<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0243</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2026/000 TA 2026 - Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0179/2026 - Rapporteur: Lucia Yar)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (EGF/2026/000 TA 2026 - Assistenza teknika) (COM(2026)0360 – C10-0124/2026 – 2026/0126(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0360 – C10‑0124/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”) kif emendat mir-Regolament (UE) 2026/1139<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/1139, 20.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1139/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0179/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ eventi u bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew li huma affettwati minn sensji imminenti f’kumpanija li għaddejja minn ristrutturar, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jew fit-tranżizzjonijiet tal-karriera tagħhom; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji fis-suq tax-xogħol jew jappoġġjaw it-tranżizzjonijiet fil-karriera tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jipprevedi li sa 1,5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG jista’ jsir disponibbli għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-assistenza teknika tista’ tikkonsisti f’nefqa teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll ġbir ta’ data, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u attivitajiet li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew fir-rigward ta’ proġetti speċifiċi u miżuri oħra ta’ assistenza teknika; billi l-assistenza teknika għandha tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni u gwida lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali dwar il-FEG kif ukoll sensibilizzazzjoni ddedikata għall-Istati Membri li ma kellhomx jew li kellhom biss użu baxx tal-appoġġ tal-FEG; billi l-attivitajiet ta’ assistenza teknika għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-effettività, l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà tal-FEG b’enfasi partikolari fuq riżultati li jistgħu jitkejlu, simplifikazzjoni amministrattiva u implimentazzjoni orjentata lejn l-utent għall-Istati Membri u l-benefiċjarji; billi diversi Stati Membri għadhom ma għamlux użu mill-FEG minkejja li ffaċċjaw proċessi ta’ ristrutturar u sensji komparabbli ma’ dawk li seħħew fl-Istati Membri benefiċjarji; billi għalhekk huma meħtieġa attivitajiet immirati ta’ sensibilizzazzjoni u biex jintlaħqu n-nies biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-opportunitajiet offruti mill-FEG madwar l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ammont propost ta’ EUR 210 000 jikkorrispondi għal madwar 0,60 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2026;  billi l-FEG jipprovdi appoġġ importanti lill-ħaddiema affettwati mir-ristrutturar u mis-sensji; billi ekonomija Ewropea kompetittiva, piżijiet amministrattivi mnaqqsa u ambjent tan-negozju li jwassal għall-investiment u l-innovazzjoni jibqgħu essenzjali biex jiġu ppreservati impjiegi ta’ kwalità u jitnaqqas l-għadd ta’ ħaddiema li jeħtieġu appoġġ fl-ambitu tal-FEG;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-mobilizzazzjoni ta’ EUR 210 000 u mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala assistenza teknika f’konformità mal-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll mal-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG;  jisħaq li n-nefqa fuq l-assistenza teknika għandha tibqa’ proporzjonata, effiċjenti u ffukata fuq attivitajiet li jtejbu b’mod ċar l-aċċess għall-appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u l-effettività ġenerali tal-FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota li l-Kummissjoni se tuża l-baġit disponibbli fl-ambitu tal-appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG (żewġ membri minn kull Stat Membru) u ta’ seminar wieħed bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali sabiex jiġi promoss in-networking fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistieden b’mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li s-sensibilizzazzjoni ġenerali u l-viżibbiltà tal-FEG ikomplu jissaħħu; jindika l-fatt li tali għan jista’ jintlaħaq billi l-FEG jidher f’diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG u billi tixxerred informazzjoni mmirata lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali u lill-pubbliku ġenerali; jilqa’ f’dan il-kuntest iż-żamma tas-sit web iddedikat għall-FEG u jistieden lill-Kummissjoni taġġornah u tespandih regolarment; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari fl-attivitajiet tagħha ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux użu mill-FEG jew li għamlu biss użu limitat minnu, inklużi dawk li qed jiffaċċjaw proċessi ta’ ristrutturar u sensji sinifikanti, sabiex itejbu l-għarfien tal-FEG u jiffaċilitaw l-aċċess għall-appoġġ tal-FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata aktar il-proċedura ta’ applikazzjoni tal-FEG; jilqa’, f’dan ir-rigward, iż-żamma ta’ sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data u l-ħidma fuq proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG imwettqa mill-Kummissjoni;  jistieden lill-Kummissjoni tkompli tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tqassar iż-żmien bejn l-applikazzjoni u l-għoti ta’ appoġġ lill-benefiċjarji filwaqt li tiżgura trasparenza sħiħa u skrutinju baġitarju tal-Parlament Ewropew bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati minn sensji tal-massa, għeluq u rilokazzjonijiet ikunu jistgħu jsibu impjieg u opportunitajiet ġodda; jenfasizza, għalhekk, li l-FEG għandu jkompli jagħti prijorità lill-miżuri ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema ssensjati, filwaqt li joffri perkorsi ta’ taħriġ u kwalifiki li jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; jissottolinja li l-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-FEG għandhom jiffukaw fuq il-kejl tar-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fl-impjieg u l-effettività tat-taħriġ ipprovdut sabiex jittejbu u jiġu adattati kontinwament il-perkorsi ta’ taħriġ u l-miżuri ta’ appoġġ maż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-attivitajiet li jqajmu kuxjenza vis-à-vis l-Istati Membri, is-sħab soċjali u l-intrapriżi dwar il-bidliet fir-Regolament dwar il-FEG li jinkludu l-possibbiltà li jingħata wkoll appoġġ lill-ħaddiema affettwati minn sensji imminenti f’kumpanija li tkun għaddejja minn ristrutturar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li n-nefqa ffinanzjata skont l-assistenza teknika għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ rigoruż u evalwazzjoni regolari sabiex jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba, kosteffettività u valur miżjud tanġibbli għall-Istati Membri u l-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu ta’ riżorsi ta’ assistenza teknika u dwar l-eżiti konkreti miksuba permezz tal-attivitajiet iffinanzjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNEX: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (EGF/2026/000 TA 2026 - Assistenza teknika)</STRING></STI>
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu, l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

<NO.P>(1)</NO.P>Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-iskop li juri solidarjetà u jippromwovi impjiegi deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet kawża ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar u sabiex jgħinhom jirritornaw għal impjieg deċenti u sostenibbli mill-aktar fis possibbli.

<NO.P>(2)</NO.P>Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (bil-prezzijiet tal-2018), kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/691.

<NO.P>(3)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2021/691 jipprevedi li kull sena l-massimu ta’ 1,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG jista’ jintuża għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

<NO.P>(4)</NO.P>Dik l-assistenza hija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEG kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/691, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ u l-ġbir tad-data kif ukoll l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jtejbu l-viżibbiltà tal-FEG.

<NO.P>(5)</NO.P>Għalhekk, il-FEG jenħtieġ li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 210 000 għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

<STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING>

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2026, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 210 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING>

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.

Magħmul fi

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew			Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President					Il-President</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>