<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0244</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lir-Rumanija, lil Ċipru u lil Spanja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2025 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0178/2026 - Rapporteur: Bogdan Rzońca)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija għall-għargħar tal-aħħar ta’ Mejju 2025, lil Ċipru għan-nirien fis-selvaġġ ta’ Lulju 2025 u lil Spanja għan-nirien fis-selvaġġ ta’ Awwissu 2025 (COM(2026)1002 – C10-0119/2026 – 2026/0120(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)1002 – C10‑0119/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill RESTORE – Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2024)0059.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-valutazzjoni baġitarja mehmuża magħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Nru 1/2024 tal-EEA - Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa (EUCRA)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eea.europa.eu/en/analysis/publications/european-climate-risk-assessment.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, bejn is-26 ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2025, ir-Rumanija ntlaqtet minn xita qawwija li kkawżat għargħar serju fir-reġjuni Centru, Sud Muntenia u Nord Est tar-Rumanija, u dan irriżulta fi ħsara diretta totali stmata mill-Kummissjoni għal EUR 573,59 miljun u li affettwat l-infrastruttura kritika, is-servizzi pubbliċi u eluf ta’ unitajiet domestiċi; billi l-għargħar ikkawża ħsara estensiva lill-Minjiera tal-Melħ ta’ Praid u lill-infrastruttura idroteknika relatata;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, f’Lulju 2025, Ċipru ntlaqat minn nirien bla preċedent fis-selvaġġ fir-reġjuni ta’ Limassol u Pafos wara nixfa fit-tul, mewġiet ta’ sħana estremi u rjieħ qawwija, li rriżultaw fi ħsara diretta totali stmata mill-Kummissjoni għal EUR 252,68 miljun; billi n-nirien fis-selvaġġ affettwaw eluf ta’ residenti, qerdu kważi 900 proprjetà privata u kkawżaw mill-anqas żewġ fatalitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, f’Awwissu 2025, Spanja sofriet it-tielet mewġa ta’ nirien severi fis-selvaġġ, bi ħsara diretta totali stmata mill-Kummissjoni għal EUR 4,32 biljun; billi n-nirien affettwaw 16-il Komunità Awtonoma, ikkawżaw ħsara ambjentali, soċjali u ekonomika kbira, u rriżultaw f’mill-anqas tmien fatalitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-severità u l-frekwenza dejjem akbar tal-għargħar u tan-nirien fis-selvaġġ madwar l-Istati Membri jirriflettu l-impatti dejjem akbar tat-tibdil fil-klima, u dawn jirrikjedu azzjoni msaħħa tal-Unjoni fil-miżuri ta’ adattament, prevenzjoni u reżiljenza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha, mal-familji tagħhom u mal-individwi kollha milquta mill-għargħar fir-Rumanija lejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2025, kif ukoll min-nirien fis-selvaġġ f’Ċipru f’Lulju 2025 u fi Spanja f’Awwissu 2025, u mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali involuti fl-isforzi ta’ għajnuna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni bħala forma tanġibbli u viżibbli tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini u r-reġjuni affettwati mill-għargħar u n-nirien fis-selvaġġ fir-Rumanija, f’Ċipru u fi Spanja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-importanza li l-benefiċċji tanġibbli li jseħħu permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiġu kkomunikati lill-pubbliku, anke sabiex is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-għodod u l-programmi tal-Unjoni tkompli tikber fi żminijiet ta’ kriżi, speċjalment fiż-żoni affetwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>ifakkar li l-FSUE għandu baġit limitat u ma jistax jitqies bħala l-uniku strument biex jiġu indirizzati diżastri naturali kbar; jitlob għalhekk li ssir valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu aċċellerati u ssimplifikati l-proċeduri kollha tagħha biex jiġi żgurat li l-għajnuna tasal fiż-żoni affettwati malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-għadd dejjem akbar ta’ diżastri naturali kbar, qerrieda u fatali fl-Ewropa u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu f’miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih biex jiġi evitat li jintilfu ħajjiet u li jkun hemm telf ekonomiku; jistieden lill-Istati Membri jqisu li r-riskji klimatiċi jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-popolazzjonijiet vulnerabbli minħabba fatturi soċjoekonomiċi; jinnota li l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ rkupru biex jappoġġjaw lill-popolazzjonijiet affettwati, primarjament il-komunitajiet vulnerabbli, biex jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni adegwata u servizzi essenzjali matul l-irkupru; jitlob li jsir sforz biex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-FSUE tasal għand ir-riċevituri finali tagħha minnufih, inklużi n-negozji, l-SMEs, il-familji, u ċ-ċittadini affettwati, kif ukoll ir-rikostruzzjoni tal-infrastruttura u t-tiswija tal-ħsara materjali, kollha bil-valutazzjoni tal-impatt korrispondenti u l-mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa; jenfasizza l-importanza li tiġi restawrata u msaħħa l-infrastruttura kritika, inklużi n-networks tat-trasport, tal-enerġija, tal-ġestjoni tal-ilma, tas-saħħa u tal-komunikazzjoni, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tar-reġjuni affettwati u titnaqqas il-vulnerabbiltà għal diżastri futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-FSUE huwa biss strument kurattiv u li l-Unjoni għandha wkoll tkompli tindirizza l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu billi tappoġġja l-politiki Ewropej u dawk nazzjonali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali; jissottolinja li r-Rapport tal-EEA Nru 1/2024 “European Climate