<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0245</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0170/2026 - Rapporteur: Joachim Streit)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2025 (2025/2213(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tat-Trattati dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 41-43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut tal-BEI,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali għall-perjodu 2026-2028 tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fid-29 ta’ Jannar 2026, u l-Pjan Operazzjonali għall-perjodu 2025-2027 tal-Grupp tal-BEI tat-30 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2025 tal-Grupp tal-BEI bit-titolu “Powering Europe” (Nagħtu Enerġija lill-Ewropa), ippubblikat fid-29 ta’ Jannar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proċeduri tad-diliġenza dovuta ambjentali, klimatika u soċjali tal-BEI, ippubblikati fl-20 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Orjentazzjoni Strateġika Globali tal-BEI, ippubblikata fil-15 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI għall-2025 bit-titolu “European Union – Overview” (Unjoni Ewropea – Ħarsa ġenerali), ippubblikat fl-14 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-BEI bit-titolu “Unlocking innovation: Addressing the funding needs of EU technology infrastructures” (Nisfruttaw l-innovazzjoni: Nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-infrastrutturi tat-teknoloġija tal-UE), ippubblikata fil-15 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività tal-Evalwazzjoni tal-BEI tal-2022 u l-Programm ta’ Ħidma 2023-2025, ippubblikati fit-3 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Politika tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-Grupp tal-BEI, ippubblikata fit-13 ta’ Novembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-BEI bit-titolu “EIB energy lending policy” (Il-politika tal-BEI dwar is-self fis-settur tal-enerġija), ippubblikata fit-8 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku 2021-2025 tal-Grupp tal-BEI, adottat mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fil-11 ta’ Novembru 2020, għall-Fażi 2 tal-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku, ippubblikata fil-15 ta’ Novembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istandards Ambjentali u Soċjali tal-BEI tat-2 ta’ Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli u Sostenibbli tal-Grupp tal-BEI,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-BEI bit-titolu “EIB Global – Partnerships, People, Impact” (BEI Globali – Sħubijiet, Persuni, Impatti), ippubblikata fl-10 ta’ Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa, ippubblikata fis-6 ta’ Jannar 2017, u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III (2026-2030) tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fit-3 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kodiċi ta’ kondotta għall-persunal tal-Grupp tal-BEI, ippubblikat fit-3 ta’ Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pakkett ta’ Solidarjetà tal-BEI għall-Ukrajna, approvat mill-Bord tal-BEI fl-4 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli: Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha” (COM(2025)0079),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness“ (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/694, (UE) 2021/697, (UE) 2021/783, li jħassar id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2021/696, (UE) 2023/588, u li jemenda r-Regolament (UE) [EDIP] (COM(2025)0555),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment, li daħal fis-seħħ f’Novembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0170/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-BEI jiddikjara li l-investiment totali tiegħu laħaq livell rekord ta’ EUR 100 biljun fl-2025, meta mqabbel ma’ EUR 89 biljun fl-2024; billi l-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-BEI żdied għal 290 %, u pprovda spazju addizzjonali għall-BEI biex jinvesti u jappoġġja l-prijoritajiet komuni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-BEI jikkontribwixxi biex jindirizza l-fallimenti tas-suq u d-diskrepanzi fl-investiment billi jikkatalizza l-kapital privat filwaqt li jopera bħala istituzzjoni finanzjarja bbażata fuq is-suq imsejsa fuq prinċipji bankarji sodi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-BEI, li huwa kompletament proprjetà tal-Istati Membri, għandu l-kompitu li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-iżvilupp tas-suq intern u t-tisħiħ tal-potenzjal tal-Unjoni f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi, tkabbir ekonomiku u kompetittività, u