<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0249</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Strateġija ġdida għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0173/2026 - Rapporteur: Marcos Ros Sempere)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar strateġija ġdida għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali (2025/2181(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> OJ L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2022 intitolata “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)” (COM(2022)0212),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-12 ta’ Novembru 2025 intitolata “It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija: it-tisħiħ ta’ demokraziji b’saħħithom u reżiljenti” (JOIN(2025)0791),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-ħiliet bażiċi (COM(2025)0088),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġa l-Irkupru u t-Trasformazzjoni” (COM(2020)0784),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2026 intitolat “Pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku - ‘Aktar sikuri online, flimkien aktar b’saħħitna’” (COM(2026)0071),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2026 bit-titolu “Strateġija dwar l-ekwità interġenerazzjonali” (COM(2026)0110),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar il-protezzjoni tal-minorenni online<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1708, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1708/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Patt tan-NU għall-Futur tat-22 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: “L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Guidelines on the ethical use of artificial intelligence and data in teaching and learning for Educators” (Linji gwida dwar l-użu etiku tal-intelliġenza artifiċjali u tad-data fit-tagħlim u fl-apprendiment għall-edukaturi), ippubblikata fl-2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Guidelines for teaching informatics: practical strategies for European classrooms” (Linji gwida għat-tagħlim tal-informatika: strateġiji prattiċi għall-klassijiet Ewropej), ippubblikata fl-2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Wellbeing and mental health at school – Guidelines for education policymakers” (Il-benesseri u s-saħħa mentali fl-iskejjel – Linji gwida għal dawk li jfasslu l-politika tal-edukazzjoni), ippubblikata fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bit-titolu “Social media use and adolescents’ mental health in the EU” (L-użu tal-media soċjali u s-saħħa mentali tal-adolexxenti fl-UE), ippubblikata fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-UNESCO, b’mod partikolari r-rapport intitolat “Media and information literacy for all: closing the gaps: global analysis of the current state of media and information literacy” (Il-litteriżmu fil-media u tal-informazzjoni għal kulħadd: nagħlqu l-lakuni: analiżi globali tas-sitwazzjoni attwali tal-litteriżmu fil-media u fl-informazzjoni), ippubblikati fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-OECD bit-titolu “Pisa 2022 Results (Volum II): Learning During – and From – Disruption” (Nitgħallmu Matul it-Tfixkil u mit-Tfixkil), ippubblikata fl-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Linji gwida dwar miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni online, skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5519, 10.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5519/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989, u l-Kumment Ġenerali Nru 25 tal-2021 dwar id-drittijiet tat-tfal relatati mal-ambjent diġitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-OECD bit-titolu “Recommendation of the Council on Children in the Digital Environment” (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-Tfal fl-Ambjent Diġitali), ippubblikata fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali, ippubblikati fl-2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titolu “Media and information literacy for all: Supporting marginalised groups through community media” (Il-litteriżmu fil-media u fl-informazzjoni għal kulħadd: Appoġġ għal gruppi emarġinati permezz tal-media komunitarja), ippubblikat fl-2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ politika tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Media u s-Soċjetà tal-Informazzjoni (CDMSI) bit-titolu “National Media and Information Literacy (MIL) Strategies: Practical Steps and Indicators” (Strateġiji Nazzjonali dwar il-Litteriżmu fil-Media u fl-Informazzjoni: Passi u Indikaturi Prattiċi), adottat f’Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A10-0173/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>	billi l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali huma essenzjali biex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa bil-ħiliet kritiċi meħtieġa biex jivvalutaw, jivverifikaw, joħolqu u jikkondividu l-informazzjoni u l-kontenut tal-media b’mod awtonomu u responsabbli fil-pjattaformi tradizzjonali u online, u jagħmlu għażliet infurmati f’ambjent ta’ informazzjoni li qed jevolvi b’mod kostanti; billi dawn il-ħiliet isaħħu l-parteċipazzjoni ċivika, l-inklużjoni soċjali u r-reżiljenza demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali jipprovdu ħiliet bażiċi fis-soċjetà moderna u huma kruċjali biex jindirizzaw il-proliferazzjoni tad-diżinformazzjoni, it-tnaqqis fil-fiduċja fil-media, u l-impatt tal-pjattaformi online, l-atturi ġodda tal-media, bħall-influwenzaturi u l-ħallieqa tal-kontenut, u l-intelliġenza artifiċjali; billi l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali huma meħtieġa fil-kuntest tax-xejriet differenti fil-konsum tal-informazzjoni, mirfuda mill-“kultura tal-iskrolljar”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali huma indispensabbli biex jiġi żgurat il-benesseri diġitali tal-utenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-modi kif jiġu aċċessati l-media u l-kontenut diġitali nbidlu b’mod sinifikanti, fejn l-utenti, b’mod partikolari l-minorenni u ż-żgħażagħ, qed jagħżlu dejjem aktar forom ta’ kontenut imfassla apposta fuq il-pjattaformi tal-media soċjali, isegwu mill-qrib l-attivitajiet tal-influwenzaturi, jiddependu ħafna fuq rakkomandazzjonijiet algoritmiċi u spiss ikollhom firxa ta’ attenzjoni iqsar milli meta kienu jużaw media tradizzjonali; billi l-media soċjali tista’ tippersonalizza malajr il-feeds tagħha, u tesponi lill-utenti, b’mod partikolari lill-minorenni, lill-utenti anzjani u lill-utenti vulnerabbli, għar-riskju li l-kontenut dannuż jiġi amplifikat jew għar-riskju li jinqabdu fi bżieżaq tal-informazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ċerti karatteristiċi tad-disinn tal-pjattaformi diġitali, inklużi s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni algoritmika, jistgħu jinfluwenzaw l-għażla u l-viżibbiltà tal-kontenut u jistgħu jikkontribwixxu għal riskji relatati mal-benesseri tal-utenti u mal-esponiment tagħhom għal kontenut dannuż;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, in-nies fl-UE għandhom ikunu mgħammra b’firxa wiesgħa ta’ ħiliet konjittivi, tekniċi u soċjali biex jaċċessaw u janalizzaw il-kontenut tal-media b’mod effettiv u b’hekk jibqgħu reżiljenti għal azzjonijiet manipulatorji potenzjali jew attakki ibridi li għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw id-diskors ċiviku u l-proċessi demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>	billi ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja, indipendenti u pluralistiku huwa l-pedament tas-soċjetajiet demokratiċi u għandu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-litteriżmu fil-media, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u fiż-żieda tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-ekosistema tal-informazzjoni, b’impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà ekonomika tas-settur tal-media; billi l-media tas-servizz pubbliku għandha rwol ewlieni fl-ilħuq ta’ dawn l-objettivi u tirrikjedi finanzjament adegwat u sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-litteriżmu fil-media u l-edukazzjoni diġitali jridu jitqiesu bħala komponenti integrali ta’ strateġija komprensiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, li għandha tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi tal-istudenti, u tal-partijiet ikkonċernati fl-ekosistema tal-edukazzjoni u l-informazzjoni, inklużi l-ġenituri, l-indokraturi, l-edukaturi, il-media, il-ġurnalisti, il-libreriji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi ġodda tal-media, bħall-influwenzaturi u l-ħallieqa tal-kontenut; billi l-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali tirrikonoxxi t-tagħlim tul il-ħajja, il-ħiliet diġitali, il-litteriżmu fil-media u l-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi tal-etajiet kollha bħala kundizzjonijiet ewlenin għall-ġustizzja interġenerazzjonali u r-reżiljenza tas-soċjetajiet demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali effettivi jirrikjedu opportunitajiet indaqs fl-aċċess għall-edukazzjoni u ambjent ta’ informazzjoni pluralistiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-tfal jaċċessaw il-media soċjali f’età dejjem aktar żagħżugħa, u 97 % taż-żgħażagħ fl-UE jużaw il-pjattaformi tal-internet ta’ kuljum, u fejn il-media soċjali saret is-sors ewlieni ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena<FOOTNOTE><FIELD> Maza, M.T. et al., “Association of Habitual Checking Behaviors on Social Media with Longitudinal Functional Brain Development” (Ir-relazzjoni tal-imġiba ta’ verifika abitwali fuq il-media soċjali mal-iżvilupp funzjonali lonġitudinali tal-moħħ), <STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">JAMA Pediatrics</STRING></STRING>, , Vol. 177, Ħarġa 2, 2023, pp. 160-167.