<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0248</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qafas tat-taxxa koerenti għas-settur finanzjarju tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0169/2026 - Rapporteur: Matthias Ecke)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar qafas tat-taxxa koerenti għas-settur finanzjarju tal-UE (2024/2117(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113, 114 u 115 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (COM(2011)0594),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2013 għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2013)0071) (proposta TTF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2007 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni (COM(2007)0746),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2007 għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni (COM(2007)0747),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq tal-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2020 dwar rieżami tar-regoli tal-VAT għas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u l-emendar tad-Direttiva 2011/16/UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-ġenerazzjoni li jmiss tar-riżorsi proprji tal-Baġit tal-UE” (COM(2021)0566),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali tal-Parlament bit-titolu “The taxation of the EU’ s financial sector” (It-tassazzjoni tas-settur finanzjarju tal-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija tiegħu f’Ġunju 2025<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “The taxation of the EU’ s financial sector” (It-tassazzjoni tas-settur finanzjarju tal-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija, id-Dipartiment Tematiku għall-Ekonomija u t-Tkabbir, Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28. ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1067, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1067/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market – Speed, Security, Solidarity: Empowering the single market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU citizens” (Ħafna aktar minn suq – Veloċità, Sigurtà, Solidarjetà: Nagħtu s-setgħa lis-suq uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-ċittadini kollha tal-UE” (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti: Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2029 tat-30 ta’ Settembru 2025 dwar ż-Żieda fid-Disponibbiltà tal-Kontijiet ta’ Tfaddil u ta’ Investiment bi Trattament tat-Taxxa Simplifikat u Vantaġġuż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/2029, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/2029/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Bank Dinji ta’ Mejju 2025 bit-titolu “VAT Exemptions, Embedded Tax, and Unintended Consequences” (Eżenzjonijiet mill-VAT, Taxxa Inkorporata, u Konsegwenzi Mhux Intenzjonati),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0169/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-ittra ta’ missjoni tal-2024 tal-President tal-Kummissjoni lill-Kummissarju responsabbli mit-tassazzjoni, il-Kummissjoni hija inkarigata li tidentifika soluzzjonijiet innovattivi għall-intaxxar tas-settur finanzjarju tal-UE biex jiġu appoġġjati l-integrazzjoni ulterjuri tas-settur, l-attività transfruntiera, id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni; billi l-Kummissjoni nediet studju dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-servizzi finanzjarji huma ġeneralment eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-UE; billi l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jistgħux inaqqsu l-VAT imħallsa fuq l-inputs tagħhom minħabba dik l-eżenzjoni, u dan jikkawża l-hekk imsejħa “problema irrekuperabbli tal-VAT”; billi din l-eżenzjoni tista’ toħloq nuqqas ta’ trasparenza, iżżid l-kostijiet għall-konsumaturi u tirriżulta f’kostijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ organizzazzjoni u ta’ esternalizzazzjoni, u twassal għal żvantaġġi kompetittivi għall-fornituri ta’ servizzi iżgħar, diġitali u transfruntiera;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-possibbiltà għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħżlu li jipparteċipaw fil-VAT mhix prevista b’mod inkonsistenti madwar l-Istati Membri, u dan iwassal għal aktar kumplessità amministrattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-eżenzjoni mill-VAT tmur lura għall-1977 meta l-intaxxar ta’ tali servizzi ħoloq diffikultajiet tekniċi u amministrattivi sinifikanti; billi l-ġustifikazzjoni teknika oriġinali għall-eżenzjoni mill-VAT issa tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ avvanzi teknoloġiċi, diġitali u superviżorji, inkluż l-ipproċessar tad-data f’ħin reali u rekwiżiti ta’ rapportar imtejba;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi diversi ġuriżdizzjonijiet madwar id-dinja rrivedew eżenzjonijiet simili jew introduċew forom alternattivi ta’ tassazzjoni tas-servizzi finanzjarji sabiex jindirizzaw l-effetti fiskali u kompetittivi mhux intenzjonati tal-VAT irrekuperabbli u biex ikomplu jiżguraw kontribut ġust u sod tas-settur finanzjarju għad-dħul pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi kemm ir-rapport Letta kif ukoll ir-rapport Draghi jissottolinjaw li l-frammentazzjoni tat-taxxa fis-suq uniku, inklużi l-ostakli amministrattivi u fiskali, tostakola t-tkabbir ekonomiku, il-kummerċ u l-attivitajiet transfruntiera; billi l-ostakli interni tal-UE effettivament jimponu tariffa ta’ kważi 100 % fuq is-servizzi finanzjarji; billi dawk l-ostakli u l-ostakli regolatorji huma, skont Draghi, ferm aktar ta’ ħsara għat-tkabbir ekonomiku minn kwalunkwe tariffa li l-Istati Uniti jistgħu jimponu;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont id-data tal-Eurostat, is-settur finanzjarju huwa komponent sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni, li ġġenera madwar EUR 0,9 triljun f’valur miżjud fl-2022, filwaqt li ħaddem madwar 5 miljun ruħ u rreġistra fatturat nett ta’ madwar EUR 2,4 triljuni; billi s-settur jikkontribwixxi għall-finanzi pubbliċi permezz tat-tassazzjoni korporattiva, it-taxxi fuq il-pagi u l-imposti speċifiċi għas-settur; billi s-settur finanzjarju tal-UE għandu rwol ċentrali fil-finanzjament tal-ekonomija reali, fl-appoġġ għall-innovazzjoni u fl-iffaċilitar tal-investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi inizjattivi reċenti bħad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/50 tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/50, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva FASTER) għamlu progress sinifikanti fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u fl-iffaċilitar tal-attività ekonomika transfruntiera fl-UE, u sforzi simili għandhom jitkomplew sabiex jissaħħu aktar l-integrazzjoni u l-effiċjenza tas-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill ilu jipposponi deċiżjoni rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE, filwaqt li l-Parlament Ewropew diġà approva riżoluzzjoni leġiżlattiva fl-10 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE (ĠU C, C/2025/1326, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1326/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi kwalunkwe inizjattiva futura għandha tnaqqas il-frammentazzjoni fis-suq uniku u ssaħħaħ il-kompetittività billi tiżgura qafas tat-taxxa għas-servizzi finanzjarji li jkun koerenti, prevedibbli u newtrali, filwaqt li tqis mudelli diversi tan-negozju u l-interazzjonijiet tat-taxxa madwar is-settur finanzjarju kollu tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-tassazzjoni tas-servizzi finanzjarji fl-UE għadha frammentata ħafna, b’approċċi nazzjonali diverġenti għat-taxxi fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, it-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF), l-imposti bankarji, it-taxxi fuq l-attivitajiet finanzjarji