t-tranżizzjoni doppja; billi dak il-mandat jinkludi wkoll il-promozzjoni tal-politiki tal-UE f’pajjiżi terzi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Punti ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-pjan direzzjonali strateġiku tal-BEI għall-2024 sal-2027 li għandu l-għan li jappoġġja l-prijoritajiet politiċi tal-UE, inkluż il-mobilizzazzjoni tal-investiment biex tissaħħaħ il-bażi ekonomika u industrijali tal-Ewropa, biex jiġu appoġġjati l-innovazzjoni, il-kompetittività, it-teknoloġiji kritiċi, is-sigurtà u d-difiża, biex tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-iżvilupp reġjonali, l-infrastruttura moderna u kritika, inklużi l-infrastrutturi soċjali bħall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u s-saħħa, u settur agrikolu reżiljenti u innovattiv, u biex jiġu mmirati l-SMEs u l-istart-ups Ewropej filwaqt li jitrawmu sħubijiet internazzjonali u t-tlestija tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-BEI allinja mill-qrib mal-prijoritajiet Ewropej matul is-snin; jilqa’ bil-qawwa ż-żieda fil-prijoritizzazzjoni tal-investimenti li jsaħħu l-kompetittività, ir-reżiljenza industrijali u s-sigurtà tal-Ewropa, u jappella għall-implimentazzjoni rapida u effettiva tagħhom; jappoġġja r-rwol tal-BEI bħala bank klimatiku, filwaqt li jinnota li l-azzjoni klimatika hija identifikata bħala l-prijorità strateġika ewlenija tal-Grupp tal-BEI għall-perjodu 2024-2027 – b’ferm aktar minn 50 % tal-investimenti annwali allokati għat-tranżizzjoni ekoloġika; jappella għal livelli ogħla ta’ investiment għal prijoritajiet relatati mal-kompetittività, b’mod partikolari għall-SMEs u l-istart-ups, u għall-espansjoni ta’ kumpaniji Ewropej innovattivi, fid-dawl tar-rwol kritiku tagħhom biex titnaqqas id-diskrepanza fil-kompetittività tal-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI iżomm portafoll ibbilanċjat, inklużi s-sigurtà u d-difiża, il-klima, il-kompetittività, il-koeżjoni, l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-BEI huwa attur kredibbli fis-swieq finanzjarji internazzjonali, kif muri bil-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu “AAA”; jisħaq li l-preservazzjoni ta’ din il-klassifikazzjoni hija essenzjali biex ikunu jistgħu jinġabru fondi b’termini favorevoli u li kwalunkwe deterjorament iżid b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-finanzjament; jistieden lill-BEI jimmonitorja mill-qrib l-impatt tal-attivitajiet ta’ difiża estiżi tiegħu fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-BEI biex jimmobilizza l-finanzjament pubbliku u privat ħalli jindirizza d-diskrepanzi fl-investiment u jsaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni f’ambjent globali diffiċli; ifakkar li l-koordinazzjoni transfruntiera, l-integrazzjoni tas-suq kapitali u l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku huma essenzjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BEI jingranaw bis-sħiħ il-potenzjali tal-BEI u jilliberaw il-finanzjament meħtieġ għat-tranżizzjoni ekoloġika, it-tranżizzjoni diġitali u t-tranżizzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-azzjoni fil-livell tal-UE għandha tikkomplementa, u mhux teskludi, l-investimenti tal-Istati Membri; jappella, għalhekk, għal flessibbiltà adegwata fi ħdan il-qafas ta’ eliġibbiltà u evalwazzjoni tal-BEI biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet ta’ investiment nazzjonali u reġjonali; ifakkar li l-banek u l-istituzzjonijiet tal-iżvilupp pubbliċi għandhom ineħħu r-riskju ta’ proġetti vijabbli fejn jeżistu diskrepanzi fis-suq, mingħajr ma jissostitwixxu l-kapital privat; jisħaq ukoll li l-BEI għandu jkollu rwol ċentrali biex jippermetti kemm lill-banek kummerċjali kif ukoll lil dawk pubbliċi jinvestu fis-settur tad-difiża Ewropew; jinnota li l-qafas finanzjarju sostenibbli tal-UE ma japplikax restrizzjonijiet ġenerali fuq l-investiment fid-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ t-talba għal BEI imsaħħaħ fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex ikun jista’ jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-prijoritajiet komuni tal-UE, b’mod partikolari fl-ambitu tal-qafas ECF-InvestEU u l-Fond Ewropa Globali, kif ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji li wrew li huma effettivi ħafna biex javvanzaw l-objettivi ta’ politika ewlenin tal-UE; jissottolinja li l-BEI għandu jimmobilizza biżżejjed finanzjament, jinjetta likwidità u jżid l-ambizzjoni biex jappoġġja investimenti privati u pubbliċi permezz ta’ InvestEU; jappella, f’konformità mar-rapport interim tiegħu dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2028 sal-2034, għal tisħiħ ta’ programmi tal-Unjoni ta’ suċċess bħal