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-approċċi għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali jvarjaw madwar l-UE, u hemm differenzi sinifikanti fir-rigward tal-inkorporazzjoni tagħhom fil-kurrikuli tal-iskejjel u fil-livell ta’ appoġġ finanzjarju jew amministrattiv ipprovdut għal azzjonijiet jew programmi relatati, u fir-rigward tal-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti u l-kooperazzjoni bejniethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Kumment ġenerali Nru 25 dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali adottat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-2021 jistabbilixxi li d-drittijiet tat-tfal iridu jiġu rispettati, protetti u ssodisfati fl-ambjent diġitali u li, meta jagħmlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom disponibbli għat-tfal, il-fornituri tas-servizzi diġitali jeħtiġilhom isegwu l-ogħla standards ta’ etika, privatezza u sikurezza, u adegwatezza għall-età;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-litteriżmu fil-media u l-ħiliet tal-apprendiment diġitali għandhom jiġu żviluppati minn età bikrija, u li l-introduzzjoni tagħhom fl-edukazzjoni primarja tikkontribwixxi għal tħejjija aħjar tat-tfal għall-isfidi tal-ambjent diġitali, b’mod xieraq għall-età u l-iżvilupp tagħhom; billi dawn il-ħiliet huma daqstant essenzjali tul il-ħajja ta’ persuna, u jirrikjedu approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-introduzzjoni prematura ta’ għodod jew teknoloġiji diġitali lill-minorenni qabel ma jkunu ġew żviluppati ħiliet bażiċi ta’ litteriżmu fil-media u ħsieb kritiku b’għodod analogi tesponihom għal għadd kbir ta’ riskji diġitali u ħsara online li jistgħu jkunu għadhom ma ġewx mgħammra biex jirrikonoxxu jew jimmaniġġjaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-popolazzjonijiet kollha, b’mod partikolari l-minorenni, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-persuni f’żoni rurali jew remoti b’infrastruttura diġitali limitata, għadhom f’riskju ogħla li jiġu sfruttati fl-ambjent diġitali; billi ċ-ċittadini ta’ kull età, speċjalment il-minorenni li l-kapaċitajiet konjittivi tagħhom għadhom qed jiżviluppaw, huma vulnerabbli għal riskji relatati mal-kontenut iġġenerat mill-IA u ċ-chatbots;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-introduzzjoni ta’ età minima għas-salvagwardja tal-minorenni meta jużaw pjattaformi online, inklużi diskussjonijiet dwar l-età minima, il-verifika tal-età u l-kontroll tal-ġenituri, ġiet eżaminata minn dawk li jfasslu l-politika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi f’Marzu 2026 il-Kummissjoni stabbiliet panel speċjali ddedikat ta’ esperti dwar is-sikurezza tat-tfal online, bil-kompitu li jiżviluppa rakkomandazzjonijiet biex it-tfal jiġu protetti u awtonomizzati aħjar fl-ambjent diġitali; billi l-panel janalizza wkoll l-importanza tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali għat-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni awdjoviżiva u tal-media tal-UE tipprovdi definizzjoni u tirrikonoxxi l-importanza tal-litteriżmu fil-media, b’mod partikolari permezz tal-Artikolu 2(21) tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media (EMFA) u l-obbligi tal-litteriżmu fil-media skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD); billi l-Artikolu 13 tal-EMFA jinkariga lill-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Media bl-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-litteriżmu fil-media;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Elementi ewlenin tal-approċċ il-ġdid għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li approċċ li jħares ’il quddiem għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali għandu jkollu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nies tal-etajiet kollha b’ħiliet bażiċi li jippermettulhom jibbenefikaw bis-sħiħ mill-ambjent diġitali, jagħtu spinta lill-ħiliet kreattivi tagħhom, jibbenefikaw mill-esponiment għal varjetà ta’ sorsi u jevitaw riskji relatati mal-użu u d-disinn ta’ pjattaformi online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-litteriżmu fil-media biex l-individwi jiġu mgħammra b’ħiliet ta’ ħsieb kritiku li jikkontribwixxu għal teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat u awtonomu fil-proċessi