’ Ilhan Kyuchyuk fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b’hekk l-indipendenza tal-Parlament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Ilhan Kyuchyuk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lil Ilhan Kyuchyuk.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>