<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0247</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-politika tal-kompetizzjoni – ir-rapport annwali 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0171/2026 - Rapporteur: Stéphanie Yon-Courtin)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar il-politika tal-kompetizzjoni – ir-rapport annwali 2025 (2025/2134(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 101 sa 109 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2026 dwar ir-rieżami tar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali), f’konformità mal-Artikolu 53 tiegħu (COM(2026)0178),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji ta’ gwida fuq l-istima jew kalkolu tal-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida dwar l-evalwazzjoni ta’ amalgamazzjonijiet mhux orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5</STRING> ĠU C 265, 18.10.2008, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-Rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Settembru 2025 dwar il-faċilitazzjoni u l-finanzjament tal-investimenti u tar-riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (ir-Rapport Draghi)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6</STRING> ĠU C, 2026/1472, 9.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1472/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a Market – Speed, Security, Solidarity: Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU citizens” (Ħafna aktar minn suq – Rapidità, Sigurtà, Solidarjetà: Insaħħu s-Suq Uniku biex iforni futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE) (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-19 ta’ Jannar 2026 ta’ Jörg Kukies u Christian Noyer bit-titolu “Financing innovative ventures in Europe” (Il-finanzjament ta’ impriżi innovattivi fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2026 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-networks diġitali, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120, id-Direttiva 2002/58/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (l-Att dwar in-Networks Diġitali) (COM(2026)0016),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-29 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Factual summary of the contributions received in the context of the public consultation on the review of the horizontal and the non-horizontal merger guidelines” (Sommarju fattwali tal-kontributi riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tal-linji gwida dwar l-għaqdiet orizzontali u mhux orizzontali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Evaluation of the Commission Notice on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid in the form of guarantees” (Evalwazzjoni tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji) (SWD(2025)0330),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Executive summary of the evaluation of the Commission Notice on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid in the form of guarantees” (Sommarju eżekuttiv tal-evalwazzjoni tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji) (SWD(2025)0331),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni bit-titolu “Ex post evaluation of the implementation and effectiveness of EU antitrust remedies”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7</STRING> Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, <STRING ITALIC="on">Ex post evaluation of the implementation and effectiveness of EU antitrust remedies</STRING>, 2025.</FIELD></FOOTNOTE> (Evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post </STRING>tal-implimentazzjoni u l-effettività tar-rimedji tal-antitrust tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8</STRING> ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2026 bit-titolu “Linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9</STRING> ĠU C, 2026/224, 13.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Qafas għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw il-Patt għal Industrija Nadifa (Qafas tal-Għajnuna mill-Istat għall-Patt għal Industrija Nadifa)”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10</STRING> ĠU C, 2025/3602, 4.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3602/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-Għajnuna mill-Istat għall-Patt għal Industrija Nadifa (SWD(2025)0850),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2630 tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u li jħassar d-Deċiżjoni 2012/21/UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11</STRING> ĠU L, 2025/2630, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2630/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Deċiżjoni SGEI), u l-anness tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2026 bit-titolu “Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2025” (COM(2026)0180),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta’ Diċembru 2025 tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bit-titolu “CRA Market Share Report: 2025 edition” (Rapport dwar is-Sehem mis-Suq tas-CRAs: edizzjoni tal-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0171/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kompetizzjoni ġusta u miftuħa hija element essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-iżvilupp tan-negozji, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); billi l-politika tal-kompetizzjoni għandu jkollha l-għan primarju li tiżgura kompetizzjoni effettiva u benesseri tal-konsumatur, filwaqt li tibqa’ konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE trid tħares ’il quddiem, trawwem soluzzjonijiet u innovazzjoni tal-UE, u tipproteġi lill-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-SMEs jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u l-politika tal-kompetizzjoni trid tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, filwaqt li tiżgura li l-obbligi ta’ konformità u l-proċeduri ta’ infurzar ma jitfgħux piżijiet sproporzjonati fuqhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-salvagwardja tas-suq uniku tirrikjedi regoli tal-kompetizzjoni sodi, robusti, prevedibbli u nondiskriminatorji li jiġu applikati b’mod ugwali għall-atturi kollha tas-suq, li jridu jkunu iżolati minn interferenza politika mhux xierqa ta’ kwalunkwe tip;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ż-żieda fil-konċentrazzjoni tas-suq għandha impatt fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, filwaqt li s-swieq kompetittivi jgħinu biex jiżguraw li t-titjib fil-produttività jinqasam b’mod usa’ fl-ekonomija u jappoġġja l-kompetittività