<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0250</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-2026</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0187/2026 - Rapporteur: Lukas Mandl, Pierfrancesco Maran)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-2026 (2025/2248(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – “Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel rieżami volontarju tal-UE tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), ippreżentat lin-NU fid-19 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurostat bit-titolu “Sustainable development in the European Union – monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context – 2025 edition” (L-Iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea – rapport ta’ monitoraġġ dwar il-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UE – edizzjoni 2025), ippubblikat fl-4 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu “Transforming our World – the 2030 Agenda for Sustainable Development” (2030 Agenda) (Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (Aġenda 2030)), adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta’ Settembru 2015 f’New York, liema riżoluzzjoni tistabbilixxi l-SDGs,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (UNCBD), u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, li dwaru ntlaħaq qbil f’Diċembru 2022 fil-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNCBD,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, adottat mill-Istati Membri tan-NU fit-Tielet Konferenza Dinjija tan-NU dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri fit-18 ta’ Marzu 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400) u l-annessi tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi li ġie adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit 2023 dwar l-SDGs li sar f’Settembru 2023, matul il-ġimgħa ta’ livell għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit tal-Futur li sar fit-22 u fit-23 ta’ Settembru 2024 f’New York, l-eżitu tiegħu, il-Patt għall-Futur, li jwiegħed 56 azzjoni biex jiġi aċċellerat u ffinanzjat l-iżvilupp sostenibbli, u ż-żewġ annessi għall-Patt għall-Futur, jiġifieri l-Patt Diġitali Globali u d-Dikjarazzjoni dwar il-Ġenerazzjonijiet Futuri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f’Sivilja, Spanja, mit-30 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-COP29 dwar l-Ilma għall-Azzjoni Klimatika, adottata fid-29 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC f’Baku, l-Ażerbajġan, fl-20 ta’ Novembru 2024 u approvata mill-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva “Saħħa Waħda” tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Universitarju tan-NU għall-Ilma, l-Ambjent u s-Saħħa ta’ Jannar 2026 bit-titolu “Global Water Bankruptcy: Living Beyond our Hydrological Means in the Post-Crisis Era” (Falliment Globali tal-Ilma: Ngħixu lil hinn mill-Mezzi Idroloġiċi tagħna fiż-Żmien ta’ Wara l-Kriżi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma” (COM(2025)0280),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 dwar l-aċċess għall-ilma bħala dritt tal-bniedem – id-dimensjoni esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE> u tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/576, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/576/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/493, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/493/oj</FIELD></FOOTNOTE> u tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1441, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1441/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 64/292 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-28 ta’ Lulju 2010 dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità u 68/157 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, u r-Riżoluzzjoni 45/8 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “The human rights to safe drinking water and sanitation” (Id-drittijiet tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (A10-0187/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Aġenda 2030 u s-17-il SDG li fiha jirrappreżentaw l-uniku qafas globalment kondiviż u politikament miftiehem għal politiki bbażati fuq l-evidenza biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni, biex il-boxxla globali tiġi orjentata mill-ġdid lejn is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali u jiġu żgurati l-paċi u l-prosperità għal kulħadd;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-SDGs tejbu l-ħajjiet ta’ miljuni ta’ nies fl-aħħar għaxar snin, b’aktar minn 100 miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa jiksbu aċċess għall-edukazzjoni, mijiet ta’ miljuni ta’ persuni jiksbu aċċess għall-ilma tax-xorb sikur, għas-sanità, u għall-elettriku, u bl-aċċess għall-elettriku jilħaq it-92 % tal-popolazzjoni globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, għalkemm sar progress sostanzjali f’xi oqsma, 35 % biss tal-miri tal-SDGs jinsabu fit-triq it-tajba jew qed juru progress moderat, kważi nofshom qed jipprogressaw bil-mod wisq jew qed juru biss progress marġinali, u 18 % marru lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-klima ġeopolitika attwali u d-diversi kriżijiet, inklużi l-kunflitti armati, il-pressjoni ekonomika u l-instabbiltà internazzjonali, il-kriżi tal-enerġija, iż-żieda fl-iskarsezza tal-ilma u inċidenza akbar ta’ nixfiet, il-kriżi planetarja tripla tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis, iż-żieda fl-inugwaljanzi, ir-rigress demokratiku, il-movimenti dejjem akbar kontra l-ġeneru u kontra d-drittijiet u l-ispazju li qed jiċkien għas-soċjetà ċivili, jaffettwaw b’mod sever il-progress lejn il-kisba tal-SDGs;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, lil hinn mid-diskrepanza fil-finanzjament tal-SDGs, l-inugwaljanzi dejjem akbar fil-pajjiżi u bejniethom huma l-ostaklu strutturali ewlieni biex jintlaħqu l-SDGs; billi l-livelli attwali ta’ konsum globali huma ekwivalenti għar-riżorsi ta’ 1,8 pjaneta fis-sena, u l-livelli attwali ta’ konsum tal-UE huma ekwivalenti għar-riżorsi ta’ 3 pjaneti fis-sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-multilateraliżmu bbażat fuq in-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-2026 se jwettaq rieżamijiet fil-fond tal-SDGs 6, 7, 9, 11 u 17;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur u nadif u s-sanità huwa dritt tal-bniedem, kif rikonoxxut mir-Riżoluzzjoni 64/292 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; billi madwar 2,2 biljun ruħ, inklużi 600 miljun tifel u tifla, għad ma għandhomx aċċess għal ilma tax-xorb ġestit b’mod sikur, 3,5 biljun ruħ, inklużi 1,1 miljun tifel u tifla, ma għandhomx sanità ġestita b’mod sikur, u madwar 4 biljun ruħ iġarrbu skarsezza tal-ilma serja għal mill-anqas xahar kull sena; billi kważi tliet kwarti tal-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’pajjiżi kklassifikati bħala pajjiżi b’nuqqas ta’ sigurtà tal-ilma jew b’nuqqas kritiku ta’ sigurtà tal-ilma; billi, fl-UE, it-telf ekonomiku mill-iskarsezza tal-ilma jammonta għal total ta’ EUR 9 biljun fis-sena, u jaffettwa 30 % tal-Ewropej u 20 % tal-art kull sena<FOOTNOTE><FIELD> Rapport 07/2024 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tal-15 ta’ Ottubru 2024, bit-titolu “Europe’ s state of water 2024: the need for improved water resilience” (L-istat tal-ilma tal-Ewropa 2024: il-ħtieġa għal reżiljenza mtejba tal-ilma).