<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0259</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar l-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0172/2026 - Rapporteur: Michael Gahler)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar ir-Rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar l-Ukrajna (2025/2259(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2022 li jagħtu lill-Ukrajna l-istatus ta’ pajjiż kandidat, tal-15 ta’ Diċembru 2023 li japprovaw il-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni, u dawk tal-20 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0013.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Faċilità għall-Ukrajna u l-Pjan għall-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-11 ta’ Diċembru 2025 bejn il-Kummissarju Marta Kos u l-Viċi Prim Ministru tal-Ukrajna Taras Kachka,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjanijiet direzzjonali tal-Ukrajna dwar l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-pjan ta’ azzjoni, approvat f’Mejju 2025, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi (komunitajiet) nazzjonali tal-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm Nazzjonali għall-Approssimazzjoni tal-Acquis, adottat mill-Gvern tal-Ukrajna fl-1 ta’ April 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 intitolat “Rapport tal-2025 dwar l-Ukrajna” (SWD(2025)0759), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanjah intitolata “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0172/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Parlament jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li hija ksur sfaċċat tal-Karta tan-NU u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali, murija permezz ta’ delitti tal-gwerra mifruxa u sistematiċi, delitti kontra l-umanità, u d-deportazzjoni furzata ta’ eluf ta’ Ukreni lejn it-territorju Russu, b’mod partikolari tat-tfal, li huma atti li jirrikjedu obbligu ta’ rendikont u ġustizzja assoluti; billi l-Parlament jappoġġja d-dritt tal-Ukrajna għas-sovranità, għall-indipendenza u l-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti f’livell internazzjonali; billi r-Russja invadiet l-Ukrajna u tista’ twaqqaf il-gwerra brutali li qed twettaq kontra l-ġar tagħha fi kwalunkwe mument;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Russja, bl-appoġġ politiku, materjali u militari li jagħtuha l-alleati tagħha – b’mod partikolari l-Belarussja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq, kif ukoll l-appoġġ miċ-Ċina – ilha mill-24 ta’ Frar 2022 tiġġieled gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata fuq skala kbira kontra l-Ukrajna; billi l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna bdiet fl-2014 bl-okkupazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea u bl-okkupazzjoni sussegwenti ta’ partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ksur reċenti u kontinwu mir-Russja tas-sovranità tal-Istati Ewropej jikkonferma li l-objettivi tagħha jestendu ferm lil hinn mill-Ukrajna u joħolqu theddida eżistenzjali għal-libertà u għad-demokrazija tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minkejja kundanna internazzjonali wiesgħa u sanzjonijiet bla preċedent, ir-Russja qed teskala l-isforzi tal-gwerra tagħha b’attakki mmirati fuq l-infrastruttura kritika tal-enerġija, il-bini residenzjali u l-infrastruttura ċivili, kif ukoll fuq is-siti reliġjużi u tal-patrimonju kulturali, bħall-monasteru tal-Għerien ta’ Kiev (Kyiv Pechersk Lavra); billi miljuni ta’ persuni fl-Ukrajna rnexxielhom jissopravivu t-temperaturi estremament kesħin tax-xitwa b’elettriku, tisħin u ilma tal-vit limitati; billi, matul dawn l-aħħar erba’ snin, id-dannu ambjentali li kkaġunat ir-Russja kellu wkoll konsegwenzi devastanti għar-riżorsi naturali u għall-ekosistemi kritiċi tal-Ukrajna, kif ukoll għas-saħħa, għall-għajxien u għas-sigurtà tan-nies fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, minħabba l-invażjoni Russa, aktar minn erba’ miljun ċittadin Ukren bħalissa qed jgħixu fl-Istati Membri tal-UE fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni temporanja u jibbenefikaw minn drittijiet ta’ residenza, aċċess għas-suq tax-xogħol, akkomodazzjoni, assistenza medika, assistenza soċjali u edukazzjoni għal uliedhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ukrajna, billi tiddefendi lilha nnifisha kontra r-Russja, qed tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa l-akbar fornitur ta’ assistenza finanzjarja, ekonomika, militari u umanitarja tal-Ukrajna; billi mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE u l-Istati Membri tagħha s’issa pprovdew madwar EUR 75 biljun f’assistenza militari lill-Ukrajna; billi l-appoġġ għall-Ukrajna għandu jgħin ukoll biex jissaħħu l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-UE (EDTIB) u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, u ma għandux iwassal għal dipendenza akbar minn atturi esterni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Federazzjoni Russa ilha mill-bidu tal-okkupazzjoni illegali u kontinwa ta’ partijiet mit-territorju tal-Ukrajna fi Frar 2014 twettaq ksur persistenti u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fit-territorji okkupati temporanjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Ukrajna u l-korpi internazzjonali ddokumentaw mijiet ta’ eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni mill-forzi Russi; billi tali eżekuzzjonijiet jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u huma rikonoxxuti b’mod espliċitu bħala delitti tal-gwerra skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi mill-anqas 20 000, u possibbilment sa 35 000, tifel u tifla Ukreni ġew deportati bil-forza lejn ir-Russja u l-Belarussja, jew ġew detenuti f’territorji Ukreni okkupati temporanjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna u r-Reġistru tad-Danni għall-Ukrajna ġew stabbiliti f’The Hague, filwaqt li t-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna jinsab fil-proċess li jiġi stabbilit; billi l-Kummissjoni adottat proposta li tagħti bidu għall-proċess biex l-Unjoni Ewropea ssir membru fundatur tat-Tribunal Speċjali; billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużat lil Vladimir Putin u lil Maria Lvova-Belova għal delitti tal-gwerra; billi fl-14 ta’ Mejju 2026, fil-marġni tal-135 sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa f’Chișinău, il-Moldova, ġiet inawgurata Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna; billi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet se ssaħħaħ il-kapaċità biex jiġi żgurat li l-awturi tad-delitti internazzjonali kommessi fl-Ukrajna u kontriha jagħtu kont ta’ għemilhom u biex jiġi difiż id-dritt tal-Ukrajna għar-riżarċiment sħiħ għad-danni li jirriżultaw mill-azzjonijiet illegali tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Ukrajna wriet reżiljenza u determinazzjoni notevoli fit-triq tagħha lejn is-sħubija fl-UE, għażla li tirrifletti r-rieda dejjiema tal-poplu Ukren, minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja minnha, li kkaġunat il-mewt ta’ eluf ta’ nies, filġet bi trawmi profondi lis-superstiti, lill-familji tal-vittmi, lill-veterani u lill-familji tagħhom, u lis-soċjetà ċivili, ħalliet f’ħerba bosta bliet u infrastrutturi ċivili vitali, u wasslet għall-okkupazzjoni kontinwa ta’ partijiet tat-territorju tagħha min-naħa tal-forzi Russi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-ġlieda tal-Ukrajna mhijiex biss għad-dritt li tgħix b’mod liberu u li tagħżel l-alleanzi tagħha b’mod liberu, u mhux biss għas-sovranità, għall-paċi, għall-istabbiltà u għas-sigurtà tagħha, iżda wkoll biex tiġi mħarsa s-sustanza tad-demokrazija taħt pressjoni eżistenzjali; billi r-reżiljenza tad-demokrazija Ukrena fl-aħħar mill-aħħar se tiġi ġġudikata mhux biss mill-kapaċità tagħha li tirreżisti l-aggressjoni esterna, iżda wkoll mir-rieda tagħha li tipproteġi l-pluraliżmu, l-inklużività, il-ftuħ u d-diversità politika fil-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna hija investiment strateġiku fil-paċi, fis-sigurtà, fid-demokrazija u fil-prosperità għall-kontinent kollu; billi l-appoġġ sod tal-UE għas-sovranità, għall-integrità territorjali u għall-indipendenza tal-Ukrajna ma jiddependix mir-ritmu li bih il-pajjiż