Risk Assessment” (Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa) jisħaq li hija meħtieġa azzjoni biex jiġu identifikati r-riskji li hemm fir-rapport; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu bl-isforzi biex isaħħu r-reżiljenza, itejbu t-tħejjija u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jiżguraw il-prevenzjoni tad-diżastri, il-ġestjoni tar-riskju u kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili effettivi madwar l-Unjoni; jisħaq ukoll li huma meħtieġa miżuri preventivi, mhux biss biex tiġi mmitigata l-ħsara fil-futur iżda anke biex jiġi pprevenut li l-kundizzjonijiet ta’ riskju jiggravaw wara eventi katastrofiċi, bħal għargħar, nirien fis-selvaġġ, uqigħ tal-art jew l-inxif ta’ lagi u xmajjar; jissottolinja l-importanza ta’ flessibbiltà adegwata bejn il-programmi differenti; jissottolinja li kwalunkwe flessibbiltà bejn il-programmi ta’ finanzjament differenti trid tkun akkumpanjata minn kontroll baġitarju strett biex jiġu evitati d-duplikazzjoni jew il-ħela ta’ finanzjament, u trid tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effiċjenza baġitarja u l-indikaturi tal-prestazzjoni mmirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li RESTORE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3236, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3236/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u l-miżuri speċifiċi fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3242, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3242/oj.</FIELD></FOOTNOTE> jipprovdu assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali permezz ta’ flessibbiltà akbar fl-użu tal-fondi; jisħaq li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn dawn l-opportunitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li huma meħtieġa sinerġiji effettivi ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni u jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-programmi għall-iżvilupp rurali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’urġenza dovuta kwalunkwe talba motivata mill-Istati Membri biex talloka mill-ġdid fondi għall-assistenza f’każ ta’ diżastri naturali fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti jiżguraw il-koordinazzjoni xierqa u meħtieġa bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiggarantixxu li l-fondi jitqassmu b’mod trasparenti, ekwu u mingħajr ebda arbitrarjetà fil-lokalitajiet affettwati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-FSUE ma għandhiex tkun għad-detriment tal-finanzjament tal-Unjoni li rċevew l-Istati Membri fl-ambitu ta’ politiki jew programmi oħra tal-Unjoni; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari lin-negozji agrikoli li jkunu ġarrbu ħsarat minħabba diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ valutazzjoni rapida u solida tal-ħsara li tqis kif xieraq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u jitlob li jsiru aktar sforzi operazzjonali sabiex jitnaqqas iż-żmien medju għar-rilaxx ta’ pagamenti antiċipati, filwaqt li jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jkun protett; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza sħiħa, monitoraġġ effettiv u kontroll ex post tal-użu tar-riżorsi tal-FSUE, sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jilħqu r-reġjuni u l-popolazzjonijiet affettwati; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi kollha possibbli biex taċċellera l-mobilizzazzjoni tal-FSUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja immedjata permezz tal-FSUE liċ-ċittadini, familji, negozji u komunitajiet lokali affetwati malajr kemm jista’ jkun biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun jista’ jilħaq lir-Rumanija, lil Ċipru u lil Spanja fi żmien xieraq; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi kollha possibbli biex taċċellera l-mobilizzazzjoni tal-FSUE, b’mod partikolari billi temenda r-regoli attwali u l-tagħti pagamenti antiċipati ogħla lill-pajjiżi applikanti; jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqas iż-żmien bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FSUE u d-deċiżjoni ta’ finanzjament; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri interni mingħajr ma jiġi mminat il-bilanċ istituzzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet Rumeni biex tappoġġja r-rikostruzzjoni rapida tal-Minjiera tal-Melħ ta’ Praid u tal-komunitajiet tal-madwar affettwati, filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza strateġika unika tagħha għar-reżiljenza ekonomika reġjonali, l-impjiegi, it-turiżmu, is-saħħa pubblika, l-infrastruttura kritika u l-infrastruttura tal-ġestjoni tal-ilma; jappella, f’dan ir-rigward, għall-mobilizzazzjoni sħiħa tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti kollha tal-Unjoni u għall-użu tal-flessibbiltà massima disponibbli skont ir-regoli eżistenti tal-Unjoni, sabiex jiġi aċċellerat l-irkupru, jiġu restawrati s-servizzi essenzjali, tiġi appoġġjata l-ekonomija lokali u tissaħħaħ ir-reżiljenza fit-tul tar-reġjun kontra riskji futuri relatati mal-għargħar; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba l-iskala tal-isfidi u tal-impatt soċjali u ekonomiku tagħhom, tidentifika strumenti finanzjarji u mekkaniżmi ta’ solidarjetà addizzjonali biex tappoġġja lill-ħaddiema u lir-reġjuni affettwati, inkluża flessibbiltà akbar fl-użu tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-mobilizzazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), u kwalunkwe strument finanzjarju rilevanti ieħor tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija fir-rigward tal-għargħar fl-aħħar ta' Mejju 2025, lil Ċipru wara n-nirien fis-selvaġġ f'Lulju 2025 u lil Spanja wara n-nirien fis-selvaġġ f'Awwissu 2025</STRING></STI>
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b'mod partikolari l-punt 10 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

