<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0252</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni għal att delegat: trajettorja biex jitnaqqas il-kontribut ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal art lejn il-miri tal-enerġija rinnovabbli</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0337/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2026 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 biex jintroduċi trajettorja biex jitnaqqas gradwalment il-kontribut ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art lejn il-miri tal-enerġija rinnovabbli (C(2026)02306) – 2026/2680(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2026)02306),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2), il-ħames subparagrafu, u l-Artikolu 35(7) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 133, 21.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/807/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-Direttiva (UE) 2018/2001, sabiex jiġi żgurat li l-bijokarburanti li jgħoddu għal dik il-mira jwasslu għal benefiċċji ġenwini, tintroduċi qafas biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC), li fil-qafas tiegħu l-materja prima tista’ tiġi kklassifikata bħala ta’ riskju għoli ta’ ILUC;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 stabbilixxa l-metodoloġija għad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC, u jirrikjedi b’mod espliċitu, fl-Artikolu 3 tiegħu, li l-valutazzjoni tkun ibbażata fuq data “mill-2008” ’l hawn u stabbilixxa limitu ta’ espansjoni ta’ 10 % f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju li ’l fuq minnu l-materja prima tiġi kklassifikata bħala b’riskju għoli ta’ ILUC; billi, bl-applikazzjoni ta’ dik il-metodoloġija u dik il-linja bażi, ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2019 sab li s-sehem tal-espansjoni tal-fażola tas-sojja f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju kien ta’ 8 %, li huwa taħt il-limitu kwalifikanti, li jfisser li l-fażola tas-sojja ma ġietx ikklassifikata bħala b’riskju għoli ta’ ILUC;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Indoneżja u l-Malażja ressqu tilwim quddiem id-WTO (DS593 u DS600) li jikkontesta l-qafas tal-ILUC tal-Unjoni, speċifikament il-klassifikazzjoni taż-żejt tal-palm bħala b’riskju għoli ta’ ILUC u l-proċedura taċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC; billi d-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO ta’ Jannar 2025 sabet b’mod ġenerali favur l-Unjoni iżda identifikat ksur speċifiku, jiġifieri n-nuqqas ta’ aġġornament puntwali tad-data xjentifika, id-defiċjenzi fil-proċedura taċ-ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC, u n-nuqqas ta’ notifika xierqa tal-miżuri; billi l-Bord sab nuqqas fil-fallimenti proċedurali tal-Unjoni u mhux fl-għażla tal-Unjoni ta’ liema għelejjel għandha tikklassifika bħala b’riskju għoli ta’ ILUC;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-att delegat iżid il-fażola tas-sojja mal-lista ta’ prodotti b’riskju għoli ta’ ILUC flimkien maż-żejt tal-palm, abbażi ta’ data xjentifika aġġornata, li jfisser li l-bijodiżil ibbażat fuq is-sojja jitneħħa gradwalment kompletament mill-għadd lejn il-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-UE sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament ma joġġezzjonax għat-trajettorja ta’ tnaqqis gradwali għaż-żejt tal-palm, li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala b’riskju għoli ta’ ILUC hija xjentifikament robusta u mhux ikkontestata, u lanqas ma joġġezzjona għall-korrezzjoni tad-defiċjenzi fil-proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC, li t-tnejn li huma jikkostitwixxu reazzjonijiet xierqa għad-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u għandhom jibqgħu jinżammu fi kwalunkwe att delegat rivedut;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-klassifikazzjoni tal-fażola tas-sojja bħala b’riskju għoli ta’ ILUC fl-att delegat tiddependi minn data xjentifika aġġornata li titbiegħed mil-linja bażi ta’ osservazzjoni tal-2008 stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807, billi l-perjodu ta’ osservazzjoni jiġi ttrasferit għall-2014; billi din il-bidla fis-sena bażi mhijiex awtorizzata mid-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO, li kienet tikkonċerna l-puntwalità tal-aġġornamenti tad-data aktar milli l-għażla