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida kbira għar-riżorsi tal-ilma u l-ekosistemi akkwatiċi; billi, sal-2030, id-domanda globali għall-ilma se taqbeż ir-riżorsi disponibbli b’40 % u, bir-rata ta’ domanda attwali u skont stimi reċenti, id-dinja mhux se tikseb ġestjoni sostenibbli tal-ilma sa mill-anqas l-2049;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi n-nisa u l-bniet jerfgħu r-responsabbiltà primarja għas-servizzi tal-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH) u l-ġestjoni tal-enerġija fil-livell tal-unitajiet domestiċi; billi n-nisa u l-bniet huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-iskarsezza tal-ilma riżultat tal-bżonnijiet tas-saħħa speċifiċi għall-ġeneru, fatturi soċjali u l-fatt li jerfgħu r-responsabbiltà primarja għall-ġbir u l-ġestjoni tal-ilma; billi n-nisa u l-bniet jiffaċċjaw riskji akbar għas-saħħa, telf ta’ opportunitajiet edukattivi u esponiment akbar għall-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, speċjalment f’żoni affettwati mill-kunflitti u matul kriżijiet umanitarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-investimenti f’politiki WASH u tal-enerġija li huma reattivi għal kwistjonijiet tal-ġeneru jnaqqsu r-riskji ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, inaqqsu l-mortalità tat-tfal u tal-ommijiet, iżidu l-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni u jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni li jirċievu, isaħħu l-parteċipazzjoni ekonomika u l-għajxien tan-nisa, jaċċeleraw it-tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli u jgħinu biex jinħolqu komunitajiet reżiljenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi aktar minn 1 000 tifel u tifla li għandhom anqas minn ħames snin imutu kuljum minħabba mard marbut ma’ WASH, bħad-dijarea; billi, għal miljuni ta’ nies li jgħixu b’diżabbilità, in-nuqqas ta’ servizzi WASH xierqa jippreżenta ostakli sinifikanti, b’infrastruttura inaċċessibbli u stigma li tagħmel ħsara lis-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tagħhom; billi r-rata attwali ta’ progress jeħtieġ li tiġi rduppjata jekk il-miri għall-kopertura universali tas-servizzi tal-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH) fl-iskejjel għandhom jintlaħqu sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-infrastruttura tal-ilma u tal-enerġija hija protetta skont id-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-aċċess għall-ilma huwa essenzjali għal skopijiet li jinkludu l-ġestjoni tal-ekosistema, l-agrikoltura u l-enerġija; billi hemm tendenza dejjem akbar li l-ilma jintuża bħala mezz ta’ gwerra, fejn il-partijiet f’kunflitt jeqirdu b’mod mhux intenzjonat jew deliberatament is-sistemi tal-ilma, jikkontaminaw ir-riżorsi tal-ilma u jaqtgħu l-enerġija, u dan jaffetwa b’mod sever lill-popolazzjoni ċivili; billi r-restawr tas-servizzi tal-WASH f’ambjenti ta’ kunflitt jibqa’ essenzjali u jista’ jaġixxi bħala pont għall-paċi; billi l-industrija tal-minjieri u l-biedja industrijali jirrikjedu ġestjoni bir-reqqa biex jiġu protetti kemm id-disponibbiltà kif ukoll il-kwalità tar-riżorsi tal-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Ewropa hija mexxejja globali fit-teknoloġija tal-ilma, bl-Istati Membri tal-UE jipproduċu 40 % tal-privattivi internazzjonali kollha fit-teknoloġiji relatati mal-ilma; billi ekosistemi b’saħħithom jagħmluha possibbli li tittejjeb il-kwalità tal-ilma, filwaqt li tiżdied ukoll ir-reżiljenza għall-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistipula li l-objettiv prinċipali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE hu t-tnaqqis u, fuq terminu twil, l-eliminazzjoni tal-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-persuni b’diżabbiltà jiffaċċjaw riskju ogħla ta’ faqar minħabba opportunitajiet limitati għall-impjieg u l-edukazzjoni, pagi aktar baxxi u kostijiet ogħla tal-għajxien; billi l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp fit-tneħħija ta’ ostakli arkitettoniċi u tal-komunikazzjoni, inkluż fl-ibliet, bħala element ewlieni li jippromwovi l-inklużjoni professjonali u soċjali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-investiment fit-tfal u ż-żgħażagħ huwa kruċjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku, l-istabbiltà u t-tnaqqis tal-faqar fit-tul; billi t-tfal jikkostitwixxu sehem sinifikanti tal-popolazzjoni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tal-faqar, tal-kunflitt u tal-aċċess limitat għal infrastruttura u servizzi bażiċi; billi l-azzjonijiet fl-ambitu tal-SDGs, inkluż f’oqsma bħall-aċċess għall-ilma, għall-enerġija u għall-infrastruttura, għandhom iqisu aktar il-ħtiġijiet reali tat-tfal;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi madwar 1,18 biljun persuna globalment huma meqjusa fqar fl-enerġija, inklużi s-685 miljun persuna li m’għandhomx aċċess għall-elettriku; billi l-faqar enerġetiku jdgħajjef il-forniment tas-servizz, l-irkupru ekonomiku u l-konsolidazzjoni tal-paċi; billi filwaqt li l-enerġija sostenibbli hija opportunità trasformattiva biex tittejjeb ir-reżiljenza, jitnaqqas il-kunflitt, jiġu appoġġjati l-popolazzjonijiet spostati u titnaqqas id-dipendenza fuq provvisti volatili;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi madwar 55 % tal-popolazzjoni tad-dinja tirrisjedi f’żoni urbani; billi, jekk jiġu ġestiti tajjeb, il-foresti u s-siġar urbani jistgħu jnaqqsu t-temperatura tal-arja sa 8 C, inaqqsu l-kostijiet tal-arja kundizzjonata sa 40 %, inaqqsu l-flussi tal-ilma tal-maltemp u jtejbu l-kwalità tal-arja billi jiffiltraw it-trab u s-sustanzi niġġiesa; billi l-bliet jistgħu jipproduċu sa madwar 70 % tal-iskart globali; billi l-ġbir u l-ġestjoni ħażina tal-iskart jikkawżaw tniġġis tal-arja u tal-ilma, jiġġeneraw skart tal-baħar u jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-finanzjament inadegwat huwa l-ostaklu ewlieni biex jintlaħqu l-SDGs; billi għad hemm diskrepanza annwali fl-investiment tal-SDG ta’ USD 4 triljun; billi l-livelli għoljin ta’ dejn ta’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju huma ostaklu għall-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-SDGs; billi aktar minn 50 % tal-pajjiżi b’introjtu baxx issa jinsabu f’diffikultà ta’ dejn jew qed jiffaċċjaw riskji għoljin ta’ dejn, u dan jipperikola l-ilħuq tal-SDGs; billi l-Global Gateway, bħala strateġija għal investiment sostenibbli għandha l-potenzjal li taqdi rwol ewlieni fil-kontribut għall-progress fl-SDGs; billi għandha ssir ukoll enfasi fuq l-effiċjenza tal-infiq u r-responsabbiltà fiskali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-UE affermat mill-ġdid l-impenn inekwivoku tagħha lejn l-Aġenda 2030 u l-SDGs deskritti fiha; billi l-UE tirrikonoxxi l-ħtieġa li tagħmel aktar progress f’ħafna SDGs; billi l-kollaborazzjoni bejn l-UE u n-NU, inkluż fil-livell tal-pajjiżi, għandha rwol kruċjali biex titmexxa ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-SDGs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ambjenti fraġli u kumplessi; billi huwa stmat li l-kisba ta’ madwar 65 % tal-miri tiddependi mill-input mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma d-donaturi ewlenin tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) globalment; billi, għalkemm l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom kollettivament li jipprovdu 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) bħala ODA, huma naqqsu l-impenji ODA tagħhom minn 0,53 % fl-2023 għal 0,47 % fl-2024; billi l-UE stabbiliet il-mira kollettiva li tipprovdi 0,2 % tal-ING bħala ODA għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, iżda fl-2023 tali ODA ammontat għal 0,12 % tal-ING; billi l-pajjiżi l-anqas żviluppati huma affettwati b’mod sproporzjonat minn dan it-tnaqqis storiku fil-finanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti ħadet sensiela ta’ deċiżjonijiet li huma ta’ tħassib kbir u ta’ ħsara fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali u l-assistenza