<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0251</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-assi diġitali – l-isfidi għall-kompetittività u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0186/2026 - Rapporteur: Johan Van Overtveldt)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2026 dwar l-assi diġitali – l-isfidi għall-kompetittività u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea (2025/2208(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami tal-istabbiltà finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma Nru 3199 tal-BĊE tat-3 ta’ Marzu 2026 intitolat “Stablecoins and monetary policy transmission” (L-istablecoins u t-trażmissjoni tal-politika monetarja),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar skemi ta’ stablecoin b’emittenti multipli minn pajjiżi terzi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Crypto-assets and decentralised finance – Report on stablecoins, crypto-investment products and multi-function groups” (Kriptoassi u finanzi deċentralizzati – Rapport dwar l-istablecoins, il-prodotti tal-kriptoinvestiment u l-gruppi b’diversi funzjonijiet),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tad-19 ta’ Marzu 2025 dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-kwalifika tal-kriptoassi bħala strumenti finanzjarji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ta’ Diċembru 2024 intitolat “Report on tokenised deposits” (Rapport dwar id-depożiti tokenizzati),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-EBA ta’ Ottubru 2025 intitolat “Report on tackling money laundering and terrorist financing risks in crypto-asset services through supervision – Lessons learned from recent cases” (Rapport dwar l-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroristi fis-servizzi tal-kriptoassi – lezzjonijiet meħuda minn każijiet reċenti),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni ta’ Settembru tal-International Monetary Fund Journal “Finance and Development”, intitolat “Stablecoins and the future of finance” (L-istablecoins u l-futur tal-finanzi)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> International Monetary Fund, ‘Stablecoins and the future of finance’, <STRING ITALIC="on">Finance & Development</STRING>, Volum 62, Ħarġa 3, 3 ta’ Settembru 2025, Fond Monetarju Internazzjonali, Washington, https://doi.org/10.5089/9798400297649.022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli ta’ Novembru 2025 intitolat “Tokenisation of financial assets” (It-tokenizzazzjoni tal-assi finanzjarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Ekonomiku Annwali tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) tas-16 ta’ Ottubru 2025 intitolat “Thematic Review on FSB Global Regulatory Framework for Crypto-asset Activities” (Rieżami tematiku dwar il-qafas regolatorju globali tal-FSB għall-attivitajiet tal-criptoassi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-istatus tal-FSB tat-22 ta’ Ottubru 2024 intitolat “G20 crypto-asset policy implementation roadmap” (Pjan direzzjonali tal-G20 għall-implimentazzjoni tal-politika dwar il-kriptoassi ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar l-istatus tal-FSB tat-22 ta’ Ottubru 2024 intitolat “The financial stability implications of tokenisation” (L-implikazzjonijiet tat-tokenizzazzjoni għall-istabbiltà finanzjarja),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ konsultazzjoni tal-Bank of England tal-10 ta’ Novembru 2025 intitolat “Proposed regulatory regime for sterling-denominated systemic stablecoins” (Reġim regolatorju propost għall-istablecoins sistemiċi denominati f’liri sterlini),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing tal-Unità tal-Iskrutinju tal-Governanza Ekonomika u l-UEM ta’ Novembru 2025 intitolat “Digital assets: EU regulatory framework, market uptake, risks and challenges” (Assi diġitali: qafas regolatorju tal-UE, adozzjoni mis-suq, riskji u sfidi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ politika tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tad-9 ta’ Jannar 2025 intitolat “tokenisation of assets and distributed ledger technologies in financial markets – Potential impediments to market development and policy implications” (It-tokenizzazzjoni tal-assi u tat-teknoloġiji ta’ reġistru distribwit fis-swieq finanzjarji – impedimenti potenzjali għall-iżvilupp tas-suq u l-implikazzjonijiet tal-politika)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> OECD Business and Finance Policy Papers, Nru 75.