<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0246</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rakkomandazzjoni dwar is-sitwazzjoni ġeopolitika li qed tinbidel fl-Asja tal-Lvant u l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni eqreb mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0189/2026 - Rapporteur: Adam Bielan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar is-sitwazzjoni ġeopolitika li qed tinbidel fl-Asja tal-Lvant u l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni eqreb mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun (2025/2169(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku” (JOIN(2021)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022, li tenfasizza r-rwol tas-sħubijiet għas-sigurtà u r-reżiljenza tal-Unjoni, inkluż fl-Indo-Paċifiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” [il-Global Gateway] (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-12 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija: it-tisħiħ ta’ demokraziji b’saħħithom u reżiljenti” (JOIN(2025)0791),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (JOIN(2020)0018),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun tal-1 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea tal-4 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 216, 24.8.2018, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/1197/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-Ġappun<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 27.12.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/1907/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2011/265/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata fit-30 Summit bejn UE u l-Ġappun li sar fit-23 ta’ Lulju 2025 f’Tokyo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-42 laqgħa interparlamentari UE-Ġappun, li saret fit-28 u d-29 ta’ Mejju 2025 f’Tokyo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tielet Djalogu Strateġiku UE-Ġappun tas-26 ta’ Marzu 2026 f’Vaux-de-Cernay,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-disa’ Djalogu dwar il-Politika Diġitali UE-Ġappun tal-25 ta’ Marzu 2026 f’Tokyo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ittra ta’ Intenzjoni ffirmata fit-13 ta’ Marzu 2025 mill-UE u mill-Ġappun bit-titolu “Tisħiħ tal-kooperazzjoni fis-settur tax-xjenza u tat-teknoloġija kwantistiċi”, biex jiġu approfonditi r-riċerka konġunta, l-iskambji u l-iżvilupp tal-ekosistemi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenn biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni rigward il-materja prima kritika li ħadu l-UE, il-Ġappun u l-Istati Uniti fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ministerjali dwar il-Minerali Kritiċi tal-4 ta’ Frar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Alleanza Ekoloġika UE-Ġappun tas-27 ta’ Mejju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata fil-11-il Summit UE-Repubblika tal-Korea li sar fl-10 ta’ Ġunju 2026 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-23 laqgħa interparlamentari UE-Repubblika tal-Korea li saret fit-18 ta’ Novembru 2025 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni Djalogu Strateġiku UE-Repubblika tal-Korea li sar fit-22 ta’ Jannar 2026 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Ekoloġika UE-Repubblika tal-Korea tat-22 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ forum ministerjali UE‑Indo‑Paċifiku, li sar fl-20 u l-21 ta’ Novembru 2025 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni b’segwitu għaż-żjara li għamlet dan l-aħħar d-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fir-Repubblika tal-Korea u fil-Ġappun mill-31 ta’ Marzu sat-2 ta’ April 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 32.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ġappun<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4167, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4167/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0012.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2024 dwar it-tisħiħ tal-appoġġ konsistenti tal-UE lill-Ukrajna kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u ż-żieda fil-kooperazzjoni militari bejn il-Korea ta’ Fuq u r-Russja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1809, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1809/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/487, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/487/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-relazzjonijiet UE-Tajwan fir-rigward tal-kummerċ u l-investiment<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4174, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4174/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku, inklużi l-appelli għall-ħidma ma’ sħab tal-istess fehma biex jiġu rispettati l-libertà ta’ navigazzjoni u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0189/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-bidliet ġeopolitiċi li għaddejjin u l-importanza strateġika dejjem akbar tar-reġjun Indo-Paċifiku qegħdin jagħtu sura ġdida lill-ordni globali; billi l-Asja tal-Lvant u r-reġjun Indo-Paċifiku usa’ huma kruċjali għall-prosperità u għas-sigurtà globali, għas-sigurtà tal-enerġija u għar-reżiljenza demokratika, peress li fihom rotot marittimi vitali, ekosistemi tat-teknoloġija avvanzata, rotot kummerċjali ewlenin, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja u ktajjen tal-provvista kritiċi essenzjali għall-kompetittività ekonomika tal-UE u għar-reżiljenza industrijali fit-tul, kif ukoll għall-influwenza ġeopolitika tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-sigurtà ekonomika, inklużi l-ktajjen tal-provvista reżiljenti u diversifikati għall-materja prima kritika, għas-semikondutturi u għat-teknoloġiji nodfa, hija parti integrata mill-politika kummerċjali, estera u ta’ sigurtà; billi t-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi, u l-fatt li l-ktajjen tal-provvista jsiru aktar reżiljenti u aktar diversifikati fis-setturi kritiċi, huma fundamentali għas-sigurtà ekonomika u għall-kompetittività tal-UE, bi qbil mal-istrateġija tagħha tat-tnaqqis tar-riskji, filwaqt li jevitaw diżakkoppjament ekonomiku bla bżonn;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi x-xenarju ġeopolitiku tal-Asja tal-Lvant sar dejjem aktar volatili f’dawn l-aħħar snin, u d-dinamika tal-poter