umanitarja, b’mod partikolari s-sospensjoni tal-biċċa l-kbira tal-finanzjament għal programmi fl-ambitu tal-USAID; billi dan it-tnaqqis diġà qed ifixkel l-aċċess għal servizzi essenzjali tas-saħħa, tal-ikel u tal-protezzjoni, u huwa mistenni li jitfa’ lil miljuni ta’ nies f’faqar estrem u jaggrava l-kriżijiet umanitarji; billi, skont analiżijiet reċenti, it-tnaqqis fil-finanzjament jista’ jikkontribwixxi għal miljuni ta’ mwiet li jistgħu jiġu pprevenuti, inkluż sa 14-il miljun mewta sal-2030, b’konsegwenzi partikolarment severi għan-nisa, it-tfal u gruppi vulnerabbli oħra;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sitwazzjoni attwali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi u sod tiegħu li jiżgura l-implimentazzjoni u t-twettiq sħaħ u fil-pront tal-SDGs kollha; jemmen li l-UE għandha tibqa’ impenjata bis-sħiħ biex tintegra l-SDGs fil-politiki u l-inizjattivi leġiżlattivi kollha tal-UE u tiżgura l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jirrikonoxxi li l-Istati Membri għandhom rwol ewlieni fl-ixprunar tal-iżvilupp sostenibbli fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jappella lill-UE biex tkompli bit-tmexxija tagħha fit-twettiq tal-implimentazzjoni tal-SDGs fl-UE u madwar id-dinja billi tipprovdi appoġġ politiku u finanzjarju; jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-Patt għall-Futur; jappella biex ir-rwol u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet multilaterali jissaħħu biex jitjieb it-twettiq tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi l-passi li ttieħdu fil-livell tal-UE u madwar id-dinja, mill-2015 ’l hawn, biex jiġu implimentati l-SDGs; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-kisbiet sinifikanti matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-komunità globali tinsab ferm lura fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; jirrikonoxxi li s-17-il SDG huma interkonnessi u li l-kisba tal-Aġenda 2030 se tirrikjedi azzjoni aċċelerata fl-SDGs kollha; jissottolinja li l-effetti ċikatriċi tal-kunflitti li qed jeskalaw, tat-tensjonijiet ġeopolitiċi, tal-emerġenzi tas-saħħa u umanitarji u tal-kriżi planetarja tripla tat-tibdil fil-klima, tat-telf tal-bijodiversità u tat-tniġġis jikkostitwixxu ostakli sinifikanti biex jintlaħqu l-SDGs; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa urġenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta’ trasformazzjoni sistemika tal-qafas ta’ implimentazzjoni sabiex jintlaħqu l-SDGs, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet ekonomiċi u d-differenzi fl-iżvilupp bejn il-pajjiżi; jiddispjaċih għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mhux se jkollhom l-opportunità li jippreżentaw ir-Rieżamijiet Nazzjonali Volontarji tagħhom tal-implimentazzjoni tal-SDG fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-2026; madankollu jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jwettqu Rieżamijiet Nazzjonali Volontarji biex jagħtu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinsab imħasseb li s-sitwazzjoni ġeopolitika u ta’ sigurtà attwali, flimkien mal-isfida urġenti li tinkiseb in-newtralità klimatika, toħloq aktar diffikultajiet għas-soċjetà u għall-kisba tal-SDGs; jemmen li l-istabbiltà, is-sigurtà, il-prevenzjoni tal-kunflitti u r-reżiljenza ekonomika u klimatika, b’mod partikolari f’kuntesti fraġli, se jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-SDGs, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-bniedem u l-ugwaljanza, u li ma jistgħux jinkisbu b’mod iżolat mill-ġeopolitika, is-sigurtà tal-enerġija u s-sigurtà tal-ikel u tal-ilma; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ aktar sforzi mill-atturi kollha u jinsisti fuq ir-rwol indispensabbli li għandhom il-multilateraliżmu, id-difiża u t-tisħiħ ta’ sistema multilaterali demokratika u bbażata fuq ir-regoli taħt l-awspiċji tan-NU, u l-investiment sostnut biex jiġu indirizzati l-problemi sottostanti għall-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-impenn tal-UE għall-implimentazzjoni globali u Ewropea tal-SDGs u l-Aġenda 2030 jibqa’ kruċjali u għandu jibgħat sinjal ċar lis-sħab madwar id-dinja; ifakkar fl-impenn tal-UE li tirrispetta l-limiti planetarji u li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 u, f’dan ir-rigward, jappella għal aktar effiċjenza fir-riżorsi; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu r-rwol ta’ tmexxija tagħhom billi jibnu alleanzi globali u biex isaħħu b’mod kostruttiv l-impenn tagħhom mal-pajjiżi sħab sabiex iwettqu l-SDGs u jiżguraw finanzjament xieraq u sostnut sabiex jintlaħqu l-SDGs billi titnaqqas id-diskrepanza enormi fil-finanzjament, inkluża dik kawża tas-sospensjoni tal-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-USAID;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li x-xejra attwali ta’ rigress demokratiku madwar id-dinja, ikkaratterizzata mill-erożjoni tal-istat tad-dritt, istituzzjonijiet imdgħajfa, spazju ċiviku li qed jiċkien u movimenti dejjem akbar kontra l-ġeneru u kontra d-drittijiet, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-LGBTQI+, tirriskja li tnaqqas ir-ritmu u treġġa’ lura l-progress fl-SDGs u timmina l-kisba tal-Aġenda 2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs tirrikjedi approċċ prammatiku u mmexxi mir-riżultati, li jipprijoritizza soluzzjonijiet trasformattivi, innovattivi u kkoordinati bbażati fuq ix-xjenza u l-evidenza li jipproduċu riżultati li jistgħu jitkejlu, u teħtieġ koerenza akbar fir-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi; jenfasizza li l-implimentazzjoni effettiva tal-SDG tiddependi minn governanza tajba, l-istat tad-dritt, miżuri kontra l-korruzzjoni u ġestjoni finanzjarja pubblika soda; jafferma mill-ġdid l-importanza ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal monitoraġġ, obbligu ta’ rendikont u rapportar ibbażat fuq ir-riżultati aktar effiċjenti dwar l-implimentazzjoni tal-SDG fil-livell tal-UE u globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tas-settur privat, l-innovazzjoni u l-finanzi sostenibbli biex titnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament tal-SDGs u jappella għal sħubijiet pubbliċi-privati u governanza pubblika msaħħa u ambjenti kummerċjali mtejba fil-pajjiżi sħab; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-intraprenditorija lokali, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-iżvilupp tal-ħiliet u oqfsa regolatorji xierqa filwaqt li jiġu rrispettati l-istandards ambjentali u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-gruppi vulnerabbli, speċjalment it-tfal, u b’mod partikolari f’kuntesti fraġli u affettwati minn kunflitti, u jappella għal investiment imsaħħaħ, ikkoordinat u fit-tul f’sistemi tal-edukazzjoni, tal-kura tas-saħħa u ta’ protezzjoni tat-tfal, ta’ kwalità, f’konformità mal-Aġenda 2030 u l-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, u li tali investiment jiġi rikonoxxut bħala essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem, ir-reżiljenza u l-istabbiltà sostenibbli fit-tul;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">SDG 6: l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-SDG 6 huwa wieħed mill-SDGs fejn ġiet irreġistrata prestazzjoni mill-aktar dgħajfa, hekk kif l-ebda waħda mill-miri tiegħu ma ntlaħqet jew ma tinsab fit-triq it-tajba biex tintlaħaq, u nofs il-miri tiegħu raw staġnar jew rigress; ifakkar li l-aċċess għal ilma tax-xorb sikur u nadif u s-sanità huma drittijiet fundamentali relatati mal-interess pubbliku u mal-beni pubbliċi u globali, u huma strumentali fit-titjib tal-kopertura tas-saħħa globali u l-aċċess għall-edukazzjoni, fil-kisba tat-tnaqqis tal-faqar u s-sigurtà tal-ikel u fil-protezzjoni tal-ekosistemi; jisħaq, barra minn hekk, li huwa kruċjali li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ilma fid-dawl tal-pressjonijiet dejjem akbar mit-tibdil fil-klima, in-nixfiet, l-għargħar u t-tniġġis, f’kuntest ta’ żieda fid-domanda għall-ilma u użi kompetittivi; jinsisti li l-aċċess għall-ilma u r-reżiljenza tal-ilma huma kruċjali biex jintlaħqu diversi SDGs oħra; ifakkar fl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Right2Water u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water” (ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99).