u taxxi oħra bbażati fuq il-profitt; billi din il-frammentazzjoni toħloq inċertezza u kumplessità legali, tixpruna d-distorsjonijiet tas-suq, tħeġġeġ l-evitar tat-taxxa u tnaqqas il-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti (SIU) tirrikjedi inċentivi aktar b’saħħithom għan-nies biex ifaddlu u jinvestu fis-swieq kapitali Ewropej; billi t-tlestija tal-SIU tirrikjedi approċċ komprensiv għall-istabbiltà finanzjarja, għall-integrazzjoni tas-suq u għall-protezzjoni tal-investituri; billi huwa kruċjali għas-suċċess u l-kredibbiltà tal-SIU li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għall-finanzi pubbliċi, jinternalizza r-riskji li jiġġenera u jappoġġja l-investiment sostenibbli fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-TTF u l-imposti bankarji ġew diskussi wara l-kriżi finanzjarja fl-2008 u l-2009; billi dawn il-miżuri kellhom l-għan li jikkumpensaw għall-kostijiet tal-kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi mill-anqas seba’ Stati Membri bħalissa jimponu TTF; billi dawn l-Istati Membri ma kkoordinawx it-TTF tagħhom fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, ir-rata jew l-applikazzjoni tagħhom; billi ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar TTF għall-UE kollha, minkejja diversi proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni mill-2011;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Parlament appoġġja b’mod konsistenti l-introduzzjoni ta’ TTF fl-UE kollha, inkluż bħala riżorsa proprja possibbli, l-aktar reċenti fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Mejju 2023; billi fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2026, il-Kummissjoni pproponiet li tirtira l-proposta preċedenti tagħha dwar it-TTF b’riżultat tan-nuqqas ta’ kunsens fost l-Istati Membri, u l-ebda ftehim ma ntlaħaq;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Istati Membri jkomplu jintroduċu taxxi temporanji fuq profitti straordinarji mhux mistennija jew imposti ta’ solidarjetà fuq il-profitti tal-banek biex jindirizzaw żidiet straordinarji fil-profittabbiltà xprunati mill-politika monetarja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tal-frammentazzjoni tat-taxxa tas-settur finanzjarju u ż-żieda tal-kompetittività tiegħu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li wara l-kriżi finanzjarja l-kbira, l-Istati Membri introduċew 91 taxxa speċifika għas-settur biex jintaxxaw is-settur finanzjarju, b’riżultat ta’ xenarju tat-taxxa frammentat ħafna; jinnota li dan ix-xenarju tat-taxxa frammentat jiġġenera kostijiet operazzjonali u amministrattivi addizzjonali u jżid l-ostakli strutturali għall-espansjoni transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi finanzjarji, u b’hekk idgħajjef is-settur finanzjarju tal-UE u l-kapaċità ta’ investiment tiegħu u jimmina l-objettivi tal-SIU u tal-Unjoni Bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li d-differenzi fir-reġimi tat-taxxa nazzjonali jirriflettu l-għażliet ta’ politika nazzjonali; jinnota l-ħidma li għaddejja fil-livell internazzjonali fir-rigward tat-trasferiment tal-profitti; jappella għal koordinazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE, inkluż fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Pilastru 2, regoli robusti kontra l-evitar tat-taxxa kif ukoll rekwiżiti ta’ trasparenza, b’mod partikolari fil-qasam tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-frammentazzjoni tar-reġimi tat-taxxa nazzjonali żżid ir-riskju ta’ tassazzjoni doppja transfruntiera u, xprunata minn kumplessità amministrattiva u legali, tista’ xxekkel it-tkabbir tas-settur finanzjarju tal-UE u toħloq ostaklu għall-integrazzjoni aktar profonda tas-swieq finanzjarji tal-UE; jenfasizza li l-evitar tat-tassazzjoni doppja u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għandhom jibqgħu kruċjali; jisħaq, madankollu, li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni ma jridux jirriżultaw fid-deregolamentazzjoni