reġjonali qed tissawwar dejjem aktar minn rivalità sistemika, tilwim marittimu, tisħiħ tal-forzi militari u l-influwenza f’espansjoni tal-mudelli ta’ governanza awtoritarji li jużaw il-koerċizzjoni ekonomika, inklużi aċċess diskriminatorju għas-suq, theddid ibridu inklużi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin, u spjunaġġ kummerċjali u politiku li jqiegħdu fil-periklu l-paċi, l-istabbiltà u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u jirrikjedu risposti koordinati mas-sħab li jaqsmu l-istess valuri demokratiċi u standards regolatorji għoljin;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sigurtà tal-Ġappun, tal-Korea t’Isfel u tat-Tajwan għadha tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-Istati Uniti; billi dawn is-sħab qed jintlaqtu dejjem aktar mill-imprevedibbiltà u mill-koerċizzjoni ekonomika tal-Istati Uniti, li xi kultant hija estiża anki għall-alleati l-aktar stretti tagħhom; billi għaldaqstant dawn is-sħab demokratiċi jeħtieġ li jsaħħu u jiddiversifikaw is-sħubijiet tagħhom ma’ atturi oħra, b’mod partikolari mal-UE, bil-għan li jsaħħu r-reżiljenza u l-interessi kondiviżi fil-qasam tas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku tissejjes fuq il-konvinzjoni li s-sigurtà u l-prosperità tal-UE u tar-reġjun Indo-Paċifiku huma marbutin inseparabbilment; billi l-istrateġija tisħaq fuq l-importanza li jissaħħaħ l-impenn tal-UE fir-reġjun permezz ta’ djalogu politiku aktar approfondit, kooperazzjoni ekonomika msaħħa u sħubijiet estiżi fil-qasam tas-sigurtà; billi l-isfaxxar tal-ordni bbażat fuq ir-regoli u l-alleanzi tradizzjonali, kif ukoll il-fatt li qegħdin jinbtu atturi aggressivi ggwidati minn ambizzjonijiet imperjalistiċi, jiġġustifikaw rabtiet aktar b’saħħithom bejn l-UE u s-sħab tar-reġjun tal-istess fehma, bil-għan li jiżdiedu s-sigurtà u l-prosperità reċiproċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-libertajiet ta’ navigazzjoni u ta’ titjir minn fuq l-ispazju tal-ajru huma prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali, kif minquxa, b’mod partikolari fl-UNCLOS, u għandhom importanza kruċjali għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-isfidi tas-sigurtà dejjem aktar kumplessi għandhom impatt profond fuq l-istabbiltà u l-prosperità kemm tal-Ewropa kif ukoll tar-reġjun Indo-Paċifiku, bl-istabbiltà taż-żewġ reġjuni aktar interkonnessa minn qatt qabel; billi t-tnejn huma affettwati direttament mill-invażjoni illegali fuq skala kbira tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja u mill-appoġġ tal-pajjiżi terzi, pereżempju ċ-Ċina u l-Korea ta’ Fuq, li qed jagħmlu possibbli l-aggressjoni Russa; billi hija indispensabbli kooperazzjoni fis-settur tal-industrija tad-difiża bejn l-UE u l-Ġappun u bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea; billi l-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea jispikkaw għall-assistenza finanzjarja u umanitarja sostanzjali tagħhom lill-Ukrajna; billi l-Ġappun forna u wiegħed aktar minn USD 20 biljun lill-Ukrajna f’assistenza finanzjarja u militari mill-2022; billi l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani għandha riperkussjonijiet sinifikanti għall-Ewropa u għall-Asja tal-Lvant f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-enerġija u mal-interruzzjonijiet tal-ktajjen tal-provvista;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża” tafferma li ċerti atturi, bħar-Repubblika Demokratika tal‑Poplu tal-Korea (RDPK), għadhom iqiegħdu fil-periklu l-paċi u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali; billi l-programmi nukleari u missilistiċi tar-RDPK jikkostitwixxu theddid gravi għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, kif ukoll għat-trasferiment possibbli ta’ teknoloġija nukleari jew missilistika ballistika u vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) tal-pajjiż lejn ir-Russja bi skambju ta’ armi u persunal militari; billi r-RDPK ripetutament kisret ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-illanċjar ta’ missili li għaddej, inklużi t-testijiet li qed twettaq fuq il-Ġappun;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-importanza dejjem akbar tal-ispazju diġitali għall-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna u tal-ekonomiji tagħna żdiedet in-numru u l-portata tal-attakki ċibernetiċi; billi l-komunikazzjoni konġunta dwar l-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali tafferma li l-ġlieda kontra dan it-theddid u dawn il-vulnerabbiltajiet tirrikjedi l-kooperazzjoni mas-sħab li huma marbuta bl-istat tad-dritt, bil-libertajiet fundamentali, bid-demokrazija u bid-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-aħjar mod biex jiġu protetti l-interessi tal-UE u s-sigurtà globali huwa li tiġi approfondita l-kooperazzjoni prattika mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun, b’mod partikolari il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan, filwaqt li jiġi segwit impenn kostruttiv u bbażat fuq prinċipji mal-atturi reġjonali, kif ukoll billi tiġi involuta l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) bħala attur ċentrali f’termini ta’ koordinament; billi dawn is-sħubijiet jenħtieġ li jservu biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE billi tiġi kkonsolidata bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea soda u tiġi evitata dipendenza eċċessiva tal-UE minn potenzi esterni; billi jenħtieġ li l-UE tevita dinamika ta’ konfront ibbażata fuq il-blokok u minflok tippromwovi multilateraliżmu kooperattiv u djalogu bbażati fuq id-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Ġappun isservi ta’ mudell għal kooperazzjoni bilaterali effikaċi li ssaħħaħ it-tfassil tal-politiki fil-fora multilaterali; billi d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Ġappun fl-1 ta’ Jannar 2025 jippermetti kollaborazzjoni aktar profonda, inkluż f’oqsma bħas-sigurtà u d-difiża, it-theddid ibridu, is-sigurtà marittima, iċ-ċibersigurtà, l-ispazju u n-nonproliferazzjoni, flimkien ma’ sforzi konġunti tanġibbli fl-ambitu tal-Alleanza għall-Kompetittività, tal-Alleanza Ekoloġika u tas-Sħubija Diġitali u d-Djalogu dwar l-Enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Ġappun huwa s-sieħeb strateġiku l-aktar strett tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi l-isfidi globali u, b’mod partikolari, it-tensjonijiet dejjem akbar fir-reġjun Indo-Paċifiku jirrikjedu sħubija dejjem