<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0240</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Appoġġ temporanju u pagamenti bil-quddiem rigward iż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0139/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ intervent biex jiġi pprovdut appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-possibbiltà li jiġu adattati l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ regoli aktar flessibbli dwar il-pagamenti bil-quddiem b’reazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani COM(2026)0282 – C10-0139/2026 – 2026/0150(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0282),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0139/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Ġunju 2026, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2026)0150</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ intervent biex jiġi pprovdut appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-possibbiltà li jiġu adattati l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ regoli aktar flessibbli dwar il-pagamenti bil-quddiem b’reazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkonsultaw il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja<FOOTNOTE><FIELD> Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Il-kriżi reċenti tal-Lvant Nofsani u l-għeluq <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Istrett ta’ Hormuz wasslu għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet globali taż-żejt, tal-gass u tal-fertilizzanti. In-natura globali tas-swieq affettwati għandha effetti sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq diversi setturi tal-ekonomija tal-Unjoni madwar l-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Is-settur agrikolu huwa affettwat direttament miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti peress li l-fertilizzanti huma essenzjali għall-produttività agrikola, għall-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u għas-sigurtà tal-ikel. Ix-xiri ta’ fertilizzanti jikkostitwixxi wieħed mill-ogħla kostijiet tal-input għall-bdiewa. Minbarra l-livell tal-prezzijiet, il-volatilità tas-suq twassal biex il-bdiewa tal-Unjoni jkunu partikolarment esposti. Iż-żieda fil-kostijiet tal-fertilizzanti tista’ ġġiegħel lill-bdiewa jnaqqsuhom, u dan jirriżulta f’riskju ċar għall-kwalità u fir-rendimenti. Il-bdiewa jistgħu wkoll inaqqsu ż-żona li jikkultivaw, li jaffettwa l-produzzjoni agrikola tal-Unjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Sabiex jiġu indirizzati malajr il-vulnerabbiltajiet tas-sistema tal-ikel tal-Unjoni li jirriżultaw minn din il-kriżi u sabiex il-bdiewa jiġu megħjuna jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità, huwa jixraq li jiġi permess appoġġ eċċezzjonali u temporanju billi jiġi introdott tip ġdid ta’ intervent għall-appoġġ għall-kriżijiet fir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).</FIELD></FOOTNOTE> previst permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u billi tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri dwar il-pagament bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti fir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).</FIELD></FOOTNOTE>. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta’ dan it-tip ġdid ta’ intervent ma tirriżultax f’żieda fil-limiti tal-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti kif determinat fil-programmi ta’ azzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>L-appoġġ disponibbli skont it-tip il-ġdid ta’ intervent jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fuq il-bdiewa attivi li huma l-aktar affettwati mill-prezzijiet għoljin tal-fertilizzanti u jenħtieġ li jingħata għall-kostijiet addizzjonali għall-fertilizzanti mġarrba mill-bdiewa bħala riżultat taż-żidiet fil-prezzijiet li bdew iseħħu mill-1 ta’ Marzu 2026. Dik id-data sservi biss bħala d-data ta’ referenza biex jiġi ddeterminat il-prezz ogħla tal-fertilizzanti u ma tkunx marbuta mal-eliġibbiltà tal-pagamenti lill-benefiċjarji. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-bdiewa li diġà għandhom impenji bbażati fuq iż-żona biex inaqqsu tal-użu tagħhom ta' fertilizzanti jiġu ppremjati b'rati ta' appoġġ ogħla. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-benefiċjarji ta' appoġġ skont dak it-tip ta' intervent jingħataw l-aċċess għall-għarfien rilevanti, kif ukoll informazzjoni dwar kif jitnaqqas l-użu tal-fertilizzanti. Sabiex jiġu żgurati l-użu effiċjenti tal-appoġġ pubbliku u distribuzzjoni aktar ġusta ta’ dak l-appoġġ fost il-bdiewa eliġibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jillimitaw l-appoġġ massimu għal kull benefiċjarju jew l-għadd massimu ta’ ettari li għalihom jingħata appoġġ. Minħabba n-natura urġenti, temporanja u eċċezzjonali ta’ dak l-appoġġ u l-ħtieġa ta’ żborż rapidu tal-pagamenti korrispondenti, jenħtieġ li tiġi stabbilita data tat-tmiem għall-pagamenti lill-benefiċjarji.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-appoġġ totali li jirċievi l-bidwi skont it-tip il-ġdid ta’ intervent, flimkien ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni mfassla biex jindirizzaw l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-fertilizzanti, ma jwassalx għal kumpens żejjed jew għal finanzjament doppju.