<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0242</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026: dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2025 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0180/2026 - Rapporteur: Andrzej Halicki)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026: dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2025 (09919/2026 – C10-0145/2026 – 2026/0090(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026, adottat b’mod definittiv fis-26 ta’ Novembru 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/72, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2026/72/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin mill-2028 sal-2034<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0111.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026 adottat mill-Kummissjoni fl-10 ta’ April 2026 (COM(2026)0450),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026, adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ Ġunju 2026 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Ġunju 2014 (09919/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0180/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026 huwa li jiddaħħal fil-baġit 2026 is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2025, li jammonta għal EUR 2 095 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 1 994 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 101 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi mil-lat ta’ dħul, is-surplus huwa predominantement dovut għal ammont ogħla milli mistenni ta’ dazji doganali ta’ EUR 860 miljun; billi t-tieni fattur ewlieni li xpruna l-volum tas-surplus huwa l-ammont ta’ EUR 840 miljun fi dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, min-naħa tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-istituzzjonijiet kollha, inklużi l-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet riportati, ammontat għal total ta’ EUR 111-il miljun (li jirrappreżenta 0,04 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati);
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026 kif tressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2025, għal ammont ta’ EUR 2 095 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-surplus tal-2025 huwa xprunat primarjament minn żieda fil-varjazzjoni fit-titolu 1 (Riżorsi Proprji, b’mod partikolari dazji doganali) u t-titolu 4 (Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi), filwaqt li s-surplus tan-nefqa għadu modest ħafna fil-livell ta’ EUR 101 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih li l-ibbaġitjar tas-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit 2026 b’ammont proporzjonat; jissottolinja li, fi żmien meta l-ħtiġijiet ta’ finanzjament għadhom għoljin, b’mod partikolari għall-kostijiet tas-servizzi tad-dejn tal-EURI, u l-ispazju għal ċaqliq fil-baġit tal-Unjoni għadu estremament limitat, il-baġit għandu jżomm livell suffiċjenti ta’ flessibbiltà fl-aħħar snin tal-QFP attwali biex jippermetti lill-Unjoni tlaħħaq ma’ avvenimenti mhux previsti; jissottolinja li l-flessibbiltà tal-baġit tal-Unjoni hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati fin-negozjati għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028–2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li d-dħul imprevist li jirriżulta minn multi u tariffi, jew ammonti ekwivalenti tagħhom, għandu jintuża bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni u ma għandux iwassal għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-kalkolu tat-tnaqqis annwali aġġustat ta’ somma f’daqqa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji, li jammonta għal madwar EUR 5,8 biljun netti; jenfasizza l-fatt li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, li jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jisħaq li din l-anomalija żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-partita tal-introjtu negattiv skont l-Artikolu 425, li tammonta għal EUR 54 miljun u jilqa’ dan il-metodu li jinkorpora l-kostijiet għall-baġit li jirriżultaw minn pagament li jkun sar skont ftehim ta’ saldu li jinvolvi imgħax kumpensatorju u kumpens tal-imgħax ta’ inadempjenza relatati mal-pagament lura ta’ multi tal-kompetizzjoni annullati jew imnaqqsa f’konformità mas-sentenzi pertinenti tal-Qorti tal-Ġustizzja; ifakkar li l-Parlament, meta nnegozja r-riformulazzjoni tal-2024 tar-Regolament Finanzjarju, kien insista fuq l-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ biex jevita li jiġu ġġenerati approprjazzjonijiet tan-nefqa addizzjonali fl-Intestatura 7 li diġà hija mġebbda żżejjed; ifakkar li din is-soluzzjoni tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni definittiva għall-QFP li jmiss li tilħaq l-istess objettiv li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu li ilha teżisti għal dħul sostenibbli, prevedibbli u reżiljenti għall-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 310 tat-TFUE li għandu jaqbel man-naħa tan-nefqa u l-prijoritajiet strateġiċi u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament identifikati tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, mhux biss għall-ħlas lura tad-dejn tan-Next Generation EU iżda wkoll biex jiffinanzja l-ambizzjonijiet tal-politika mtejba tal-Unjoni; ifakkar li, mingħajr riżorsi proprji ġenwini ġodda, il-piż finanzjarju inevitabbilment se jaqa’ fuq l-Istati Membri fil-forma ta’ żieda fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING; iqis, għalhekk, li l-introduzzjoni ta’ flussi ta’ dħul ġenwini ġodda ta’ mill-anqas EUR 60 biljun fis-sena hija kundizzjoni essenzjali għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ambizzjuż għas-snin mill-2028 sal-2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2026 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>