InvestEU u għal sħubija ta’ investiment imsaħħa mal-Grupp tal-BEI, filwaqt li jiġi żgurat li kull euro li jintefaq fil-livell tal-Unjoni jintuża bl-aktar mod effettiv u li jħalli impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ komplementarjetà u sinerġiji msaħħa bejn il-finanzjament tal-BEI u strumenti oħra tal-UE, biex jiġi massimizzat l-impatt u jiġu żgurati strateġiji ta’ investiment territorjali koerenti; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jiżviluppaw oqfsa ta’ koordinazzjoni ċari li jiffaċilitaw l-użu konġunt ta’ dawn l-istrumenti fil-livell tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-BEI ikollu rwol attiv biex jappoġġja l-kontinwità u jlesti l-proġetti mibdija fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), filwaqt li jissalvagwardja l-objettivi lil hinn mid-data limitu; jissottolinja li l-finanzjament u l-assistenza teknika tal-BEI jistgħu jipprovdu pont kritiku biex jiġi żgurat li l-proġetti ffinanzjati mill-RRF iwasslu l-impatt ekonomiku u soċjali maħsub tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-BEI ikompli jiżviluppa strumenti finanzjarji innovattivi biex jimmobilizza t-tfaddil privat sostanzjali tal-Ewropa għal investiment produttiv b’mod speċjali billi jinvolvi l-investuri istituzzjonali biex jiġi appoġġjat il-kapital tar-riskju, bil-għan li jikkontribwixxi għall-avvanz tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti; jenfasizza li l-investimenti appoġġjati mill-BEI għandhom jinkludu valutazzjonijiet tal-impatt tal-kompetittività, filwaqt li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni jingranaw b’mod effettiv l-innovazzjoni, il-produttività u l-espansjoni tas-suq f’setturi industrijali ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li l-BEI kien l-ewwel emittent ta’ bond ekoloġiku u issa huwa l-akbar emittent f’diversi muniti ta’ bonds ekoloġiċi; jilqa’ l-fatt li fit-2 ta’ April 2025, il-BEI ħareġ l-ewwel Bonds għal Kuxjenza Dwar il-Klima tiegħu, allinjati mar-Regolament dwar l-Istandard tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-BEI biex jiżviluppa s-suq tal-bonds ekoloġiċi u jipprovdi soluzzjonijiet ta’ finanzjament lil kumpaniji sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ixprunar tal-innovazzjoni għat-tmexxija teknoloġika </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-UE tirriskja li titlef il-kapital, it-talent u l-kapaċità tal-innovazzjoni għal kompetituri globali aktar dinamiċi, u li l-UE għadha lura milli tiżviluppa teknoloġiji abilitanti essenzjali; jilqa’ t-tnedija tal-programm TechEU, li jibni fuq l-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija ta’ suċċess, u li jimmobilizza sa EUR 250 biljun f’investiment; jappella biex dan il-programm jagħti prijorità lill-investimenti li huma kapaċi jikkompetu globalment u jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli fit-tul u jsaħħu l-ktajjen tal-provvista u jnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Ewropa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied l-investiment fit-teknoloġiji u s-setturi Ewropej kritiċi għar-reżiljenza fit-tul, inklużi s-semikondutturi, il-ktajjen tal-valur tal-batteriji, is-sovranità diġitali u l-manifattura tat-teknoloġija nadifa; iħeġġeġ lill-BEI iżid is-sehem tal-finanzjament previst għall-2027; jappella għal allokazzjoni bbilanċjata u komprensiva tar-riżorsi fl-ambitu tal-programm TechEU lill-SMEs, lill-istart-ups u lill-iscale-ups biex jiġi żgurat li l-kompetittività tiġi appoġġjata b’mod adegwat flimkien ma’ objettivi ewlenin oħra; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi aċċellerat il-varar ta’ tali programmi attwali sabiex tlaħħaq mal-pass tal-innovazzjoni u tal-istart-ups; jappella għal żieda fil-baġit tal-Fond Ewropew tal-Investiment iddedikat għall-ekosistema tal-kapital ta’ riskju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li kważi 60 % tal-finanzjament tal-BEI fl-2025 kien allokat għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju; jistieden lill-BEI isaħħaħ il-kompetittività u s-sigurtà ekonomika billi jippermetti tranżizzjoni prevedibbli, inklużiva, ġusta u affordabbli, mingħajr ma jpoġġu piż mhux dovut fuq l-industrija u fuq l-unitajiet domestiċi; jissottolinja li l-investimenti klimatiċi u ambjentali jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-bażi industrijali, tal-produttività u tal-kompetittività globali tal-Ewropa; jappoġġja l-investimenti tul il-ktajjen tal-valur industrijali, inklużi t-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, biex jippermettu perkorsi ekonomikament sostenibbli għad-dekarbonizzazzjoni, fejn tali investimenti jkunu xprunati mill-innovazzjoni u jkollhom potenzjal ċar