sostenibbli billi jissaħħu l-kapaċità tal-akkwist, id-domanda interna u l-formazzjoni tal-kapital uman;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-indipendenza istituzzjonali u operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-infurzar tal-UE huma prerekwiżiti għall-kredibbiltà u għall-effettività tal-politika tal-kompetizzjoni; billi s-salvagwardja tal-proċessi deċiżjonali tagħhom mill-interferenza politika jew mill-pressjoni mis-settur privat hija essenzjali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jiġi ppreżervat l-istat tad-dritt, u jinżammu kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rapport Draghi jidentifika tliet oqsma ewlenin għal azzjoni: l-ewwel nett, it-tnaqqis tad-distakk fl-innovazzjoni, it-tieni, l-istabbiliment ta’ pjan konġunt biex jiġu żgurati kemm id-dekarbonizzazzjoni kif ukoll il-kompetittività, li jirrifletti l-bażi industrijali u ta’ innovazzjoni b’saħħitha tal-UE u l-vantaġġ komparattiv tagħha fit-teknoloġiji ekoloġiċi, u, fl-aħħar nett, iż-żieda fis-sigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi f’dan il-kuntest is-suq frammentat tal-enerġija jgħolli l-prezzijiet u jdgħajjef il-kompetizzjoni, filwaqt li t-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali jistgħu jkomplu jżidu l-vulnerabbiltajiet; billi integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija, interkonnessjonijiet aktar b’saħħithom u infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni jistgħu jżidu l-effiċjenza, ir-reżiljenza u l-parteċipazzjoni transfruntiera, inaqqsu d-dipendenzi fuq fornituri mhux tal-UE u jnaqqsu l-kostijiet għall-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi b’mod parallel, l-iżvilupp b’pass mgħaġġel tal-intelliġenza artifiċjali (IA), inklużi s-sistemi tal-IA ġenerattiva qed isawwar mill-ġdid u b’mod sinifikanti d-dinamika kompetittiva, l-istrutturi tas-suq, il-ktajjen tal-valur u l-aċċess tal-utenti għas-servizzi diġitali madwar l-UE, b’implikazzjonijiet potenzjali għall-kompetizzjoni fis-swieq diġitali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-irkupru tal-awtonomija strateġika tal-UE permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sovranità diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar fil-qafas b’saħħtu tal-kompetizzjoni tal-UE u fl-infurzar xieraq tiegħu bħala għodda biex tiżdied il-kompetittività fl-industriji kollha; jissottolinja li l-politiki tal-UE ma għandhomx jiġu segwiti b’mod iżolat u li t-tħassib dwar il-kompetittività ma jistax jiġi interpretat bħala nuqqasijiet fil-politika tal-kompetizzjoni; ifakkar li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jridu jkunu konsistenti mal-prinċipji minquxa fit-Trattati u għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, inklużi dawk li jkopru l-industrija, il-kummerċ, il-konsumaturi, is-servizzi finanzjarji u d-difiża, filwaqt li jiżguraw qafas stabbli li jrawwem l-investimenti, it-tkabbir u l-kapaċità għall-espansjoni f’kundizzjonijiet ġusti; jissottolinja li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni u għall-approfondiment tas-swieq kapitali Ewropej u tappoġġja l-objettivi tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li kompetizzjoni li tiffunzjona sew hija xprunatur ewlieni għat-tkabbir tal-produttività u għall-kompetittività fit-tul fl-UE; jinnota li l-infurzar aktar b’saħħtu tal-politika tal-kompetizzjoni huwa assoċjat ma’ produttività totali ogħla tal-fatturi u allokazzjoni aktar effiċjenti tal-ħaddiema u tal-kapital; jisħaq għalhekk li politika tal-kompetizzjoni effettiva u l-infurzar jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ta’ impjieg ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li r-rapport Draghi u r-rapport Letta għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil ta’ prijoritajiet fil-qasam tal-kompetizzjoni, u jitlob li dawn ir-rapporti jingħataw segwitu bħala kwistjoni ta’ urġenza; jieħu nota tal-istima ta’ Mario Draghi li huma meħtieġa EUR 800 biljun addizzjonali fis-sena sabiex tiġi protetta l-kompetittività tal-UE tagħna; jenfasizza li l-interessi tal-konsumatur għandhom jibqgħu ċentrali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-politika tal-kompetizzjoni tikkontribwixxi għal objettivi ewlenin, bħall-kompetittività, ir-reżiljenza, is-sigurtà, l-awtonomija strateġika u s-sostenibbiltà; jilqa’ l-proposta tar-rapport Draghi għal għodda flessibbli li tinvestiga s-suq (l-“għodda ġdida tal-kompetizzjoni”) biex jiġu indirizzati fallimenti tas-suq li ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv skont l-Artikoli 101 u 102 attwali tat-TFUE; jinnota li għodod simili diġà ġew implimentati b’suċċess fil-livell tal-Istati Membri u jissuġġerixxi li l-għodda ġdida tal-kompetizzjoni fil-livell tal-UE tista’ tgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni strutturali fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi għodda bħal din biex tikkomplementa l-qafas eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħraf il-ħtieġa li tissaħħaħ il-bażi industrijali tad-difiża Ewropea; jisħaq li l-politika tal-kompetizzjoni trid tiżgura aċċess ġust għall-SMEs u tipprevjeni konċentrazzjoni eċċessiva fil-ktajjen ta’ provvista għad-difiża li jistgħu jnaqqsu r-reżiljenza u jżidu d-dipendenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni r-rwol fundamentali tal-SMEs fit-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni u tal-politiki diġitali tqis l-impatt tagħhom fuq l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-UE, jiġu promossi sorsi ta’ enerġija b’emissjonijiet żero netti f’konformità mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12</STRING> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2139/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att Delegat Komplementari dwar il-Klima<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13</STRING> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1214/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jiġi żgurat li suq uniku miftuħ, kompetittiv u sostenibbli jkun ibbilanċjat b’sigurtà tal-provvista u b’awtonomija akbar tal-enerġija tal-UE; jisħaq li swieq tal-elettriku ġusti, li jiffunzjonaw sew, kompetittivi, integrati u interkonnessi huma essenzjali biex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-UE u jiġu appoġġjati prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli u affordabbli; jissottolinja l-importanza tal-infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-infrastruttura tal-enerġija u fl-aċċess għan-network sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament xieraq tas-suq uniku u  jiġi żgurat ipprezzar ġust u jiġu protetti