jagħmel progress fl-integrazzjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-kriterji attwali ta’ Copenhagen jirrikjedu mhux biss allinjament formali mad-dritt tal-UE iżda wkoll implimentazzjoni u garanziji effettivi tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; billi l-progress ta’ kull pajjiż fi triqtu lejn l-integrazzjoni fl-UE jrid jiġi vvalutat abbażi tal-merti tiegħu u l-ebda pajjiż ma għandu jiġi assoċjat ma’ ieħor jew ittrattat bħala parti minn pakkett;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Ukrajna għadha impenjata li tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-UE u kompliet tieħu passi biex timplimenta r-riformi minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; billi, fl-2025, l-Ukrajna laħqet 84 % tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/295/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Kummissjoni kkonfermat li l-Ukrajna lestiet il-proċess ta’ skrinjar bilaterali għall-kapitoli kollha tan-negozjati u tinsab lesta biex tiftaħ il-ġabriet kollha ta’ negozjar, billi tibda mill-ġabra tal-elementi fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-progress sar, iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jissaħħaħ, fost l-oħrajn, l-istat tad-dritt fl-Ukrajna u tiġi miġġielda l-korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-fatt li jiġi żgurat l-użu trasparenti u responsabbli tal-appoġġ finanzjarju internazzjonali u tal-UE u tal-fondi futuri għar-rikostruzzjoni jirrikjedi istituzzjonijiet robusti, indipendenti u li jiffunzjonaw tajjeb kontra l-korruzzjoni, kif ukoll sorveljanza demokratika effettiva li tinvolvi lis-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-esperti internazzjonali li jaħdmu fil-kummissjonijiet ta’ selezzjoni ġudizzjarja għenu biex tinbena l-fiduċja pubblika fis-sistema ġudizzjarja billi saħħew l-indipendenza tal-ġudikatura; billi l-involviment ta’ esperti internazzjonali fis-selezzjoni tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifika tal-Imħallfin ġie fi tmiemu fl-1 ta’ Ġunju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ukrajna wrew il-kapaċità ta’ adattament huma u juru li, anki matul il-gwerra ta’ aggressjoni min-naħa tar-Russja u bil-liġi marzjali fis-seħħ, ikomplu jaqdu l-interessi taċ-ċittadini u jimplimentaw ir-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE; billi l-Parlament jilqa’ l-indikazzjonijiet li t-tħejjijiet għall-elezzjonijiet jistgħu jibdew ladarba l-liġi marzjali tkun intemmet u s-sitwazzjoni tas-sigurtà tippermetti li l-elezzjonijiet isiru f’konformità mal-istandards internazzjonali; billi l-Ukrajna għandha tkompli taħdem biex tħares id-demokrazija tagħha u tiżgura t-trasparenza u l-bilanċ tal-poter;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi s-soċjetà ċivili tibqa’ pilastru tar-reżiljenza u tad-demokrazija fl-Ukrajna, għad li l-każijiet ta’ pressjoni kontra l-attivisti u t-trade unions iqajmu tħassib u jirrikjedu l-intervent tal-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-integrazzjoni fl-UE għandha appoġġ wiesa’ mis-soċjetà u mill-istituzzjonijiet Ukreni, u tibqa’ forza mexxejja fundamentali għall-iżvilupp demokratiku tal-Ukrajna; billi s-sħubija tal-Ukrajna fl-UE se ssaħħaħ ukoll lill-Unjoni nnifisha billi tikkontribwixxi għar-reżiljenza ġeopolitika tagħha, issaħħaħ il-potenzjal ekonomiku tagħha u tirrinforza l-impenn tagħha favur il-valuri komuni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-libertà;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-aħħar rapport tal-Ewrobarometru dwar it-tkabbir jindika li 56 % taċ-ċittadini tal-UE huma favur li l-Unjoni Ewropea terġa’ tikber u li l-Ukrajna hi l-kandidat l-aktar favorit għall-adeżjoni ladarba tissodisfa l-kriterji kollha ta’ sħubija tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi d-dikjarazzjoni konġunta ffirmata fil-11 ta’ Diċembru 2025 mill-Kummissarju Marta Kos u mill-Viċi Prim Ministru tal-Ukrajna Taras Kachka (magħruf bħala l-pjan Kos-Kachka) hija pjan prijoritarju ta’ riforma f’10 punti li għandu jiġi implimentat sa tmiem l-2026; billi dawk ir-riformi jikkonċernaw it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-indipendenza tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna kontra l-korruzzjoni; billi l-implimentazzjoni sħiħa u inekwivoka ta’ dawn il-passi se tkun turija tanġibbli importanti tal-impenn mill-Ukrajna; billi l-gruppi ta’ riflessjoni rilevanti jqisu li madwar 15 % tal-pjan kien ġie implimentat sa nofs l-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-Russja qed tkompli ssegwi u tintensifika l-isforzi mmirati biex jiġġustifikaw l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna permezz tal-falsifikazzjoni intenzjonata tal-istorja, il-manipulazzjoni tan-narrattivi storiċi, u l-użu strateġiku ta’ narrattivi reliġjużi, kulturali u bbażati fuq il-valuri li għandhom l-għan li jfixklu d-diskors pubbliku, jiċħdu u jiddeleġittimizzaw l-identità nazzjonali, is-sovranità tal-Ukrajna, u li tkun stat, u jipprevjenu l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea; billi dawn l-attivitajiet huma konsistenti mad-Duttrina Militari Russa approvata fil-25 ta’ Diċembru 2014 u dokumenti strateġiċi sussegwenti, inkluża l-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa approvata mill-President Vladimir Putin fil-31 ta’ Diċembru 2015, li jenfasizzaw il-protezzjoni ta’ “valuri spiritwali u morali tradizzjonali Russi” kontra l-influwenza perċepita tal-Punent; billi dan l-approċċ kompla jissaħħaħ fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali tal-2021, li lis-salvagwardja tal-“valuri tradizzjonali”, lill-promozzjoni tal-kunċett tad-“Dinja Russa” (Russkiy Mir) u lill-protezzjoni tal-“kompatrijotti barra mill-pajjiż” għamlithom prijoritajiet ewlenin tas-sigurtà nazzjonali, u b’hekk uriet l-użu sostnut u sistematiku ta’ narrattivi kulturali, reliġjużi u ċivilizzazzjonali bħala għodod ta’ influwenza ġeopolitika u ġustifikazzjoni għall-aggressjoni kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi skont il-Ministeru għall-Politika Soċjali tal-Ukrajna, aktar minn tliet miljun Ukren huma rikonoxxuti li għandhom diżabbiltà waħda jew aktar, u dan in-numru huwa mistenni li jiżdied bi 17 000 kull xahar, l-aktar minħabba l-gwerra li għaddejja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi d-danni ambjentali kkaġunati mir-Russja kellhom konsegwenzi devastanti għar-riżorsi naturali u għall-ekosistemi kritiċi tal-Ukrajna, u għas-saħħa, għall-mezzi ta’ sussistenza u għas-sigurtà tal-persuni tagħha; billi l-irkupru ekoloġiku jikkonsisti fil-fatt li jingħata rimedju għal dawn id-danni u li l-Ukrajna titqiegħed fi triq ġdida ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali allinjata mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-acquis tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi stħarriġ tal-2024 li wettaq l-Istitut Internazzjonali tas-Soċjoloġija ta’ Kiev ikkonferma li l-attitudni tas-soċjetà Ukrena lejn il-persuni LGBTIQ+ baqgħet fil-biċċa l-kbira newtrali jew pożittiva, u aktar minn 70 % tal-Ukreni mistħarrġa jappoġġjaw drittijiet ugwali għall-persuni LGBTIQ+;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat tbatija umana u qerda enormi, u l-iskala tad-devastazzjoni umana tagħmilha imperattiva li tinstab paċi ġusta, sostenibbli u dejjiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-liġi l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku, li ġiet adottata mill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna fis-27 ta’ Mejju 2026 u li daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2026, hija ġeneralment meqjusa bħala riforma ġenwina, allinjata mal-leġiżlazzjoni tal-UE u li tistabbilixxi salvagwardji ta’ trasparenza u kontra l-korruzzjoni għal offerti kbar; billi l-adozzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni żblukkat USD 3,4 biljun f’appoġġ baġitarju dirett għall-Ukrajna mill-Bank Dinji;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi fil-15 ta’ Ġunju 2026, l-UE fetħet in-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna u mal-Moldova dwar il-Ġabra 1: Elementi fundamentali, li tikkonsisti minn: Kapitolu 23: Ġudikatura u drittijiet fundamentali, Kapitolu 24: Ġustizzja, libertà u sigurtà, Kapitolu 5: Akkwist pubbliku, Kapitolu 18: Statistika, u Kapitolu 32: Kontroll finanzjarju; billi n-negozjati dwar il-ġabra tal-elementi fundamentali huma l-ewwel li jinfetħu u l-aħħar li jingħalqu fil-proċess ta’ adeżjoni, u l-progress fir-rigward ta’ dik il-ġabra jiddetermina l-pass ġenerali tan-negozjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi diversi Stati Membri ċċirkolaw dokumenti informali dwar id-dinamika tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE u għażliet biex jissaħħu t-trattati tal-adeżjoni futuri mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi analiżi konġunta mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u miċ-Ċentru għall-Ġlieda Kontra d-Diżinformazzjoni tal-Ukrajna identifikat strateġiji u operazzjonijiet Russi ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI) biex jimminaw u jnaqqru l-appoġġ pubbliku għall-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE, kemm fl-Ukrajna kif ukoll fl-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT>I.