demokratiċi u jsaħħu r-responsabbiltà ċivika biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni, il-polarizzazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin, b’mod partikolari f’kuntesti elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali għandhom jiġu riflessi f’inizjattivi usa’ tal-UE mmirati lejn is-salvagwardja tal-proċessi demokratiċi, inkluż fil-kuntest tat-Tarka għad-Demokrazija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-approċċi għat-tagħlim tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali jeħtieġ li jkunu innovattivi, maħsuba għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni u adattati għall-ħtiġijiet tal-istudenti, b’mod partikolari l-utenti vulnerabbli li jesperjenzaw żvantaġġi minħabba fatturi ġeografiċi, soċjali, kulturali u ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-valur tal-edukazzjoni bejn il-pari implimentata miċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala għodda effettiva biex jintlaħqu t-tfal u l-adolexxenti b’messaġġi dwar l-użu sikur tal-internet, li jikkomplementaw l-edukazzjoni formali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwoli ewlenin li għandhom il-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali fl-għoti tas-setgħa lill-utenti biex jinnavigaw l-ambjent diġitali b’mod sikur, inkluż fil-ġlieda kontra l-bullying ċibernetiku u forom oħra ta’ ħsara online; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-għoti ta’ ħiliet fil-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali tul il-perkors kollu tal-edukazzjoni u fl-attivitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja huwa kruċjali għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħsieb kritiku, l-awtosensibilizzazzjoni u l-imġiba responsabbli online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-politiki tal-litteriżmu fil-media għandhom iqajmu kuxjenza dwar kif l-ambjenti diġitali u d-disinn tal-pjattaformi jinfluwenzaw il-mod kif tiġi aċċessata l-informazzjoni, inkluża l-kapaċità li wieħed jifhem il-funzjonament tal-algoritmi u li jirrikonoxxi d-disinn li joħloq dipendenza u l-kontenut emozzjonalment manipulattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-impatt dejjem jikber tal-ambjenti diġitali fuq is-saħħa mentali u l-benesseri tal-utenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu fil-programmi tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali l-iżvilupp ta’ empatija diġitali, imġiba online responsabbli u fehim tal-impatt tal-ambjent diġitali fuq is-saħħa u l-benesseri mentali, bħala elementi importanti fil-prevenzjoni tal-bullying ċibernetiku u l-promozzjoni tal-benesseri diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jintużaw l-istrumenti regolatorji rilevanti kollha disponibbli u li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha kif ikun meħtieġ, sabiex jinkiseb approċċ tal-UE għall-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex jiġi promoss il-litteriżmu fil-media madwar l-UE; jenfasizza r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-inizjattivi komunitarji, il-voluntiera u l-atturi kulturali fil-bini tal-fiduċja, u b’hekk jitrawwem id-djalogu fid-dibattitu pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Litteriżmu fil-Media u l-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO), u r-rwol importanti tagħhom biex ilaqqgħu flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lir-riċerkaturi u lill-prattikanti biex jibnu komunità multidixxiplinari ta’ esperti, jikkondividu l-aħjar prattiki u jsaħħu s-sensibilizzazzjoni; jitlob li jissaħħu l-attivitajiet tagħhom dwar il-litteriżmu fil-media biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-introduzzjoni tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali fil-kurrikuli tal-iskejjel matul il-proċess kollu tal-edukazzjoni formali u l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ olistiku u bbażat fuq l-evidenza għall-użu tat-teknoloġiji diġitali fl-iskejjel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali lil hinn mill-edukazzjoni formali u fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jiġi żgurat approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja u tas-soċjetà kollha li jinvolvi l-gvernijiet, l-istituzzjonijiet edukattivi, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-media, il-pjattaformi tat-teknoloġija u l-familji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi qafas strutturat ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-azzjonijiet nazzjonali tal-litteriżmu fil-media, inklużi indikaturi li jistgħu jitkejlu li jivvalutaw l-għarfien, l-eżiti tal-imġiba, l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku, u r-reżiljenza għad-diżinformazzjoni, inkluż