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ strumenti finanzjarji għall-appoġġ previst skont it-tip il-ġdid ta’ intervent, jenħtieġ li r-rati massimi ta’ appoġġ ma japplikawx meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ kapital operatorju awtonomu.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Sabiex jiġi evitat dewmien għall-pagamenti lill-bdiewa li jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità, jenħtieġ li jiġi previst li n-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR tkun eliġibbli għat-tip il-ġdid ta’ intervent mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel ma l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni talba għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tintroduċi dak l-intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Jenħtieġ li l-finanzjament tal-appoġġ skont it-tip il-ġdid ta’ intervent jiġi pprogrammat b’rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR sa 65 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Sabiex jiġi żgurat finanzjament adegwat għat-tip il-ġdid ta’ intervent previst f’dan ir-Regolament mingħajr ma jiġu kompromessi objettivi oħra tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-ammonti riżervati għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi, jenħtieġ li jiġi stabbilit sehem massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għat-tip il-ġdid ta’ intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Minħabba n-natura speċjali tat-tip il-ġdid ta’ intervent, jenħtieġ li l-obbligu li jikkontribwixxi għall-indikaturi tar-riżultat elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma japplikax fir-rigward tat-tip il-ġdid ta’ intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Meta jiġi introdott dan it-tip ġdid ta’ intervent fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li tali talba għal emenda strateġika ma titqiesx mal-ammont massimu possibbli ta' talbiet għal emendi strateġiċi fis-sena.
</CONS><CONS>
<NO.P>(12)</NO.P>Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li l-finanzjament nazzjonali addizzjonali massimu għall-interventi skont it-tip il-ġdid ta’ intervent jkun limitat għal 200 % tal-finanzjament tal-FAEŻR għal dan it-tip ta’ intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jiżdied indikatur tal-output addizzjonali għat-tip il-ġdid ta’ intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Jenħtieġ li t-Titolu tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat biex jirrifletti l-fatt li l-limiti finanzjarji tal-appoġġ jinkludu l-finanzjament għat-tip il-ġdid ta’ intervent.
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>L-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jaġġustaw l-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti billi jittrasferixxu fondi lejn u mill-allokazzjonijiet tagħhom għall-FAEŻR għas-snin kalendarji mill-2023 sal-2026. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw b’suċċess l-istrateġiji nazzjonali rispettivi li jirfdu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, inkluż strateġiji biex ilaħħqu ma’ kriżijiet mhux mistennija, bħall-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-fertilizzanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jaġġustaw l-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 sa limitu massimu partikolari, abbażi tal-limiti ta’ trasferiment applikabbli għas-snin kalendarji mill-2023 sal-2026, kif ukoll jitħallew jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif xieraq. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi prevista dik il-possibbiltà billi tiddaħħal dispożizzjoni ġdida fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2115 u Anness ġdid korrispondenti li jistabbilixxi l-ammonti massimi ta’ żieda u l-ammonti massimi ta’ tnaqqis għal kull Stat Membru. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi emendat l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 sabiex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat li jemenda l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Annessi V u IX ta’ dak ir-Regolament sabiex jitqiesu dawk l-aġġustamenti tal-allokazzjonijijet għall-pagament diretti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 112(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115 sabiex l-aġġustamenti jiġu inklużi fit-tabella ġenerali tal-pjan finanzjarju msemmija fl-Artikolu 107(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, u li jiġi emendat l-Artikolu 119(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament sabiex l-aġġustamenti jiġu inklużi fil-lista tal-emendi strateġiċi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 119(7), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115 sabiex jiġi previst li t-talba għal emenda strateġika li tirriżulta minn dawk l-aġġustamenti ma tingħaddx mal-għadd massimu ta’ talbiet għal emendi strateġiċi li jistgħu jitressqu kull sena. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 121, it-tieni paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115 sabiex dawk l-aġġustamenti jiġu inklużi fil-lista tal-emendi ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi li għalihom il-perjodu għall-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 87(2) ta’ dak ir-Regolament ma jitqiesx fil-kalkolu tal-limitu ta’ żmien għall-azzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121 ta’ dak ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(16)</NO.P>Minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani u ż-żieda konsegwenti fil-prezzijiet tal-fertilizzanti u l-esponiment tal-bdiewa għal riskju finanzjarju, il-livell attwali ta’ pagament bil-quddiem ma għadux biżżejjed. Sabiex jiġu appoġġati l-bdiewa li qed jesperjenzaw problemi ta’ likwidità, u peress li l-effetti ta’ din il-kriżi x’aktarx li jippersistu matul is-sena 2026, jixraq li jinbidlu r-rati massimi għall-pagamenti bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti fir-Regolament (UE) 2021/2116, sabiex tkun tista’ titħallas rata ogħla għal dik is-sena kalendarja. Huwa xieraq li r-rata massima tal-pagamenti bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti tiżdied minn 70 % għal 75 %, fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(17)</NO.P>Bħalissa l-Istati Membri jistgħu jħallsu pagamenti bil-quddiem lill-bdiewa fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru tas-sena kalendarja. Sabiex jiġu appoġġati l-bdiewa li jesperjenzaw problemi ta’ likwidità kkawżati minn prezzijiet għoljin tal-fertilizzanti, jixraq li l-Istati Membri jingħataw aktar flessibbiltà fir-rigward taż-żmien tal-pagamenti bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti u li tali pagamenti jkunu jistgħu jsiru aktar kmieni fis-sena, direttament wara l-applikazzjoni għall-appoġġ. Madankollu, meta jitqies li l-pagamenti bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti mħallsa mill-Istati Membri lill-bdiewa f’sena kalendarja waħda għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni lill-Istati Membri biss mill-baġit tas-sena ta’ wara, jenħtieġ li l-pagamenti bil-quddiem fil-każ tal-pagamenti diretti mħallsa lill-benefiċjarji qabel is-16 ta’ Ottubru 2026 jitqiesu bħala li jkunu saru matul ix-xahar ta’ Novembru 2026 u jenħtieġ li jkunu ddikjarati mill-Istati Membri għar-rimborż mad-dikjarazzjoni relatata ma’ dak ix-xahar sabiex jiġu rimborżati mill-Kummissjoni fil-bidu tas-sena 2027.
</CONS><CONS>
<NO.P>(18)</NO.P>L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jagħti lill-Istati Membri flessibbiltà fl-istabbiliment tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom. L-Istati Membri huma mħeġġa jaġġustaw is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom biex jiżguraw li l-flessibbiltà addizzjonali dwar iż-żmien u d-daqs tal-pagamenti bil-quddiem prevista minn dan ir-Regolament tippermetti appoġġ f’waqtu u effettiv lill-bdiewa. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu liema verifiki jridu jiffinalizzaw qabel ma jiżborżaw pagamenti bil-quddiem biex jindirizzaw il-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu wkoll il-possibbiltà li jkunu jistgħu jirkupraw kwalunkwe pagament bil-quddiem mhux dovut u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni qabel ma jsir il-pagament finali. Meta jsiru l-pagamenti finali, jenħtieġ li l-Istat Membru jivvaluta r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità billi juża għażliet bħal kontrolli fuq l-eliġibbiltà u fuq nuqqasijiet ta’ konformità possibbli u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu meta ma kinux dovuti. Meta jkun hemm fis-seħħ sistema effiċjenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, inkluż dwar il-ġestjoni tad-dejn, x’aktarx li ma jinħolqux nuqqasijiet serji.
</CONS><CONS>
<NO.P>(19)</NO.P>Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 jiġu emendati kif xieraq.
</CONS><CONS>
<NO.P>(20)</NO.P>Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu indirizzati malajr il-vulnerabbiltajiet tas-sistema alimentari tal-Unjoni li jirriżultaw mill-kriżi reċenti fil-Lvant Nofsani u li tingħata assistenza lill-bdiewa li qed jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba r-rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti l-oħra tal-PAK u l-mod kif dan ir-Regolament huwa marbut b’mod inseparabbli mal-kisba tal-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21)</NO.P>Minħabba l-urġenza tal-ħtieġa li l-bdiewa jitħallew jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment f’waqthom u b’hekk jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
</CONS><CONS>
<NO.P>(22)</NO.P>Minħabba l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,</STRING>
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Emendi tar-Regolament (UE) 2021/2115</STRING></STI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>fl-Artikolu 69, jiżdied il-punt li ġej:<CITATION>
“(j) 	appoġġ lill-bdiewa affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani.’’;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>fit-Titolu III, fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 1, jiżdied l-Artikolu li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">“Artikolu 78b </STRING>