aħjar il-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota r-rwol strateġiku tal-materja prima kritika għat-tranżizzjoni tal-enerġija u għall-objettivi tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika fit-tnaqqis tad-dipendenzi ġeopolitiċi u fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-katina tal-provvista, u jappella għal politika tal-kompetizzjoni biex tappoġġja s-swieq kompetittivi tul il-katina tal-valur u fl-investimenti pan-Ewropej;<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14</STRING> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni li għandha l-kompetizzjoni fil-ħolqien ta’ alternattivi tas-suq diġitali u fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq fornituri mhux tal-UE u tad-dominanza tagħhom; iħeġġeġ li tinbena infrastruttura ewlenija biex tingħata spinta lill-awtonomija u l-innovazzjoni tal-Ewropa, inklużi s-servizzi tal-cloud, l-infrastruttura tal-IA (ċentri tad-data u konnettività), l-infrastruttura tas-suq finanzjarju u sistemi ta’ pagament Ewropej reżiljenti, interoperabbli u kompetittivi, sabiex jiġu żgurati swieq miftuħa u kontestabbli u jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi; josserva l-prattiki kummerċjali u l-istrutturi tas-suq li qed jevolvu, u forom ġodda potenzjali ta’ mġiba dannuża bħall-kollużjoni taċita u l-kollużjoni algoritmika fuq il-prezzijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li l-prijoritajiet ta’ infurzar jiġu allinjati ma’ dan ix-xenarju li qed jevolvi, appoġġjati minn analiżi u evidenza mmexxija mid-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għal kundizzjonijiet ekwi f’setturi strateġiċi u lill-UE biex tuża l-għodod kollha disponibbli, inklużi r-Regolament dwar is-Sussidji Barranin, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u qafas robust għar-rieżami tal-fużjonijiet, ħalli tiżgura li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu fuq il-mertu u li l-parteċipanti fis-suq minn pajjiżi mhux tal-UE ma jkunux vantaġġjati b’sussidji ta’ stati barranin; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu r-reżiljenza, id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-ktajjen ta’ provvista Ewropej f’setturi strateġiċi li jippromwovu kapaċitajiet potenzjali u soluzzjonijiet Ewropej, meta jkun xieraq, mingħajr ma jiġu kompromessi s-swieq miftuħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jeħtieġu aċċessibbiltà mtejba tad-data biex jiżguraw infurzar effettiv tal-kompetizzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jittejjeb il-ġbir tad-data, jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data dwar l-akkwist għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, u jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ detezzjoni tal-frodi fl-infurzar tagħhom tal-politika tal-kompetizzjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jippromwovu proċeduri simplifikati, itejbu t-trasparenza u jtejbu l-aċċess għas-suq għall-SMEs emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) għall-finanzjament ta’ proġetti strateġiċi kbar tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb u tissimplifika l-proċeduri tan-notifiki tal-IPCEI peress li huma ta’ piż, b’mod partikolari għall-SMEs, u tiżgura proporzjonalità, tipprovdi kriterji ċari u prevedibbli għall-ammissibbiltà, u ttejjeb it-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt tul il-proċess ta’ valutazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-infurzar tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin bħala għodda meħtieġa biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tas-suq ikkawżati minn sussidji barranin; jilqa’ l-linji gwida tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin; isostni li l-għajnuna mill-Istat li mhijiex permessa skont it-Trattati tal-UE lanqas ma għandha tkun permessa minn pajjiżi mhux tal-UE; jitlob il-valutazzjoni rigoruża tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni permezz tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin u l-iskrinjar xieraq tal-investiment dirett barrani flimkien mal-istrumenti tradizzjonali għad-difiża tal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-infurzar tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin fir-rigward tal-pjattaformi u s-swieq online stabbiliti f’pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-SMEs u t-tranżazzjonijiet iżgħar ma jkollhomx piż sproporzjonat minħabba l-obbligi ta’ konformità tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li, skont l-aktar Ewrobarometru reċenti u l-istħarriġ postelettorali tal-Ewrobarometru tal-2024, ir-rispondenti jistennew li l-UE tagħti prijorità biex tindirizza l-inflazzjoni, iż-żieda fil-prezzijiet u l-għoli tal-ħajja; jisħaq li l-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta u effettiva huwa element importanti biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u għalhekk għandu jibqa’ prijorità fil-politika tal-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li infurzar strett u konsistenti tal-politika tal-kompetizzjoni jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-UE u r-reġjuni ultraperiferiċi tagħha; jinnota li hemm lakuni ekonomiċi u infrastrutturali persistenti bejn ir-reġjuni interni, rurali, periferiċi, ultraperiferiċi u insulari, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatt territorjali tad-deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni, sabiex tippromwovi politiki xierqa tal-koeżjoni li jakkumpanjaw l-iżvilupp tas-suq uniku, filwaqt li tiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar il-Kompetizzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15</STRING> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2376 tal-4 ta’ Novembru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward il-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni rispettivi tagħhom (ĠU L, 2025/2376, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2376/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, pass ewlieni fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rispettivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infurzar tal-kompetizzjoni tal-UE aktar indipendenti u aktar effettiv</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi biex issaħħaħ l-indipendenza tal-infurzar tal-kompetizzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ infurzar eżistenti huwa essenzjali fuq perjodu ta’ żmien qasir; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura bħala kwistjoni ta’ urġenza li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jkollu biżżejjed ħaddiema bir-riżorsi u bl-għarfien espert tekniku meħtieġa biex