permezz ta’ studji lonġitudinali u l-evalwazzjoni ta’ approċċi xierqa għall-età u programmi ta’ appoġġ għall-ġenituri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali: it-tisħiħ tal-pilastri tal-ekosistema moderna tal-media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jikkooperaw biex jistabbilixxu approċċ koordinat tal-UE għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u, fejn xieraq, tipproponi approċċ komuni ċar tal-UE dwar l-aċċess xieraq għall-età għall-pjattaformi online, b’mod partikolari l-pjattaformi tal-media soċjali, skont approċċ ibbażat fuq il-protezzjoni tal-benesseri tat-tfal, ir-rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta’ iżvilupp konjittiv u emozzjonali tal-minorenni, u l-ħtieġa li jiġi żgurat ambjent diġitali sikur u xieraq għall-età, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u d-differenza fl-approċċi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-AVMSD, tiżgura l-infurzar tagħha u tipproponi emendi mmirati biex tkompli żżid il-livelli ta’ protezzjoni għall-utenti fuq pjattaformi ta’ video-sharing, b’mod partikolari l-minorenni, tespandi r-regoli dwar il-kontenut tal-media għall-influwenzaturi u l-ħallieqa tal-kontenut, u tiżgura tikkettar effettiv ta’ kontenut iġġenerat mill-IA, manipulat mill-IA u sponsorjat kummerċjalment, mingħajr ma tiddependi biss fuq tikketti jew indikaturi awtomatizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u linji gwida ċari għall-influwenzaturi u l-ħallieqa tal-kontenut dwar l-integrazzjoni tal-prinċipji tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali fil-kontenut tagħhom, fid-dawl tar-rwol sinifikanti tagħhom fit-tfassil tax-xejriet tal-konsum tal-informazzjoni, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-pjattaformi online jagħtu viżibbiltà akbar, inkluż permezz ta’ sistemi ta’ rakkomandazzjoni, lil kontenut li jippromwovi b’mod attiv il-litteriżmu fil-media, il-ħsieb kritiku u s-sikurezza online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu sorveljanza effettiva u jiżguraw li l-pjattaformi ta’ video-sharing jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jipprovdu miżuri u għodod effettivi ta’ litteriżmu fil-media u li jżidu l-għarfien tal-utenti dwar tali miżuri u għodod, kif stipulat fl-Artikolu 28(b)(3) tal-AVMSD; jistieden lill-awtoritajiet u lill-korpi regolatorji nazzjonali jużaw il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 15 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media biex jiżguraw li dan l-obbligu jiġi infurzat b’mod effettiv madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu, skont l-Artikolu 33(a) tal-AVMSD, li jippromwovu u jieħdu miżuri għall-iżvilupp tal-ħiliet fil-litteriżmu fil-media u li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri; iħeġġeġ lir-regolaturi nazzjonali tal-media jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-gruppi kollha tal-popolazzjoni meta jiżviluppaw tali miżuri, u jieħdu approċċ imfassal apposta, li jindirizza l-ħtiġijiet tal-etajiet kollha, meta japplikaw tali miżuri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li tali awtoritajiet ikollhom finanzjament stabbli u ddedikat biex jippromwovu u jimplimentaw miżuri ta’ litteriżmu fil-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ lill-pjattaformi online kbar ħafna jistabbilixxu miżuri ta’ mitigazzjoni raġonevoli, proporzjonati u effettivi biex jindirizzaw ir-riskji sistemiċi li jirriżultaw mill-isfruttament ta’ litteriżmu fil-media u ħiliet ta’ apprendiment diġitali insuffiċjenti tal-utenti, b’mod partikolari l-minorenni, kif meħtieġ mill-Att dwar is-Servizz Diġitali (DSA); jistieden lill-pjattaformi online kbar ħafna jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tal-litteriżmu fil-media u tal-apprendiment diġitali biex jidentifikaw b’mod proattiv kif it-tfassil tas-servizzi tagħhom jista’ jaffettwa l-kapaċità tal-utenti li jaċċessaw, joħolqu u jinvolvu ruħhom fil-kontenut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li tali valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu wkoll l-effetti fuq il-benesseri tal-utenti u l-iżvilupp konjittiv u soċjoemozzjonali u s-saħħa mentali, kif ukoll ir-riskji marbuta ma’ karatteristiċi tad-disinn xprunati mill-involviment jew li potenzjalment joħolqu dipendenza; jitlob li tali valutazzjonijiet isiru trasparenti, indipendenti u disponibbli għall-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-impenji tal-litteriżmu fil-media jiġu implimentati b’mod effettiv skont il-Kodiċi ta’ Kondotta tad-DSA dwar id-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkopri l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali fir-rieżami tagħha tal-linji gwida tad-DSA dwar miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni online, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali li jistgħu jittieħdu mill-pjattaformi online biex tiġi żgurata esperjenza xierqa għall-età għall-minorenni online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Media juża d-djalogu strutturat stabbilit fl-Artikolu 19 tal-EMFA biex jimmonitorja l-azzjonijiet meħuda mill-pjattaformi online kbar ħafna dwar il-litteriżmu fil-media kif ukoll biex isaħħaħ id-djalogu bejn il-fornituri tas-servizzi tal-media dwar il-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali u l-viżibbiltà tal-media ta’ reputazzjoni tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-politiki tal-litteriżmu fil-media jridu jirrispettaw bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-media u għandhom jagħtu s-setgħa lill-utenti mingħajr ma jirrestrinġu l-aċċess għal sorsi differenti ta’ informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li l-litteriżmu fil-media jiddependi mhux biss fuq il-kapaċità tal-utenti li jivvalutaw l-informazzjoni b’mod kritiku, iżda wkoll fuq l-eżistenza ta’ ġurnaliżmu b’saħħtu, indipendenti u ta’ kwalità għolja li jipprovdi informazzjoni affidabbli, verifikata u pluralistika; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għall-media tradizzjonali fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, minħabba r-rwol essenzjali tagħhom biex jinfurmaw liċ-ċittadini, inkluż billi jippromwovu remunerazzjoni ġusta għall-kontenut ġurnalistiku u jiżguraw finanzjament sostenibbli, b’mod partikolari permezz ta’ programmi bħall-programm futur AgoraEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-azzjonijiet ta’ litteriżmu fil-media fil-programm ta’ reżiljenza tal-media u tiżgura li tali azzjonijiet jilħqu l-kategoriji kollha tal-età (żgħażagħ, adulti, anzjani) f’żoni rurali, remoti u urbani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri nazzjonali tal-litteriżmu fil-media jinkludu strateġiji speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni għal gruppi soċjoekonomikament żvantaġġati, persuni b’diżabilità, persuni li jgħixu f’żoni remoti, u dawk b’livelli aktar baxxi ta’ ħiliet diġitali, sabiex jiġi evitat li l-lakuni fil-litteriżmu fil-media u fl-apprendiment diġitali jsaħħu inugwaljanzi usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament stabbli u fit-tul tal-UE għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-inizjattivi tal-litteriżmu fil-media fl-ambitu tal-programmi rilevanti tal-UE, inkluż il-programm futur AgoraEU, b’enfasi fuq il-ħsieb kritiku, ir-reżiljenza għad-diżinformazzjoni u l-pluraliżmu tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Litteriżmu fil-Media, lill-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Media u lill-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet relatati mal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali, u jipprovdu aktar gwida dwar azzjonijiet prattiċi li jistgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tibni fuq il-Ġimgħa Ewropea għal-Litteriżmu fil-Media bħala avveniment emblematiku annwali biex jintwerew eżempji tal-aħjar prattika u jiġi pprovdut forum inklużiv għad-diskussjoni u l-bini tal-kapaċità, u biex tiġi mħeġġa firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u istituzzjonijiet, inklużi l-uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) fl-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali, u jiżguraw li tali avvenimenti jirriflettu opinjonijiet differenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali: il-promozzjoni ta’ sistema edukattiva olistika u orjentata lejn il-futur </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-litteriżmu fil-media u l-edukazzjoni diġitali bħala ħiliet bażiċi għaċ-ċittadini kollha; jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw il-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali fil-kurrikuli edukattivi tagħhom b’mod li jkun xieraq għall-etajiet; jenfasizza li jistgħu jintużaw għodod analogi biex jitrawwem il-litteriżmu fil-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil-litteriżmu fil-media fil-pjan direzzjonali tal-2030 dwar il-futur tal-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali, u ssaħħaħ il-kompetenzi diġitali, tipprevjeni l-bullying ċibernetiku u tippromwovi l-benesseri diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tipprovdi gwida Ewropea u materjal edukattiv ieħor dwar il-litteriżmu fil-media mfassal għall-gruppi tal-etajiet u l-livelli edukattivi kollha, u torganizza sessjonijiet ta’ ħidma regolari, li jiffukaw fuq il-ħsieb kritiku, il-verifika tas-sorsi ta’ informazzjoni, il-pluraliżmu tal-media, il-parteċipazzjoni responsabbli