<STRING BOLD="on">Appoġġ lill-bdiewa affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa attivi li huma affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti. Kwalunkwe appoġġ ipprovdut għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

<NO.P>2.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ skont dan l-Artikolu jkun immirat lejn dawk il-bdiewa li huma l-aktar affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti. Huma għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà abbażi tal-evidenza disponibbli.

<NO.P>3.</NO.P>L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri parti mill-kostijiet addizzjonali tal-fertilizzanti kkawżati mill-iżviluppi tas-suq li jirriżultaw mill-kriżi tal-Lvant Nofsani fil-perjodu li jibda fl-1 ta’ Marzu 2026. Il-kostijiet addizzjonali għandhom jiġu kkalkulati bħala d-differenza bejn prezz rappreżentattiv għall-fertilizzanti u prezz referenzjarju għall-fertilizzanti. L-istati Membri għandhom, abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli, jiddefinixxu l-prezz referenzjarju abbażi tal-prezz medju għall-fertilizzanti matul mill-inqas 3 xhur konsekuttivi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-28 ta’ Frar 2026, u l-prezz rappreżentattiv abbażi tal-prezz għall-fertilizzanti matul perjodu determinat mill-Istat Membru, li ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Marzu 2026.L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jieħu l-forma ta’ kost ta’ unità għal kull ettaru kkalkulat abbażi tal-konsum annwali medju ta’ fertilizzanti għal kull żona, differenzjat skont is-setturi jew is-sistemi ta’ produzzjoni. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-appoġġ skont dan l-Artikolu fuq il-kostijiet reali mġarrba minn kull benefiċjarju billi jużaw l-istess prezz referenzjarju kif deskritt f’dan il-paragrafu.

<NO.P>4.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati ta’ appoġġ applikabbli li jkopru sa 50 % tal-kostijiet addizzjonali għall-fertilizzanti. Dawk ir-rati jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 80 % għall-bdiewa li huma soġġetti għall-impenji msemmija fl-Artikoli 31 u 70, jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 72, biex inaqqsu l-użu ta’ fertilizzanti. Għal strumenti finanzjarji fil-forma ta’ kapital operatorju awtonomu, għandu japplika l-Artikolu 80(4).

<NO.P>5.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont massimu ta’ appoġġ għal kull benefiċjarju jew numru massimu ta’ ettari li għalihom kull benefiċjarju jista’ jirċievi appoġġ.

<NO.P>6.</NO.P>L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jitħallas lill-bidwi sat-30 ta’ Ġunju 2027.

<NO.P>7.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bdiewa li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jottimizzaw l-użu sostenibbli tal-fertilizzanti.

<NO.P>8.</NO.P>Meta jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kumpens żejjed bħala riżultat tal-kombinazzjoni tal-intervent skont dan l-Artikolu ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“1. 	L-appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji msemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jista’ jingħata skont it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli minn 73 sa 78 u 78b ta’ dan ir-Regolament.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“3.	F’konformità mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-kapital operatorju, inkluż il-kapital operatorju awtonomu, jista’ jkun nefqa eliġibbli skont l-Artikoli 73, 74, 76, 77, 78 u 78b ta’ dan ir-Regolament, jekk ikun jikkontribwixxi għall-kisba ta’ mill-inqas objettiv speċifiku wieħed rilevanti għall-intervent ikkonċernat. L-appoġġ għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu skont kwalunkwe wieħed minn dawk l-Artikoli jista’ jiġi pprovdut mingħajr ma jkun soġġett għar-rekwiżit li r-riċevitur finali jirċievi appoġġ għal nefqa oħra skont l-istess Artikolu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“4. 	B’deroga mill-Artikoli 73, 74, 76, 77, 78 u 78b, ir-rati ta’ appoġġ stabbiliti f’dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>fl-Artikolu 86(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:<CITATION>
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, fil-każ ta’ tip ta’ intervent skont l-Artikolu 78b, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tibda qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal emenda iżda mhux qabel… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>fl-Artikolu 87(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“2.	Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jemendaw l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Annessi V u IX biex jitqiesu l-iżviluppi relatati mal-ammont massimu totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inkluż it-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 17 u 103, l-aġġustament tal-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti msemmi fl-Artikolu 103a, it-trasferimenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 88(5) u kwalunkwe tnaqqis meħtieġ biex jiġu ffinanzjati t-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fl-Artikolu 88(6).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>fl-Artikolu 91(3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(a) 	65 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għal pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona skont l-Artikolu 71 u għall-appoġġ skont l-Artikolu 78b”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>l-Artikolu 96a huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">“Artikolu 96a</STRING>

<STRING BOLD="on">Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 78a u appoġġ lill-bdiewa msemmi fl-Artikolu 78b </STRING>

<NO.P>1.</NO.P>L-ammont massimu għal kull Stat Membru li jista’ jiġi riżervat għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi jew eventi katastrofiċi msemmija fl-Artikolu 78a u għall-appoġġ lill-bdiewa affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani msemmi fl-Artikolu 78b għandu jkun limitat għall-ammonti annwali stabbiliti fl-Anness XV.