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sitwazzjoni attwali tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa u tas-sanzjonijiet tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra illegali ta’ aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jtenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna u l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, għas-sovranità u għall-integrità territorjali tal-pajjiż, fi ħdan il-fruntieri tiegħu rikonoxxuti internazzjonalment; jafferma mill-ġdid il-politika tiegħu ta’ nonrikonoxximent tat-territorji tal-Ukrajna okkupati illegalment u temporanjament mir-Russja, inkluża l-Krimea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jeżiġi li l-Federazzjoni Russa twaqqaf minnufih u mingħajr kundizzjonijiet l-attivitajiet militari kollha fl-Ukrajna u kontriha, u tirtira l-forzi u t-tagħmir militari kollha tagħha mit-territorju kollu tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż il-baħar territorjali tagħha; jissottolinja li l-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna ħallas l-ogħla prezz biex jipproteġi lill-Ukrajna u, b’estensjoni, lis-sigurtà tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi s-simpatija profonda u s-solidarjetà sħiħa tiegħu ma’ dawk kollha affettwati mill-gwerra ta’ aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, inklużi l-membri tal-forzi armati, il-veterani, il-familji ta’ dawk maqtula jew midruba, il-persuni spostati internament, ir-rifuġjati, u ċ-ċivili kollha li jsofru l-konsegwenzi umanitarji, tas-saħħa, psikoloġiċi, soċjali u ekonomiċi severi tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna l-attakki mifruxa u sistematiċi mwettqa mill-Federazzjoni Russa kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena, b’mod partikolari permezz ta’ attakki fuq infrastruttura kritika tal-enerġija u tal-ilma, li jikkostitwixxu ksur sfaċċat tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddeplora bil-qawwa l-ksur serju kontra t-tfal Ukreni, inklużi l-qtil, it-trattament ħażin, it-trasferiment furzat u d-deportazzjoni, kif ukoll l-adozzjoni illegali, it-tibdil tad-data personali tagħhom u r-restrizzjonijiet fil-kuntatt mal-familji tagħhom; jikkundanna wkoll ir-Russifikazzjoni furzata u l-esponiment tagħhom għal taħriġ militari-patrijottiku, propaganda tal-gwerra u militarizzazzjoni; jappella għar-ritorn immedjat, sikur u mingħajr kundizzjonijiet tat-tfal maħtufa u jistieden lill-UE tagħti prijorità lis-saħħa mentali tat-tfal bħala komponent speċifiku tal-appoġġ tagħha għall-irkupru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ għall-awtoritajiet Ukreni, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi, fid-dokumentazzjoni ta’ dawn id-delitti u fl-identifikazzjoni, fir-ripatrijazzjoni, fir-riintegrazzjoni, fir-riabilitazzjoni u fl-appoġġ tat-tfal affettwati; jilqa’ l-impenn dejjem jikber fil-Koalizzjoni Internazzjonali għar-Ritorn tat-Tfal Ukreni, bħala pjattaforma ewlenija għal azzjoni internazzjonali kkoordinata mmirata lejn ir-ritorn ta’ tfal Ukreni deportati illegalment u trasferiti bil-forza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddeplora d-deterjorament drastiku tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’żoni taħt okkupazzjoni Russa, bħal detenzjonijiet arbitrarji u għajbien, tortura, passaportizzazzjoni furzata u mobilizzazzjoni ta’ ċittadini Ukreni fit-territorji okkupati temporanjament, eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri tal-gwerra u deportazzjonijiet illegali; jafferma mill-ġdid u bil-qawwa d-dritt inaljenabbli tal-Ukreni kollha spostati bil-forza minħabba l-aggressjoni tar-Russja li jirritornaw b’mod sikur, volontarju u mingħajr prekundizzjonijiet lejn djarhom wara li tintemm għalkollox l-okkupazzjoni tal-Ukrajna u tiġi restawrata l-integrità territorjali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li l-Federazzjoni Russa imponiet illegalment l-amministrazzjoni okkupanti tagħha fuq it-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna, kif ukoll l-approprjazzjoni sistematika u illegali tagħha ta’ proprjetà pubblika u privata, is-sakkeġġ u t-tneħħija illegali tal-proprjetà u l-wirt kulturali tal-Ukrajna, il-qerda tal-attivitajiet ekonomiċi u l-isfruttament ta’ dawn it-territorji għall-interessi politiċi u ekonomiċi tagħha stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li l-Federazzjoni Russa rreklutat ċittadini barranin, inkluż minn pajjiżi terzi, biex jipparteċipaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, spiss permezz ta’ prattiki qarrieqa u l-isfruttament ta’ kundizzjonijiet soċjoekonomiċi vulnerabbli; jissottolinja li tali prattiki jammontaw għal traffikar tal-bnedmin u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, flimkien mas-sħab internazzjonali, jiġġieldu dawn il-prattiki, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet, sensibilizzazzjoni u appoġġ għall-vittmi, u jħeġġeġ lill-pajjiżi terzi jipprevjenu reklutaġġ bħal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna t-trattament inuman tal-priġunieri tal-gwerra Ukreni mill-Federazzjoni Russa, inklużi t-tortura u l-eżekuzzjonijiet, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, u jitlob li jinħelsu b’mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali jżidu l-isforzi, inkluż permezz ta’ mezzi diplomatiċi u legali, biex jiżguraw il-konformità mad-dritt internazzjonali u jiffaċilitaw aktar skambji ta’ priġunieri; jistieden lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar jeżerċita bis-sħiħ il-mandat tiegħu skont id-dritt umanitarju internazzjonali, billi jiżgura aċċess mingħajr xkiel u regolari għall-postijiet kollha fejn jinżammu l-priġunieri tal-gwerra u ċ-ċivili Ukreni, inklużi dawk detenuti; jinnota li l-Ukrajna qed tkompli tirrispetta l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fil-mod li bih qed tittratta l-priġunieri tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-assistenza relatata mas-saħħa u jiżguraw li l-ħtiġijiet ta’ riabilitazzjoni jkunu riflessi bis-sħiħ fl-oqfsa ta’ appoġġ tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsostnu u jespandu, jekk ikun hemm bżonn, l-appoġġ għar-rifuġjati Ukreni li bħalissa jinsabu ospitati madwar l-Istati Membri, kif ukoll għall-persuni spostati internament fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiġġieldu d-diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u l-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE, billi jirrestrinġu bis-sħiħ l-attivitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-media Russi kkontrollati mill-istat u l-kontributuri tagħhom madwar l-Istati Membri tal-UE, jestendu l-listi ta’ sanzjonijiet individwali rilevanti, ifittxu responsabbiltà legali għal dawk kompliċi fil-propaganda mmexxija mill-istat, isaħħu l-litteriżmu diġitali, jippromwovu informazzjoni bbażata fuq il-fatti b’attenzjoni speċjali għall-pajjiżi mmirati speċifikament mill-propaganda Russa barra mill-Ewropa u jżommu lill-pjattaformi tal-media soċjali responsabbli għat-tixrid ta’ kontenut dannuż billi jinfurzaw b’mod strett l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja bil-qawwa d-dritt inerenti tal-Ukrajna għall-awtodifiża, f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU, inkluż id-dritt tal-Ukrajna, filwaqt li tkun involuta fi ġlieda difensiva, li tattakka miri leġittimi