tal-media, u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-verifika tal-fatti, il-korpi awtoregolatorji ġurnalistiċi u l-media komunitarja, kif ukoll gwida għall-ġenituri u l-indokraturi dwar l-użu tal-media xieraq għall-età, ir-riskji online u l-għodod tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw u jikkooperaw mal-edukaturi, ir-riċerkaturi, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġenituri, l-indokraturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ meta jiżviluppaw u jevalwaw l-inizjattivi tal-litteriżmu fil-media u tal-apprendiment diġitali, biex jiżguraw li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-edukaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-użu tal-għodod tal-apprendiment diġitali fl-edukazzjoni jkun ħieles minn influwenza kummerċjali indebita; jenfasizza li l-kooperazzjoni mal-atturi tas-settur privat għandha tkun trasparenti, immexxija mill-edukazzjoni u fl-interess pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-programmi tal-litteriżmu fil-media u tal-apprendiment diġitali biex jippermettu lill-utenti jiddistingwu bejn kontenut editorjali, kummerċjali u sintetiku u jidentifikaw tekniki persważivi; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-litteriżmu fl-IA jiġi integrat f’dawn il-programmi biex il-kontenut iġġenerat mill-IA u r-riskji relatati ta’ manipulazzjoni u miżinformazzjoni jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tivvaluta b’mod urġenti u komprensiv l-impatt tal-apparati u s-servizzi diġitali, inklużi l-għodod tal-IA, f’ambjenti edukattivi fuq l-eżiti tal-apprendiment, l-iżvilupp konjittiv, il-benesseri, is-saħħa mentali u l-firxa ta’ attenzjoni, sabiex tappoġġa l-użu responsabbli tagħhom fl-iskejjel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi, fejn meħtieġ, miżuri ta’ politika, li jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet immirati, b’mod partikolari fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal, biex jiġi żgurat li l-użu tat-teknoloġiji diġitali fl-edukazzjoni jkun strettament ġustifikat mil-lat pedagoġiku, xieraq għall-età, proporzjonat u bbażat fuq evidenza xjentifika indipendenti, sabiex tali għodod jappoġġaw il-proċessi tal-apprendiment minflok jissostitwuhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ kontinwu kemm għall-edukaturi – fl-edukazzjoni formali, mhux formali jew informali – kif ukoll għal-librara fil-media u fl-edukazzjoni diġitali, appoġġat minn finanzjament adegwat; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ it-taħriġ fil-litteriżmu tal-media permezz ta’ Ċentri għal Internet Aktar Sikur, il-pjattaforma Internet Aħjar għat-Tfal u l-pjattaformi rilevanti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali rilevanti jwettqu kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali, sabiex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar kif l-ambjenti diġitali jfasslu l-imġiba online, u dwar miżuri ta’ kontroll mill-ġenituri disponibbli online, l-obbligi legali eżistenti tal-pjattaformi online, u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ disponibbli, inklużi l-organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ għas-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali tul il-ħajja għaċ-ċittadini kollha, u sabiex fil-mira jkollhom lill-adulti, l-anzjani u l-popolazzjonijiet vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-libreriji pubbliċi, taċ-ċentri komunitarji u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala ċentri fdati, aċċessibbli u inklużivi għal-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni demokratika u l-aċċess ugwali għall-għarfien, il-kultura u l-informazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sħubijiet u l-investiment f’dawn l-infrastrutturi lokali ewlenin permezz ta’ finanzjament adegwat, taħriġ tal-persunal u aċċess għal għodod u riżorsi diġitali aġġornati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw, f’kooperazzjoni mal-atturi ta’ interess pubbliku u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-iżvilupp ta’ ekosistemi diġitali reżiljenti u affidabbli li jsaħħu r-reżiljenza diġitali tal-Ewropa, il-pluraliżmu tal-media u l-aċċess taċ-ċittadini għal informazzjoni preċiża u affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom jippromwovu l-litteriżmu fil-media u l-apprendiment diġitali b’mod innovattiv u kreattiv fl-ambjenti urbani, kemm fiżiċi kif ukoll diġitali, sabiex jitrawmu l-parteċipazzjoni demokratika u l-involviment ċiviku; jenfasizza li l-bliet għandhom rwol kruċjali biex jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-ispazji pubbliċi, li qed jiġu affettwati dejjem aktar mill-ambjent tal-informazzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>