jinfurzaw b’mod effettiv il-liġi antitrust, l-Att dwar is-Swieq Diġitali u r-regoli dwar il-fużjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li l-infurzar tal-kompetizzjoni jsir b’mod imparzjali u politikament indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt dwar il-merti li tiġi stabbilita awtorità dedikata Ewropea tal-kompetizzjoni, li teżamina s-sussidjarjetà, id-delineazzjoni xierqa bejn il-kompetizzjoni u l-funzjonijiet regolatorji, ir-responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-Parlament, u l-implikazzjonijiet potenzjali għan-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK); jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ persunal, għarfien espert u setgħat adegwati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kompetizzjoni fl-era diġitali u l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali fost sfidi globali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforza bis-sħiħ il-ġabra ta’ regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, inkluż l-Att dwar is-Swieq Diġitali, b’mod konsistenti, imparzjali u legalment robust, biex tissalvagwardja l-awtonomija regolatorja tal-Ewropa kontra pressjonijiet politiċi; jinnota bi tħassib il-pressjoni esterna madwar l-Att dwar is-Swieq Diġitali u jwissi kontra l-indħil barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li infurzar effettiv jista’ jinkiseb biss jekk ir-regoli biex jiġi indirizzat l-abbuż tad-dominanza (l-Artikolu 102 tat-TFUE) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali jaħdmu flimkien, filwaqt li jikkombinaw approċċi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb u tartikola aħjar il-ġabra ta’ regoli tal-kompetizzjoni u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni fit-28 ta’ April 2026 dwar ir-rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; jinnota l-konklużjoni tal-Kummissjoni, f’dan l-ewwel rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, li l-Att dwar is-Swieq Diġitali huwa adattat għall-iskop tiegħu u ma għandux għalfejn jiġi emendat f’dan l-istadju, għalkemm jidentifika oqsma partikolari ta’ fokus fil-futur, jiġifieri s-servizzi tal-IA u tal-cloud computing, filwaqt li jenfasizza li l-Att dwar is-Swieq Diġitali ma għandux jitqies b’mod iżolat fir-rigward tal-għodod regolatorji li għandhom l-għan li jaqbdu l-IA jew il-katina tal-valur tal-cloud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob li l-proċess tar-rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, li huwa mistenni li jsir kull tliet snin, ikun trasparenti, ibbażat fuq l-evidenza, proporzjonat, immirat u ambizzjuż, filwaqt li jiżgura l-istabbiltà regolatorja u jevita l-espansjoni bla bżonn tal-obbligi għall-parteċipanti fis-suq; jinsisti li, kull tliet snin, ir-rieżami perjodiku tal-Att dwar is-Swieq Diġitali jivvaluta b’mod sistematiku l-effettività u l-impatt prattiku tal-obbligi eżistenti, iċ-ċertezza tad-dritt għall-parteċipanti fis-suq, l-interazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali ma’ regolamenti speċifiċi għas-settur, u l-ħtieġa ta’ kwalunkwe aġġustament fil-livelli limitu għad-deżinjazzjoni tal-gwardjani fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi b’mod sistematiku lill-SMEs fil-konsultazzjonijiet ta’ rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li ż-żieda tal-konċentrazzjoni fis-servizzi tal-cloud tista’ timmina l-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza li prattiki bħall-iggruppar, il-postijiet tas-suq fuq il-cloud u l-mekkaniżmi kuntrattwali, fosthom il-krediti u l-impenji ta’ nfiq, jistgħu jsaħħu l-intrappolament tal-klijentela u jillimitaw il-qlib tal-klijenti jew l-istrateġiji multi-cloud; jisħaq li l-obbligi tal-cloud iridu jiġu aġġornati; jinnota li, wara l-investigazzjonijiet tas-suq dwar is-servizzi tal-cloud computing li nbdew f’Novembru 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il-pożizzjoni preliminari tagħha fil-25 ta’ Ġunju 2026, fejn iddikjarat li Microsoft Azure u Amazon Web Services għandhom jiġu ddeżinjati bħala gwardjani għas-servizzi tal-cloud computing<FOOTNOTE><FIELD> https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/node/16993.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li l-investigazzjoni tagħha dwar jekk l-Att dwar is-Swieq Diġitali jistax jindirizza b’mod effettiv prattiki li jistgħu jillimitaw il-kompetittività u l-ġustizzja fis-servizzi tal-cloud computing għadha għaddejja<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16</STRING> Il-Kummissjoni Ewropea, “Commission launches market investigations on cloud computing services under the Digital Markets Act” (Il-Kummissjoni tniedi investigazzjonijiet tas-suq dwar is-servizzi tal-cloud computing skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali), is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, it-18 ta’ Novembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-investigazzjoni tas-suq dwar is-servizzi tal-cloud biex taġġusta l-obbligi tal-Att dwar is-Swieq Diġitali u tiżgura li dawn jindirizzaw b’mod effettiv l-ostakli li jipprevjenu lill-utenti milli jibdlu l-fornituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali għadu subottimali; jappoġġja infurzar aktar b’saħħtu tal-Att dwar is-Swieq Diġitali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament tiegħu irrispettivament min-nazzjonalità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi investigazzjonijiet miftuħa fl-iskedi ta’ żmien previsti fl-Att dwar is-Swieq Diġitali; jinnota li l-infurzar effettiv tal-Att dwar is-Swieq Diġitali jirrikjedi riżorsi adegwati u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet baġitarji jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati u stabbli għall-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali permezz tal-baġit tal-UE; jitlob għalhekk li jiġu esplorati soluzzjonijiet ta’ finanzjament sostenibbli, filwaqt li jiġi rrispettat il-bilanċ istituzzjonali, b’mod partikolari għall-introduzzjoni ta’ “tariffa tal-Att dwar is-Swieq Diġitali”, simili għat-tariffa skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li għandha tiġi esplorata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u proattiv tal-istrumenti kollha ta’ infurzar previsti skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali, inklużi investigazzjonijiet tas-suq ulterjuri, proċedimenti ta’ nonkonformità, spezzjonijiet, miżuri interim, multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali, sabiex tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni u tiġi żgurata konformità effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ bażi legali għal rimedji strutturali