aktar stretta bejn l-UE u l-Ġappun; billi reġjun Indo-Paċifiku li jkun liberu u miftuħ huwa interess fundamentali li jfittxu kemm il-Ġappun kif ukoll l-UE, b’mod partikolari bil-promozzjoni ta’ ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli li fih il-pajjiżi kollha jirrispettaw id-dritt internazzjonali u l-prinċipju tas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti; billi l-Ġappun huwa attur importanti f’diversi fora fir-reġjun Indo-Paċifiku bħas-Summit tal-Asja tal-Lvant; billi l-UE u l-Ġappun ifittxu approċċi komuni fil-livell bilaterali u fil-fora multilaterali bħall-G7, il-G20, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), kif ukoll allinjament bħala donaturi tal-istess fehma;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun daħal fis-seħħ fl-2019 u fl-2024 ġie emendat biex jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-fluss liberu ta’ data; billi l-Ġappun jinsab fis-seba’ post fost is-sħab kummerċjali prinċipali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi f’Mejju 2026 ir-raba’ Kunsill ta’ Sħubija Diġitali UE-Ġappun wessa’ l-kooperazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA), il-5G/6G, is-semikondutturi, iċ-ċibersigurtà u l-governanza tad-data u laqa’ l-progress li sar fuq il-proġett ta’ riċerka konġunt “6G MIRAI-HARMONY”;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-Djalogu UE-Ġappun dwar l-Enerġija tal-2025 issottolinja l-ħidma konġunta dwar il-ktajjen tal-provvista ta’ enerġija nadifa, is-sigurtà tal-LNG u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-idroġenu biex tiġi sostnuta n-newtralità klimatika;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi s-sħubija strateġika bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, alleat fundamentali tar-reġjun Indo-Paċifiku, tkopri d-djalogu politiku, il-kummerċ u l-kooperazzjoni fis-sigurtà; billi l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Repubblika tal-Korea ikkontribwixxa għal tkabbir sostanzjali tal-kummerċ bilaterali mindu daħal fis-seħħ; billi l-Ftehim Qafas UE-Repubblika tal-Korea jsaħħaħ ir-rabtiet politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali, inkluża s-sigurtà; billi l-Ftehim Qafas ta’ Parteċipazzjoni jsaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u ta’ sigurtà UE-Repubblika tal-Korea u jissottolinja l-valuri u l-interessi kondiviżi; billi, fl-okkażjoni tas-Summit UE-Repubblika tal-Korea tal-2023, il-mexxejja qablu li jistabbilixxu sħubija fil-qasam tas-sigurtà u djalogu strateġiku fil-livell tal-ministri għall-affarijiet barranin bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-paċi u tas-sigurtà globali; billi s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża UE-Repubblika tal-Korea tipprovdi qafas strutturat għall-involviment fl-oqsma kollha tas-sigurtà; billi l-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali UE-Repubblika tal-Korea jistabbilixxi regoli reċiprokament vantaġġużi dwar id-data u t-teknoloġiji diġitali; billi r-Repubblika tal-Korea għandha rwol ċentrali fl-istabbiltà reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Repubblika tal-Korea kien l-ewwel ftehim ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ ftehimiet kummerċjali tal-UE; billi tibqa’ importanti l-implimentazzjoni sħiħ tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Repubblika tal-Korea, inkluż il-progress kontinwu fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema u r-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tal-1957 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (nru 105); billi r-Repubblika tal-Korea hija t-tmien sieħba kummerċjali prinċipali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-UE diġà stabbiliet sħubijiet strateġiċi mal-Ġappun u mar-Repubblika tal-Korea inkwantu sħab tal-istess fehma fir-reġjun; billi l-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea qegħdin jallokaw riżorsi sostanzjali lejn l-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni enerġetika tagħhom, anki fid-dawl tar-ratifika tagħhom tal-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 u tal-investimenti notevoli tagħhom fl-enerġija solari u eolika offshore; billi l-UE timmira li tkompli s-sħubijiet strateġiċi tagħha u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Ġappun u mar-Repubblika tal-Korea fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli biex tilħaq in-newtralità karbonika sal-2050;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi r-Repubblika tal-Korea u l-Ġappun huma atturi teknoloġiċi li qegħdin fuq quddiem nett, li l-iżvilupp tal-IA tagħhom, anki fis-settur tad-difiża, qiegħed isawwar ir-risposti għat-theddid ċibernetiku u militari, b’mod partikolari fid-dawl tat-theddid kostanti li toħloq ir-RDPK;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Awstralja, il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea qegħdin japprofondixxu l-kooperazzjoni trilaterali biex isaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun Indo-Paċifiku, anki permezz ta’ eżerċizzji militari konġunti u kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tat-teknoloġija tad-difiża u tar-reżiljenza tal-katina tal-provvista; billi dan il-koordinament trilaterali li qed jikber jissejjes fuq ir-rankatura ġġenerata mis-Sħubija Strateġika Komprensiva tal-Awstralja mar-Repubblika tal-Korea u mis-Sħubija Strateġika tagħha mal-Ġappun;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fl-1 ta’ Jannar 2025 ir-Repubblika tal-Korea saret l-ewwel pajjiż Asjatiku li ssieħeb fil-programm Orizzont Ewropa, segwit mit-tlestija tan-negozjati mill-Ġappun fit-22 ta’ Diċembru 2025; billi l-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi fil-programm turi l-impenn qawwi tagħhom favur il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi t-Tajwan huwa sieħeb demokratiku affidabbli ewlieni għall-UE fir-reġjun tal-Asja tal-Lvant; billi l-UE u t-Tajwan jaqsmu flimkien valuri komuni, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u t-tnejn li huma huma impenjati biex isostnu l-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; billi l-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 (JOIN(2025)0120) tesprimi tħassib dwar il-koerċizzjoni taċ-Ċina kontra t-Tajwan permezz tal-intensifikazzjoni ta’ miżuri politiċi, ekonomiċi, militari u ċibernetiċi; billi l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar huma ta’ interess strateġiku fundamentali