li jsaħħu l-kompetittività tas-suq u l-awtonomija strateġika Ewropea; jistieden lill-BEI japplika kriterji ta’ evalwazzjoni teknoloġikament newtrali, bħall-intensità tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-istabbiltà tal-grilja, meta jiffinanzja proġetti tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluża l-enerġija nukleari, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt sovran ta’ kull Stat Membru li jiddetermina t-taħlita tal-enerġija tiegħu stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li t-teknoloġija nadifa tista’ tikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sovranità u l-kompetittività tal-UE; jilqa’ l-allinjament tal-BEI mal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE, inkluża l-integrazzjoni tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE; jappella għal investimenti fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu kontinwi, jkollhom impatt ċar u li jista’ jitkejjel ; jisħaq li huma meħtieġa investimenti fl-adattament u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll f’teknoloġiji innovattivi għat-tħejjija għall-klima; jilqa’ l-ftehim bejn il-BEI u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex japprofondixxu l-kollaborazzjoni tagħhom dwar il-bijodiversità u l-azzjonijiet dwar il-klima; jistenna li l-BEI jingrana l-assistenza teknika u s-servizzi ta’ konsulenza tiegħu, b’mod partikolari biex jappoġġja proġetti li jagħtu aċċess affordabbli għall-enerġija rinnovabbli, b’enfasi fuq it-tnaqqis tal-prezzijiet tal-enerġija u li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, inkluż għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fl-2025, il-BEI ta EUR 16-il biljun f’finanzjament lin-negozji żgħar u lill-istart-ups; jissottolinja li t-titjib tal-aċċess għall-finanzi, b’mod partikolari għall-kapital ta’ riskju, l-ekwità privata u l-finanzjament għal scale-ups, huwa kruċjali biex jiġi appoġġjat it-tkabbir u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ kumpaniji Ewropej kompetittivi; jappella biex jiżdiedu l-isforzi biex tingħalaq id-diskrepanza fil-finanzjament għal kumpaniji b’rata għolja ta’ tkabbir u biex jitrawwem suq kapitali Ewropew aktar dinamiku u integrat; huwa tal-fehma li l-isforzi biex jiġu mobilizzati riżorsi addizzjonali għall-SMEs u għall-iscale-ups għandhom jissaħħu biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jikkompetu globalment; jistieden lill-BEI iżid il-finanzjament tiegħu għall-SMEs madwar l-Unjoni; iħeġġeġ lill-EIF iniedi aktar inizjattivi biex jappoġġja lill-istart-ups u lill-iscale-ups;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-BEI ikompli jissimplifika u jaċċellera l-proċeduri ta’ applikazzjoni u ta’ approvazzjoni, inaqqas il-piżijiet amministrattivi, u jsaħħaħ l-appoġġ għall-benefiċjarji żgħar, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-muniċipalitajiet, l-SMEs u l-istart-ups, billi jiżgura li l-prerekwiżiti u r-rekwiżiti ta’ rapportar ikunu proporzjonati għall-valur tal-allokazzjoni u/jew għad-daqs tal-benefiċjarju, mingħajr ma jikkomprometti l-istandards finanzjarji, u jalloka finanzjament abbażi tal-effiċjenza, il-vijabbiltà ekonomika u l-impatt li jista’ jitkejjel; jappella b’mod partikolari, għal aċċess imtejjeb għall-finanzjament għall-SMEs u għall-istart-ups, inkluż permezz ta’ kriterji u proċeduri ta’ eliġibbiltà simplifikati fl-ambitu ta’ InvestEU u l-EIF, speċjalment f’reġjuni anqas żviluppati u rurali, ikkomplementati minn assistenza teknika msaħħa; jappella wkoll biex il-finanzjament jiġi allokat abbażi tal-effiċjenza, tal-vijabbiltà ekonomika u tal-impatt li jista’ jitkejjel, u li jsiru evalwazzjonijiet ex post proporzjonati biex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi u l-inklużjoni tal-investiment privat; jesprimi tħassib li r-rekwiżiti sproporzjonati ta’ rapportar ambjentali, soċjali u ta’ governanza imposti fuq il-benefiċjarji jiskoraġġixxu proġetti ekonomikament vijabbli u jpoġġu lin-negozji Ewropej fi żvantaġġ kompetittiv, u jistieden lill-BEI jirrieżamina dawn ir-rekwiżiti biex jiżgura l-proporzjonalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-finanzjament tas-sigurtà tal-enerġija u l-provvista sigura ta’ materja prima kritika għall-kompetittività tal-industrija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li l-kompetittività industrijali hija mibnija fuq prezzijiet tal-enerġija prevedibbli u affordabbli; ifakkar li l-volatilità tal-enerġija tibqa’ riskju strutturali għall-ekonomija tal-UE minħabba sfidi ġeopolitiċi u restrizzjonijiet fil-provvista; jinnota l-enfasi tal-BEI fl-2026 fuq it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sigurtà; jappella lill-BEI biex jappoġġja proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija, inklużi dawk iffinanzjati fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, biex itaffi l-prezzijiet tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għan-negozji u jsaħħaħ il-provvista tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2025, il-BEI rreġistra EUR 33 biljun f’finanzjament għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa, filwaqt li jappoġġja EUR 108 biljun f’investiment totali, inklużi EUR 11-il biljun għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-2025; jappella għal politiki dwar il-klima u l-enerġija biex jiġu implimentati b’mod prammatiku, filwaqt li jiġi żgurat il-finanzjament ta’ soluzzjonijiet kosteffettivi, f’konformità mat-Tassonomija tal-UE u ggwidati minn impatti ekonomiċi li jistgħu jitkejlu u li jiggarantixxu enerġija affordabbli, indipendenza strateġika u affidabbiltà tas-sistema u żvilupp tal-infrastruttura; ifakkar li tranżizzjoni ġusta hija waħda mill-pilastri tal-pjan direzzjonali tal-BEI dwar il-klima, u jilqa’ l-isforzi tal-BEI biex jiżgura li l-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju tkun soċjalment ġusta u sostenibbli, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima kritika (CRMs) hija kruċjali għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, għas-settur tad-difiża u għall-bażi industrijali tal-UE b’mod ġenerali; ifakkar fir-rwol li għandu l-BEI fl-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima u l-għan tal-Unjoni li ssir aktar awtonoma fir-rigward tal-provvista ta’ materja prima kritika; jenfasizza l-importanza ta’ approċċ ta’ ekonomija ċirkolari għas-CRM, ibbażat fuq ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq pajjiżi terzi u tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tagħha; jistieden, għalhekk, lill-BEI jinvesti aktar fis-settur tal-materja prima kritika biex isaħħaħ ir-reżiljenza fil-materja prima b’enfasi partikolari biex jinkisbu l-għanijiet tal-Att dwar il-materja prima kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, jiġifieri l-estrazzjoni, ir-riċiklaġġ u l-ipproċessar ta’ materja prima sekondarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE dwar il-materja prima kritika, inkluża kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-BEI, l-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra; jinnota li l-UE għadha lura meta mqabbla ma’ kompetituri bħall-Kanada, l-Istati Uniti u l-Awstralja, li japplikaw approċċi aktar koordinati ta’ gvern sħiħ fil-finanzjament; jisħaq li l-proġetti kollha appoġġjati relatati mas-CRM iridu jissodisfaw standards ambjentali u soċjali għoljin; jistieden lill-BEI itejjeb it-trasparenza fl-għażla u fil-finanzjament tal-proġetti li jkopru l-istadji kollha tas-CRM kif definit mill-Att dwar is-CRM;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-difiża u l-azzjoni esterna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni tal-BEI ta’ Marzu 2025 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà u difiża tal-Ewropa; jilqa’ l-EUR 4 biljun addizzjonali f’finanzjament ġdid, li jirrappreżenta kważi 5 % tal-investimenti totali tal-BEI fl-UE; ifakkar li l-prijoritajiet tal-UE fuq terminu qasir u medju nbidlu, u dan poġġa pressjoni sinifikanti fuq il-baġits nazzjonali fir-rigward tal-investimenti fid-difiża u s-sigurtà; jisħaq li, minħabba l-mandat tal-BEI biex jappoġġja l-objettivi tal-Unjoni, il-BEI għandu jkompli jżid l-involviment tiegħu f’dawn is-setturi strateġiċi, filwaqt li jissalvagwardja l-klassifikazzjoni AAA tiegħu; jinnota li l-appoġġ finanzjarju tal-BEI għall-mobbiltà militari, l-infrastruttura strateġika u t-teknoloġiji avvanzati huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jixpruna l-integrazzjoni tas-suq u jsaħħaħ l-interessi Ewropej komuni; jilqa’ l-kriterji ta’ eliġibbiltà aġġornati li jsaħħu l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-intrapriżi start-up permezz ta’ strumenti finanzjarji mfassla apposta bħad-dejn ta’ riskju, l-investimenti ta’ ekwità u linji ta’ kreditu ddedikati; jinnota li l-infiq fuq id-difiża għandu jiżgura koerenza strateġika u approċċ ibbilanċjat, u ma għandux jimmina l-infiq soċjali u ambjentali jew il-politiki tal-Unjoni li ilhom jeżistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li ċerti setturi strateġiċi fl-industrija tad-difiża u tas-sigurtà għadhom qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI; jinnota li minkejja d-deċiżjoni tal-BEI tal-21 ta’ Marzu 2025 li jespandi l-eliġibbiltà, għad hemm ostakli residwi u dawn ifixklu l-mobilizzazzjoni sħiħa tal-kapital privat biex tiġi appoġġjata s-sigurtà Ewropea; jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI ikompli jadatta l-prattiki tal-BEI fir-rigward tas-self lill-industrija tad-difiża, kif iddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-UE u tal-BEI biex jinbnew sħubijiet ekonomiċi ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi mhux tal-UE, u dawn huma kruċjali għall-pożizzjoni globali tal-UE li tippromwovi sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli, l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u l-istat tad-dritt u ssaħħaħ il-ktajjen tal-provvista reżiljenti u l-infrastruttura sostenibbli; jenfasizza li l-BEI jeħtieġ li jinvolvi b’mod sistematiku lis-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet lokali fl-istadji kollha tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti biex jiġi żgurat li jkunu reattivi għall-ħtiġijiet lokali u jiġġeneraw eżiti ta’ żvilupp sinifikattivi; jinnota r-rwol kruċjali tal-BEI Globali biex jimmobilizza l-investiment fl-iżvilupp sostenibbli fl-ambitu tal-inizjattiva Global Gateway, u li laħaq l-għan tiegħu ta’ EUR 100 biljun fl-2025, u b’hekk isaħħaħ l-interessi ekonomiċi tal-Ewropa u l-aċċess għas-suq f’ambjent globali kompetittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-appoġġ kontinwu tal-BEI biex iwettaq u jsaħħaħ l-operazzjonijiet tas-settur pubbliku u privat fl-Ukrajna u biex jappoġġja l-kummerċ, l-infrastruttura u l-integrazzjoni reġjonali pan-Afrikani, biex jissaħħu r-rabtiet mal-Ewropa; jissottolinja li l-appoġġ tal-BEI u tal-UE waħdu mhuwiex biżżejjed biex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-livelli ta’ dejn li qed jiżdiedu malajr u l-ispejjeż ogħla tas-self fis-swieq emerġenti u fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw fi żmien meta x-xokkijiet globali saru aktar frekwenti u d-dejn tal-gvern fost dawn il-pajjiżi tela’ għal livell għoli ta’ 55 sena; jenfasizza r-rwol importanti tal-EIB biex jipprovdi finanzjament; jilqa’ r-rwol ta’ istituzzjonijiet multilaterali oħra biex jgħinu jtaffu l-piżijiet tad-dejn mhux sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-BEI Globali biex jillimita l-operazzjonijiet ta’ taħlit għall-oqsma fejn jistgħu jżidu l-valur għall-ekonomija lokali filwaqt li jevita l-esklużjoni tal-kapital privat u jiżgura li l-finanzjament imħallat ma jintużax għal servizzi pubbliċi essenzjali, b’mod partikolari s-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; ifakkar li l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, u b’mod partikolari l-għan li jissaħħaħ l-aċċess universali u affordabbli għall-kura tas-saħħa, għandhom jiggwidaw l-investimenti tal-BEI f’dan il-qasam, biex jiġu żgurati riżultati aħjar fil-qasam tas-saħħa għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jemendaw il-lista ta’ esklużjoni tal-BEI sabiex ikun possibbli l-finanzjament tal-armi u tal-munizzjon lil hinn minn sempliċi teknoloġiji b’użu doppju, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li s-self tal-BEI f’pajjiżi mhux tal-UE għandu jsaħħaħ il-prijoritajiet esterni tal-UE; jistieden lill-BEI jinkludi kooperazzjoni effettiva mal-pajjiżi sħab dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, inklużi r-riammissjoni u r-ritorn ta’ migranti li ma jkollhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE, bħala kriterju rilevanti fil-qafas ta’ self estern għall-pajjiżi li mhumiex tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-appoġġ għall-koeżjoni, l-agrikoltura u l-akkomodazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li fl-2025, madwar nofs il-finanzjament tal-BEI appoġġja l-investiment fir-reġjuni anqas żviluppati tal-UE u EUR 3 biljun ġew allokati għall-agrikoltura u għall-bijoekonomija; iħeġġeġ lill-BEI japprofondixxi l-kooperazzjoni mal-banek promozzjonali nazzjonali u mal-istituzzjonijiet finanzjarji reġjonali sabiex jimmassimizza l-impatt territorjali tal-finanzjament tal-Unjoni u jnaqqas id-disparitajiet fl-investiment reġjonali; jappella għall-użu ta’ finanzjament imħallat billi l-fondi ta’ koeżjoni tal-UE jiġu kkombinati mal-istrumenti tal-BEI; jenfasizza li l-fatt li jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament fir-reġjuni kollha huwa essenzjali biex titrawwem il-konverġenza ekonomika, u tiġi promossa l-koeżjoni ekonomika u territorjali u li, flimkien mat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel, dan huwa kruċjali għall-awtonomija strateġika tal-UE; jappella biex il-BEI jimmobilizza finanzjament prevedibbli u suffiċjenti għall-bdiewa żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella biex jinżamm l-appoġġ tal-Grupp tal-BEI għall-politika tal- agrikoltura u ta’ koeżjoni, inkluż l-użu usa’ ta’ strumenti finanzjarji biex jiġu ingranati għotjiet tal-UE u jiġi attirat investiment