kontra l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq; huwa konxju li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jistipulaw li r-rimedji strutturali għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar alternattiva jekk ir-rimedji komportamentali ma jkunux effettivi, iżda madankollu jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ rieda tal-Kummissjoni li tindirizza il-pożizzjoni dominanti fis-suq permezz ta’ rimedji strutturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni, fl-ewwel rieżami tagħha tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, li l-għodod li jibqgħu validi fil-futur inkorporati mill-koleġiżlaturi huma kruċjali biex il-qafas ikun jista’ jirrispondi għall-iżviluppi fis-swieq u t-teknoloġiji; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinforza l-Att dwar is-Swieq Diġitali, b’mod konsistenti u li jibqa’ validu fil-futur, fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi, billi tindirizza fi żmien xieraq is-servizzi xprunati mill-IA u l-infrastrutturi fuq il-cloud, sabiex tipprevjeni forom ġodda ta’ prattiki ta’ intrappolament, esklużjoni jew gwardja, fosthom meta l-gwardjani jisfruttaw il-kontroll fuq id-data, ir-riżorsi tal-computing jew is-servizzi integrati għad-detriment tal-iżviluppaturi emerġenti tal-IA u tal-parteċipanti ġodda u innovattivi fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni diġà qed timmonitorja l-użu tal-għodod tal-IA fi ħdan is-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ddeżinjati fl-ambitu tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; jinnota li, fl-ewwel rieżami tagħha tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, il-Kummissjoni tirrapporta li, fir-rigward tas-servizzi tal-IA, bdiet tindirizza diversi kwistjonijiet ta’ ġustizzja u kontestabbiltà li dehru b’mod prominenti fil-konsultazzjoni pubblika, pereżempju, permezz tad-djalogu regolatorju tagħha mal-gwardjani dwar l-iżgurar li s-settings prestabbiliti jkunu jistgħu jinbidlu faċilment u li s-servizzi tal-IA jkollhom aċċess ugwali għas-sistemi operattivi; jinnota li f’Jannar 2026 infetħu żewġ proċedimenti ta’ speċifikazzjoni fir-rigward tal-Alphabet li għandhom ukoll dimensjoni tal-IA relatata mal-interoperabbiltà u l-aċċess għad-data tat-tiftix; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tapplika teoriji ġodda ta’ ħsara biex tindirizza t-tisħiħ ulterjuri tal-operaturi stabbiliti u tivvaluta, fir-rieżami li jmiss tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, jekk il-lista attwali ta’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma tirriflettix b’mod adegwat ir-realtajiet tas-suq, inkluż f’oqsma bħall-mudelli tal-IA, iċ-chatbots tal-IA u s-servizzi tal-cloud, is-servizzi ewlenin ta’ assistenti virtwali u s-sistemi operattivi tat-TV konnessi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lill-SMEs, lin-negozji ġodda, lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, lill-esperti akkademiċi u lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha fil-konsultazzjonijiet ta’ rieżami tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali japplika għall-gwardjani kollha deżinjati irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-oriġini, u jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-obbligi tal-Att dwar is-Swieq Diġitali b’mod konsistenti; jilqa’ l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar il-kondotta relatata mal-Att dwar is-Swieq Diġitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni deċiżiva kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżamina, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq Uniku Diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17</STRING> Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/790/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-abbużi potenzjali mill-gwardjani skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali fin-negozjati tagħhom mal-edituri tal-istampa, u b’mod partikolari biex teżamina jekk negozjati bħal dawn jikkonformawx mal-obbligi FRAND (ġusti, raġonevoli, u mhux diskriminatorji), filwaqt li jiżguraw remunerazzjoni ekwa, termini trasparenti u aċċess mhux diskriminatorju għal udjenzi online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-Artikolu 13 biex tiġi indirizzata kwalunkwe ċirkomvenzjoni mill-gwardjani tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-antitrust</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu xieraq mill-miżuri interim biex twaqqaf kwalunkwe prattika li tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni, speċjalment fi swieq diġitali li qed jevolvu malajr; Jistieden lill-Kummissjoni timmodernizza r-Regolament (KE) 1/2003<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">18</STRING> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE)u 773/2004<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">19</STRING> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/773/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jittejbu l-effiċjenza, iċ-ċertezza tad-dritt u l-proporzjonalità tal-infurzar antitrust tal-UE; jappoġġja qafas iċċarat għal miżuri interim f’każijiet ta’ ħsara serja jew irreparabbli lill-kompetizzjoni, b’salvagwardji xierqa għall-proċess dovut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza investigazzjonijiet antitrust eċċessivament twal; jitlob limiti ta’ żmien proċedurali vinkolanti fuq l-investigazzjonijiet antitrust biex jiġi pprevenut dewmien żejjed li jagħmel ħsara liċ-ċertezza tad-dritt u lid-drittijiet tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq studju komprensiv dwar l-effett deterrenti tal-multi tagħha; jinsisti li s-sanzjonijiet iridu jkunu għoljin biżżejjed biex jaqbżu l-benefiċċju ekonomiku illeċitu li jirriżulta mill-ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ azzjonijiet effettivi għad-danni biex jikkomplementaw l-infurzar tal-antitrust pubbliku, filwaqt li jiġi żgurat li l-vittmi li sofrew il-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jkunu jistgħu jingħataw kumpens sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar id-Danni Antitrust<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">20</STRING> Id-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjoni għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/104/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jneħħu l-ostakli li jifdal għall-infurzar privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni b’saħħitha u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan in-NEK kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi rilevanti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur; jissottolinja li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jeħtiġilhom jibqgħu politikament indipendenti u b’biżżejjed riżorsi, u li d-Direttiva NEK+<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">21</STRING> Id-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (ĠU L 11, 14.1.