</FIELD></FOOTNOTE>, u għalhekk jappella għall-adozzjoni tal-miżuri proposti fiha sabiex jintlaħaq l-SDG 6;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima identifika s-servizzi WASH bħala waħda mill-aktar miżuri ta’ adattament effettivi għal xokkijiet klimatiċi fuq terminu qasir u miżura ta’ adattament “low regret” (bi ftit dispjaċir), u jissottolinja li l-progress fl-SDG 6 huwa marbut mill-qrib mat-tisħiħ ta’ sistemi u setturi WASH effiċjenti u reżiljenti; jirrikonoxxi li s-servizzi WASH huma essenzjali għad-dinjità, is-saħħa – inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati  – u l-ugwaljanza tan-nisa u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw interventi WASH reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, u jagħtu prijorità lill-interventi biex jiżguraw l-aċċess tan-nisa għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikanti tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-WASH; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ inklużiv għall-persuni b’diżabbiltà fil-programmazzjoni WASH;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali ta’ ekosistemi b’saħħithom fil-kisba tas-sigurtà tal-ilma; jisħaq li r-restawr u l-protezzjoni taċ-ċiklu tal-ilma huma essenzjali biex tinbena r-reżiljenza kontra l-għargħar, in-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma; jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-ilma ħelu, inklużi x-xmajjar u l-flussi tal-ilma, il-lagi, l-artijiet mistagħdra u l-ilma ta’ taħt l-art, bħala essenzjali għall-bijodiversità, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ servizzi tal-ekosistema; jistieden lill-Istati Membri, f’dan ir-rigward, jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsab inkwetat bit-telf irriversibbli tal-kapital tal-ilma naturali, b’ħafna sistemi kritiċi tal-ilma li diġà fallew, u dan iħalli impatt fuq il-provvista affidabbli tas-servizzi tal-ilma; ifakkar li l-aċċess għall-ilma jirfed l-istabbiltà globali u jistieden lill-komunità internazzjonali tuża l-Konferenza li jmiss tan-NU dwar l-Ilma biex tqiegħed il-kwistjonijiet relatati mal-ilma fuq quddiem tal-aġenda internazzjonali; jissottolinja li l-politiki tal-ilma jridu jappoġġjaw il-ġestjoni sostenibbli tal-korpi tal-ilma u jintegraw prattiki ta’ effiċjenza fl-ilma, inklużi soluzzjonijiet intelliġenti fl-użu tal-ilma u soluzzjonijiet diġitali innovattivi, fis-setturi kollha; jappella għal azzjoni internazzjonali aktar b’saħħitha biex jiġi evitat u mitigat l-istress idriku u l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-ilma, jiġu restawrati ekosistemi degradati u tittejjeb il-governanza tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir li, skont in-NU, madwar 3,5 biljun persuna għad ma għandhomx servizzi ta’ sanità ġestiti b’mod sikur, filwaqt li 1,7 biljun lanqas biss għandhom servizzi bażiċi; jenfasizza l-fatt li s-sigurtà tal-ilma, u b’mod partikolari l-aċċess għall-ilma nadif u s-sanità, għandhom impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà ekonomika, ir-reżiljenza għall-klima u l-paċi; jinnota, f’dan ir-rigward, li s-sigurtà tal-ilma hija parti integrali mill-proċessi tal-konsolidazzjoni tal-paċi; jistieden lill-UE ssaħħaħ l-investimenti esterni tagħha fl-aċċess għall-ilma u s-sanità u ttejjeb it-tmexxija tagħha fil-ġestjoni kooperattiva fil-governanza tal-ilma f’kuntesti fraġli u affettwati minn kunflitti bħala mezz biex tappoġġja l-istabbiltà, il-konsolidazzjoni tal-paċi, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima; jistieden, barra minn hekk, lill-partijiet fil-kunflitt biex ma jimmirawx l-infrastruttura tal-ilma u tal-enerġija, f’konformità mal-obbligi tagħhom fl-ambitu tad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella għal titjib fid-data u l-monitoraġġ, b’mod partikolari f’insedjamenti informali u reġjuni b’nuqqas ta’ ilma, u għal investimenti mmirati u reżiljenti għat-tibdil fil-klima biex jiġu żgurati sostenibbiltà u reżiljenza fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li t-tniġġis tal-ilma għandu jiġi indirizzat kemm fis-sors kif ukoll billi jiġi żgurat aċċess għal trattament effiċjenti tal-ilma mormi; jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data dwar il-kwalità u l-kwantità tal-ilma ħelu u li jissaħħaħ il-monitoraġġ tagħhom; iħeġġeġ sħubijiet pubbliċi-privati biex tikber l-infrastruttura tal-ilma ħelu u tal-ilma mormi, inklużi proġetti tal-ilma u tas-sanità; jinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ twissija bikrija u ppjanar tar-riskju tal-ilma biex jiġi evitat telf irriversibbli; jenfasizza l-importanza tat-trattament tal-ilma mormi għas-saħħa tal-popolazzjonijiet u l-komunitajiet; jissottolinja, barra minn hekk, li l-ilma mormi jservi bħala sors vitali ta’ data, u joffri indikaturi ewlenin għat-traċċar tat-tixrid tal-pandemiji; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-monitoraġġ u l-ġbir tad-data, li għandhom jitfasslu b’mod prattikabbli u realistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li soluzzjonijiet li huma mfassla b’mod konġunt mal-parteċipazzjoni u l-għarfien tal-komunitajiet lokali huma l-aktar effettivi biex tinkiseb reżiljenza soċjali u komunitarja għax-xokkijiet relatati mal-ilma; jisħaq fuq l-importanza li jiġi appoġġjat il-bini tal-kapaċità għall-komunitajiet, l-awtoritajiet u l-utilitajiet lokali, speċjalment f’kuntesti fraġli u li qed jiżviluppaw, inkluż billi jiġu promossi soluzzjonijiet li huma adattati għall-kuntesti lokali u sostnuti fihom u li ma jħallu lil ħadd jibqa’ lura; jenfasizzaw il-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa, lit-tfal u lill-komunitajiet l-aktar vulnerabbli fir-rigward tal-aċċess għall-ilma u għas-sanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li telimina gradwalment is-sustanzi kimiċi dejjiema (PFAS) – billi tibda mill-oġġetti tal-konsumatur – marbuta ma’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, abbażi ta’ evidenza xjentifika, filwaqt li tippermetti l-użu tagħhom fejn ma jkun hemm ebda alternattiva sikura; jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti u li jitħaffu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ alternattivi ekwivalenti u sikuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-UE tkun minn ta’ quddiem fid-diplomazija fil-qasam tal-ilma u fl-appoġġ tal-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-ilma biex tisfrutta l-potenzjal globali tagħha għall-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-paċi sostenibbli u l-prevenzjoni tal-kunflitti, inkluż billi tpoġġi strumenti u infrastrutturi tal-ilma u s-sanità reżiljenti għat-tibdil fil-klima fil-qalba tal-aġenda klimatika tal-UE; jappella lill-UE tintegra l-ġestjoni tal-ilma transfruntiera u s-sigurtà tal-ilma fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjoni umanitarja tal-UE; jistieden, barra minn hekk, lill-UE tiżgura li l-inizjattivi tal-ilma transfruntiera appoġġjati mill-UE, inklużi proġetti ta’ infrastruttura ffinanzjati mill-Global Gateway, jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nies, inklużi dawk fil-faqar, u gruppi vulnerabbli u emarġinati; jappella għall-inklużjoni tan-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet indiġeni fil-governanza tal-ilma; jirrakkomanda li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali dwar l-ilma, inkluż permezz tar-ratifika tal-Konvenzjoni tan-NU fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Użu Mhux Navigazzjonali tal-Passaġġi tal-Ilma Internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintegraw l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika dwar l-ilma f’oqsma ta’ politika rilevanti oħra, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika f’firxa ta’ oqsma, inklużi l-politika agrikola, kummerċjali u ambjentali, kif ukoll fil-politiki esterni tagħha, f’konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel strateġija tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza tal-ilma, li timpenja ruħha li tappoġġja l-aċċess għall-ilma tax-xorb nadif u s-sanità għal mill-anqas 70 miljun persuna; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom, f’dan ir-rigward, u jagħlqu d-distakk biex jintlaħqu l-miri tal-SDG 6 billi jimplimentaw din l-istrateġija b’mod effettiv u sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni aħjar tal-programmi tagħhom ta’ reżiljenza għall-ilma, b’enfasi fuq servizzi u infrastruttura tal-ilma u s-sanità reżiljenti għall-klima; jistieden lill-UE, permezz tal-inizjattivi tat-Tim Ewropa, tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet, it-tisħiħ istituzzjonali u l-approċċi ta’ ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma integrati fil-pajjiżi sħab, biex ittejjeb l-ippjanar, il-governanza u l-manutenzjoni tas-servizzi tal-ilma u s-sanità, inkluż permezz ta’ sħubijiet mal-awtoritajiet lokali, mal-fornituri tas-servizzi pubbliċi u mas-soċjetà ċivili; jappella għal approċċ ambizzjuż ħafna għat-tisħiħ tal-governanza u l-involviment globali tal-ilma, f’dan ir-rigward, f’fora multilaterali, bħas-summits tal-G7, is-summits tal-G20, id-Djalogu ta’ Baku dwar l-Ilma għall-Azzjoni Klimatika u l-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jesprimi allarm dwar in-nuqqas ta’ progress fir-rigward tal-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jibnu fuq l-impenji tal-Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani tal-2025 biex jipproteġu b’mod urġenti l-oċean, u jżidu l-kontribut finanzjarju tagħhom għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar; jesprimi tħassib serju dwar il-livelli dejjem jiżdiedu ta’ tniġġis tal-baħar; jappella għal miżuri aktar b’saħħithom u implimentazzjoni mħaffa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex jintemm it-tniġġis tal-baħar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali; jiddispjaċih li n-negozjati globali dwar l-ewwel trattat intergovernattiv li qatt sar dwar il-plastik fallew; jappella għall-adozzjoni ta’ trattat globali vinkolanti ambizzjuż dwar it-tniġġis mill-plastik meta jerġgħu jitkomplew in-negozjati intergovernattivi fl-2026;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">SDG 7: l-iżgurar tal-aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, sostenibbli u moderna għal kulħadd</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-kisba ta’ aċċess universali għal enerġija nadifa u affordabbli hija faċilitatur trażversali ewlieni għall-Aġenda 2030 kollha; jisħaq li l-kisba tal-SDG 7 se tgħin biex jiġu avvanzati ħafna SDGs oħra, inklużi dawk relatati mal-qerda tal-faqar, l-istandards tal-għajxien u l-iżviluppi soċjoekonomiċi, it-tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, is-saħħa pubblika, il-bliet u l-komunitajiet sostenibbli, l-ilma nadif u s-sanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tappoġġja t-tranżizzjoni globali lejn sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli, li tikkostitwixxi fattur ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku, ir-reżiljenza, u s-sigurtà tal-enerġija fit-tul; ifakkar, għat-twettiq tal-SDG 7, fir-rwol ċentrali tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li hija meħtieġa grilja Ewropea modernizzata u interkonnessa biex jintlaħaq l-SDG 7; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej biex jiġi permess il-fluss transfruntier tal-enerġija affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-enerġija affordabbli, sostenibbli u sigura biex jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku, tissaħħaħ il-bażi industrijali tal-UE u jiġu ppreservati impjiegi ta’ kwalità; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ir-reżiljenza fit-tul tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa billi jiġu żgurati ktajjen tal-provvista sostenibbli, titrawwem l-innovazzjoni u jinżammu kostijiet tal-enerġija kompetittivi, affordabbli u ġusti, u b’hekk ikun possibbli li jkun hemm sistema tal-enerġija affidabbli u li tibqa’ valida fil-futur għaċ-ċittadini u l-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li s-sorsi tal-enerġija jiġu diversifikati, b’mod partikolari billi tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jiġi aċċelerat l-investiment sostenibbli u responsabbli f’teknoloġija nadifa bħala komponenti ewlenin biex jintlaħaq l-SDG 7; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibqgħu fuq quddiem nett fit-tnedija tal-enerġija rinnovabbli u jnaqqsu d-dipendenzi fuq il-pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-SDG 7 huwa wieħed mill-għanijiet li rreġistra l-aktar progress s’issa, l-aktar minħabba l-espansjoni rapida tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-użu ta’ soluzzjonijiet kosteffettivi, rinnovabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, għall-unitajiet domestiċi u l-industrija, flimkien mal-pajjiżi sħab, billi tiżgura l-finanzjament meħtieġ, f’dan ir-rigward, u b’mod partikolari billi tgħin biex jiġi sfruttat il-finanzjament privat; jappella, b’mod partikolari, biex jiżdiedu s-sistemi tal-enerġija rinnovabbli u indipendenti f’kuntesti fraġli u affettwati minn kunflitti, għall-benefiċċju kemm tal-popolazzjonijiet spostati kif ukoll tal-komunitajiet ospitanti, u għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-iżvilupp ekonomiku lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili malajr kemm jista’ jkun, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Kunsens tal-Emirati Għarab Magħquda, u l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji kollha għall-fjuwils fossili u li jagħmlu ħsara lill-ambjent f’konformità mat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Ewwel Konferenza dwar it-Tranżizzjoni lil hinn mill-Fjuwils Fossili, li saret f’Santa Marta, il-Kolombja, mill-24 sad-29 ta’ April 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi promoss l-investiment tal-UE f’sistemi tal-enerġija deċentralizzati, sostenibbli u rinnovabbli, inklużi sistemi solari għad-dar, grilji żgħar, sistemi mhux kollegati mal-grilja u inizjattivi tal-komunità, sabiex jissaħħu l-isforzi biex jingħalaq id-distakk fl-aċċess għall-enerġija, b’mod partikolari f’pajjiżi sħab u f’ambjenti fraġli, filwaqt li jiġi rikonoxxut l-impatt kritiku tiegħu fuq l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-protezzjoni, speċjalment għan-nisa u t-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li l-espansjoni tal-aċċess għall-enerġija tista’ tiġi aċċelerata permezz ta’ sħubijiet bejn istituzzjonijiet pubbliċi u s-settur privat; jissottolinja li l-interventi u l-proġetti tal-enerġija għandhom ikunu bbażati fuq analiżi sensittiva għall-kunflitti u jirrispondu għar-realtajiet u l-ħtiġijiet lokali, sabiex jiġi massimizzat l-impatt trasformattiv tagħhom, b’mod partikolari f’kuntesti fraġli u li mhux moqdija biżżejjed; jissottolinja r-rwol kritiku li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dan ir-rigward, u l-ħtieġa ta’ djalogu sinifikattiv mal-partijiet ikkonċernati lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-investimenti tal-UE, kemm fl-ambitu tal-inizjattiva Global Gateway kif ukoll fl-ambitu tal-istrument Global Europe propost, u tiżgura benefiċċji ugwali lill-pajjiżi sħab, b’mod partikolari f’termini tal-kondiviżjoni tal-għarfien u t-trasferiment tat-teknoloġija, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet tal-popolazzjoni lokali, il-ħolqien tal-impjiegi, id-dekarbonizzazzjoni ta’ attivitajiet industrijali diffiċli sabiex jitrażżnu u l-aċċess għal mobbiltà u enerġija aktar nodfa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar il-kooperazzjoni globali u l-ktajjen tal-valur sostenibbli biex jiġi żgurat li l-materja prima kritika (CRM), li hija meħtieġa għas-sigurtà globali tal-enerġija, kif ukoll it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, jinkisbu skont approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; jenfasizza li dan l-approċċ irid iqis il-ħtiġijiet kemm tan-naħa tad-domanda kif ukoll tan-naħa tal-provvista, b’mod li jtaffi l-impatti soċjali, ambjentali u ekonomiċi negattivi, l-implikazzjonijiet f’termini tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tħaddim tat-tfal, kif ukoll l-impatti fuq il-komunitajiet lokali, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp industrijali u soċjoekonomiku tal-pajjiżi ta’ oriġini, inkluż ir-rwol tagħhom fil-katina tal-valur kollha tas-CRM, u jiżgura l-involviment sinifikattiv tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili fil-proċess; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li wieħed jibbaża fuq l-objettivi u l-prinċipji tal-Panel tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Minerali Kritiċi għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija, kopresedut mill-UE, biex tiġi promossa l-produzzjoni sostenibbli tal-minerali u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali tul il-katina tal-valur tas-CRM, f’konformità mad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi li mingħajr ġestjoni xierqa, id-domanda dejjem tikber għas-CRMs tirriskja li ssaħħaħ id-dipendenzi strateġiċi, iżżid il-vulnerabbiltajiet u t-tensjojnijiet ġeopolitiċi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u tikkontribwixxi għall-isfidi ambjentali u soċjali; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li tissaħħaħ ekonomija ċirkolari kompetittiva u reżiljenti, speċifikament billi tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi, tingħata spinta lill-kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ u titrawwem l-innovazzjoni fil-materja prima sekondarja, bil-ħsieb li jitnaqqas l-użu tar-riżorsi naturali u d-dipendenzi fuq is-CRMs; għal dan l-għan, jitlob li jittieħdu passi lejn kooperazzjoni globali akbar għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li huma fraġli u li jinvolvu l-ispostament ta’ popolazzjonijiet; jenfasizza l-fatt li l-faqar enerġetiku jaffettwa l-istandards tal-għajxien u jimmina l-għajxien u s-saħħa tan-nies, għandu impatt fuq it-twassil ta’ servizzi essenzjali u jirrikjedi miżuri ddedikati għal gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari n-nisa u t-tfal, inklużi tariffi soċjali tal-enerġija u sussidji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li l-faqar enerġetiku f’kuntesti fraġli u affettwati minn spostament idgħajjef l-għajxien, il-forniment ta’ servizzi essenzjali, l-iżvilupp tal-bniedem u l-istabbiltà soċjali, u b’mod partikolari jaffettwa gruppi vulnerabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">SDG 9: tinbena infrastruttura reżiljenti, tiġi promossa l-industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u titrawwem l-innovazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifaħħar il-progress ġenerali li sar fl-SDG 9, b’mod partikolari l-avvanzi sinifikanti fl-iżvilupp tal-infrastruttura, it-tkabbir industrijali inklużiv u sostenibbli u l-innovazzjoni; jinnota, madankollu, li l-progress huwa irregolari bejn il-pajjiżi u r-reġjuni; jemmen li hija meħtieġa azzjoni ffukata biex jingħalaq dan id-distakk u jiġi żgurat progress ugwali lejn l-implimentazzjoni tal-SDG 9;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika ta’ infrastruttura sigura, sostenibbli u reżiljenti, inkluża infrastruttura diġitali, tat-trasport u tal-enerġija u tal-ilma, biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ekonomiku, jissaħħu l-konnettività, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u jittejjeb ukoll l-iżvilupp tal-bniedem, b’mod partikolari fiż-żoni rurali u periferiċi; jappella għal approċċ olistiku biex ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tiġi integrata f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħalqu d-diskrepanzi fl-infrastruttura u fl-inugwaljanza soċjoekonomika, inklużi dawk relatati mal-aċċessibbiltà diġitali u mal-faqar enerġetiku; jinsisti li l-proġetti ta’ infrastruttura u konnettività jridu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ valur lokali u jirrispettaw il-prinċipji tal-aċċessibbiltà universali biex jiġi żgurat li l-proġetti tal-infrastruttura ma joħolqux ostakli ġodda u jinkoraġġixxu l-inklużjoni sħiħa tal-gruppi l-aktar vulnerabbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati approċċi reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fl-investimenti diġitali biex jingħalaq id-distakk diġitali bejn il-ġeneri, peress li l-ostakli persistenti jillimitaw il-prospetti tan-nisa u tal-bniet li jibbenefikaw minn teknoloġiji emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet sostenibbli biex titnaqqas l-impronta ambjentali tan-negozji fis-setturi kollha, bħall-konsum responsabbli tar-riżorsi, l-effiċjenza fir-riżorsi u aktar azzjonijiet lejn il-kisba ta’ ekonomija ċirkolari; ifakkar fl-importanza tal-prinċipju “min iniġġes, iħallas”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, filwaqt li jitrawmu l-kompetittività, l-innovazzjoni u l-investiment, l-industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli għall-finijiet tal-Aġenda 2030 u lil hinn trid tkun allinjata mal-għanijiet tan-newtralità klimatika, il-protezzjoni ambjentali u tal-bijodiversità, u tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta’ aktar investiment biex jintlaħaq l-SDG 9, b’mod paritkolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u strumenti oħra ta’ tneħħija tar-riskji, inkluż permezz tal-istrateġija Global Gateway, u istituzzjonijiet Ewropej ta’ finanzjament għall-iżvilupp oħra; jappella għal aktar investiment pubbliku fl-infrastruttura ekoloġika, diġitali u soċjali, inkluż it-trasport pubbliku, il-grilji tal-enerġija u l-konnettività diġitali, filwaqt li jiġi sfruttat il-progress fir-reġjuni kollha, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati; jistieden, barra minn hekk, lill-UE tkompli timmobilizza l-kapital privat sabiex tagħmel l-investimenti attraenti għal investituri privati; jisħaq li, sabiex ikunu ta’ benefiċċju reċiproku, investimenti bħal dawn għandhom jappoġġjaw żieda fil-valur lokali, governanza tajba, benefiċċji fiskali u standards ambjentali għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fit-titjib tal-produttività, il-kompetittività u s-sostenibbiltà, inkluż għar-riċerka, l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji sostenibbli; jappella għal appoġġ imsaħħaħ għall-intraprenditorija, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-iżvilupp tal-ħiliet, bħala fatturi ewlenin li jippermettu l-innovazzjoni, il-produttività u t-tkabbir industrijali inklużiv, speċjalment f’pajjiżi b’introjtu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa dwar it-trasferiment tat-teknoloġija, is-sħubijiet ta’ riċerka u l-ekosistemi tal-innovazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi sħab, li