privat; jenfasizza l-valur miżjud ta’ finanzjament adegwat għall-assistenza teknika konġunta bejn il-BEI u l-Kummissjoni lill-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni biex jgħinu jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u l-addizzjonalità tal-investimenti, b’mod partikolari permezz tal-bini tal-kapaċità amministrattiva u l-iżvilupp ta’ riżervi ta’ investiment; jappella għal użu estiż ta’ finanzjament imħallat biex jiġu mmirati reġjuni li mhumiex moqdijin biżżejjed u reġjuni ta’ koeżjoni billi l-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE jiġu kkombinati ma’ strumenti oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Grupp tal-BEI fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali madwar l-Unjoni; jistieden lill-Bank iżid l-attivitajiet tiegħu biex itejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli fid-dawl tal-kriżi tal-akkomodazzjoni li qed tikber fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-BEI jikkollabora ma’ banek Ewropej oħra ta’ investiment pubbliku, istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi lokali, gvernijiet lokali, kumpaniji kooperattivi u tal-akkomodazzjoni soċjali, u muniċipalitajiet biex jiffinanzjaw soluzzjonijiet tal-akkomodazzjoni u jipprovdu soluzzjonijiet fit-tul għall-kriżi tal-għoli tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-BEI li jappoġġjaw lil proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; jistieden lill-BEI iżid il-ponderazzjoni tal-benefiċċji soċjali fl-evalwazzjonijiet tal-proġetti sabiex jipprovdi soluzzjonijiet fit-tul affordabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Ifakkar li l-fondi tal-BEI huma flus pubbliċi u għandhom dejjem ikunu soġġetti għal skrutinju pubbliku u obbligu ta’ rendikont, speċjalment fejn ikunu megħjuna minn garanziji tal-UE jew minn fondi baġitarji tal-UE; itenni t-talba tiegħu għal qafas interistituzzjonali strutturat li jiżgura sorveljanza parlamentari msaħħa, aċċess imtejjeb għall-informazzjoni u l-possibbiltà li l-Parlament jipprovdi kontribut dwar l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-BEI; jinnota l-progress fl-Indiċi tat-Trasparenza tal-Investiment Dirett Barrani tal-2025 iżda jappella għal aktar titjib; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ responsabbiltà fiskali u l-użu effiċjenti tal-fondi biex jiġu protetti l-flus tal-kontribwenti; jinnota li mekkaniżmi ta’ rappurtar imsaħħa huma essenzjali għal skrutinju parlamentari effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-BEI jiżgura t-traċċabbiltà tal-proġetti ffinanzjati; jisħaq li l-BEI għandu jippubblika, fil-ħin, informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proġetti tiegħu, inklużi r-raġunament u l-kuntest tagħhom, spjegazzjoni ta’ kif jallinjaw mal-prijoritajiet u l-informazzjoni komuni tal-UE dwar l-operaturi ekonomiċi riċeventi attwali, filwaqt li jenfasizzaw biċ-ċar liema proġetti huma appoġġjati mill-baġit tal-UE; jilqa’ d-deċiżjoni tal-BEI, wara inkjesta tal-Ombudsman, li jibda jippubblika b’mod proattiv il-valutazzjonijiet ambjentali u soċjali tiegħu ta’ proġetti li jinsabu barra mill-UE li x’aktarx ikollhom impatt sinifikanti f’dawk l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li għandhom jintużaw garanziji temporanji mfassla bir-reqqa, fejn xieraq, aktar milli għotjiet, li jillimitaw l-impatt baġitarju dirett u jiffavorixxu l-attrazzjoni tal-kapital privat; ifakkar li l-garanziji jirrappreżentaw riskju fiskali reali u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dixxiplina bħan-nefqa diretta; jissottolinja l-fatt li l-użu ta’ garanziji jrid ikun akkumpanjat minn livell għoli ta’ trasparenza, sorveljanza demokratika u mekkaniżmi xierqa ta’ valutazzjoni tar-riskju; jisħaq li l-investituri privati għandhom iżommu l-esponiment primarju għar-riskju kummerċjali, filwaqt li l-intervent tal-BEI għandu jinżamm limitat, definit b’mod ċar u temporanju, filwaqt li jiffoka fuq riskji li ma jittieħdux mill-parteċipanti tas-suq privat u li jiżgura mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-proġett; jappella lill-BEI biex jillimita l-operazzjonijiet ta’ taħlit għal oqsma fejn jistgħu jżidu valur għall-ekonomija lokali filwaqt li jevita l-esklużjoni tal-kapital privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-kostijiet operattivi kumplessivament għoljin tal-BEI; jappella, għalhekk, biex jiġu identifikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, bl-għan li tissaħħaħ il-kosteffiċjenza filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-effettività operattiva tal-Bank;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-Grupp tal-BEI jopera fl-ambitu ta’ reġim doppju li taħtu