għall-UE u huma essenzjali għas-sigurtà u għall-prosperità globali, partikolarment għall-flussi kummerċjali internazzjonali, għaċ-ċertezza tal-investimenti u għall-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi t-Tajwan huwa t-13-il sieħeb kummerċjali prinċipali tal-UE u huwa sieħeb ekonomiku kruċjali, jinsab fost is-sħab kummerċjali u ta’ investiment l-aktar importanti tal-UE fl-Asja, u jiżvolġi rwol ċentrali fil-ktajjen tal-valur globali, b’mod partikolari fil-manifattura tas-semikondutturi, fis-saħħa pubblika, fir-reżiljenza demokratika u fil-preparatezza għad-diżastri;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-Tajwan jinsab f’pożizzjoni strateġika f’termini ta’ kummerċ; billi l-Istrett tat-Tajwan huwa r-rotta prinċipali għall-bastimenti li jivvjaġġaw miċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan lejn l-Ewropa; billi t-Tajwan jiggwida s-suq tal-manifattura tas-semikondutturi, peress li l-produtturi tiegħu jimmanifatturaw madwar 50 % tal-produzzjoni dinjija tas-semikondutturi; billi l-istrateġija Indo-Paċifika tal-UE ssostni ż-żieda fil-kooperazzjoni mat-Tajwan fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment u tippromwovi l-istabbilizzazzjoni tat-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u fl-Istrett tat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-kooperazzjoni bejn l-UE, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà, għall-ftuħ tas-swieq u għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; billi dawn is-sħab jaqsmu bejniethom interessi komuni biex jindirizzaw l-isfidi globali, fosthom is-sigurtà ekonomika u l-iżvilupp teknoloġiku; billi iżjed koordinament bejn l-UE, il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea jista’ jikkontribwixxi għal aktar koerenza tal-politiki biex jiġu indirizzati l-isfidi reġjonali u globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-kooperazzjoni trilaterali bejn l-UE, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan tista’ tappoġġja l-iżvilupp ta’ normi u standards internazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-governanza diġitali u tal-ktajjen tal-provvista; billi l-UE, il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea huma sħab tal-istess fehma li jaqsmu bejniethom l-istess objettivi; billi s-sħubija strateġika tagħhom fl-IA hija mekkaniżmu għall-promozzjoni tal-iskambji fil-kummerċ diġitali u għall-indirizzar tal-bidliet fil-kuntest globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AAZ.</NO.P>billi l-Alleanza Ekoloġika UE-Ġappun u s-Sħubija Ekoloġika UE-Repubblika tal-Korea jfornu oqfsa konkreti għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-azzjoni għall-klima, tal-enerġija nadifa, tad-dekarbonizzazzjoni industrijali, tal-ekonomija ċirkolari u ta’ elementi oħra tat-tranżizzjoni ekoloġika; billi kooperazzjoni strutturata aktar approfondita mat-Tajwan fil-qasam tat-teknoloġiji nodfa u tar-reżiljenza tal-katina tal-provvista hija wkoll fl-interess tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar huma ta’ importanza strateġika għas-sigurtà reġjonali u globali; billi xi Stati Membri tal-UE għandhom preżenza navali fir-reġjun Indo-Paċifiku u l-UE fit-totalità tagħha għandha interess dirett li tippreserva l-istatus quo;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi f’Novembru 2025 l-UE u l-Filippini stabbilew djalogu dwar is-sigurtà u d-difiża biex jindirizzaw il-kumplessità dejjem akbar tat-theddid għas-sigurtà u jippromwovu l-iskambji u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet għas-sigurtà marittima, l-istabbiltà reġjonali u l-konnettività; billi f’Jannar 2026 l-UE u l-Vjetnam tejbu r-relazzjonijiet tagħhom billi biddluhom fi sħubija strateġika globali biex japprofondixxu l-kooperazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, fosthom is-sigurtà marittima, ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista u t-tisħiħ tal-konnettività bejn l-Ewropa u x-Xlokk tal-Asja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK għadha kkaratterizzata minn ksur sistematiku, mifrux u gravi, inklużi restrizzjonijiet għal-libertà tal-espressjoni, għall-moviment u għall-aċċess għall-informazzjoni, l-eżistenza ta’ kampijiet ta’ priġunerija politika u każijiet iddokumentati ta’ xogħol furzat u tortura, u l-assenza ta’ standards ġuridiċi minimi fl-ambitu tal-proċedura kriminali; billi dan il-ksur ġie rapportat konsistentement mill-istituzzjonijiet internazzjonali u jitlob attenzjoni u azzjoni kostanti min-naħa tal-komunità internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-preżenza tal-UE fir-reġjun tal-Asja tal-Lvant, u l-kooperazzjoni magħha, hija tal-akbar importanza għat-trawwim tal-paċi u tal-istabbiltà fir-reġjun, għas-salvagwardja tas-sigurtà ekonomika u għat-tisħiħ tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, peress li l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun għandhom implikazzjonijiet diretti fuq il-paċi globali u l-interessi tal-UE; billi s-sħab tal-Asja tal-Lvant, fosthom il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-membri tal-ASEAN, għandhom relazzjonijiet kumplessi u multidimensjonali maċ-Ċina, ikkaratterizzati min interdipendenza ekonomika sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) huma l-uniċi territorji li jappartjenu għall-Istati Membri fl-Oċean Paċifiku u fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi l-PTEE jirrappreżentaw punti fokali strateġiċi uniċi minħabba l-preżenza, l-influwenza u l-kooperazzjoni tal-UE f’dawn ir-reġjuni, b’mod partikolari fl-oqsma tad-difiża, tal-kummerċ, tat-teknoloġija diġitali, tal-ispazju u tal-kooperazzjoni kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar sors ta’ stokk ta’ investiment dirett barrani fil-Ġappun, fir-Repubblika tal-Korea u fit-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP) sar qafas kummerċjali ewlieni bbażat fuq ir-regoli fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi l-Ġappun huwa membru tas-CPTPP, u r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan applikaw biex isiru membri; billi l-UE varat Djalogu dwar il-Kummerċ u l-Investiment mal-pajjiżi tas-CPTPP f’Novembru 2025;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jintensifikaw l-enfasi strateġika, il-preżenza, il-viżibbiltà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, kif ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni magħha, anki permezz