fit-territorju tal-aggressur, ir-Russja; jinnota bi tħassib kbir it-tnaqqis ta’ 99 % fl-għajnuna militari mill-Istati Uniti fl-2025; ifaħħar għalhekk l-inizjattiva tan-NATO dwar il-Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Prijorità għall-Ukrajna, kif ukoll il-missjoni tan-NATO ta’ Assistenza u Taħriġ fil-Qasam tas-Sigurtà għall-Ukrajna; jilqa’ t-tmexxija tal-UE u tal-Istati Membri tagħha bħala l-fornitur primarju ta’ appoġġ finanzjarju u militari għall-Ukrajna, inkluż permezz tal-inizjattivi ta’ taħriġ tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna, u l-finanzjament u l-għoti ta’ appoġġ militari, bħas-sistemi ta’ difiża tal-ajru u l-kapaċitajiet ta’ attakk profond; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-assistenza biex jappoġġjaw id-dritt ta’ awtodifiża tal-Ukrajna; jenfasizza li assistenza militari suffiċjenti u prevedibbli – inkluż l-aċċess għall-finanzjament għall-produzzjoni tal-armi, l-appoġġ għal din il-produzzjoni barra mill-Ukrajna u l-kooperazzjoni bejn l-EDTIB u l-industrija tad-difiża tal-Ukrajna – hija kruċjali għar-reżistenza effikaċi min-naħa tal-Ukrajna għall-aggressjoni tar-Russja, b’mod partikolari fid-dawl tat-tnaqqis drastiku fl-għajnuna militari mill-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li fl-2026 il-pass tal-kisbiet territorjali Russi fl-Ukrajna naqas u f’April 2026, l-Ukrajna reġgħet kisbet territorju fl-istess waqt li r-Russja ġarrbet telf partikolarment għoli; jinsab konvint li l-Ukrajna tista’ u jeħtiġilha tipprevali, u li l-eżitu tal-kunflitt mhuwiex predeterminat; iqis, għaldaqstant, li appoġġ militari sostnut u msaħħaħ tal-UE jista’ jkollu impatt deċiżiv fuq il-kamp tal-battalja; jistieden lill-Istati Membri jaġixxu b’determinazzjoni u urġenza akbar, inkluż billi jżidu u jaċċeleraw b’mod sinifikanti l-konsenja u l-finanzjament tal-armi u l-munizzjon lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ b’mod speċifiku lill-Ġermanja tibgħat missili Taurus fuq distanza twila lill-Ukrajna u jistieden lil Stati Membri oħra biex lill-Ukrajna jipprovdulha b’mod urġenti kapaċitajiet addizzjonali ta’ difiża tal-ajru, inklużi sistemi Patriot kif ukoll missili għal sistemi Patriot, SAMP/T, NASAMS, IRIS-T u HAWK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi diplomatiċi internazzjonali biex tintemm il-gwerra u jfaħħar l-approċċ kostruttiv tal-Ukrajna; jisħaq, madankollu, li n-negozjati għall-paċi jridu jkunu ppreċeduti minn waqfien mill-ġlied sostenibbli; jissottolinja li kwalunkwe paċi trid tkun ġusta u sostenibbli, b’rispett sħiħ għas-sovranità u għall-integrità territorjali tal-Ukrajna; jisħaq li kwalunkwe ftehim ta’ paċi la għandu jagħmel ħsara lill-interessi strateġiċi Ewropej u tal-Ukrajna, u lanqas ma għandu jqiegħed limitazzjonijiet fuq il-kapaċità tal-Ukrajna li tiddefendi lilha nnifisha u tagħżel l-alleanzi politiċi u tas-sigurtà tagħha ħielsa minn kwalunkwe veto Russu; jisħaq li dan il-ftehim irid ikun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, tal-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra, għad-delitti kontra l-umanità u għad-delitt ta’ aggressjoni, u fuq ir-reparazzjonijiet mir-Russja għall-ħsara enormi li kkawżat fl-Ukrajna; jisħaq li l-ftehim għandu jinkludi impenn mir-Russja biex twaqqaf minnufih il-gwerra ibrida tagħha kontra l-UE u s-sħab tagħha, inkluża l-Ukrajna, u għandu jinkludi wkoll ir-ritorn tat-tfal Ukreni kollha maħtufa u taċ-ċivili Ukreni miżmuma l-ħabs u skambju komplut tal-priġunieri tal-gwerra, inkluż tal-fdalijiet tas-suldati mejta; jisħaq li kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jipprovdi garanziji ta’ sigurtà robusti u kredibbli lill-Ukrajna, li jammontaw għal-livell tal-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Washington u l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea malli jintemm formalment l-istat ta’ gwerra; jirrikonoxxi li l-Ukrajna tqis l-adeżjoni mal-UE bħala garanzija ta’ sigurtà importanti, speċjalment fid-dawl tal-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni li l-Ukrajna biss tista’ tiddetermina t-termini ta’ ftehim ta’ paċi aċċettabbli għall-poplu tagħha; jinsisti li ma għandu jiġi deċiż xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna, u xejn dwar l-Ewropa mingħajr l-Ewropa; jafferma mill-ġdid li kwalunkwe ftehim li jkollu l-għan li jtemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jmur ferm lil hinn mir-Russja u mill-Ukrajna, u jkollu implikazzjonijiet profondi għall-ordni ta’ sigurtà Ewropew kollu kemm hu; jisħaq li kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ jintlaħaq biss bil-parteċipazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltà li jaħtru u jagħtu s-setgħa sħiħa lil negozjatur Ewropew ta’ livell għoli biex jirrappreżenta lill-UE u lill-Istati Membri tagħha f’taħditiet diplomatiċi b’mandat definit b’mod preċiż; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kunsill jiżviluppaw, f’koordinazzjoni mal-Ukrajna u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, dokument ta’ xenarju strateġiku għall-arkitettura tas-sigurtà u l-kooperazzjoni ta’ wara l-gwerra fil-kontinent Ewropew, li jirrifletti t-tagħlimiet meħuda mill-passat u li jkun fih parametri potenzjali ta’ relazzjonijiet futuri mar-Russja wara tmiem il-gwerra, inklużi l-kwistjonijiet tas-sigurtà, l-enerġija, il-fruntieri, l-obbligu ta’ rendikont u r-reparazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddispjaċih ferm li s’issa r-Russja ma wriet l-ebda rieda ta’ paċi sostenibbli u tuża biss il-kuntatti diplomatiċi tagħha mal-Istati Uniti bħala parti minn kampanja ta’ gwerra psikoloġika biex tikkomprometti l-appoġġ internazzjonali għall-Ukrajna; itenni, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiżdied il-pressjoni fuq ir-Russja u jikkundanna t-tnaqqis parzjali tas-sanzjonijiet kontra r-Russja deċiżi mill-Istati Uniti, u jiddenunzja l-pożizzjoni tal-Istati Uniti li l-garanziji tas-sigurtà tal-Istati Uniti għall-Ukrajna jagħmluhom jiddependu mill-irtirar tal-Ukrajna mid-Donbas; ifakkar li l-involviment dirett mar-Russja mingħajr ma tiġi eżerċitata pressjoni sinifikattiva, ir-rinunzja pubblika ta’ użu ta’ strumenti importanti ta’ influwenza, it-tnaqqis fl-appoġġ militari, ir-rifjut li jiġu implimentati sanzjonijiet addizzjonali u t-tneħħija ta’ dawk diġà fis-seħħ, ir-rikatt tal-Ukrajna biex tagħti aċċess preferenzjali lill-kumpaniji tal-Istati Uniti għar-rikostruzzjoni u għall-aċċess għar-riżorsi naturali, u t-tentattiv li l-Ukrajna tiġi mġiegħla tagħmel konċessjonijiet territorjali u ċċedi d-dritt leġittimu tagħha għall-awtodifiża, huma kollha elementi ta’ sforz diplomatiku destinat li jfalli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar l-Ukrajna ta’ Ġunju 2026, inkluż l-impenn li (a) jappoġġjaw il-momentum il-ġdid fil-kamp tal-battalja u l-aċċelerazzjoni tiegħu, inkluż billi jikkunsidraw li lill-Ukrajna jestendulha l-benefiċċju tal-liċenzji biex jippermettu żieda fil-produzzjoni militari tagħha u (b) iżidu l-pressjoni fuq l-ekonomija tal-gwerra Russa; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw implimentazzjoni prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha, flimkien mas-sħab u mal-alleati, jeħtiġilhom jikkontribwixxu għal garanziji ta’ sigurtà robusti u legalment vinkolanti għall-Ukrajna biex jiskoraġġixxu aggressjoni Russa ulterjuri; dawn il-garanziji ta’ sigurtà għandhom jissaħħu permezz ta’ mekkaniżmi vinkolanti biex tiġi mmonitorjata l-konformità, tiġi kkoordinata b’mod sistematiku l-assistenza, u jiġi ggarantit appoġġ sostnut u fit-tul għas-sovranità, għall-integrità territorjali u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-“Koalizzjoni tal-Partijiet Disposti” li saret Pariġi fis-6 ta’ Jannar 2026; jilqa’ bil-qawwa l-proposta ta’ “forza ta’ riassigurazzjoni” multinazzjonali għall-Ukrajna u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jirriflettu fil-fond dwar kif jistgħu jappoġġjaw bl-aħjar mod tali forza; jilqa’ l-ftehim biex jiġi ffinalizzat impenn politikament u legalment vinkolanti biex jerġa’ jkun hemm il-paċi u s-sigurtà fil-każ ta’ attakk armat futur mir-Russja, u qafas ċar għall-appoġġ għall-Ukrajna; itenni t-talbiet tiegħu għal koalizzjoni ta’ Stati Membri tal-UE li lesti jesploraw kif jistabbilixxu żona integrata għall-protezzjoni tal-ajru difensiva u mmexxija mill-Ewropa