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0186/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont l-Istħarriġ tal-BĊE ta’ Novembru 2024 dwar l-Aspettattivi tal-Konsumatur, medja ta’ 9,7 % ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ jew xi ħadd fl-unità domestika tagħhom kellhom kriptoassi, li minnhom 54 % irrapportaw parteċipazzjonijiet b’valur ta’ anqas minn EUR 1 000, u 91 % irrapportaw parteċipazzjonijiet b’valur ta’ anqas minn EUR 20 000;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kapitalizzazzjoni totali tas-suq globali tal-kriptoassi kienet ekwivalenti għal EUR 2,03 triljun fl-10 ta’ Frar 2026 b’sehem mis-suq ta’ 12,9 %, jew EUR 261 biljun, għall-istablecoins, skont sorsi ta’ data privati; billi, skont id-Dokument ta’ Ħidma tal-BĊE Nru 3199, l-aspettattivi tas-suq jindikaw tkabbir robust fil-ħruġ tal-istablecoins;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-assi tokenizzati kienu jirrappreżentaw madwar 1 % tal-assi diġitali globali fi Frar 2026, sehem li qed jikber b’rata mgħaġġla, abbażi ta’ sorsi ta’ data privati mhux armonizzati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-2025 il-forza tax-xogħol globali fil-qasam tal-kripto kienet ta’ aktar minn 1,6 miljun professjonist, li minnhom l-UE tospita sehem kbir iżda li qed jonqos, abbażi ta’ sorsi ta’ data privati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/858<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> Ir-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/858/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fuq ir-reġim pilota tat-teknoloġija ta’ reġistru diġitali jiddefinixxi “teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” bħala “teknoloġija li tippermetti t-tħaddim u l-użu ta’ reġistri distribwiti”; billi l-Artikolu 2(2) jiddefinixxi “reġistru distribwit” bħala “repożitorju ta’ informazzjoni li jirreġistra t-tranżazzjonijiet u li jkun kondiviż fost u sinkronizzat ma’ sett ta’ nodi ta’ network DLT u sinkronizzata bejn in-nodi tan-network tad-DLT, bl-użu ta’ mekkaniżmu ta’ kunsens”;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2023/1114 dwar is-swieq fil-kriptoassi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4</STRING> Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937, ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (MiCAR) jistabbilixxi qafas armonizzat fl-UE għall-kriptoassi billi jiddistingwi bejn tliet kategoriji ewlenin, jiġifieri tokens tal-flus elettroniċi, li jfittxu li jistabbilizzaw il-valur tagħhom billi jirreferenzjaw munita uffiċjali unika, tokens irreferenzjati ma’ assi, li għandhom l-għan li jżommu valur stabbli billi jirreferenzjaw valur jew dritt ieħor jew taħlita tagħhom, inklużi munita uffiċjali waħda jew aktar, u kriptoassi oħra, jiġifieri rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li jista’ jiġi ttrasferit u maħżun elettronikament bl-użu ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili, u li ma jaqgħux fil-kategoriji l-oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-MiCAR jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 2(4) tiegħu, il-kriptoassi li jikkwalifikaw bħala strumenti finanzjarji, depożiti, fondi, titolizzazzjonijiet, prodotti tal-assigurazzjoni jew tal-pensjoni skont id-dritt attwali tal-UE, u b’hekk jiżgura li tali kriptoassi jibqgħu soġġetti għall-oqfsa leġiżlattivi rilevanti speċifiċi għas-settur u jirriflettu l-mudell ta’ superviżjoni bbażat fuq il-prodott tad-dritt tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti hija ferm aktar miftuħa għall-kriptoassi, u dan wassal għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ewlenija u approċċ aktar laxk għall-infurzar mill-awtoritajiet superviżorji; billi l-approċċ regolatorju fl-Istati Uniti għadu qed jiġi żviluppat u dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi tal-Istati Uniti ġeneralment jirreferu minflok għal “assi diġitali”, mifhuma b’mod komuni li jinkludu rappreżentazzjonijiet kriptografikament diġitali ta’ valur jew drittijiet garantiti f’reġistru distribwit, inklużi kriptovaluti, stablecoins u ċerti strumenti tokenizzati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħarsa ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jappoġġja l-għan fit-tul ta’ approċċ mifrux mas-sistema kollha, ibbażat fuq l-attività u teknoloġikament newtrali għall-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li d-DLTs u t-tokenizzazzjoni tal-assi għandhom il-potenzjal li jappoġġjaw l-objettivi tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti billi jiffaċilitaw l-investiment transfruntier, inaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u jippermettu infrastruttura tas-suq kapitali aktar effiċjenti u inklużiva madwar l-UE; jissottolinja r-rwol kritiku tal-interoperabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li l-emerġenza ta’ teknoloġiji ġodda fil-finanzi toħloq sfidi ġodda għall-qafas regolatorju u superviżorju; jinnota d-diversità fost l-assi diġitali u jirrikonoxxi li r-riskji assoċjati u l-potenzjal kummerċjali jvarjaw minn kategorija għal oħra; jafferma l-impenn tiegħu għar-reviżjoni mmirata tal-oqfsa regolatorji tal-UE biex jiġu żviluppati swieq kapitali u infrastruttura tal-pagamenti tal-UE robusti u diġitali, iffaċilitati mill-assi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-għoti u t-teħid b’self tal-kriptoassi, inklużi l-istaking, it-tokens mhux funġibbli u l-finanzjament deċentralizzat, fl-ambitu tal-MiCAR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja l-kapaċitajiet potenzjali ta’ innovazzjoni u konnettività tar-reġistri distribwiti kriptografikament siguri u ta’ teknoloġiji simili għall-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll għar-rwol globali tal-UE; jenfasizza li ambjent regolatorju prevedibbli u favorevoli għall-innovazzjoni se jkun essenzjali biex jiġi żgurat li l-investiment u l-iżvilupp teknoloġiku jibqgħu fl-Unjoni u sabiex jitrawmu l-kompetittività u l-fiduċja f’infrastruttura finanzjarja denominata mill-euro;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kriptoassi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UE kienet fost l-ewwel ġuriżdizzjonijiet li adottaw u implimentaw reġim iddedikat għall-kriptoassi, mal-MiCAR, u li applikat it-teknoloġija tad-DLT fis-settur finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni, biex b’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, l-ESMA, l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tiżgura l-infurzar effettiv tal-MiCAR; jistieden lill-Istati Membri joqogħdu lura milli jintroduċu rekwiżiti u obbligazzjonijiet addizzjonali lil hinn mill-oqfsa tal-MiCAR jew tar-Regolament dwar it-Trasferiment ta’ Fondi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5</STRING> Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1113/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-kapaċitajiet tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingranaġġ fl-industrija tal-kripto u l-interkonnessjonijiet mas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-interkonnettività tal-kriptoassi mas-sistema finanzjarja; jinnota li l-kriptoassi mhux garantiti jistgħu jkunu suxxettibbli għal riskji u volatilità addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-EBA, lill-ESMA, lill-AMLA, lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-BĊE u lill-BERS isaħħu d-djalogu superviżorju dwar il-gruppi multifunzjonali sinifikanti (MFGs); jissottolinja l-ħtieġa li l-qafas ta’ politika tal-MiCAR jiġi allinjat għall-MFGs sinifikanti mhux bankarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit jintroduċu kunsiderazzjonijiet teknoloġiċi u operazzjonali ġodda għas-superviżuri finanzjarji, inklużi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-kuntratti intelliġenti, il-governanza tan-networks deċentralizzati, ir-reżiljenza ċibernetika u l-ġestjoni tar-riskju operazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji jiżviluppaw biżżejjed għarfien espert tekniku biex jifhmu u jimmonitorjaw dawn l-infrastrutturi tas-suq emerġenti b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-rwol li l-kriptoassi għandhom fl-evażjoni tar-regolamenti u tas-sanzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT); jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-għodod superviżorji, l-infurzar u l-istandards tal-konformità biex jiġu indirizzati r-riskji tal-AML/CFT, inklużi standards effettivi ta’ “kun af lill-klijent tiegħek” u l-monitoraġġ tal-pagamenti; jissottolinja li huwa importanti li