ta’ impenn diplomatiku, kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, kuntatti interpersonali u sħubijiet ekonomiċi, bil-għan li jevitaw dinamika ta’ konfront ibbażata fuq il-blokok u jikkontribwixxu għall-paċi, għall-istabbiltà reġjonali, għas-sigurtà, għall-prosperità, għall-iżvilupp sostenibbli, mirfuda bil-promozzjoni tad-demokrazija, tal-multilateraliżmu, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem, ta’ sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli, tal-integrità territorjali u tad-dritt internazzjonali; jikkooperaw, f’dan il-kuntest, mal-Ġappun rigward il-kunċett aġġornat tiegħu ta’ reġjun Indo-Paċifiku miftuħ; isaħħu l-kooperazzjoni, il-koordinament u d-djalogu mas-sħab tal-Asja tal-Lvant tal-istess fehma, billi jiġu sfruttati bis-sħiħ l-għarfien u l-esperjenza reġjonali tagħhom bil-għan li jiġi żgurat approċċ aktar effikaċi, koerenti u sensittiv għall-kuntest fil-qasam tal-paċi, tas-sigurtà u tal-istabbiltà fl-Asja tal-Lvant;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>isaħħu l-prospettiva strateġika u l-ippjanar ta’ kontinġenza bejn l-UE u s-sħab tagħha tal-Asja tal-Lvant bil-għan li jiżviluppaw valutazzjoni kondiviża tar-riskji għas-sigurtà reġjonali u jikkoordinaw il-miżuri ta’ deterrenza biex jissalvagwardjaw il-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun u jikkontribwixxu għalihom, u jiskoraġġixxu b’mod proattiv it-tentattivi biex jinbidel l-istatus quo reġjonali bl-użu tal-forza jew tal-koerċizzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jilqgħu l-progress diplomatiku sinifikanti li għamlu l-Gvernijiet tal-Ġappun u tar-Repubblika tal-Korea fil-ħolqien ta’ sħubija reżiljenti u b’viżjoni fil-bogħod, peress li tali kooperazzjoni msaħħa bejn il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea hija fundamentali biex jinżamm ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u tiġi żgurata l-istabbiltà fir-reġjun Indo-Paċifiku kollu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>isaħħu l-awtonomija strateġika u s-sigurtà ekonomika tal-UE permezz tad-diversifikazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment, ta’ ktajjen tal-provvista siguri u prevedibbli, tal-ftuħ tas-swieq u tal-flussi kummerċjali kif ukoll ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib mas-sħab tal-istess fehma fl-Asja tal-Lvant, filwaqt li jiġu żgurati vantaġġi reċiproċi u l-ħolqien ta’ valur fil-livell lokali u jiġi sostnut l-impenn tal-UE favur kummerċ ġust u sostenibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>japprofondixxu l-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma fir-reġjun, b’mod partikolari l-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan, kif ukoll mal-pajjiżi tal-ASEAN, biex jindirizzaw sfidi komuni f’oqsma bħall-koerċizzjoni ekonomika, il-miżuri arbitrarji b’rabta mal-kontroll fuq l-esportazzjonijiet, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju lejn il-Ġappun, il-politiki u l-prattiki mhux tas-suq, ir-reżiljenza demokratika, it-tranżizzjoni ekoloġika, iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu inklużi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin, il-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi, inklużi l-kejbils sottomarini u ċ-ċentri portwarji u loġistiċi, is-sigurtà marittima u spazjali, in-nonproliferazzjoni u t-teknoloġiji emerġenti tad-difiża, inkluża t-teknoloġija avvanzata tad-droni, filwaqt li jsaħħu s-sinerġiji ma’ sħab ewlenin u organizzazzjonijiet reġjonali fir-rispett sħiħ tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jeżaminaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti biex jissaħħu l-awtonomiji strateġiċi rispettivi tal-partijiet u tonqos id-dipendenza miċ-Ċina; jisħqu fuq l-importanza tal-istituzzjonijiet sodi u tad-dinamiżmu demokratiku tal-Ġappun, tar-Repubblika tal-Korea u tat-Tajwan fil-kuntest reġjonali usa’, li jagħmluha ta’ kontrobilanċ kruċjali fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>iżommu, f’koordinament mas-sħab tal-istess fehma, kanali miftuħin ta’ djalogu u impenn ta’ prinċipju mal-atturi globali l-oħrajn tal-Asja tal-Lvant, bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi globali kondiviżi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jerġgħu jaffermaw l-importanza li jiġi sostnut id-dritt internazzjonali għall-promozzjoni tal-paċi u tal-prosperità fir-reġjun Indo-Paċifiku liberu u miftuħ; jippromwovu b’mod attiv ir-rispett u l-applikazzjoni universali tal-UNCLOS bħala qafas ġuridiku universali li jirregola l-attivitajiet marittimi, inkluża d-deċiżjoni tal-arbitraġġ tal-2016 rigward il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u jopponu azzjonijiet unilaterali jew rivendikazzjonijiet mhux konformi mad-dritt internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jiffaċilitaw kooperazzjoni militari-industrijali strutturata ma’ sħab tal-istess fehma u jistabbilixxu sħubijiet għas-sigurtà rispettivi ċċentrati fuq l-interoperabbiltà, l-iżvilupp u l-akkwist konġunti ta’ teknoloġiji tad-difiża, is-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista u r-R&Ż kondiviża fl-avjazzjoni u fid-droni, anki fir-rigward tal-kontribut tas-sistemi bbażati fuq l-IA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>ikomplu jiddjalogaw pragmatikament maċ-Ċina dwar l-isfidi globali, filwaqt li jsaħħu l-koordinament mas-sħab tal-istess fehma dwar il-kwistjonijiet ta’ sigurtà fid-dawl tar-rwol dejjem aktar kritiku taċ-Ċina fil-paċi u fl-istabbiltà globali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u tal-instabbiltà li għaddejja fil-Lvant Nofsani;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ktajjen tal-provvista siguri, sostenibbli u diversifikati għas-semikondutturi, il-batteriji u l-materja prima kritika, anki permezz tat-traċċabbiltà, tar-riċiklaġġ, taċ-ċirkolarità u tal-istandards għoljin f’termini ta’ ambjent u xogħol, u f’koordinament mas-sħab tal-istess fehma fl-inizjattivi multilaterali rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jippromwovu l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika UE-Ġappun u s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn il-partijiet; jinkoraġġixxu kollaborazzjoni aktar profonda dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-industrija tad-difiża, inklużi l-involviment reċiproku fl-inizjattivi ta’ difiża, il-progress fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tad-Djalogu