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għandha tiġi trasposta u implimentata bis-sħiħ u b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha; jitlob konverġenza mtejba tal-istandards tal-infurzar, kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni, u allokazzjoni ċara tal-kompetenzi biex jiġu evitati proċedimenti duplikati; jisħaq li n-NEK jeħtieġ li jimxi lejn forma integrata bis-sħiħ tal-kooperazzjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kosteffiċjenza u tittejjeb il-ġestjoni tal-aspetti transfruntiera, fosthom billi jiġu permessi investigazzjonijiet konġunti u teħid ta’ deċiżjonijiet konġunt; jistieden lin-NEK ikompli jiggwida lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs, fl-applikazzjoni tal-ġabra ta’ regoli tal-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċilment aċċessibbli u faċli biex jintużaw mill-SMEs għall-prattiki antikompetittivi, filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni rapida u effettiva tal-każijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota l-investigazzjonijiet attwali ta’ kumpaniji mhux tal-UE, inkluża l-investigazzjoni preliminari tal-Kummissjoni dwar it-tariffi tal-Visa u tal-Mastercard; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-suq tal-pagamenti jibqa’ kompetittiv, trasparenti u aċċessibbli għall-konsumaturi u għan-negozji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rieżaminat ir-Regolament dwar it-Tariffi tal-Interkambju<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">22</STRING> Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/751/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu fl-indirizzar taż-żieda fit-tariffi; jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa fis-settur tal-pagamenti mingħajr dewmien żejjed; jenfasizza li l-euro diġitali huwa opportunità kruċjali biex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq skemi ta’ kards mhux tal-UE, u biex jissaħħu l-kompetizzjoni u l-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tal-pagamenti, inkluż billi jgħin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ pprezzar aktar kompetittivi għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-kompetizzjoni fis-settur bankarju u t-tlestija tal-unjoni bankarja; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrumenti kollha disponibbli biex tiżgura kompetizzjoni ġusta u timmonitorja x-xejriet fis-settur bankarju matul perjodi ta’ inflazzjoni għolja; jenfasizza l-importanza u l-urġenza tar-rapport li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-kompetittività tas-settur bankarju tal-UE u jistenna li l-Kummissjoni tadotta r-rapport sa Lulju 2026; jilqa’, barra minn hekk, il-valutazzjoni li jmiss tal-funzjonament tad-Direttiva 2002/87/KE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">23</STRING> Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/87/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva Solvibbiltà II<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">24</STRING> Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar aspetti relatati mal-kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq tal-assigurazzjoni u dak bankarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota l-eżistenza ta’ oligopolji fil-forniment ta’ ċerti servizzi li huma kritiċi għall-parteċipanti fis-suq finanzjarju tal-UE, bħall-aggregaturi tas-suq u l-fornituri tal-konnettività li huma kkaratterizzati minn għadd limitat ta’ fornituri, diffikultà sinifikanti biex wieħed jaqleb minn fornitur għal ieħor, jew setgħa asimetrika fl-iffissar tal-prezzijiet għall-benefiċċju tal-fornitur, li fl-aħħar mill-aħħar tgħolli l-kostijiet għall-investituri; jinnota wkoll li l-akbar tliet aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-akbar erba’ kumpaniji fis-suq tal-awditjar għad għandhom ishma mis-suq ta’ aktar minn 90 %; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-oligopolji eżistenti u tieħu l-miżuri xierqa għall-benefiċċju tal-kompetizzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-Bank Ċentrali Ewropew innota li l-prezzijiet tal-ikel għadhom għoljin, u jaffettwaw b’mod partikolari lill-konsumaturi vulnerabbli; jesprimi tħassib dwar il-konċentrazzjoni għolja tas-suq f’ċerti livelli tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-iskala u l-impatt tax-xiri ta’ alleanzi, u tkompli tanalizza l-effetti tagħhom mhux biss fuq il-prezzijiet iżda wkoll fuq il-kapaċità tal-bdiewa u tal-produtturi agroalimentari li jipprovdu prodotti tajbin għas-saħħa, sikuri u sostenibbli lill-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk humiex meħtieġa linji gwida addizzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE dwar l-abbużi ta’ sfruttament, inklużi l-prezzijiet eċċessivi jew inġusti, sabiex tiġi promossa ċ-ċertezza tad-dritt u l-infurzar isir aktar effettiv fi swieq tal-konsumatur ikkonċentrati ħafna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kontroll tal-fużjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq li l-Ewropa ma għandhiex kumpaniji fuq skala kbira li kapaċi jikkompetu globalment f’diversi oqsma strateġiċi ewlenin; iqis l-espansjoni fis-suq uniku bħala imperattiv strateġiku tal-UE biex timmobilizza l-investimenti, tixpruna l-kompetittività, tinvesti fl-innovazzjoni u tippermetti lill-kumpaniji tal-UE jikkompetu b’mod effettiv fis-swieq globali, kif enfasizzat mir-rapport ta’ Letta; jisħaq li t-tlestija tas-suq uniku u t-tneħħija tal-ostakli interni jibqgħu prijoritajiet ewlenin f’dan ir-rigward; jinnota li l-ostakli strutturali għall-espansjoni fl-UE jistgħu jirriżultaw f’xiri ta’ kumpaniji innovattivi tal-UE minn atturi mhux tal-UE, b’effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni fit-tul u l-kapaċità tal-innovazzjoni fl-UE; iqis għalhekk li l-kontroll tal-fużjonijiet għandu jqis bis-sħiħ il-kapaċità tal-kumpaniji tal-UE li jinvestu fl-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iqis li l-politika tal-kompetizzjoni m’għandhiex toħloq ostakli bla bżonn għall-kumpaniji li jeħtieġ li jespandu sabiex jikkompetu globalment, filwaqt li jinnota li mhux il-kumpaniji kollha tal-UE għandhom bżonn jespandu; jissottolinja li l-UE tiffjorixxi fuq ir-rabta vitali bejn l-intrapriżi kbar u żgħar; iqis li l-iskala kompetittiva għandha tirriżulta primarjament mill-kompetizzjoni