l-awtoritajiet investigattivi jużaw it-teknoloġija wara l-kriptoassi biex jiskoraġġixxu l-kriptoreati, u jikkooperaw ma’ xulxin dwar l-imblukkar ta’ tranżazzjonijiet illegali identifikati jew irrapportati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-emerġenza ta’ prodotti ibridi li jikkombinaw karatteristiċi tal-kriptoassi u strumenti finanzjarji tradizzjonali, li jistgħu joħolqu inċertezza legali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tokenizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-premessa 3 tar-Regolament (UE) 2022/858 tiddefinixxi t-“tokenizzazzjoni” tal-istrumenti finanzjarji bħala r-rappreżentazzjoni diġitali ta’ strumenti finanzjarji f’reġistri distribwiti jew il-ħruġ ta’ klassijiet ta’ assi tradizzjonali f’forma tokenizzata biex ikunu jistgħu jinħarġu, jinħażnu u jiġu ttrasferiti fuq reġistru distribwit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li t-tokenizzazzjoni tal-assi finanzjarji fiha nnifisha ma tbiddilx in-natura legali jew il-karatteristiċi ekonomiċi ewlenin ta’ dawk l-assi; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji tokenizzati jridu jagħtu drittijiet ekwivalenti għal dawk marbuta ma’ titoli tradizzjonali sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tiġi ssalvagwardjata l-protezzjoni tal-investituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-benefiċċji potenzjali tat-tokenizzazzjoni għall-kummerċ ta’ assi finanzjarji, bħal żieda fl-effiċjenza u fit-trasparenza, tnaqqis fir-riskji tal-kontoparti u fil-kostijiet operazzjonali, kuntrattwali intelliġenti u likwidità aħjar permezz ta’ sjieda frazzjonali, filwaqt li jinnota li l-vulnerabbiltajiet tagħha għandhom jiġu mmonitorjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita u tinkoraġġixxi t-tokenisation fis-servizzi finanzjarji kollha, filwaqt li tinsisti fuq l-interoperabbiltà u tipprevjeni l-frammentazzjoni billi żżomm l-istandards fis-suq uniku kollu u tipprovdi l-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BĊE biex jipprovdi soluzzjonijiet, inkluża infrastruttura li toffri għażla għall-munita diġitali tal-bank ċentrali bl-ingrossa (CBDC) li tippermetti li l-komponent tal-flus u tal-assi jiġu saldati f’reġistru kondiviż, komplementari għad-depożiti tal-banek kummerċjali tokenizzati u l-istablecoins;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal għall-konnettività globali tas-suq tokenizzat Ewropew; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali, sabiex jiġu armonizzati l-kriterji, il-prinċipji u l-istandards ta’ kategorizzazzjoni; jappoġġja l-ħidma tal-BIS f’inizjattivi ta’ kollaborazzjoni dwar pagamenti transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reġim pilota tad-DLT bħala parti mill-pakkett dwar l-integrazzjoni u s-superviżjoni tas-suq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Stablecoins</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-istablecoins jistgħu jaqgħu f’żewġ kategoriji fil-qafas legali tal-MiCAR, bħala tokens irreferenzjati ma’ assi u bħala tokens tal-flus elettroniċi (e-money);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-istablecoins huma forma ta’ ħolqien ta’ flus privati u li l-funzjoni ekonomika tagħhom turi similaritajiet mal-ankraġġ tar-rati tal-kambju ma’ munita, mal-fondi tas-suq monetarju u mal-banek dojoq; jisħaq, madankollu, li l-MiCAR jipprojbixxi lill-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi u lill-fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi milli jagħtu interessi, direttament jew indirettament, fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi, u li l-istablecoins ma għandhomx aċċess dirett għall-banek ċentrali u mhumiex koperti bi skemi ta’ garanzija tad-depożiti; jinnota r-riskji ta’ żvalutazzjoni jew ta’ de-pegging u diżintermedjazzjoni assoċjati mal-istablecoins;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-espansjoni rapida kontinwa u d-dominanza tal-istablecoins denominati f’dollaru Amerikan, li jistgħu jdgħajfu s-sovranità monetarja tal-UE, iżidu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, ifixklu t-trażmissjoni tal-politika monetarja u jsaħħu d-dipendenzi esterni fil-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ tokens tal-flus elettroniċi denominati f’euro fl-ambitu tal-MiCAR u jinkoraġġixxi l-iżvilupp tagħhom biex jiġu appoġġjati l-innovazzjoni tal-pagamenti