<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0258</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA): emenda u suppliment</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0151/2026 - Rapporteur: Paolo Borchia)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk filwaqt li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (05480/2026 – C10-0092/2026 – 2025/0387(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Approvazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05480/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk filwaqt li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (05481/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0092/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4) u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0151/2026),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>