ġusta, mill-infurzar robust tal-antitrust u mill-approfondiment tas-suq uniku, li huma l-pedament tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE u jibqgħu l-ixprunatur reali għall-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-politika dwar il-fużjonijiet b’mod dinamiku, abbażi ta’ valutazzjoni ekonomika u legali, filwaqt li tanalizza bis-sħiħ il-kunċett tal-benesseri tal-konsumatur fil-valutazzjoni tal-kompetizzjoni, u tqis l-effetti ekonomiċi usa’ tal-fużjonijiet, tadatta l-politika għal realtajiet ġodda tas-suq inklużi l-ekosistemi diġitali, l-IA, l-enerġija u d-difiża, u tanalizza l-effetti tal-konċentrazzjonijiet fit-tul, filwaqt li tieħu approċċ li jħares ’il quddiem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tas-saħħa fis-suq fl-Ewropa, inkluż l-impatt tal-fużjonijiet fuq is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u r-reżiljenza fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella għal reviżjoni ambizzjuża u bbażata fuq l-evidenza tal-linji gwida tal-UE dwar il-fużjonijiet sabiex ikunu allinjati aħjar mar-realtajiet il-ġodda tas-suq u mal-prioritajiet tal-UE għat-trawwim ta’ Ewropa aktar reżiljenti u kompetittiva filwaqt li jkomplu jissalvagwardjaw livell għoli ta’ benesseri tal-konsumatur; jinsisti li, filwaqt li jibqa’ bbażat fuq l-analiżi tal-kompetizzjoni u jissalvagwardja l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq nazzjonali u fi ħdan is-suq uniku, il-kontroll tal-fużjonijiet għandu jivvaluta l-fużjonijiet pan-Ewropej b’mod li jħares’ il quddiem u jiżgura li kwalunkwe konsolidazzjoni li toħloq “promoturi tal-UE” ssaħħaħ il-benesseri tal-konsumatur, il-kontestabbiltà tas-suq u r-reżiljenza fit-tul, b’mod partikolari f’setturi ewlenin bħat-telekomunikazzjoni, il-banek, il-pagamenti, id-difiża u l-enerġija; jitlob linji gwida ġodda dwar il-kontroll tal-fużjonijiet biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għan-negozji fil-ħolqien ta’ atturi pan-Ewropej li jrawmu l-espansjoni favur il-kompetittività, filwaqt li jiżguraw li s-setgħat ta’ intervent nazzjonali, inklużi s-setgħat ta’ veto, jintużaw biss f’każijiet debitament ġustifikati u proporzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ dinamiku u li jħares ’il quddiem għall-fużjonijiet, filwaqt li tqis il-kisbiet fl-effiċjenza, inklużi, pereżempju, l-ekonomiji ta’ skala u l-kisbiet fis-sostenibbiltà, kmieni kemm jista’ jkun fil-proċedura, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u l-prevedibbiltà u tippermetti lill-kumpaniji jiffurmaw alleanzi meta jikkontribwixxu għall-innovazzjoni, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u s-sigurtà, u tirrifletti approċċ għall-valutazzjoni tas-saħħa tas-suq u r-realtajiet speċifiċi għas-settur li jestendi lil hinn mill-prezzijiet u l-ishma mis-suq u jinkludi wkoll effetti fuq il-pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-kompetizzjoni tissalvagwardja l-għażla tal-konsumatur, id-diversità tas-suq u l-prezzijiet affordabbli; jinnota d-deċiżjoni mill-azzjonisti tal-Warner Bros. Discovery fit-23 ta’ April 2026 li tapprova l-ftehim ta’ fużjoni ma’ Paramount Skydance. jistieden lill-Kummissjoni tapplika kontroll rigoruż tal-fużjonijiet fis-settur awdjoviżiv u tal-media, timmonitorja l-impatt tal-konsolidazzjoni tas-suq fis-suq uniku u tippermetti lill-atturi tal-UE jespandu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li l-pjattaformi online taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali akkwistaw madwar 700 kumpanija iżgħar mis-sena 2000, filwaqt li l-Kummissjoni ġiet innotifikata biss bi 19 minn dawn it-tranżazzjonijiet, peress li l-biċċa l-kbira minnhom kienu jaqgħu taħt il-livelli limitu ta’ notifika bbażati fuq il-fatturat; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika “akkwiżizzjonijiet predatorji” (jiġifieri meta kumpanija takkwista l-kontroll ta’ kumpanija innovattiva biex teliminahom bħala sors possibbli ta’ kompetizzjoni futura) u tadatta r-regolamentazzjoni b’tali mod li tipprevjeni tali akkwiżizzjonijiet, partikolarment fl-IA, fil-farmaċewtika u f’setturi strateġiċi oħra; isostni li għandha tiżdied bażi legali għas-suq uniku fir-Regolament tal-KE dwar il-Fużjonijiet jekk jiġi rieżaminat, sabiex il-koleġiżlaturi jiġu involuti bis-sħiħ, b’mod simili għal dak tal-Att dwar is-Swieq Diġitali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni setgħat ta’ intervent sabiex ikunu jistgħu jirrieżaminaw il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet, jekk dan għadu mhux il-każ, filwaqt li jiżguraw iċ-ċertezza tad-dritt u jevitaw il-piż bla bżonn fuq l-SMEs u l-istart-ups;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jagħraf ix-xejra dejjem akbar tal-investiment barrani u s-sjieda ta’ klabbs multipli fl-isport Ewropew, kif ukoll iż-żieda tal-ipprezzar dinamiku tal-biljetti, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-implikazzjonijiet ta’ dan l-iżvilupp meta tappoġġja sforzi biex tissalvagwardja l-integrità finanzjarja u l-bilanċ kompetittiv tal-isport Ewropew; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-għażliet kollha regolatorji possibbli, inkluża l-projbizzjoni tal-ipprezzar dinamiku fl-avvenimenti sportivi u kulturali live fl-Att dwar l-Ekwità Diġitali, bil-għan li jiġu protetti l-konsumaturi u jinżamm il-valur soċjali u pubbliku tal-isport u tal-kultura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-għajnuna mill-Istat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ analiżi bir-reqqa tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari għall-kumpaniji li joperaw f’setturi strateġiċi bħall-enerġija, it-teknoloġija u l-innovazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata l-effettività tal-għajnuna mill-Istat fl-agrikoltura, fil-loġistika u fit-trasport; jinnota l-kapaċitajiet fiskali diverġenti tal-Istati Membri, iwissi li għajnuna frammentata mill-Istat toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi u jappella lill-Kummissjoni timmonitorja dawn l-effetti; iqis li kwalunkwe għajnuna mill-Istat mogħtija għandha tkun konsistenti mad-dritt u l-prinċipji tal-UE, inklużi l-objettivi tal-politika ambjentali u soċjali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa; jitlob li l-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa jiġi implimentat b’mod immirat u proporzjonat, jiżgura piż minimu fuq l-Istati Membri, jipprevjeni t-tlielaq għas-sussidji u jippreżerva l-integrità tas-suq intern, filwaqt li jinkludi salvagwardji b’saħħithom għat-trasparenza, il-proporzjonalità u l-effettività ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Ifakkar li għajnuna mill-Istat temporanja u mmirata tista’ tkun