tal-UE, il-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-UE u r-rwol internazzjonali tal-euro, inkluż permezz ta’ pagamenti transfruntiera aktar rapidi u bi prezz aktar baxx, komplementari għad-depożiti tokenizzati u s-CBDC bl-ingrossa; jisħaq fuq l-importanza ta’ oqfsa armonizzati ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u tal-kriżijiet, inklużi l-kaskati tat-tifdija u r-rekwiżiti ta’ segregazzjoni tar-riżervi; jinnota li l-BĊE jsostni li l-istablecoins mhux denominati f’euro jistgħu joħolqu riskji għall-politika monetarja jekk l-użu tagħhom jinfirex; jesprimi kawtela dwar l-użu ħażin tal-klawżola ta’ “solleċitazzjoni bil-kontra”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi l-bżonn ta’ ċertezza legali fid-dritt tal-UE rigward il-possibbiltà ta’ ħruġ multiplu ta’ stablecoins minn entità tal-UE u mhux tal-UE, meta l-istablecoins diġitali maħruġa miż-żewġ entitajiet ikunu kompletament funġibbli u indistingwibbli; ifakkar li l-BERS wissa dwar ħruġ multiplu bħala mezz potenzjali ta’ kontaġju; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operat ta’ tali skemi fl-UE jkun ibbażat fuq iċ-ċertezza legali u qafas regolatorju robust li jipprovdi salvagwardji prudenzjali b’saħħithom, arranġamenti ta’ kooperazzjoni robusti u protokolli msaħħa għall-ġestjoni tal-kriżijiet; jissottolinja l-importanza li tiġi promossa l-koordinazzjoni internazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istablecoins globali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati standards internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim proviżorju dwar il-proposti għal direttiva<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6</STRING> Proposta tal-Kummissjoni għal -direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta’ pagament u servizzi ta’ flus elettroniċi fis-Suq Intern li temenda d-Direttiva 98/26/KE u li tħassar id-Direttivi 2015/2366/UE u 2009/110/KE(COM(2023)0366)</FIELD></FOOTNOTE> u regolament<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7</STRING> Proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (COM(0367).</FIELD></FOOTNOTE> dwar is-servizzi ta’ pagament u s-soluzzjoni ta’ awtorizzazzjoni simplifikata għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi diġà awtorizzati fl-ambitu tal-MiCAR biex tiġi evitata duplikazzjoni regolatorja bla bżonn, li tkun soġġetta għal proċedura simplifikata, filwaqt li jinżammu kontrolli tar-riskju xierqa u jiġu pprovduti biss servizzi speċifikati fl-applikazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet trażversali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li l-interoperabbiltà hija kruċjali fil-finanzi diġitali, u tirrikjedi, pereżempju, identità portabbli u kredenzjali verifikabbli bħala komponenti abilitanti tal-infrastruttura tas-suq bejn in-networks; jisħaq li l-approċċi tat-tip ta’ identifikatur ta’ entità ġuridika/identifikatur ta’ entità ġuridika verifikabbli għandhom jiġu vvalutati bħala għodod ta’ grad infrastrutturali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-organizzazzjonijiet tal-istandards Ewropej u internazzjonali biex tiżviluppa standards u protokolli tekniċi komuni għall-assi diġitali, kuntratti intelliġenti, u identitajiet diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-euro diġitali, inklużi t-tħejjijiet kemm għall-użi bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa, u jappoġġja l-proġetti tad-DLT fuq medda qasira ta’ żmien (Pontes) u fuq medda twila ta’ żmien (Appia) għas-saldu tal-flus tal-banek ċentrali bl-ingrossa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE jiżguraw li s-soluzzjonijiet futuri tal-euro diġitali jitfasslu biex jiffaċilitaw l-interoperabbiltà mal-infrastrutturi tad-DLT u jiżguraw il-komplementarità flimkien mal-flus kontanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jiddispjaċih dwar id-dipendenza tal-UE fuq fornituri ta’ servizzi mhux tal-UE għall-infrastruttura tad-DLT; jenfasizza li t-trattament tal-assi diġitali mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti għandu jiġi mmonitorjat bi prudenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar is-superviżjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi rigward ir-rwol tal-ESMA bħala parti mill-integrazzjoni tas-suq u l-pakkett ta’ superviżjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>