trawwem il-kooperazzjoni fir-riċerka u tippermetti lill-pajjiżi l-anqas żviluppati u b’introjtu baxx javvanzaw fil-ktajjen tal-valur globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">SDG 11: il-bliet u l-insedjamenti umani jsiru inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota r-riskji assoċjati mal-urbanizzazzjoni rapida flimkien mat-tibdil fil-klima, it-tniġġis u t-telf tal-bijodiversità; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità jiġi integrat fl-ippjanar urban u li jissaħħu l-miżuri ta’ reżiljenza urbana, inkluż billi jitrawmu akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, jiġu estiżi ż-żoni ekoloġiċi għar-restawr tal-ekosistemi, jissaħħu l-preparatezza u r-rispons għad-diżastri u l-prevenzjoni tagħhom, u jittejbu l-ġestjoni tal-ilma u l-protezzjoni mill-għargħar; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żgurat użu effiċjenti tal-art u li jiġu limitati l-effetti negattivi tal-espansjoni urbana, sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u jinkiseb żvilupp urban sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jissottolinja li hija meħtieġa enfasi ddedikata fuq l-indirizzar tal-inugwaljanzi fiż-żoni urbani biex jintlaħaq l-SDG 11; jisħaq, barra minn hekk, li t-tibdil fil-klima, inkluż f’ambjenti urbani, jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet, b’mod partikolari dawk f’kuntesti fraġli jew vulnerabbli; jistieden lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet lokali jiżguraw li l-investimenti jitqassmu b’mod ekwu, jindirizzaw il-marġinalizzazzjoni, b’mod partikolari f’żoni li bħalissa qed isofru minn nuqqas sistemiku ta’ trasport aċċessibbli u affordabbli, servizzi pubbliċi, ktajjen tal-ikel lokali u sostenibbli u akkomodazzjoni, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u soċjoekonomikament żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li parti kbira tal-popolazzjoni urbana għad ma għandhiex aċċess għal sistemi tat-trasport affordabbli, effiċjenti u sostenibbli; jinnota li ż-żieda fid-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-użu tat-trasport pubbliku, flimkien ma’ infrastruttura tal-mobbiltà mhux motorizzata, kif ukoll soluzzjonijiet oħra ta’ mobbiltà innovattivi u nodfa, hija għodda kruċjali biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati infrastruttura u servizzi adegwati għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, inklużi l-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jkomplu jittejbu u jiġu implimentati s-sistemi tal-ġbir u tal-immaniġġjar tal-iskart, f’konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-użu tat-teknoloġija diġitali u l-IA, u permezz tal-investiment f’sistemi għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ u t-tnaqqis tal-iskart; jenfasizza r-rwol tal-Att dwar l-Ekonomija Ċirkolari li jmiss biex jiġi sfruttat il-valur tal-ekonomija ċirkolari; jitlob miżuri li jiffaċilitaw suq veru tal-UE għall-materja prima sekondarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiġu implimentati soluzzjonijiet tal-enerġija u tal-klima fil-livell lokali u muniċipali, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, biex jiġu indirizzati l-effetti tat-tibdil fil-klima, inkluż l-esponiment għal sħana estrema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li tittieħed azzjoni dwar il-modernizzazzjoni, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà tal-akkomodazzjoni billi jiżdiedu l-mudelli tal-akkomodazzjoni u l-istrateġiji tal-kostruzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-investimenti, f’dan ir-rigward, li jistgħu jinkludu investimenti privati u sħubijiet pubbliċi-privati, u jistieden lill-UE tappoġġja lill-bliet fl-ingranaġġ tal-kapital permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrikonoxxi d-dritt għal post fejn wieħed jgħix fil-paċi, is-sigurtà u d-dinjità, bħala dritt fundamentali tal-bniedem, u jinnota li l-kriżi tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni taffettwa mat-tliet biljun persuna madwar id-dinja; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat, sal-2030, aċċess għal kulħadd għal akkomodazzjoni u servizzi bażiċi deċenti, xierqa, sikuri, aċċessibbli, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u affordabbli, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki dwar l-akkomodazzjoni pubblika; jistieden lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi sħab fl-iżvilupp ta’ politiki tal-akkomodazzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-bliet, in-negozji, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u s-soċjetà ċivili biex titrawwem l-innovazzjoni, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiżdiedu s-soluzzjonijiet urbani ta’ suċċess, inkluż permezz ta’ sħubijiet bejn bliet Ewropej u bliet ta’ pajjiżi sħab, pjattaformi tal-UE u inizjattivi ta’ skambju tal-għarfien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">SDG 17: jissaħħu l-mezzi ta’ implimentazzjoni u jiġi rivitalizzat il-partenarjat globali għall-iżvilupp sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-multilateraliżmu, għal ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u għall-appoġġ għas-sistema tan-NU biex tipprovdi tmexxija globali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, u timla l-ispazji vojta li ħallew oħrajn, billi tibni alleanzi ġodda u ssaħħaħ dawk eżistenti, u taħdem ma’ sħab globali biex timmobbilizza l-finanzjament; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu t-trattati u l-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-inizjattivi ta’ konservazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Itenni l-impenn sħiħ tiegħu għall-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu u jissottolinja li sistema multilaterali modernizzata li tirregola l-kummerċ hija essenzjali; ifakkar fl-appoġġ tal-UE għall-mandat tad-WTO u n-negozjati li għaddejjin rigward it-Trattat tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jesprimi allarm dwar id-diskrepanza annwali fl-investiment ta’ madwar USD 4 triljun f’finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-SDGs, liema diskrepanza hija aggravata aktar minħabba t-tnaqqis fil-livelli tal-ODA; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jistinkaw biex jiżguraw li jiġi ddedikat finanzjament suffiċjenti biex jitwettaq l-impenn li jintefqu 0,7 % tal-ING fuq l-ODA u biex jipprovdu 0,2 % tal-ING bħala ODA lill-pajjiżi l-anqas żviluppati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa li jiġu esplorati għażliet biex jiġi ingranat il-finanzjament privat, inkluż permezz tal-unjoni tas-swieq kapitali; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-Pjattaforma tal-Investituri tal-SDG tal-Programm ta’ Żvilupp tan-NU, li tippermetti lill-kumpaniji privati jidentifikaw “oqsma ta’ opportunità ta’ investiment” sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u jħeġġeġ aktar investiment, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, biex jikkontribwixxi biex timtela d-diskrepanza fil-finanzjament tal-SDG, filwaqt li jiġu rispettati l-kriterji tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; iħeġġeġ ukoll il-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-prospetti ta’ kriżi tad-dejn għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari għall-pajjiżi b’introjtu baxx u dawk l-anqas żviluppati, u jappella għal serħan mid-dejn u ristrutturar tad-dejn għall-pajjiżi affettwati, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp dwar il-promozzjoni ta’ għoti u teħid responsabbli ta’ self sovran u l-prinċipji ta’ sostenibbiltà tad-dejn tal-OECD, kif ukoll is-sovranità tar-riżorsi, bħala l-ewwel pass; jisħaq fuq il-ħtieġa li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod responsabbli u effiċjenti; jirrikonoxxi l-importanza ta’ finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet u b’konċessjonijiet għoljin u strumenti li ma joħolqux dejn għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jissotolinja l-limitazzjonijiet tal-arkitettura finanzjarja globali u l-appoġġ internazzjonali insuffiċjenti, f’dan ir-rigward; jisħaq li dawn il-pajjiżi jirrikjedu b’mod urġenti aktar riżorsi finanzjarji u spazju fiskali biex jiġi ffaċilitat investiment akbar fl-SDGs; jinnota, f’dan ir-rigward, in-negozjati li għaddejjin dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Qasam tat-Taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza li sħubijiet globali effettivi għandhom ikunu bbażati fuq kooperazzjoni reċiproka u jilħqu l-objettivi komuni tas-sħab; jisħaq fuq l-importanza tat-trasparenza, il-governanza tajba u l-impatt li jista’ jitkejjel fl-isforzi kollha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jissottolinja l-importanza strateġika u l-potenzjal tal-Global Gateway tal-UE bħala strument ewlieni biex jissaħħu s-sħubijiet sostenibbli u tiġi pprovduta infrastruttura ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġu promossi standards internazzjonali u żvilupp ekonomiku u soċjali fit-tul fil-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ pajjiżi sħab, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, banek ta’ żvilupp reġjonali u partijiet ikkonċernati lokali biex jikkoordinaw l-isforzi ta’ żvilupp, jevitaw id-duplikazzjoni u jimmassimizzaw l-impatt b’appoġġ għall-Aġenda 2030, partikolarment f’ambjenti fraġli u affettwati minn kunflitti u spostamenti; jisħaq li l-programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp għandhom jinkludu mekkaniżmi ċari ta’ evalwazzjoni tal-impatt u monitoraġġ parteċipatorju li jinvolvu l-partijiet ikkonċernati lokali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prospetti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Itenni li l-SDGs huma l-uniku sett ta’ għanijiet komprensivi u maqbula globalment dwar l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw kemm il-pajjiżi żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw, u attwalment huma l-aħjar għodda disponibbli biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħhom; jafferma mill-ġdid li l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-pajjiżi b’introjtu baxx, bħala l-aktar gruppi ta’ pajjiżi vulnerabbli, jeħtieġu appoġġ globali msaħħaħ sabiex jintlaħqu l-SDGs; jitlob lill-UE tkompli u ssaħħaħ ir-rwol tagħha fid-deliberazzjonijiet fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-2026, sabiex twitti t-triq għal azzjoni aċċelerata, fid-dawl tal-iskadenza għall-Aġenda 2030 u biex tippromwovi aġenda għall-iżvilupp sostenibbli globali li tħares ’il quddiem u li tmur lil hinn mill-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw pjanijiet ta’ implimentazzjoni bi skedi ta’ żmien konkreti biex jintlaħqu l-SDGs li jistabbilixxu miri ambizzjużi lil hinn mill-2030; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tmexxi bl-eżempju u tiżviluppa strateġija komprensiva akkumpanjata minn pjan ta’ implimentazzjoni tal-SDGs strutturat; jilqa’ l-ewwel rieżami volontarju tal-UE tal-implimentazzjoni tal-SDGs fl-2023., u jemmen li tali rieżamijiet għandhom isiru eżerċizzji regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jirrimarka li l-SDGs jippreżentaw ukoll opportunità ekonomika biex jinbnew benesseri reali, u ekonomija sostenibbli u inklużiva li trawwem il-kompetittività, l-innovazzjoni u r-reżiljenza, u dan jippermetti lin-nies jgħixu ħajja deċenti filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-limiti planetarji, inklużi l-bijodiversità u l-ambjent, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda u permezz tal-ħolqien ta’ setturi ekonomiċi u impjiegi ġodda; jisħaq li t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u reżiljenti għandha tippromwovi xogħol deċenti, protezzjoni soċjali u drittijiet tax-xogħol b’saħħithom madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, bl-għan li l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli jiġu integrati fl-istadji kollha taċ-ċiklu tat-tfassil tal-politiki, sabiex jitrawmu sinerġiji fl-oqsma ta’ politika kollha, jiġu identifikati u rikonċiljati kompromessi potenzjali, kif ukoll jiġu indirizzati l-effetti konsegwenzjali internazzjonali tal-politiki tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza li soċjetà ċivili indipendenti u ffinanzjata b’mod adegwat, kif ukoll awtoritajiet u komunitajiet lokali, huma sħab ewlenin biex l-Aġenda 2030 titmexxa ’l quddiem; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq, jiġi appoġġjat u protett l-ispazju ċiviku, u li jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali, jipparteċipaw b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-SDGs u jirċievu finanzjament fit-tul adegwat u flessibbli, b’mod partikolari f’pajjiżi fejn l-ispazju ċiviku qed jiċkien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifakkar li n-nisa u t-tfal, b’mod partikolari l-bniet, huma affettwati b’mod sproporzjonat minn kriżijiet ekonomiċi, il-kura tas-saħħa limitata, it-tibdil fil-klima, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-kunflitti, u li l-inugwaljanzi persistenti għadhom jillimitaw il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ finanzjament adegwat u flessibbli, inkluż għall-organizzazzjonijiet lokali u tad-drittijiet tan-nisa, li ħafna minnhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet finanzjarji severi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv fi ħdan il-limiti planetarji, il-kompetittività u l-innovazzjoni, u settur privat b’saħħtu huma faċilitaturi indispensabbli tal-iżvilupp sostenibbli u l-benesseri tas-soċjetajiet, u jisħaq li d-diġitalizzazzjoni, l-IA u t-teknoloġiji nodfa għandhom il-potenzjal li jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà globali, u għalhekk għandu jkollhom rwol fil-viżjoni ta’ żvilupp tal-UE; iħeġġeġ lill-UE tuża l-influwenza tagħha biex tavvanza l-Aġenda 2030, sabiex isir titjib tanġibbli fl-istandards tal-għajxien, fit-tnaqqis tal-faqar u fl-espansjoni tal-opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri, inkluż permezz ta’ reżiljenza u innovazzjoni msaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jitlob li l-impenji li saru matul is-Summit tal-Futur 2024, il-Patt għall-Futur u r-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp 2025 li saret f’Sivilja jissarrfu f’azzjonijiet konkreti u li jiżdied l-investiment biex tonqos id-diskrepanza fil-finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli; jisħaq li kwalunkwe qafas tal-iżvilupp globali ta’ wara l-2030 irid ikun ambizzjuż, jista’ jitkejjel u ffokat fuq it-twassil ta’ riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ ftehimiet multilaterali, b’mod partikolari ftehimiet ambjentali, bħala oqfsa effettivi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u għall-avvanz tal-SDGs, u jħeġġeġ lill-UE tkompli ssaħħaħ l-implimentazzjoni u l-impatt tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jitlob li l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għall-perjodu 2028-2034 ikun konsistenti bis-sħiħ mal-Aġenda 2030 u li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-SDGs; jisħaq li l-impenn tal-UE favur l-SDGs għandu jiġi appoġġjat minn impenji finanzjarji ambizzjużi fil-qafas finanzajarju pluriennali 2028-2034; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih kif ukoll għat-telf u l-ħsara, f’konformità mal-“Pjan Direzzjonali minn Baku għal Belém”, li ntlaħaq qbil dwaru fid-29 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 29);
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>