li tista’ tuża pattulji tal-ajru ta’ kumbattiment fuq żoni mhux ikkontestati tal-Ukrajna, li jgħinu biex jipproteġu liċ-ċivili Ukreni minn attakki indiskriminati fuq l-infrastruttura ċivili, joffru difiża proattiva kontra l-inkursjonijiet Russi fl-ispazju tal-ajru tal-UE, u jbiddlu l-bilanċ tal-poter biex jgħinu lir-Russja tiġi mġiegħla tpoġġi mal-mejda tan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella, fid-dawl tal-ħtieġa ta’ pressjoni akbar fuq ir-Russja, għal sanzjonijiet akbar u aktar komprensivi u strutturali kontra r-Russja u l-alleati tagħha, bl-għan li din tiġi mċaħħda mir-riżorsi meħtieġa biex tiffinanzja l-magna militari tagħha u ssostni l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, inklużi sanzjonijiet individwali mmirati fil-qafas tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) kontra dawk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għal allinjament akbar tal-listi ta’ sanzjonijiet ma’ dawk ta’ sħab tal-istess fehma; jappella bil-qawwa għal żieda fil-kapaċità amministrattiva u fir-riżorsi finanzjarji biex jittejbu t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet tal-UE; jinsisti li l-ebda sanzjoni m’għandha titneħħa qabel ma jiġi nnegozjat u implimentat b’mod sostenibbli ftehim ta’ paċi; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod sistematiku l-kwistjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jenfasizza li s-sanzjonijiet qed ikollhom impatt ċar fuq l-ekonomija Russa, iżda jtenni li, biex ikollu l-effett meħtieġ li jillimita l-fondi tar-Russja għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, ir-reġim tas-sanzjonijiet jeħtieġ li jkun usa’ u l-implimentazzjoni tiegħu aktar riġida; jitlob, għalhekk, it-tisħiħ u l-espansjoni tas-sanzjonijiet immirati lejn is-sorsi primarji ta’ dħul tar-Russja, inklużi iżda mhux limitati għas-setturi tal-enerġija, tal-materja prima, tal-finanzi u tat-trasport; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod ikkoordinat biex jipprojbixxu l-kummerċ u l-attivitajiet kummerċjali mar-Russja u l-Belarussja, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-merkanzija u lit-teknoloġiji b’applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju, u jipprojbixxu t-tranżitu ta’ oġġetti lejn u mill-Unjoni mit-territorji tagħhom; jitlob projbizzjoni sħiħa fuq il-prodotti tal-azzar Russi u fuq l-esportazzjoni tal-alumina lejn ir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappella għal sforzi intensifikati biex jiżżarmaw l-operazzjonijiet tal-flotta mistura tar-Russja, li joħolqu riskju sostanzjali u dejjem akbar għas-sikurezza marittima u għall-ambjent, b’mod partikolari fil-Baħar Baltiku, li huwa strateġikament essenzjali; jappella f’dan ir-rigward għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri madwar il-Baħar Baltiku biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet tal-flotta mistura jitwaqqfu b’mod effikaċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw b’mod strett il-leġiżlazzjoni tal-UE u jwaqqfu l-importazzjonijiet kollha tal-gass naturali likwifikat u tal-gass naturali Russu, li d-dħul minnhom kien qed jappoġġja b’mod kostanti l-magna tal-gwerra Russa u jikkomprometti l-effikaċja tas-sanzjonijiet tal-UE u tal-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddeplora d-deċiżjonijiet ħorox li ħadu l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali rigward il-libertà tal-espressjoni tal-atleti Ukreni matul l-Olimpijadi u l-Paralimpijadi tax-Xitwa ta’ Milano Cortina 2026, kif ukoll id-deċiżjoni tal-World Aquatics li tneħħi s-sanzjonijiet kontra l-atleti Russi u Belarussi u d-deċiżjoni tal-Biennale ta’ Venezja li taċċetta mill-ġdid artisti Russi; jenfasizza l-fatt li l-isport u l-kultura jintużaw b’mod attiv mir-reġimi Russi u Belarussi għall-propaganda tal-istat u biex ibiddlu n-narrattiva rigward l-awturi ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra; jesprimi solidarjetà mal-atleti Ukreni li ġew diskriminati, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar sħaħ tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni; jappella għall-prevenzjoni tal-ħruġ ta’ viżi tal-UE lill-atleti u lill-artisti Russi li ma jitbiegħdux mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>II.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-appoġġ finanzjarju fit-tul lill-Ukrajna u r-reparazzjonijiet tal-gwerra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar it-tħabbira tal-Kummissjoni f’Jannar 2026 li se tipprovdi EUR 90 biljun f’appoġġ kritiku għall-ħtiġijiet baġitarji u militari tal-Ukrajna matul il-perjodu 2026-2027 u jilqa’ l-flessibbiltà meħtieġa li tidher fil-pakkett taħt ir-reġim ta’ derogi stabbilit fl-Artikolu 13(5) tar-regolament propost li jistabbilixxi s-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2026 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027 (COM(2026)0020).</FIELD></FOOTNOTE>; jilqa’ l-fatt li l-Kunsill solva l-imblokk li jipprevjeni l-operazzjonalizzazzjoni tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna u l-iżblukkar tal-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna, fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jistieden lill-Gvernijiet tal-Ungerija, tas-Slovakkja u taċ-Ċekja jikkunsidraw mill-ġdid l-arranġament ta’ nonparteċipazzjoni tagħhom u jipparteċipaw fil-garanziji għas-self; jilqa’ l-ewwel pagament parzjali ta’ EUR 3,2 biljun fl-ambitu tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, li ġie żborżat lill-Ukrajna fil-25 ta’ Ġunju 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw approċċ aktar komprensiv, fit-tul u strateġiku biex jappoġġjaw lill-Ukrajna, li jmur lil hinn minn miżuri ta’ assistenza <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ strateġija tal-UE strutturata u multidimensjonali li tgħaqqad appoġġ militari, ekonomiku u industrijali sostnut; jappella, f’dan ir-rigward, li jiżdiedu b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tad-difiża Ewropea u jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ akkwist ikkoordinati u pan-Ewropej biex tiġi żgurata l-konsenja f’waqtha u suffiċjenti ta’ munizzjon u tagħmir lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li r-Russja jeħtiġilha tħallas għad-dannu enormi kkawżat fl-Ukrajna; jissottolinja l-ħtieġa ta’ qafas finanzjarju pluriennali prevedibbli għall-Ukrajna li se jgħin lill-Ukrajna tkopri l-ispejjeż tal-irkupru u tad-difiża matul l-aggressjoni Russa mingħajr inċertezza annwali; jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-Kunsill ma qablux dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal self marbut mar-reparazzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Self Marbut mar-Reparazzjonijiet lill-Ukrajna u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (COM(2025)3502).</FIELD></FOOTNOTE> bl-użu tal-bilanċi tal-flus assoċjati mal-assi sovrani Russi u jilqa’ t-talbiet tal-Kunsill biex il-Kummissjoni tkompli taħdem fuq l-aspetti tekniċi u legali tal-istrumenti li jistabbilixxu self marbut mar-reparazzjonijiet abbażi tal-bilanċi tal-flus assoċjati mal-assi immobilizzati tar-Russja sabiex tħallas għad-difiża, għar-rikostruzzjoni u għar-reparazzjonijiet tal-Ukrajna; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li dawk l-assi immobilizzati jiġu ttrasferiti għal veikolu bi skop speċjali ddedikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim dwar il-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet u jħeġġeġ li jiġi rratifikat malajr; ifaħħar il-proposta tal-Kummissjoni li tibda l-proċess biex l-UE ssir membru fundatur tat-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna, bħala pass lejn l-iżgurar tar-responsabbiltà għad-delitt ta’ aggressjoni u l-appoġġ għall-isforzi tal-ġustizzja internazzjonali; jappella għal appoġġ aktar b’saħħtu mill-UE fil-ġbir tal-evidenza u fil-preservazzjoni tal-evidenza tad-delitti tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, inkluża żieda sinifikanti fl-assistenza finanzjarja, teknika u forensika lill-prosekuturi tad-delitti tal-gwerra u lill-korpi investigattivi tal-Ukrajna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>III.