tas-sena bażi; billi, bl-applikazzjoni tal-linja bażi oriġinali tal-2008 kif meħtieġ mill-qafas legali eżistenti, is-sehem tal-espansjoni tal-fażola tas-sojja f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju x’aktarx jibqa’ taħt il-limitu kwalifikanti ta’ 10 % u għalhekk il-fażola tas-sojja ma tikkwalifikax bħala materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-data xjentifika aġġornata li fuqha hija bbażata l-klassifikazzjoni tas-sojja ma tqisx il-prattiki ta’ kultivazzjoni doppja fil-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja, fejn is-sojja titkabbar bħala t-tieni għalla fuq art li diġà tintuża għal għalla primarja fl-istess sena kalendarja; billi dan id-distakk metodoloġiku jirriżulta f’dikjarazzjoni eċċessiva tal-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-fażola tas-sojja u konsegwentement ikabbar is-sehem ikkalkulat tal-espansjoni tal-fażola tas-sojja f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-riskju ta’ ILUC assoċjat mal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja huwa ġeografikament ikkonċentrat fil-produzzjoni tal-Amerka t’Isfel; billi l-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-Unjoni ma tixprunax id-deforestazzjoni jew il-konverżjoni tal-art li l-qafas tal-ILUC huwa mfassal biex jindirizza; billi l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-Unjoni tikkawża ILUC; billi, fin-nuqqas ta’ tali evidenza, il-klassifikazzjoni tal-fażola tas-sojja prodotta fl-Unjoni bħala b’riskju għoli ta’ ILUC ma għandhiex bażi xjentifika suffiċjenti; billi l-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni globalment mhux differenzjata ta’ riskju għoli ta’ ILUC għall-fażola tas-sojja, irrispettivament mill-oriġini ġeografika tagħha, hija sproporzjonata u timponi piż fuq il-produtturi tal-Unjoni għal emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art li għalihom ma jġorru l-ebda responsabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Viżjoni tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel tisħaq fuq il-ħtieġa li tinħoloq sistema ta’ proteini tal-Unjoni aktar awtosuffiċjenti; billi l-Unjoni tipproduċi biss madwar 6 % tal-fażola tas-sojja li tikkonsma, u dan jagħmel lill-Unjoni dipendenti sew mill-importazzjoni; billi l-Pjan tal-UE dwar il-Proteini mħabbar mill-Kummissjoni u l-objettivi ddikjarati tiegħu, flimkien mal-objettivi ta’ awtonomija strateġika miftuħa, għandhom l-għan b’mod partikolari li jespandu l-kultivazzjoni domestika tal-fażola tas-sojja sabiex titnaqqas dik id-dipendenza; billi s-suq tal-bijokarburanti jikkostitwixxi mutur ekonomiku fundamentali għall-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-Unjoni u għas-settur tat-tisħiq tas-sojja tal-Unjoni; billi l-klassifikazzjoni tal-fażola tas-sojja bħala b’riskju għoli ta’ ILUC tneħħi dak l-inċentiv tas-suq u tikkontradixxi direttament l-objettivi tal-Pjan tal-UE dwar il-Proteini u l-għanijiet ta’ awtonomija strateġika tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-tisħiq tas-sojja jipproduċi kemm il-grixa tal-fażola tas-sojja, li tikkostitwixxi l-prodott dominanti u sors essenzjali ta’ proteina tal-għalf tal-annimali, kif ukoll iż-żejt tal-fażola tas-sojja, li jirrappreżenta biss madwar 20 % taż-żerriegħa tal-fażola tas-sojja u jintuża fost oħrajn bħala materja prima għall-bijokarburanti; billi l-mutur ekonomiku prinċipali tal-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-fażola tas-sojja huwa d-domanda għall-grixa tal-fażola tas-sojja għall-għalf tal-annimali aktar milli l-użu taż-żejt tal-fażola tas-sojja fil-bijokarburanti; billi l-attribuzzjoni tad-dinamika tal-espansjoni tal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja primarjament għaż-żejt tal-fażola tas-sojja użat fil-bijokarburanti għalhekk tirrappreżenta ħażin ir-realtà ekonomika tas-settur u tissopravaluta l-impatt tal-ILUC marbut mal-bijodiżil tas-sojja; billi l-iżvalutazzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja minħabba t-telf tas-suq disponibbli tal-bijokarburanti tagħha se tiddeterjora l-marġnijiet tat-tisħiq u tnaqqas il-vijabbiltà ekonomika tat-tisħiq domestiku tas-sojja; billi dan iġiegħel lill-Unjoni tissostitwixxi sa 4,8 miljun tunnellata grixa tal-fażola tas-sojja prodotta domestikament b’importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u hekk iżid id-dipendenza mill-importazzjoni tal-proteini, iżid