jew f’tellieqa għall-qiegħ fl-istandards tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li d-differenzi fil-proċeduri nazzjonali għat-taxxa f’ras il-għajn joħolqu piżijiet u ostakli amministrattivi għall-investiment transfruntier, kif ġie rikonoxxut fl-Istrateġija SIU tal-Kummissjoni; jilqa’ l-adozzjoni tad-Direttiva FASTER; jappella għal aktar progress lejn qafas aktar koordinat u ambizzjuż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jiddeċiedi dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE, filwaqt li jqis ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tal-10 ta’ April 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Josserva, barra minn hekk, li r-regoli tat-taxxa eżistenti ma żammewx il-pass għalkollox mal-emerġenza ta’ prodotti finanzjarji ġodda u infrastrutturi ġodda tas-swieq; jissottolinja li l-frammentazzjoni qed issir aktar inkwetanti b’rata mgħaġġla bis-suċċess ta’ neobanek, pereżempju, banek esklużivament diġitali, banek challenger u banek fintech; jirrimarka ż-żieda sinifikanti fis-sehem ta’ depożiti transfruntiera miżmuma minn dawn il-banek f’dawn l-aħħar sitt snin; jissottolinja li d-differenzi fir-regoli tat-taxxa bejn il-banek u l-entitajiet mhux bankarji jistgħu joħolqu distorsjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li d-data insuffiċjenti dwar il-piż tat-taxxa effettiv madwar is-settur finanzjarju tal-UE jostakola t-tfassil tal-politika bbażata fuq l-evidenza u l-valutazzjoni tal-impatti tal-politika fuq l-imġiba tas-swieq, il-kompetizzjoni u l-istabbiltà finanzjarja; jissottolinja l-ħtieġa ta’ trasparenza mtejba u ta’ użu aħjar tad-data mtejba bħala prerekwiżit għal riforma koerenti tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li t-tneħħija tal-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier permezz ta’ regoli koerenti fil-livell tal-UE tnaqqas il-kostijiet tal-konformità, ittejjeb l-effiċjenza tas-suq, ittejjeb iċ-ċarezza legali għall-flussi kapitali transfruntiera u ssaħħaħ il-kompetittività tas-servizzi finanzjarji tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin trażżan l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sett koerenti ta’ regoli għas-settur finanzjarju tal-UE, filwaqt li jiġu rispettati s-sovranità fiskali tal-Istati Membri u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; jisħaq li t-tassazzjoni tas-servizzi finanzjarji għandha tgħin biex issostni l-kompetittività tas-settur finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li, skont ir-Rapport Makroekonomiku Ewropew tal-2026 tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “2026 European Macroeconomic Report” (Ir-rapport makroekonomiku Ewropew tal-2026), Novembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, ir-rata tat-tfaddil tal-unitajiet domestiċi tal-UE għadha ferm ogħla mill-medja tal-pajjiżi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; jesprimi dispjaċir għall-fatt li madwar terz ta’ dan it-tfaddil jiġi investit barra mill-UE, li juri n-nuqqasijiet tal-qafas finanzjarju tal-UE fiż-żamma tal-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif miżuri tat-taxxa jistgħu jinkoraġġixxu l-fluss tal-investiment lejn l-UE; jissottolinja l-importanza li jiġu skoraġġuti flussi finanzjarji ’l barra lejn il-pajjiżi li jinsabu fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li l-SIU tavvanza biex timmobilizza t-tfaddil għal investimenti produttivi; iqis t-tnaqqis tal-frammentazzjoni tat-taxxa u t-titjib tal-mezzi ta’ investiment transfruntier bħala fundamentali biex it-tfaddil Ewropew jiġi mobilizzat għall-investiment fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li għandu jitfassal qafas tat-taxxa għas-servizzi finanzjarji flimkien mal-objettivi tal-SIU, li jiffoka fuq iż-żieda fl-effiċjenza, l-indirizzar tad-distorsjonijiet tas-suq, u t-trawwim tal-investiment u t-tkabbir fit-tul, filwaqt li jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat li jirrifletti wkoll kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li t-tassazzjoni tas-settur finanzjarju għandha tkun irregolata mill-prinċipji tas-sempliċità, in-newtralità, il-ġustizzja, is-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali, u ċ-ċertezza legali; jinnota li għandha tirrifletti wkoll id-dinamika ċiklika tal-profittabbiltà tal-banek marbuta mal-politika monetarja u l-kundizzjonijiet ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-impenn tagħha li tipproponi soluzzjonijiet innovattivi għat-tassazzjoni tas-settur li jnaqqsu l-frammentazzjoni, jappoġġjaw aktar integrazzjoni fil-livell tal-UE u jgħinu għat-tlestija tal-SIU;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tar-reġim tal-VAT għas-servizzi finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji tmur lura għall-1977, filwaqt li sservi biex jiġu evitati diffikultajiet tekniċi fl-applikazzjoni tal-VAT għas-servizzi finanzjarji kumplessi, u kienet meqjusa li ma tistax titħaddem amministrattivament; jirrikonoxxi li l-ġustifikazzjoni teknika oriġinali għall-eżenzjoni mill-VAT issa tista’ tiġi indirizzata mir-realtajiet tal-progress teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Josserva li l-eżenzjoni mhux neċessarjament tikkostitwixxi vantaġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji, peress li tipprevjenihom milli jirkupraw il-VAT; huwa tal-fehma li l-istatus quo jipperpetwa d-distorsjonijiet tas-suq, jista’ joħloq nuqqas ta’ trasparenza u jżid il-kostijiet għall-konsumaturi, isaħħaħ il-preġudizzju tal-valur meqjus ipprovdut fis-settur finanzjarju u joħloq żvantaġġi kompetittivi meta mqabbel ma’ istituzzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li l-eżenzjonijiet mill-VAT spiss jingħataw lil attivitajiet ta’ interess ġenerali b’rikonoxximent tal-funzjoni soċjali essenzjali tagħhom; jissottolinja li ċerti servizzi finanzjarji ewlenin – b’mod partikolari s-servizzi ta’ pagament, it-teħid ta’ depożiti u l-forniment ta’ kreditu bażiku – jistgħu jwettqu funzjoni ta’ utilità kważi pubblika billi jissalvagwardjaw it-tfaddil, jiffaċilitaw l-iskambju ekonomiku u jiżguraw li l-persuni u n-negozji jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija b’mod sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li inizjattivi ripetuti tal-Kummissjoni, inklużi l-proposti tagħha tal-2007 u l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-2020, ma rriżultawx f’riforma tal-eżenzjoni mill-VAT għas-settur finanzjarju minħabba li l-Istati Membri naqsu milli jilħqu ftehim unanimu; jinnota li dan l-aħħar il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tippubblika emendi għad-Direttiva tal-VAT<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fil-bidu tal-2023; josserva li dawn il-pjanijiet waqfu, u b’hekk din ir-riforma essenzjali għadha pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, ir-raggruppament tal-VAT jibqa’ fakultattiv għall-Istati Membri u huwa limitat bil-limitazzjonijiet territorjali, u b’hekk joħloq ostakli legali u prattiċi għall-gruppi transfruntiera attivi fis-servizzi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li, minkejja l-użu ta’ arranġamenti ta’ raggruppament tal-VAT u ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet f’xi Stati Membri, l-eżenzjoni mill-VAT, flimkien ma’ regoli tat-taxxa nazzjonali kumpensatorji differenti, bħal taxxi fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, toħloq xenarju tat-taxxa kumpless u frammentat, li jagħmel il-konformità mar-regoli tat-taxxa transfruntiera għalja u jżid l-ispejjeż operatorji tad-ditti; jisħaq li huma meħtieġa definizzjonijiet aktar ċari tal-VAT u regoli simplifikati biex jitnaqqsu dawn il-piżijiet, tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli madwar l-UE, tiġi ffaċilitata l-attività transfruntiera u tiġi appoġġjata l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>jinnota li r-raggruppament tal-VAT, li jista’ jnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet finanzjarji u jtejjeb l-effiċjenza tagħhom, bħalissa qed jiġi applikat b’mod mhux uniformi madwar l-Istati Membri u huwa ġeneralment limitat għall-entitajiet stabbiliti fi ħdan Stat Membru wieħed; jenfasizza li konverġenza akbar fl-applikazzjoni tar-raggruppament tal-VAT tista’ tnaqqas il-frammentazzjoni u l-inċertezza legali fis-suq intern u tiffaċilita l-attività tas-servizzi finanzjarji transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ir-raggruppament tal-VAT b’mod konsistenti u jesploraw għażliet għal qafas legali aktar ċar, inkluża l-possibbiltà ta’ raggruppament transfruntier tal-VAT; jisħaq li użu usa’ tar-raggruppament tal-VAT għas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni jrid ikun konformi mar-regoli tat-taxxa korporattiva, b’mod partikolari dawk dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment, u jrid ikun akkumpanjat minn salvagwardji vinkolanti kontra l-abbuż biex jiġu evitati l-frodi u l-evitar tat-taxxa, it-telf ta’ VAT intragrupp u l-abbuż mill-kondiviżjoni tal-kostijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li d-Direttiva tal-VAT ma għandhiex dispożizzjonijiet speċifiċi għal strumenti finanzjarji emerġenti, inklużi l-kriptoassi, il-finanzi deċentralizzati u t-teknoloġija finanzjarja; jenfasizza li, barra minn hekk, id-Direttiva ma tindirizzax it-trattament tal-VAT tad-derivattivi u li t-trattament tal-fondi ta’ investiment għadu diverġenti madwar l-Istati Membri; jinnota li dan wassal għal interpretazzjonijiet nazzjonali diverġenti tar-regoli tal-VAT, inċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi u trattament mhux uniformi bejn is-servizzi finanzjarji tradizzjonali u dawk ġodda u jirriskja li jxekkel l-innovazzjoni u l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>jenfasizza li qafas tat-taxxa modern għandu jappoġġja l-innovazzjoni fit-teknoloġija finanzjarja u fil-finanzi diġitali u jevita li joħloq diżinċentivi regolatorji għall-parteċipanti ġodda fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara t-trattament tal-VAT tas-servizzi finanzjarji emerġenti sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika u kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li eżenzjoni wiesgħa u mhux differenzjata mill-VAT għas-settur finanzjarju kollu tqajjem mistoqsijiet dwar il-konsistenza u l-bilanċ ġenerali tas-sistema tat-taxxa; jissottolinja li riforma tal-eżenzjoni mill-VAT tista’ tnaqqas id-distorsjonijiet u l-livell ta’ VAT irrekuperabbli mingħajr ma toħloq kumplessità amministrattiva sproporzjonata; jinnota li l-għażliet għat-tneħħija tal-eżenzjoni mill-VAT jistgħu effettivament jeliminaw il-VAT irrekuperabbli billi jippermettu lill-korporazzjonijiet finanzjarji jitolbu lura bis-sħiħ il-VAT li jħallsu fuq oġġetti u servizzi użati fl-operazzjonijiet tagħhom; jissottolinja li dan jelimina l-preġudizzju attwali lejn l-internalizzazzjoni tas-servizzi aktar milli l-esternalizzazzjoni tagħhom, li jista’ jillimita l-kapaċità ta’ kumpanija li tispeċjalizza, taċċessa għarfien espert estern, u tkun innovattiva; jirrikonoxxi li din ir-riforma tista’ wkoll toħloq kundizzjonijiet ekwi fir-rigward ta’ ġuriżdizzjonijiet oħra u ssaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-VAT hija qafas tat-taxxa armonizzat fil-livell tal-UE, għalkemm l-Istati Membri għad għandhom ċertu marġini fl-implimentazzjoni tagħha; jirrikonoxxi, għalhekk, li riforma tas-sistema tal-VAT għas-servizzi finanzjarji għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-impatti tar-reġim attwali tal-VAT fuq is-settur finanzjarju u tikkondividi din l-analiżi pubblikament; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra għażliet ta’ politika biex tindirizza l-impatti distorsivi identifikati; jenfasizza li kwalunkwe riforma bħal din għandha tnaqqas il-VAT irrekuperabbli u l-applikazzjoni frammentata tar-regoli, ittejjeb iċ-ċertezza legali u l-ġustizzja fiskali, u ssaħħaħ il-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-UE, filwaqt li tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja u timminimizza l-arbitraġġ regolatorju bejn l-Istati Membri; jenfasizza li kwalunkwe riforma bħal din trid tissalvagwardja wkoll lill-konsumaturi u tkompli tiżgura li s-settur finanzjarju jagħti kontribut ġust għad-dħul pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li kwalunkwe proposta għar-reviżjoni tal-qafas tal-VAT għandha tkun ibbażata fuq analiżi fil-fond fil-livell makroekonomiku u mmappjar komprensiv tat-taxxa u l-imposti bankarji nazzjonali; jenfasizza li tali analiżi għandha tqis l-implikazzjonijiet amministrattivi għas-servizzi finanzjarji, l-interazzjoni bejn it-taxxi bankarji nazzjonali eżistenti, l-imposti tas-settur finanzjarju u s-sistema tal-VAT, u l-impatt fuq is-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe bidla fit-trattament tal-VAT tas-servizzi finanzjarji trid tivvaluta bir-reqqa l-impatt fuq is-servizzi pprovduti lill-konsumaturi bl-imnut, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, u tevita kwalunkwe kost ġenerali żejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti minn riforma possibbli tal-eżenzjoni tal-VAT, tivvaluta l-fattibbiltà li t-taxxi nazzjonali fuq il-primjums tal-assigurazzjoni jiġu sostitwiti bl-integrazzjoni sħiħa tas-servizzi tal-assigurazzjoni fis-sistema tal-VAT;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-promozzjoni ta’ qafas tat-taxxa aktar koerenti għas-settur finanzjarju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-UE qed tiffaċċja diskrepanza sinifikanti fl-investiment ta’ EUR 750 sa 800 biljun fis-sena fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi klimatiċi, diġitali u ta’ awtonomija strateġika tagħha; ifakkar fl-impenn tal-Istati Membri u tal-UE li jżidu b’mod sostanzjali l-investiment Ewropew fid-difiża; jenfasizza li sabiex tirreaġixxi għal dawn l-isfidi, tassazzjoni ġusta u aktar koerenti tas-settur finanzjarjutista’ tikkontribwixxi għall-mobilizzazzjoni tal-kapital privat, u b’hekk tistimula l-investiment bl-imnut, u ssaħħaħ is-swieq kapitali Ewropej, filwaqt li żżid id-dħul għall-investiment pubbliku għal prijoritajiet strateġiċi, u għall-ħtiġijiet soċjali, klimatiċi u ta’ investiment tagħna, u b’hekk issaħħaħ il-kompetittività tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-ftehim tal-2020 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, inkluża TTF ibbażata fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ progress li sar dwar il-proposta TTF fil-Kunsill, minkejja dibattitu estensiv, kemm b’unanimità kif ukoll b’kooperazzjoni msaħħa, u jieħu nota tat-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-proposta TTF fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Huwa tal-fehma li valutazzjonijiet regolari tal-impatti ekonomiċi u r-rilevanza kontinwa tal-politika tat-tassazzjoni fis-settur finanzjarju huma kruċjali, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet mhux intenzjonati jew dejjiema għas-swieq finanzjarji; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed twettaq analiżi komprensiva tal-impatt potenzjali tat-tassazzjoni ġenerali tas-settur finanzjarju fuq il-funzjonament tas-suq, l-investiment transfruntier, u l-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza li r-regoli tat-taxxa għas-settur finanzjarju għandhom jiġu ssimplifikati u jiżguraw li s-settur jagħti kontribut finanzjarju ġust u sod, u għandhom ikunu ċari, trasparenti u prevedibbli sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni, jiffaċilitaw l-investiment u l-attività transfruntiera filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur; jisħaq li dawn ir-regoli għandhom itejbu l-effiċjenza u l-allokazzjoni tal-kapital, jissalvagwardjaw l-istabbiltà u l-kompetittività tas-suq, u jimmitigaw il-kostijiet tal-konformità, b’mod partikolari għall-konsumaturi bl-imnut u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>