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impenn għall-adeżjoni mal-UE u għan-negozjati tal-adeżjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa d-dedikazzjoni kontinwa tal-Ukrajna biex tissodisfa r-rekwiżiti tas-sħubija fl-UE u l-kapaċità tagħha li tagħmel progress fit-triq tal-adeżjoni mal-UE; jenfasizza li l-prestazzjoni tal-Ukrajna trid dejjem titqies fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni kontinwa tar-Russja u l-impatt negattiv tagħha fuq il-proċessi demokratiċi u l-amministrazzjoni pubblika tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li filwaqt li l-proċess ta’ tkabbir tal-UE jrid jibqa’ strettament ibbażat fuq il-mertu, oġġettiv u bbażat fuq il-kriterji ta’ Copenhagen u l-kundizzjonijiet tal-qafas tat-tkabbir, it-tkabbir jikkostitwixxi investiment ġeostrateġiku ta’ benefiċċju reċiproku fil-paċi, fl-istabbiltà u fis-sigurtà fil-kontinent Ewropew kif ukoll obbligu morali; jisħaq, għaldaqstant, li l-futur tal-Ukrajna jinsab fl-UE u jirrikonoxxi l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna bħala prijorità strateġika għall-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifaħħar l-adozzjoni tal-Programm Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Adattament tal-Leġiżlazzjoni Ukrena għad-Dritt tal-Unjoni Ewropea bħala strument ewlieni għall-ippjanar strutturat u trasparenti tal-proċess ta’ allinjament leġiżlattiv, inkluża l-iskeda ta’ żmien ambizzjuża tagħha stess biex jitlestew il-passi kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-parametri referenzjarji sa tmiem l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ t-tlestija tal-proċess ta’ skrinjar għall-ġabriet kollha, filwaqt li jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill li l-Ukrajna għamlet progress sostanzjali lejn il-ftuħ tal-ġabriet ta’ negozjar; ifaħħar l-istedina tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2026 lill-Kunsill biex jiftaħ il-ġabriet kollha ta’ negozjar mingħajr dewmien u jistieden lill-Kunsill jaġixxi immedjatament biex isegwi dik id-deċiżjoni, billi jibda bil-ġabra tal-elementi fundamentali; sadanittant, jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tal-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill li jkomplu n-negozjati fil-livell tekniku b’antiċipazzjoni tal-ftuħ tan-negozjati fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri kollha, u b’mod partikolari lill-Gvern Ungeriż il-ġdid, jieqfu jagħmlu veto fuq il-ftuħ ta’ ġabriet ta’ negozjar u jieqfu jużaw il-prospett ta’ sħubija tal-Ukrajna fl-UE fil-politika domestika u fil-kampanji politiċi; jilqa’ l-ftuħ tal-ewwel ġabra fundamentali ta’ negozjar tal-adeżjoni u jistenna li l-ġabriet sussegwenti jagħmlu l-istess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Huwa konxju li l-adeżjoni potenzjali tal-Ukrajna mal-Unjoni se jkollha implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti; jisħaq, madankollu, li l-maġġoranza tal-ispejjeż ta’ rikostruzzjoni huma mistennija li jiġu koperti minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-UE u se jirrikjedu, minbarra sforzi domestiċi kbar, il-kontribut tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-investiment privat u l-pajjiżi sħab; jissottolinja l-importanza li jiġi ppreservat u msaħħaħ aktar l-appoġġ pubbliku fl-Istati Membri u fl-Ukrajna għall-proċess tat-tkabbir u għall-adeżjoni tal-Ukrajna, li jirrikjedi komunikazzjoni mfassla apposta u bbażata fuq il-fatti fil-livelli tal-UE u nazzjonali, inkluż dwar kif għandu jiġi indirizzat it-tħassib leġittimu dwar l-impatt fuq ċerti setturi ekonomiċi u politiki tal-UE, bħall-politika agrikola komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżerċitaw ħsieb innovattiv massimu biex jiżguraw li d-diskussjonijiet dwar is-sħubija tal-Ukrajna fl-UE ma jsirux fattur negattiv fit-taħditiet ta’ paċi, għal pajjiżi oħra tal-adeżjoni, jew għall-politika domestika tal-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod attiv u kostruttiv fid-diskussjoni ta’ proposti li għandhom l-għan li javvanzaw l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna, filwaqt li jirriflettu l-interessi strateġiċi tal-UE, u jqisu d-dinamika fil-pajjiżi tal-adeżjoni, inklużi t-tentattivi tar-Russja li timmina l-appoġġ pubbliku għat-tkabbir u għall-adeżjoni tal-UE, u li javvanzaw is-sigurtà futura tal-Ukrajna u tal-kontinent Ewropew; itenni l-appell tiegħu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, bħall-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal passi intermedji fil-proċess tat-tkabbir meta tiddeċiedi dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ ġabriet u kapitoli ta’ negozjar individwali, f’konformità sħiħa mat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu adottata preċedentement dwar il-massakru tal-Volhynia, jiddispjaċih għall-eskalazzjoni reċenti mhux meħtieġa u mhux provokata mill-President Volodymyr Zelenskyy billi ta isem ġdid lil unità militari tal-elit tal-Forzi Armati Ukreni wara l-eroj tal-Armata tar-Ribelli Ukrena (UPA); jiddeplora d-disprezz għas-sensibilitajiet u għall-uġigħ Pollakki relatati ma’ dak li huwa stmat li kien għexieren ta’ eluf ta’ vittmi tal-UPA u l-familji tagħhom, speċjalment fid-dawl tal-appoġġ qawwi tal-Polonja għall-ġlieda tal-Ukrajna kontra l-aggressjoni Russa; iqis li din id-deċiżjoni timmina r-relazzjonijiet ta’ viċinat u l-isforzi preċedenti biex jiġu indirizzati aspetti mhux solvuti u diffiċli tar-relazzjonijiet storiċi bilaterali fi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni vera u sinċiera, u mhijiex konformi mal-valuri Ewropej; jitlob tnaqqis tat-tensjonijiet u sforzi mġedda in bona fede lejn ir-rikonċiljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iqis li l-politika kooperattiva u li tħares ’il quddiem tal-Ukrajna lejn il-pajjiżi ġirien, inkluża r-riżoluzzjoni ta’ tilwim bilaterali u d-djalogu storiku, tikkontribwixxi għall-progress fil-proċess ta’ adeżjoni u jissottolinja li l-proċess ta’ adeżjoni ma għandux jintuża ħażin biex jostakola l-progress ibbażat fuq il-mertu fit-triq Ewropea jew biex jegħleb l-interessi strateġiċi usa’ tal-Unjoni, u li tali kwistjonijiet iridu pjuttost jiġu indirizzati permezz ta’ djalogu miftuħ u kooperazzjoni ġenwina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>IV.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-demokrazija u l-istituzzjonijiet demokratiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi straordinarji li għamlet l-Ukrajna biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi matul il-gwerra; jinsab madankollu mħasseb dwar id-deterjorament reċenti tar-relazzjonijiet bejn il-fergħat leġiżlattivi u eżekuttivi tal-gvern; iħeġġeġ bil-qawwa lill-partijiet ikkonċernati kollha jerġgħu jistabbilixxu relazzjonijiet produttivi bejn il-gvern u l-Verkhovna Rada u jistieden lill-atturi politiċi kollha fl-Ukrajna, b’mod partikolari dawk attwalment fil-poter, irawmu l-unità politika u t-tfassil ta’ politika koerenti u inklużiv, filwaqt li jħeġġu lill-forzi politiċi tal-Ukrajna jibqgħu magħqudin madwar id-difiża tal-pajjiż u triqtu lejn l-integrazzjoni fl-UE; jistieden, b’mod speċifiku, lill-awtoritajiet Ukreni jirrispettaw il-prinċipju tad-diviżjoni tas-setgħat, il-pluraliżmu multipartitiku u l-inklużjoni, filwaqt li jiżguraw ir-rispett dovut għall-kompetenzi u d-drittijiet tal-awtoritajiet lokali u l-korpi awtogovernattivi lokali, ir-rispett għall-istat tad-dritt u għal-libertajiet fundamentali, inkluż il-pluraliżmu tal-media, f’konformità mal-prinċipji u l-valuri demokratiċi li l-Ukreni qed jiddefendu b’mod tant determinat u kuraġġuż; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE japprofondixxu l-involviment tagħhom mal-Verkhovna Rada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Itenni l-importanza kritika tal-unità politika interna bħala pilastru fundamentali tar-reżiljenza fit-tul tal-Ukrajna fil-konfront tal-aggressjoni kontinwa tal-Federazzjoni Russa; itenni, barra minn hekk, l-importanza li l-pluraliżmu parlamentari jinżamm bħala pedament tal-governanza demokratika; jissottolinja l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni kostruttiva u sinifikattiva fost il-forzi politiċi parlamentari kollha rrappreżentati fil-Verkhovna Rada, bl-għan li jissaħħu r-reżiljenza politika, militari, ekonomika u soċjali, u l-implimentazzjoni tal-kriterji tal-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni r-rwol ċentrali tal-Verkhovna Rada fl-adozzjoni rapida tar-riformi; jenfasizza l-importanza li jiġi