il-kostijiet tal-għalf u jċaqlaq ’il barra mill-Unjoni l-attività industrijali li toħloq valur; billi l-konsegwenzi ekonomiċi stmati għas-settur jammontaw għal madwar EUR 36 miljun f’telf għall-bdiewa tas-sojja tal-Unjoni, EUR 120 miljun għas-saħħaqa tal-Unjoni, u sa EUR 1,3 biljun għall-industrija tal-bijodiżil tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-fażola tas-sojja hija għalla li tiffissa n-nitroġenu u li tnaqqas id-dipendenza fuq il-fertilizzanti kimiċi tan-nitroġenu u tikkontribwixxi b’mod pożittiv għan-newba tal-għelejjel u għas-saħħa tal-ħamrija; billi l-iskoraġġiment tal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja tal-UE jżid id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fertilizzanti kimiċi importati, għall-kuntrarju tal-objettivi tar-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-fertilizzanti tal-Unjoni, li kisbu urġenza akbar fil-kuntest tat-tħarbit fil-provvista wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Patt għal Industrija Nadifa jappella għal ekonomija industrijali kompetittiva u dekarbonizzata appoġġjata minn firxa wiesgħa u diversifikata ta’ karburanti u materja prima nodfa; billi t-tnaqqis tal-basket ta’ materja prima disponibbli għall-bijokarburanti bit-tneħħija tal-fażola tas-sojja jċekken il-bażi tal-provvista tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, iżid il-volatilità tal-prezzijiet u l-vulnerabbiltà tal-provvista, u huwa inkonsistenti mal-approċċ teknoloġikament newtrali u sigur fil-provvista li l-objettivi tal-kompetittività tal-Unjoni jirrikjedu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Boxxla għall-Kompetittività tidentifika t-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi u t-tisħiħ tal-kapaċità industrijali u ta’ pproċessar tal-Unjoni bħala prijoritajiet ċentrali tal-Unjoni; billi l-klassifikazzjoni tal-fażola tas-sojja bħala ta’ riskju għoli ta’ ILUC iżżid, u mhux tnaqqas, id-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni kemm fis-settur tal-proteini kif ukoll f’dak tal-bijokarburanti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u tinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat rivedut mingħajr dewmien, li jqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>id-determinazzjoni tal-istatus ta’ riskju ta’ ILUC tal-fażola tas-sojja jenħtieġ li tkun ibbażata fuq data “mill-2008” ’l hawn kif meħtieġ b’mod espliċitu mill-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807, u l-klassifikazzjoni tal-fażola tas-sojja bħala b’riskju għoli ta’ ILUC jenħtieġ li tiġi rieżaminata fid-dawl ta’ dik il-metodoloġija kkoreġuta; jekk, abbażi tad-data mill-2008 ’l hawn, is-sehem tal-espansjoni tal-fażola tas-sojja f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju jaqa’ taħt il-limitu ta’ 10 % stabbilit skont il-qafas eżistenti, il-fażola tas-sojja ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala b’riskju għoli ta’ ILUC fl-att rivedut;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>il-metodoloġija għandha tiġi aġġornata biex tqis bis-sħiħ il-prattiki tal-kultivazzjoni doppja fil-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja, sabiex l-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-fażola tas-sojja u s-sehem ikkalkulat tal-espansjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju jirriflettu b’mod preċiż id-dinamika reali tat-tibdil fl-użu tal-art;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>għall-fażola tas-sojja prodotta fl-Unjoni, jew f’pajjiżi terzi bi standards ekwivalenti u vverifikati rigward l-użu tal-art u l-monitoraġġ tad-deforestazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst ir-rikonoxximent tagħha bħala b’riskju baxx ta’ ILUC, bl-esklużjoni konsegwenti mit-trajettorja tat-tnaqqis gradwali, fuq il-bażi li tali produzzjoni ma tixprunax it-tibdil fl-użu tal-art li l-qafas tal-ILUC huwa intenzjonat li jindirizza.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jafferma li ma joġġezzjonax għat-tnaqqis gradwali tal-bijokarburanti bbażati fuq iż-żejt tal-palm jew għall-korrezzjoni tan-nuqqasijiet fil-proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ riskju baxx ta’ ILUC, li jikkostitwixxu reazzjonijiet xierqa u meħtieġa għad-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u għandhom jibqgħu jinżammu fi kwalunkwe att delegat rivedut;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>