xierqa fi żminijiet ta’ kriżi; itenni l-importanza tal-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa fl-appoġġ ta’ setturi vulnerabbli, fil-kuntest tal-prezzijiet tal-fjuwil li qed jiżdiedu b’mod rapidu minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali; jinnota madankollu s-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Rapport Speċjali 21/2024) li jidentifikaw nuqqasijiet fil-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-għajnuna mill-Istat fi żminijiet ta’ kriżi u jitlob monitoraġġ aktar strett tan-notifika tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni u rappurtar u trasparenza msaħħa dwar l-għajnuna mill-Istat f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li aktar minn tliet kwarti tal-għajnuna mill-Istat hija kkonċentrata f’żewġ Stati Membri biss, li jenfasizza r-riskji ta’ frammentazzjoni u ta’ kundizzjonijiet ekwi żbilanċjati fis-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-għajnuna mill-Istat bħala għodda biex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi bejn ir-reġjuni u l-gżejjer l-aktar żviluppati tal-UE, iż-żoni interni, ir-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni ekonomikament żvantaġġjati, u l-partijiet kollha tal-UE affettwati minn restrizzjonijiet naturali; jitlob flessibbiltà akbar u anqas restrizzjonijiet fuq l-għajnuna mill-Istat għall-gżejjer u r-reġjuni l-aktar vulnerabbli tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistenna li r-rieżami tar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">25</STRING> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jsolvi l-kwistjonijiet attwali rigward id-definizzjoni ta’ “impriża f’diffikultà” u jimmodernizza u jissimplifika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex titnaqqas il-burokrazija u tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE; jilqa’ l-ftuħ tal-konsultazzjoni pubblika biex jinġabar l-input dwar l-ambitu u l-kontenut tar-rieżami;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni SGEI riveduta, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġjaw il-provvista ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni deċenti, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, soċjalment inklużivi u affordabbli, anke għall-unitajiet domestiċi b’introjtu medju; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni SGEI riveduta u tivvaluta jekk il-livelli limitu u l-kundizzjonijiet humiex biżżejjed flessibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Istati Membri; jitlob proċeduri simplifikati ta’ notifika għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat relatati mal-SGEI li ma jippreżentawx riskji sinifikanti għall-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq fis-settur tal-proprjetà immobbli u fis-swieq relatati, bħall-kostruzzjoni u l-amministrazzjoni tal-proprjetà, biex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni effettiva tgħin tikkontrolla l-prezzijiet u ttejjeb l-aċċess għall-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota l-effetti distorsivi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa u tas-sistemi tat-taxxa, inklużi ftehimiet dwar it-taxxa preferenzjali, fuq il-kompetizzjoni ġusta, peress li jistgħu joħonqu l-innovazzjoni u jipperikolaw il-kontestabbiltà tas-swieq, speċjalment għall-SMEs; jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2020<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">26</STRING> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1039 tal-14 ta’ Lulju 2020 dwar l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-Istat lil impriżi fl-Unjoni bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm rabtiet ma’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2020/1039/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex ma jingħatax appoġġ finanzjarju lill-kumpaniji b’rabtiet ma’ rifuġji fiskali, filwaqt li jiġu protetti l-kontribwenti onesti; jitlob li l-kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi elenkati fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, kif adottata mill-Kunsill, jiġu esklużi milli jirċievu għajnuna mill-Istat u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas attwali jikkontribwixxix għal sforzi usa’ biex jiġu miġġielda l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-prattiki ta’ rifuġju fiskali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-involviment parlamentari </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ informazzjoni li jirċievi dwar ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u jisħaq li l-Parlament għandu jkun involut biżżejjed fit-tfassil tal-politika tal-kompetizzjoni; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm trasparenza mal-Parlament fid-diskussjonijiet kollha ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jistgħu jaffettwaw l-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jitlob, f’dak il-kuntest, djalogu strutturat u regolari bejn il-Kummissjoni u l-Parlament dwar il-politika tal-kompetizzjoni, fosthom dwar ir-rieżami u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-kumitat kompetenti tal-Parlament informazzjoni komprensiva u fi żmien xieraq rigward deċiżjonijiet sinifikanti dwar l-infurzar, proposti leġiżlattivi u strumenti legali nonvinkolanti ewlenin sinifikanti; jitlob il-konklużjoni ta’ arranġament interistituzzjonali biex jiġi fformalizzat ir-rwol tal-Parlament fis-sorveljanza tal-politika tal-kompetizzjoni, inkluża l-konsultazzjoni dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet għal-linji gwida u għall-oqfsa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Iwissi kontra d-dipendenza żejda fuq strumenti ta’ liġi mhux vinkolanti bħal gwida u oqfsa temporanji li fihom l-involviment tal-Parlament huwa limitat; jistieden lill-Kunsill Ewropew jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 48(7)(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tipprevedi l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika f’fora internazzjonali, bħan-Network Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni u l-Kumitat tal-Kompetizzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tistinka għal djalogu u kooperazzjoni kontinwi fil-livell internazzjonali, inkluż permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni li jippermettu skambju ta’ informazzjoni aktar effettiv bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, filwaqt li jiddispjaċih li dan ma ġiex segwit biżżejjed fil-passat; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija għall-UE biex tieħu rwol ewlieni fil-livell internazzjonali fil-promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>