rispettat u rinforzat ir-rwol istituzzjonali tal-Verkhovna Rada, u jappoġġja l-isforzi ta’ riforma li qed isiru biex jiżdiedu l-kapaċità leġiżlattiva, is-superviżjoni tal-eżekuttiv u l-obbligu ta’ rendikont tagħha fil-konfront tal-pubbliku; jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni ta’ dawn il-liġijiet u jistieden lill-Verkhovna Rada u lill-membri tagħha jistabbilixxu proċedura mħaffa għall-adozzjoni rapida tagħhom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-iskrutinju parlamentari tal-proposti leġiżlattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Ukrajna u lill-oppożizzjoni biex b’mod attiv ifittxu modi u modalitajiet prattiċi, inkluż li jesploraw approċċi ġodda għal kooperazzjoni politika b’bażi wiesgħa, biex jaħdmu flimkien ħalli javvanzaw ir-riformi Ewropej fit-triq tal-Ukrajna lejn is-sħubija fl-UE; ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar barrani minn membri tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, u jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar barrani politiku u relatat mal-mandat għall-membri tal-parlament; jirrakkomanda li tissaħħaħ il-kapaċità tat-tfassil tal-liġijiet tal-Verkhovna Rada biex tipproduċi leġiżlazzjoni ta’ kwalità aħjar u tiġġieled l-“ispamming leġiżlattiv” fejn diversi abbozzi paralleli ta’ liġijiet ta’ kwalità baxxa jiċċirkolaw fuq l-istess suġġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Ukrajna tipparteċipa b’mod kontinwu fis-Sħubija tal-Lvant u fl-Assemblea Parlamentari Euronest; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-membri tal-oppożizzjoni Verkhovna Rada fil-laqgħat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li titrawwem kultura politika kostruttiva u tiġi promossa kooperazzjoni bbażata fuq il-fiduċja fost il-partiti politiċi fl-Ukrajna; jinnota l-parteċipazzjoni attiva tal-membri parlamentari Ukreni fid-Djalogu Jean Monnet għall-Paċi u d-Demokrazija mal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u din is-sena hija l-10 sena mit-tnedija tiegħu f’Ottubru 2016; ifaħħar dan il-format bħala strument sostnut u kostruttiv ta’ djalogu bejn il-partiti li għen lit-tmexxija u lill-fazzjonijiet u l-gruppi parlamentari kollha tal-Verkhovna Rada jibnu kunsens dwar ir-riformi istituzzjonali; iħeġġeġ lill-Verkhovna Rada tlaqqa’ ċiklu ieħor biex tikkonsolida r-riformi meħtieġa għall-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi straordinarji tal-Ukrajna bi tħejjija għal elezzjonijiet demokratiċi, li għandhom isiru ladarba titneħħa l-liġi marzjali, u jinsisti li jingħata żmien xieraq biex jiġu ssodisfati l-istandards u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti; ifakkar li, f’konformità mal-prinċipji demokratiċi rikonoxxuti b’mod wiesa’ u l-Kostituzzjoni tal-Ukrajna, l-elezzjonijiet ma jistgħux isiru matul il-gwerra u skont il-liġi marzjali, u li jirrikjedu sitwazzjoni ġenerali sikura u żmien adegwat għat-tħejjija u għall-aċċess għall-informazzjoni biex jintlaħqu l-istandards internazzjonali; għalhekk iqis li l-pressjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti fuq l-Ukrajna biex torganizza elezzjonijiet, waqt li għaddejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u l-pajjiż jinsab fi stat ta’ liġi marzjali, mhijiex xierqa u jqis li dan ma jaqdix l-iskop tal-leġittimità demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-gruppi ta’ ħidma maħluqa mill-Verkhovna Rada fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni elettorali għall-ewwel elezzjonijiet ta’ wara l-gwerra; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu assistenza fir-riforma tal-leġiżlazzjoni elettorali Ukrena, inkluża t-tneħħija tal-ostakli li jipprevjenu lill-persuni spostati b’mod furzat milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, u jipprovdu assistenza finanzjarja, b’mod partikolari biex l-votazzjoni tiġi organizzata barra mill-Ukrajna; jirrakkomanda li l-Unjoni Ewropea tappoġġja bis-sħiħ u tħejji Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali internazzjonali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Ifakkar li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja qed isseħħ ukoll fil-qasam tal-informazzjoni u jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi tar-Russja li tiddeleġittimizza l-istituzzjonijiet Ukreni; jissottolinja li l-gwerra konjittiva tar-Russja hija mmirata lejn l-appoġġ pubbliku għall-Ukrajna fid-demokraziji Ewropej, inkluż permezz ta’ appoġġ għal diversi partiti politiċi; jinsisti għaldaqstant li l-Ukrajna tirċievi assistenza tal-UE fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin matul l-elezzjonijiet tagħha ta’ wara l-gwerra, simili għall-assistenza li ngħatat lir-Repubblika tal-Moldova, u jħeġġeġ lill-Ukrajna u lill-UE jingħaqdu flimkien għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifaħħar il-fatt li reġgħu ġew stabbiliti x-xandiriet parlamentari, li saħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Ukrajna; jirrikonoxxi l-isfidi biex tinżamm media pluralistika f’kundizzjonijiet ta’ żmien il-gwerra; jisħaq li kwalunkwe restrizzjoni introdotta f’ċirkostanzi straordinarji bħal dawn mhijiex ta’ natura permanenti u għandha tiġi rieżaminata u aġġustata regolarment, fejn xieraq u fattibbli, f’konformità mas-sitwazzjoni li qed tevolvi; jenfasizza li l-estensjoni tal-gwerra fiha nnifisha ma tiġġustifikax il-kontinwazzjoni indefinita tar-restrizzjonijiet, u li, hekk kif tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna, tali miżuri għandhom jittaffew progressivament, filwaqt li jibqgħu fis-seħħ biss dawk strettament meħtieġa u proporzjonati għall-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>V.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Stat tad-dritt u riformi ġudizzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifaħħar l-adozzjoni tal-pjan prijoritarju ta’ riforma f’10 punti (l-hekk imsejjaħ pjan Kos-Kachka) miftiehem bejn l-UE u l-Ukrajna f’Diċembru 2025, bħala pass importanti biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, timxi ’l quddiem ir-riforma ġudizzjarja u jitqawwew l-isforzi kontra l-korruzzjoni; jilqa’ x-xogħol li qed isir bħalissa biex jiġi implimentat il-pjan u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tikseb riżultati konkreti mill-aktar fis, tmexxi r-riformi kruċjali lil hinn mill fażijiet tad-diskussjoni jew tal-gruppi ta’ ħidma; jenfasizza li l-livell ta’ implimentazzjoni tal-pjan f’nofs l-2026 fil-livell ta’ madwar 15 %, kif imkejjel mill-komunità tal-gruppi ta’ riflessjoni Ukreni, għandu jitqies bħala mhux sodisfaċenti għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni f’waqtha u sħiħa, anki permezz ta’ tragwardi ddefiniti b’mod ċar, indikaturi li jistgħu jitkejlu u mekkaniżmi ta’ monitoraġġ effikaċi; jesprimi tħassib bil-progress limitat li sar f’ċerti oqsma prijoritarji u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukreni jħaffu l-implimentazzjoni abbażi ta’ parametri ta’ riferiment ċari u impenn politiku kostanti, inkwantu implimentazzjoni f’waqtha, kredibbli u effettiva se tkun essenzjali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza demokratika tal-Ukrajna u jsir progress fil-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien tal-inizjattiva emblematika Ukraine2EU, mibdija mill-UE, mil-Litwanja u mid-Danimarka, li mbagħad ingħaqdu l-Iżvezja, l-Irlanda u l-Polonja, u li tforni assistenza mmirata lill-istituzzjonijiet statali Ukreni fil-perkors tagħhom lejn it-tlestija tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u t-tħejjija għall-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-proġetti ta’ assistenza teknika bħal din u jitlob li jiġu appoġġjati kontinwament u lil aktar Stati Membri jkunu involuti fihom; ifaħħar ukoll l-isforzi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u fl-għoti ta’ appoġġ lill-progress ulterjuri tar-riforma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-progress tal-Ukrajna fir-riforma ġudizzjarja u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jirrikonoxxi li tali progress qed isir taħt pressjoni eċċezzjonali tal-gwerra; jitlob progress kostanti u aktar malajr f’dawn l-oqsma kritiċi, inkwantu stat tad-dritt b’saħħtu jippermetti t-trasparenza u r-responsabbiltà fil-proċessi ta’ rikostruzzjoni u ta’ rkupru ekonomiku u jtejjeb il-klima għall-investimenti u l-fiduċja