<NO.P>2.</NO.P>Massimu ta’ 25 % tal-ammonti annwali stabbiliti fl-Anness XV jista’ jiġi riżervat għall-finanzjament tal-appoġġ lill-bdiewa msemmi fl-Artikolu 78b.

<NO.P>3.</NO.P>In-nefqa totali tal-FAEŻR għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 78a u l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 78b ma għandhiex taqbeż is-somma tal-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal dawn it-tipi ta’ intervent għas-snin finanzjarji 2026 u 2027, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal-Artikolu 112(2), il-punt (a), u kif approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mid-dritt tal-Unjoni.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>fit-Titolu IV, jiżdied l-Artikolu li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 103a</STRING>

<STRING BOLD="on">Allokazzjonijiet ta’ pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027</STRING>

Sal-31 ta’ Awwissu 2026, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu jew inaqqsu l-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX għas-sena kalendarja 2027 b’ammont li ma jaqbiżx iż-żieda massima jew t-tnaqqis massimu stabbiliti fl-Anness XVI għal kull Stat Membru, bħala parti minn talba għal emenda strateġika tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 119.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>fl-Artikolu 111, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-punt (e) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għat-tip ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 55(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), l-interventi skont it-tip ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 58(1), il-punti minn (h) sa (k), l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal skemi tal-kwalità skont it-tip ta’ intervent għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77, l-interventi skont it-tip ta’ intervent għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi msemmija fl-Artikolu 78a, u l-interventi skont it-tip ta’ intervent għall-appoġġ lill-bdiewa affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti msemmija fl-Artikolu 78b.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>fl-Artikolu 112(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(b) 	it-trasferimenti tal-ammonti msemmija fil-punt (a) bejn it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali f’konformità mal-Artikolu 103, kwalunkwe tnaqqis tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ammonti għat-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 7, f’konformità mal-Artikolu 88(6), u kwalunkwe aġġustament tal-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti f’konformità mal-Artikolu 103a;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(c) 	emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikoli minn 92 sa 98, l-Artikolu 103(1), (5) u (6) jew l-Artikolu 103a;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Talba għal emenda strateġika relatata mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 78b, l-Artikolu 88(7), l-Artikolu 103(5) jew (6) jew l-Artikolu 103a ma għandhiex titqies bħala parti mil-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>fl-Artikolu 121, it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(b) 		għall-emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikolu 103(5) u l-Artikolu 103a, il-perijodu għall-adozzjoni tal-att delegat għall-emendar tal-allokazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 87(2).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>fl-Artikolu 146, jiżdied is-subparagrafu li ġej:<CITATION>
“L-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament nazzjonali addizzjonali sa 200 % tal-finanzjament tal-FAEŻR allokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-appoġġ skont l-Artikolu 78b.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>l-Annessi I u XV huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness XVI.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Emendi tar-Regolament (UE) 2021/2116</STRING></STI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) 2021/2116 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>fl-Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
“2. 	Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru fit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa jew qabel dak il-jum, filwaqt li jitqiesu t-tnaqqis jew is-sospensjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 39 sa 42 u kull korrezzjoni oħra. In-nefqa li tkun saret mill-Istati Membri bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Ottubru. In-nefqa li tkun saret bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Novembru. In-nefqa li tkun saret mill-Istati Membri biex iħallsu pagamenti bil-quddiem qabel is-16 ta’ Ottubru fis-sena kalendarja 2026 skont l-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Novembru u għandha tiġi ddikjarata fid-dikjarazzjoni relatata ma’ dak ix-xahar.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>L-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 35 </STRING>

<STRING BOLD="on">Sena finanzjarja agrikola</STRING>

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-intervent pubbliku stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-pagamenti mħallsa bil-quddiem qabel is-16 ta’ Ottubru fis-sena kalendarja 2026 skont l-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), is-sena finanzjarja għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul riċevut u mdaħħal fil-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tas-sena finanzjarja N li tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N – 1 u li tintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>fl-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(a) 	qabel l-1 ta’ Diċembru, iżda mhux qabel is-16 ta’ Ottubru, jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 70 % għal interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-għajnuna li tikkostitwixxi pagamenti diretti skont il-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u, fir-rigward tas-sena tat-talba 2026, iħallsu bil-quddiem sa 75 % għal l-interventi u l-għajnuna msemmija f’dan il-punt, inkluż qabel is-16 ta’ Ottubru 2026;”.
</CITATION></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 3</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Dħul fis-seħħ</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi ..., ...