UE-Ġappun dwar l-Industrija tad-Difiża biex jissaħħu r-reżiljenza, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni tal-katina tal-provvista; jintensifikaw l-attivitajiet konġunti konkreti fl-ambitu tal-Alleanza għall-Kompetittività, tal-Alleanza Ekoloġika, tas-Sħubija Diġitali u tad-djalogi dwar l-enerġija u jkomplu jwessgħu d-djalogu ekonomiku ta’ livell għoli bejn l-UE u l-Ġappun u jsaħħu l-kooperazzjoni ekonomika strateġika bejn iż-żewġ partijiet; iħaffu l-implimentazzjoni tal-Alleanza għall-Kompetittività bejn l-UE u l-Ġappun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jenfasizzaw li s-sħubija UE-Ġappun hija waħda bejn sħab li l-aktar li jikkondividu l-istess fehma, u tissejjes fuq valuri kondiviżi, demokrazija, kummerċ ħieles u interessi reċiprokament kompatibbli; jisħqu fuq l-importanza li din is-sħubija tiġi approfondita u mwessgħa ulterjorment kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f’kuntesti multilaterali; jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li, flimkien, l-UE u l-Ġappun jirrappreżentaw kważi 25 % tal-prodott domestiku globali (PDG) dinji, u li din is-sħubija tista’ u jmissha tiżvolġi rwol fundamentali biex jissawwar ordni internazzjonali paċifiku, ibbażat fuq ir-regoli, inklużiv, ġust, sostenibbli u prosperu; jilqgħu l-assistenza finanzjarja, teknika, umanitarja u ta’ sigurtà li ta l-Ġappun lill-Ukrajna minn mindu bdiet l-invażjoni fuq skala kbira min-naħa tar-Russja fl-2022;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>imexxu ’l quddiem l-implimentazzjoni tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, irawmu kooperazzjoni prattika fis-sigurtà marittima, fin-nonproliferazzjoni, fiċ-ċibersigurtà, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fil-ġestjoni tal-kriżijiet, abbażi tal-operazzjonijiet konġunti eżistenti u jeżaminaw il-possibbiltà ta’ aktar kollaborazzjoni fl-ambitu tal-istrument ta’ Preżenzi Marittimi Koordinati tal-UE; ivaraw djalogu konġunt bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea dwar l-industrija tad-difiża, u jsaħħu il-koordinament fil-fora multilaterali biex isostnu l-paċi, jiskoraġġixxu l-provokazzjonijiet u jippromwovu d-denuklearizzazzjoni; jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni ta’ suċċess u reċiprokament vantaġġuża fil-qasam tal-prodotti tad-difiża bejn ir-Repubblika tal-Korea u diversi Stati Membri tal-UE; jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea biex isaħħu l-appoġġ militari u finanzjarju lill-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jilqgħu l-kooperazzjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-UE dwar it-tħassib kondiviż rigward is-sigurtà ekonomika; jisħqu li r-Repubblika tal-Korea tibqa’ sieħba fundamentali fi kwalunkwe sforz ta’ tnaqqis tar-riskji u ta’ friendshoring, b’mod partikolari fl-ambitu kummerċjali; iħeġġu lill-kumitat speċjalizzat dwar kwistjonijiet kummerċjali u ekonomiċi emerġenti, li għadu kemm inħoloq fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, iħaffef il-kooperazzjoni, b’mod partikolari dwar is-suġġetti ta’ importanza għas-sigurtà ekonomika, bħall-ktajjen tal-provvista kritiċi u l-kapaċità żejda;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>imexxu ’l quddiem l-isforzi konġunti ma’ sħab tal-istess fehma fl-Asja tal-Lvant biex jindirizzaw l-involviment dejjem jikber tar-Russja mar-RDPK, inkluż l-appoġġ tagħha biex jissaħħu l-kapaċitajiet nukleari u ballistiċi tar-RDPK u l-indisponibbiltà taċ-Ċina li tipprevjeni dan, kif ukoll tiġi indirizzata r-rabta bejn il-programmi nukleari tar-RDPK u tal-Iran, filwaqt li jissottolinjaw li dan l-involviment jiggrava l-kuntest ġeopolitiku mimli tensjoni fil-Peniżola Koreana; imexxu ’l quddiem il-kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Korea fl-indirizzar tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni fil-proċessi elettorali u fis-salvagwardja tal-infrastruttura elettorali mill-attakki ċibernetiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>ifaħħar l-isforzi tar-Repubblika tal-Korea biex tissokta d-djalogu mar-RDPK permezz ta’ tnaqqis tat-tensjonijiet u miżuri li jibnu l-fiduċja; jistiednu lir-RDPK twaqqaf minnufih l-azzjonijiet u l-provokazzjonijiet militari kollha u l-iżvilupp tagħha ta’ kapaċitajiet nukleari u missilistiċi ballistiċi; jikkundannaw bil-qawwa l-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi tar-RDPK, inkluż is-serq ta’ kriptovaluti u forom oħra ta’ kriminalità ċibernetika; iħeġġu lir-RDPK tippermetti l-aċċess għall-organizzazzjonijiet umanitarji, tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u, b’mod partikolari, issolvi immedjatament il-kwistjoni tas-serq ta’ persuni; iħeġġu lir-Russja u lir-RDPK jirrispettaw bis-sħiħ il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, anki fir-rigward tad-denuklearizzazzjoni totali tar-RDPK; jikkundannaw il-kontribut tar-RDPK għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż l-involviment tagħha billi bagħtet tagħmir u persunal militari; jiżviluppaw il-politika tal-UE dwar ir-RDPK billi jqisu l-għarfien espert, il-bżonnijiet fil-qasam tas-sigurtà u t-tħassib leġittimu tas-sħab tar-reġjun li għandhom l-istess fehma, b’mod partikolari dawk li jinsabu fil-viċinanzi ġeografiċi immedjati tar-RDPK, jiġifieri r-Repubblika tal-Korea u l-Ġappun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tajwan strutturat u komprensiv, abbażi tal-mekkaniżmi eżistenti bħad-Djalogu dwar il-Kummerċ u l-Investiment, mgħammar b’komponent ekonomiku u kummerċjali b’saħħtu, iffukat fuq it-teknoloġiji kritiċi bħas-semikondutturi u l-intelliġenza artifiċjali, ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista, iċ-ċibersigurtà, il-kontromiżuri tad-diżinformazzjoni, is-sigurtà marittima, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ċivili u l-konnettività sigura kif ukoll ir-reżiljenza demokratika, soċjali u enerġetika u l-preparatezza għad-diżastri; ikomplu jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan fil-korpi internazzjonali u fil-fora tekniċi rilevanti, bħad-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; jintensifikaw l-iskambji regolari bejn l-UE u l-kontropartijiet Tajwaniżi tagħha dwar il-kwistjonijiet ta’ sigurtà rilevanti, is-sigurtà ekonomika, l-aġilità tal-katina tal-provvista, l-integrità demokratika u elettorali, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u