<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0241</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Servizzi tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni ta’ mal-fruntiera: operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bejn l-Awstrija u l-Iżvizzera</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0174/2026 - Rapporteur: Elissavet Vozemberg-Vrionidi)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Awstrija tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni ta’ mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi (COM(2025)0773 – C10-0367/2025 – 2025/0407(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0773),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 2(1) u 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0367/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta’ Ġunju 2026 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2026<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1970, 28.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1970/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 41 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0174/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0407</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2026/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti lill-Awstrija s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C, C/2026/1970, 28.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1970/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkonsultaw  lill-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja<FOOTNOTE><FIELD>Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta’ Oġġetti u Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq<FOOTNOTE><FIELD>ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/309(3)/oj.</FIELD></FOOTNOTE> ( “il-Ftehim UE-Żvizzera”), it-trasport ta’ passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank bejn żewġ punti li jinsabu fit-territorju tal-istess Parti Kontraenti għall-Ftehim UE-Żvizzera minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, magħruf bħala l-kabotaġġ, mhuwiex awtorizzat.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>F’konformità mal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera, id-drittijiet ta’ kabotaġġ eżistenti stabbiliti fi ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u l-Iżvizzera li kienu fis-seħħ meta ġie konkluż il-Ftehim UE-Żvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999, jistgħu jibqgħu jiġu eżerċitati dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-ftehim bilaterali dwar it-trasport bit-triq bejn l-Awstrija u l-Iżvizzera tat-22 ta’ Ottubru 1958<FOOTNOTE><FIELD>BGBl. (Awstrija) Nru 123/1959.</FIELD></FOOTNOTE> (il-"Ftehim Awstrija-Żvizzera") ma jawtorizzax l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ matul l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, id-dritt li jitwettqu tali operazzjonijiet mhuwiex fost id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(2) tal-Ftehim UE-Żvizzera.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Impenji internazzjonali li jippermettu lit-trasportaturi stabbiliti fl-Iżvizzera jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-Unjoni jistgħu jaffettwaw l-Artikolu 20 tal-Ftehim UE-Żvizzera, peress li dak l-Artikolu ma jawtorizzax tali operazzjonijiet.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1073/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jippermetti li jsiru operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-Unjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, esklużivament minn trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja. Impenji internazzjonali li jippermettu lit-trasportaturi minn pajjiżi terzi, li ma jkollhomx tali liċenzja, li jwettqu operazzjonijiet ta’ dak it-tip jistgħu jaffettwaw dak ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Konsegwentement, tali impenji internazzjonali jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw, jew jidħlu, f’impenji bħal dawn biss jekk ikollhom is-setgħa li jagħmlu hekk mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jitwettqu fi ħdan l-Unjoni minn trasportaturi minn pajjiżi terzi li ma jkollhomx liċenzja Komunitarja kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi bil-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa neċessarju li tingħata setgħa skont l-Artikolu 2(1) TFUE mil-leġiżlatur tal-Unjoni, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu 91 TFUE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Marzu 2025, l-Awstrija talbet li l-Unjoni tagħtiha s-setgħa li temenda l-Ftehim Awstrija-Żvizzera bil-għan li jiġu awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija u l-Iżvizzera, u b’hekk titrawwem koeżjoni territorjali akbar.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jippermettu li jiżdied il-fattur tat-tagħbija tal-vetturi, li jtejjeb  l-effiċjenza ekonomika waqt l-għoti tas-servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank. Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati tali operazzjonijiet waqt l-għoti ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija u tal-Iżvizzera. Dan jista’ jsaħħaħ aktar l-integrazzjoni mill-qrib ta’ dawk ir-reġjuni tal-fruntiera.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ikkonċernati ma jbiddlux eċċessivament il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi bil-kowċ u x-xarabank, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-awtorizzazzjoni ta' tali operazzjonijiet ta' kabotaġġ jenħtieġ li tkun bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ikunu awtorizzati biss fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Awstrija u l-Iżvizzera. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li r-reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija jiġu definiti għall-finijiet  ta’ din id-Deċiżjoni b’mod li jitqies kif xieraq il-funzjonament tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, filwaqt li jippermetti li tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ikkonċernati,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><PARAG>L-Awstrija b’dan tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq bejn l-Awstrija u l-Iżvizzera tat-22 ta’ Ottubru 1958 (il-"Ftehim Awstrija-Żvizzera”) bil-ħsieb li tawtorizza operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija u tal-Iżvizzera waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn iż-żewġ pajjiżi, dment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi stabbiliti fl-Unjoni u l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni.</PARAG><PARAG>Id-distretti amministrattivi ta’ Bludenz, Bregenz, Dornbirn u Feldkirch fir-reġjun ta’ Vorarlberg u d-distrett ta’ Landeck fir-reġjun tat-Tirol għandhom jitqiesu li huma reġjuni tal-fruntiera tal-Awstrija skont it-tifsira tal-ewwel paragrafu.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><PARAG>L-Awstrija għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-emenda tal-Ftehim Awstrija-Żvizzera skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bit-test tal-ftehim emendat.</PARAG><PARAG>Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 3</STRING></TI.ART><PARAG>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi…,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>