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE><ANNEX><TI><STRING ITALIC="on">ANNESS I</STRING></TI>
L-Annessi I u XV tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati kif ġej:

<NO.P>(1)</NO.P>fl-Anness I, fit-tabella “Monitoraġġ — OUTPUT — Tipi ta’ intervent u l-indikaturi tal-output tagħhom”, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara r-ringiela “Pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi (Artikolu 78a)”:

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50.29*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="49.71*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
“Appoġġ lill-bdiewa affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani (Artikolu 78b)
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
O.9b L-għadd tal-bdiewa li bbenefikaw mill-appoġġ wara ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fertilizzanti
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<NO.P>(2)</NO.P>it-titolu tal-Anness XV huwa sostitwit b’dan li ġej:

<STRING ITALIC="on">‘‘Anness XV</STRING>

L-ammont massimu għal kull Stat Membru li jista’ jiġi riżervat għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 78a u għall-appoġġ lill-bdiewa msemmi fl-Artikolu 78b”.
</ANNEX><ANNEX><TI><STRING ITALIC="on">ANNESS II </STRING></TI><STI><STRING ITALIC="on">‘‘Anness XVI </STRING></STI>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-AMMONTI MASSIMI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 103A </STRING></STRING>

<STRING ITALIC="on">L-ammont massimu ta’ żieda għall-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 għal kull Stat Membru </STRING>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50.44*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="49.56*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
EUR (prezzijiet attwali)
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Belġju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
20 700 224
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Bulgarija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
84 648 793
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Iċ-Ċekja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
64 796 927
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Id-Danimarka
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
18 983 515
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Ġermanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
273 089 935
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Estonja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
26 404 994
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Irlanda
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
77 910 157
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Greċja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
139 238 400
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Spanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
324 114 848
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Franza
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
364 860 018
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Kroazja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
74 326 850
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Italja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
337 480 344
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50.44*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="49.56*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Ċipru
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
5 942 629
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Latvja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
35 248 552
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Litwanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
58 648 549
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Lussemburgu
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
3 077 661
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Ungerija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
104 217 287
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Malta
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
4 996 124
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
In-Netherlands
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
18 317 092
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Awstrija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
130 006 188
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Polonja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
396 000 462
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Portugall
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
162 165 186
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Ir-Rumanija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
290 114 968
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Is-Slovenja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
27 542 548
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Is-Slovakkja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
77 723 373
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
Il-Finlandja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
106 364 987
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1">
L-Iżvezja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2">
63 566 922
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<STRING ITALIC="on">L-ammont massimu ta’ tnaqqis għall-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 għal kull Stat Membru </STRING>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50.44*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="49.56*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
EUR (

prezzijiet attwali)
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Belġju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
123 731 481
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Bulgarija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
207 943 425
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Iċ-Ċekja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
213 736 824
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Id-Danimarka
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
215 591 819
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Ġermanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
1 228 923 865
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Estonja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
51 254 687
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Irlanda
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
296 570 499
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Greċja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
472 915 011
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Spanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
1 209 271 990
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Franza
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
1 821 250 134
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Kroazja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
93 692 559
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Italja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
907 132 289
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Ċipru
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
11 911 885
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Latvja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
91 120 936
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Litwanja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
153 178 204
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50.44*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="49.56*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Lussemburgu
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
8 186 957
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Ungerija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
310 796 291
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Malta
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
1 148 505
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
In-Netherlands
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
179 345 582
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Awstrija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
169 395 462
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Polonja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
796 492 035
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Portugall
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
159 948 413
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Ir-Rumanija
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
507 398 799
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Is-Slovenja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
32 882 513
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Is-Slovakkja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
103 868 686
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
Il-Finlandja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
131 201 466
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1" VALIGN="MIDDLE">
L-Iżvezja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="RIGHT" COLNAME="C2" VALIGN="MIDDLE">
171 704 104
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

</ANNEX></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>