l-kooperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji nodfa; iħeġġu lill-awtoritajiet Ċiniżi jikkoordinaw mill-qrib mal-atturi reġjonali l-oħra, fosthom it-Tajwan, quddiem l-isfidi sanitarji globali ewlenin; jenfasizzaw li kwalunkwe tentattiv min-naħa ta’ reġimi awtoritarji li jinfluwenzaw ir-relazzjonijiet UE-Tajwan mhuwiex aċċettabbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jissottolinjaw li t-Tajwan huwa sieħeb demokratiku ewlieni għall-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku; japprofondixxu aktar id-Djalogu UE-Tajwan dwar il-Kummerċ u l-Investiment bil-għan li jiġu indirizzati l-ostakli għall-aċċess għas-suq u tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri tal-UE; jeżaminaw il-varar ta’ negozjati dwar ftehim bilaterali ta’ investiment bejn l-UE u t-Tajwan jew dwar oqfsa oħra relatati mal-kummerċ; jirrikonoxxu l-importanza tat-Tajwan biex jiġu żgurati ktajjen tal-provvista globali, speċjalment fis-settur tat-teknoloġija avvanzata, u jħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jidħlu f’kooperazzjoni aktar stretta mat-Tajwan sabiex jissaħħu aktar ir-rabtiet ekonomiċi, kummerċjali u ta’ investiment; jirrikonoxxu l-esperjenza tat-Tajwan fil-ġestjoni tal-esponiment ekonomiku għaċ-Ċina u l-punti li fihom huwa b’saħħtu fil-qasam tal-governanza demokratika, tal-istandards regolatorji trasparenti u tal-ekosistemi diġitali u teknoloġiċi reżiljenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-paċi u tal-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan billi jirrifjutaw kwalunkwe bidla unilaterali koerċittiva tal-istatus quo; jiżguraw, permezz ta’ messaġġi ċari u koordinati mal-Istati Membri u mas-sħab tal-istess fehma, li tali azzjonijiet jinvolvu kostijiet politiċi u ekonomiċi sinifikanti; jenfasizzaw li kwalunkwe diverġenza trid tiġi solvuta paċifikament permezz tad-djalogu, f’konformità mad-dritt internazzjonali u fir-rispett tar-rieda tal-poplu Tajwaniż; ifakkru b’konvinzjoni li l-libertà ta’ navigazzjoni u ta’ titjir minn fuq l-ispazju tal-ajru, kif garantita mid-dritt internazzjonali, trid tiġi rispettata fir-reġjun Indo-Paċifiku, anki fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u fl-Istrett tat-Tajwan; jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fl-isforzi diplomatiċi biex jipprevjenu eskalazzjoni ulterjuri fl-Istrett tat-Tajwan, fil-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jiżviluppaw b’urġenza miżuri ta’ ppjanar ta’ kontinġenza u ta’ mitigazzjoni bbażati fuq xenarji plawżibbli ta’ eskalazzjoni, inkluż imblokk navali tat-Tajwan min-naħa tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>jisħqu fuq l-importanza tal-istrumenti ta’ sigurtà ekonomika tal-UE biex jiġu indirizzati l-prattiki ekonomiċi koerċittivi u tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta, fosthom l-istrument kontra l-koerċizzjoni, mekkaniżmi effikaċi tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani u reġimi ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet, fejn jixraq u bi qbil mad-dritt tal-UE; jgħaqqdu l-forzi tal-UE fil-qasam ġeoekonomiku, anki permezz ta’ kontrolli koordinati tal-esportazzjonijiet, valutazzjonijiet konġunti tar-riskji u risposti kollettivi għall-koerċizzjoni ekonomika, u b’dan il-mod id-dipendenzi bilaterali jiġu ttrasformati f’deterrent effikaċi u tissaħħaħ kemm is-sigurtà ekonomika tal-UE kif ukoll dik ta’ sħabha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>iħaffu l-kooperazzjoni billi jinnegozjaw ftehimiet u inizjattivi trilaterali jew kwadrilaterali dwar kwistjonijiet ta’ interess komun u li jikkontribwixxu biex isostnu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; imexxu ’l quddiem is-Sħubijiet Diġitali eżistenti bejn l-UE u l-Ġappun u bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea b’impenji kondiviżi dwar l-intelliġenza artifiċjali, is-semikondutturi, il-konnettività tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing kwantistiku, il-governanza tad-data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija tal-batteriji, il-kejbils sottomarini, l-identità diġitali u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista; itejbu l-oqfsa ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġija tad-difiża,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>jimplimentaw il-ftehimiet kummerċjali mal-Ġappun u mar-Repubblika tal-Korea b’mod sħiħ u effikaċi, inkluż fl-oqsma tal-aċċess għas-suq, l-ostakli mhux tariffarji, l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll il-kooperazzjoni regolatorja u, fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea, jiżguraw l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; irawmu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-UE u dawk fil-pajjiżi sħab tagħha li jinsabu fl-Asja tal-Lvant, bil-għan li jiġu promossi opportunitajiet kummerċjali reċiproċi, jitjieb l-aċċess għas-suq u jissaħħu n-networks ta’ innovazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>jiżguraw li kwalunkwe ftehim ekonomiku jew settorjali futur mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun ikun sħubija reċiprokament vantaġġuża li tmur lil hinn mill-objettivi ekonomiċi u ta’ sigurtà u tinkludi wkoll impenji qawwijin fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur nodfa u sostenibbli, bi qbil mal-qafas tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jippromwovu kampanja ta’ informazzjoni komprensiva fil-Lvant Nofsani dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea rigward is-settur tal-azzar u l-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali<FOOTNOTE><FIELD> COM(2026)0100.