<NO.P>(1)</NO.P>Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni twieġeb b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew kbar jew minn emerġenza kbira tas-saħħa pubblika.

<NO.P>(2)</NO.P>Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta' Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.

<NO.P>(3)</NO.P>Fl-14 ta' Awwissu 2025, ir-Rumanija ressqet applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara l-għargħar fl-aħħar ta' Mejju u l-bidu ta' Ġunju 2025.

<NO.P>(4)</NO.P>Fl-14 ta' Ottubru 2025, Ċipru ressaq applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara n-nirien fis-selvaġġ f'Lulju 2025.

<NO.P>(5)</NO.P>Fit-30 ta' Ottubru 2025, Spanja ressqet applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara n-nirien fis-selvaġġ f'Awwissu 2025.

<NO.P>(6)</NO.P>Dawk l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

<NO.P>(7)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lir-Rumanija, lil Ċipru u lil Spanja.

<NO.P>(8)</NO.P>Sabiex jiġi żgurat li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri milquta malajr kemm jista' jkun u biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fil-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

<STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING>

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2026, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament b'rabta mad-diżastri naturali:

<NO.P>(a)</NO.P>l-ammont ta' EUR 14 339 675 għandu jingħata lir-Rumanija wara l-għargħar fl-aħħar ta' Mejju u l-bidu ta' Ġunju 2025;

<NO.P>(b)</NO.P>l-ammont ta' EUR 9 209 223 għandu jingħata lil Ċipru wara n-nirien fis-selvaġġ f'Lulju 2025;

<NO.P>(c)</NO.P>l-ammont ta' EUR 120 550 858 għandu jingħata lil Spanja fir-rigward tan-nirien fis-selvaġġ f'Awwissu 2025.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING>

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.

Għandha tapplika minn [<STRING ITALIC="on">id-data tal-adozzjoni tagħha</STRING>]<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament Ewropew qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.</FIELD></FOOTNOTE><STRING ITALIC="on">.</STRING>

Magħmul fi

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President		Il-President</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>