l-operazzjonijiet appoġġjati mill-baġit tal-UE huma skrutinizzati indirettament mill-Kummissjoni u mill-QEA, u mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-baġit tal-UE, filwaqt li operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi proprji tal-BEI li ġejjin mill-Istati Membri – aktar minn tliet kwarti tal-operazzjonijiet tal-BEI – jaqgħu fil-biċċa l-kbira barra mill-awditjar estern sistematiku u mill-iskrutinju parlamentari nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jinnota li l-BEI għandu arkitettura interna densa ta’ obbligu ta’ rendikont u li awditur estern jipprovdi sorveljanza tal-operazzjonijiet u tas-sistema kontabilistika tal-BEI; jaqbel li din l-istruttura hija ġeneralment konformi mal-prattiki internazzjonali; jinnota li r-rappurtar lill-Parlament Ewropew huwa okkażjonali, li l-kooperazzjoni mal-Ombudsman Ewropew inbidlet u li r-rwol tal-QEA huwa limitat mir-regoli u mill-arranġamenti ta’ implimentazzjoni attwali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ azzjonijiet tanġibbli mill-BEI biex jindirizza din is-sitwazzjoni, f’konformità mas-sejħiet preċedenti inklużi fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament u d-disponibbiltà għal djalogu u kooperazzjoni espressi mill-awtorità baġitarja u ta’ kwittanza Ewropea; jistieden lill-BEI jinvolvi b’mod attiv lill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali f’dan il-proċess biex jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għall-operazzjonijiet li bħalissa mhumiex koperti mill-QEA u jiggarantixxi obbligu ta’ rendikont u sorveljanza robusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jieħu nota tar-rwol ta’ sorveljanza interna tal-Kumitat tal-Verifika tal-BEI; jirrimarka li ma titwettaq l-ebda sorveljanza prudenzjali esterna f’konformità ma’ standards superviżorji aċċettati internazzjonalment, ħlief fil-qasam tal-ġestjoni tal-likwidità; iħeġġeġ lill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI, minħabba d-daqs, il-kumplessità u l-ispeċifiċitajiet tal-mudell kummerċjali tal-BEI, jistabbilixxi arranġamenti xierqa biex jikkonforma mal-ogħla standards ta’ sorveljanza prudenzjali esterna, filwaqt li jqis l-adattamenti meħtieġa derivati mill-mudell kummerċjali uniku tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-investigazzjoni minħabba korruzzjoni li għaddejja kontra l-eks President tal-BEI; jistenna li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi jinvestigaw il-każ bir-reqqa u jistenna ċarezza sħiħa dwar il-kwistjoni; ifakkar li kwalunkwe għemil ħażin u użu ħażin tal-fondi pubbliċi għandu jiġi kkastigat b’mod sever;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jappella biex jissaħħu l-politiki tal-BEI dwar id-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali għandhom jitwettqu minn esperti indipendenti, u li għandhom jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ verifika indipendenti biex jissorveljaw l-awtomonitoraġġ u l-awtorapportar imwettaq mill-klijenti tal-BEI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BEI biex itejjeb il-prattiki ta’ ġestjoni, wara l-istħarriġ intern tal-BEI tal-2023; jappella biex il-prinċipji tal-BEI fir-rigward tad-diversità, l-ekwità u l-inklużjoni, inkluża l-mira li jiġi żgurat li mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali jkunu okkupati min-nisa sa tmiem l-2026, jibqgħu jiġu implimentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-BEI biex jirrieżamina b’mod urġenti d-diviżjoni tax-xogħol fil-Kumitat ta’ Ġestjoni, u b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-Viċi Presidenti tal-BEI qatt ma jmexxu proġetti li ġejjin mill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, anke jekk il-Kumitat ta’ Ġestjoni jieħu responsabbiltà kollettiva għad-deċiżjonijiet tiegħu, fid-dawl tar-riskju ċar ta’ kunflitti ta’ interess; jenfasizza li hemm bosta rakkomandazzjonijiet dwar din il-kwistjoni minn istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2025, wara appelli ripetuti mill-Parlament, il-BEI għamel lilu nnifsu disponibbli biex jidħol f’negozjati bl-għan li jistabbilixxi “ftehim” dwar kooperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament u l-BEI; jilqa’ wkoll il-fehim kondiviż li n-negozjati għandhom jiġu konklużi fil-ħin; jissottolinja li tali “ftehim” se jifformalizza u jsaħħaħ l-interazzjonijiet bejn il-Parlament u l-BEI, u b’hekk jirrifletti impenn reċiproku għal kooperazzjoni aktar mill-qrib; jinnota li l-valur miżjud ta’ tali ftehimiet huwa attestat mill-implimentazzjoni ta’ ftehimiet komparabbli konklużi bejn il-Parlament u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni jew ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>