</FIELD></FOOTNOTE>, bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-fehim tal-għanijiet tal-UE fost is-sħab internazzjonali; jisħqu fuq l-importanza li jimpenjaw ruħhom b’mod proattiv mas-sħab tal-Asja tal-Lvant biex jindirizzaw dak li jħassibhom, irawmu d-djalogu u jipprevjenu każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil potenzjali fir-relazzjonijiet kummerċjali u industrijali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>jagħtu segwitu lir-rapporti ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet min-naħa tar-Russja permezz ta’ ġuriżdizzjonijiet tal-Asja tal-Lvant, inkluża d-devjazzjoni tar-rotot kummerċjali għax-xiri ta’ oġġetti b’użu doppju, mikroċipep u makkinarji industrijali suġġetti għal sanzjonijiet, permezz ta’ intermedjarji fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>iżidu l-impenn politiku, ekonomiku u fil-qasam tas-sigurtà tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku kollu kemm hu, permezz ta’ sħubijiet imsaħħa mal-atturi kollha tal-istess fehma u ta’ inizjattivi bħall-istrateġija “Global Gateway”, il-promozzjoni tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-konnettività, l-ugwaljanza u standards għoljin fil-qasam tax-xogħol; jirrikonoxxu l-konverġenza dejjem akbar tal-interessi strateġiċi bejn ir-reġjuni Ewro-Atlantika u Indo-Paċifika, bil-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea li huma sħab tan-NATO fil-qafas tal-IP4, kif muri anki mill-istabbiliment ta’ dan l-aħħar tal-missjoni tal-Ġappun għan-NATO; jaffermaw li din il-kooperazzjoni ttejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni reċiproku tal-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà fiż-żewġ reġjuni; isostnu l-qafas IP4 tan-NATO, bħala kontribut essenzjali biex tissaħħaħ is-sigurtà Ewropea u tiġi approfondita l-kollaborazzjoni interreġjonali b’mod komplementari u li jsaħħaħ lil xulxin; isaħħu l-impenn u l-koordinament tal-UE mal-inizjattivi reġjonali ewlenin fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun Indo-Paċifiku, inkluż id-Djalogu Kwadrilaterali ta’ Sigurtà bejn l-Istati Uniti, l-Awstralja, l-Indja u l-Ġappun; ifasslu strateġija Indo-Paċifika komprensiva, koerenti u flessibbli ġdida, ankrata b’mod sod fil-valuri u fl-interessi Ewropej kif ukoll fir-realtajiet, fil-bżonnijiet u fil-prijoritajiet tar-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>jiżviluppaw il-pożizzjoni strateġika tal-PTEE fir-reġjun Indo-Paċifiku, ħalli jkunu jistgħu jagħmluha ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni mas-sħab reġjonali, anki fl-oqsma tal-kummerċ, tal-konnettività diġitali, tal-infrastruttura kritika u tal-attivitajiet spazjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>jenfasizzaw ir-rwol konsegwenti tal-ASEAN biex tiġi garantita l-istabbiltà u titrawwem l-integrazzjoni soċjali u ekonomika; jilqgħu l-impenn dejjem jikber tal-Ġappun u tar-Repubblika tal-Korea fil-konfront tal-ASEAN, anki permezz ta’ summits bilaterali u multilaterali regolari; jissottolinjaw l-importanza kruċjali tal-ASEAN biex tiżgura reġjun Indo-Paċifiku fejn isaltnu l-paċi u l-prosperità; jintensifikaw l-impenn strutturat mal-pajjiżi tal-ASEAN biex jibnu arkitetturi ta’ sigurtà reġjonali inklużivi, jikkoordinaw ir-risposti politiċi multilaterali u jankraw aktar il-preżenza tal-UE fir-reġjun billi tiġi approfondita l-kooperazzjoni mal-ASEAN u mal-Istati Membri tagħha, anki permezz ta’ djalogi msaħħa fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża mal-Vjetnam u mal-Filippini; jinkoraġġixxu t-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-Unjoni fil-kuntesti reġjonali, b’mod partikolari fl-oqfsa ta’ kooperazzjoni mal-ASEAN filwaqt li jiġu identifikati s-sikurezza u s-sigurtà marittimi, iċ-ċibersigurtà u l-ġestjoni tal-kriżijiet bħala setturi prijoritarji għal kooperazzjoni estiża, abbażi ta’ inizjattivi bħal ESIWA+, CRIMARIO II u l-proġetti relatati mas-sikurezza globali tal-portijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>iwessgħu l-azzjoni komuni fil-qasam tas-sigurtà mhux tradizzjonali bħat-tiftix u s-salvataġġ, ir-reazzjoni għad-diżastri u l-emerġenzi ambjentali; ivaraw inizjattiva strutturata biex isaħħu l-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura marittima kritika, inklużi l-kejbils sottomarini, il-pipelines u l-portijiet; isaħħu l-għarfien tas-settur marittimu permezz tal-iżvilupp immirat tal-kapaċitajiet, it-taħriġ, is-sensuri u l-kondiviżjoni tad-data f’kooperazzjoni mal-gwardji tal-kosta tal-ASEAN u maċ-ċentri għall-fużjoni reġjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>isostnu t-tisħiħ tar-rabtiet interpersonali permezz ta’ programmi mmirati ta’ mobbiltà għal riċerkaturi, inġiniera u professjonisti taċ-ċibersigurtà, kif ukoll permezz ta’ inizjattivi ta’ ġemellaġġ strutturat bejn ċentri ta’ innovazzjoni tal-Ewropa u tal-Asja tal-Lvant; itejbu l-fehim reċiproku tal-valuri kondiviżi bejn l-istudenti taż-żewġ reġjuni billi jiġu approfonditi, mwessgħa u msaħħa l-programmi ta’ edukazzjoni, bħal Erasmus+, ma’ sħab tar-reġjun tal-istess fehma; isaħħu l-iskambji fost il-parlamenti, l-impjegati pubbliċi, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili; iżidu l-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi, għall-iskambji kulturali u għall-inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ biex jinbnew ir-reżiljenza u l-fiduċja fit-tul tas-soċjetà bejn iż-żewġ reġjuni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>iwessgħu l-kooperazzjoni fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa biex isaħħu l-kooperazzjoni reċiprokament vantaġġuża fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, filwaqt li jieħdu nota b’sodisfazzjon tal-fatt li r-Repubblika tal-Korea saret l-ewwel pajjiż Asjatiku li assoċja ruħu mal-Pilastru II ta’ Orizzont Ewropa f’Lulju 2025 u li l-UE kkonkludiet b’suċċess in-negozjati mal-Ġappun dwar l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ Orizzont Ewropa f’Diċembru 2025; jikkunsidraw li jibdew in-negozjati fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa mat-Tajwan; isostnu l-viżibbiltà tal-UE fir-reġjun kollu permezz ta’ sforzi sinifikattivi ta’ diplomazija kulturali u pubblika;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistenna b’interess li japprofondixxi d-diplomazija parlamentari u l-iskambju interparlamentari dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku mad-Dieta tal-Ġappun, mal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Korea u mal-membri tal-Yuan Leġiżlattiv tat-Tajwan; jemmen b’konvinzjoni li t-tisħiħ tas-sħubijiet strateġiċi kemm mal-Ġappun kif ukoll mar-Repubblika tal-Korea f’dawn l-aħħar snin jenħtieġ li jikkorrispondi mat-tisħiħ tar-rabtiet f’livell interparlamentari; iqis li l-aġenda komprensiva ta’ kooperazzjoni maż-żewġ pajjiżi tkun tislet vantaġġ minn skambji regolari u strutturati bejn il-parlamentari; jemmen, barra minn hekk, li jenħtieġ li jiġi eżaminat l-istabbiliment ta’ kumitat parlamentari konġunt UE-Ġappun u ta’ kumitat parlamentari konġunt UE-Repubblika tal-Korea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Ġappun, tal-Repubblika tal-Korea u tat-Tajwan, u lis-segretarjat u lill-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>