tas-sħab internazzjonali; jilqa’ l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għall-istat tad-dritt adottat f’Mejju 2025 u jissottolinja li dan il-progress huwa marbut direttament maż-żieda fil-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet statali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Għadu mħasseb bil-fatt li ma nħatrux imħallfin soġġetti għal verifika f’livell internazzjonali fil-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna; jistieden lill-Verkhovna Rada tadotta il-liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali bi qbil mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, u tiżgura proċedura ta’ selezzjoni trasparenti bil-parteċipazzjoni ta’ esperti internazzjonali u maġġoranza parlamentari ta’ żewġ terzi għall-ħatriet; iħeġġeġ lill-Ukrajna tuża l-għarfien espert u l-assistenza internazzjonali disponibbli għat-trasformazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, filwaqt li jirrikonoxxi li t-titjib istituzzjonali jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ miżuri usa’ biex jissaħħu l-prestazzjonijiet u l-indipendenza; jitlob li jsir progress fir-riforma komprensiva tal-Kamra tal-Avukati tal-Ukrajna, b’mod prijoritarju għall-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tagħmel aktar sforzi biex tiżgura l-professjonalità u l-integrità tad-detenturi ta’ karigi ġudizzjarji, jissottolinja l-bżonn ta’ ħatriet trasparenti fil-ġudikatura u investigazzjoni effikaċi u sanzjonijiet tar-reati ta’ korruzzjoni fil-livelli kollha; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna jirriforma l-proċess ta’ selezzjoni u revoka tal-Prosekutur Ġenerali u tillimita l-influwenza indebita fuq il-każijiet individwali, anki permezz tal-assenjazzjoni awtomatika tal-kawżi u l-aċċess limitat għall-fajls ġudizzjarji; jinkoraġġixxi lill-ġudikatura tkompli tinvesti fit-teknoloġiji l-ġodda biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ persunal u għall-volumi ta’ xogħol għoljin; ifaħħar il-ġudikatura talli tkompli b’xogħolha f’kundizzjonijiet diffiċli u lis-soċjetà ċivili Ukrena għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob riforma tas-Servizz tas-Sigurtà (SBU) u tal-Uffiċċju Statali ta’ Investigazzjoni (SBI), abbażi tal-inizjattiva tal-President Zelenskyy, kif imħabbra fit-2 ta’ Jannar 2026, b’mod partikolari billi l-enfasi tal-SBU ssir fuq il-counter-intelligence, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u sorsi oħra ta’ theddid għas-sigurtà, kif ukoll l-abbuż potenzjali ta’ poter u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; japprezza l-isforzi li saru għar-riforma ta’ dawn l-istituzzjonijiet fi żmien ta’ gwerra; jiddispjaċih, madankollu, li l-abbozz ta’ liġi dwar ir-riforma tal-SBI ma ġiex adottat fil-plenarja tal-Verkhovna Rada sa tmiem April 2026; jirrikonoxxi l-kontributi tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE fl-Ukrajna għax-xogħol importanti li tagħmel fuq l-integrazzjoni Ewropea, anki f’dak li għandu x’jaqsam mar-riforma tas-settur tas-sigurtà, l-istat tad-dritt u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li jsir rieżami tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u tal-leġiżlazzjoni relatata bil-għan li tiġi żgurata ġustizzja fi żminijiet qosra u ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari permezz tar-rieżami tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-għeluq awtomatiku tal-investigazzjonijiet minħabba l-iskadenza tat-termini tal-investigazzjonijiet preliminari u tat-termini tal-investigazzjonijiet imqassra, li jqiegħdu f’riskju l-effikaċja tal-investigazzjonijiet fuq każijiet kriminali kumplessi, inkluża l-korruzzjoni fil-livell għoli; iħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet Ukreni jindirizzaw il-prattiki ta’ arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża u l-abbużi tad-drittijiet proċedurali; jinkoraġġixxi aktar trasparenza fl-aċċess għar-reġistri pubbliċi, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtiġijiet tas-sigurtà fi żmien ta’ gwerra; ifaħħar l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida dwar l-attivitajiet ta’ lobbying;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukreni jastjenu minn kwalunkwe proċediment ġudizzjarju motivat minn raġunijiet politiċi u milli jintroduċu sanzjonijiet personali kontra r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni u l-mexxejja tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li tali prattiki jirriskjaw li jikkompromettu l-istandards demokratiċi u l-fiduċja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jneħħu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-ksur ta’ standards Ewropej u internazzjonali rikonoxxuti b’mod ġenerali fir-rigward tal-indipendenza parlamentari, bħall-mandat ta’ rappreżentant liberu, is-separazzjoni tas-setgħat, u l-prinċipju taċ-ċertezza legali, sa fejn dawn jikkonċernaw l-assimilazzjoni żbaljata ta’ membru tal-parlament tal-Ukrajna mal-istatus ta’ uffiċjal pubbliku; jisħaq li membru tal-parlament tal-Ukrajna jeżerċita mandat rappreżentattiv u ma jappartjeni għall-ebda ġerarkija amministrattiva, ma jinħatarx f’pożizzjoni, ma jwettaqx funzjonijiet uffiċjali, u għalhekk ma jistax jiġi definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala uffiċjal pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>VI.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġlieda kontra l-korruzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar mill-aġenziji speċjalizzati kontra l-korruzzjoni fil-kxif u fil-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ profil għoli u jfaħħar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi tal-informaturi ta’ irregolaritajiet; jenfasizza li l-kxif li sar dan l-aħħar ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli juri kemm il-bżonn li tkompli l-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll is-suċċess tal-isforzi li saru f’dan is-sens; jirrikonoxxi li l-Ukrajna kisbet suċċess notevoli fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li każistika soda u irreversibbli ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi fil-każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli tibqa’ fundamentali; iwissi li kwalunkwe rigress fir-riformi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni jkun jikkomprometti bis-serjetà l-fiduċja taċ-ċittadini u l-perkors tal-Ukrajna fl-integrazzjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ r-reklutaġġ fuq skala kbira ta’ impjegati ġodda mal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna (NABU) u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat kontra l-Korruzzjoni (SAPO); jilqa’, barra minn hekk, l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp tal-NABU u l-bidu tal-ħidma fuq l-istrateġija ta’ żvilupp istituzzjonali tal-SAPO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza x-xogħol kruċjali li jagħmlu l-istituzzjonijiet inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħall-NABU, kif ukoll l-isforzi li tagħmel is-soċjetà ċivili biex iżżomm l-indipendenza tal-amministrazzjonijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u żżidilhom l-effiċjenza tagħhom; jilqa’ l-ħatra tal-membri internazzjonali tal-kummissjoni ta’ selezzjoni għall-SAPO, filwaqt li jesprimi tħassib bil-kwistjonijiet ta’ natura etika li qamu fir-rigward ta’ wieħed mill-membri Ukreni; jilqa’ l-progress sostanzjali li sar fl-intervisti mal-kandidati permezz ta’ proċess rigoruż, indipendenti, inklużiv u trasparenti għall-Qorti Għolja kontra l-Korruzzjoni min-naħa tal-Kunsill Pubbliku ta’ Esperti Internazzjonali u tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifika tal-Imħallfin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li l-awtoritajiet Ukreni jiggarantixxu l-indipendenza istituzzjonali u operattiva tal-NABU u tal-SAPO; jiddenunzja kwalunkwe ndħil politiku, strumentalizzazzjoni jew intimidazzjoni fil-konfront tal-istituzzjonijiet inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi spezzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew restrizzjonijiet operattivi inġustifikati, u jitlob li jinġiebu minnufih fi tmiemhom il-pressjonijiet indebiti eżerċitati mis-servizzi tas-sigurtà u tal-intelligence, inkluż l-SBU; jenfasizza li s-salvagwardja tal-NABU u tal-SAPO hija prerekwiżit fundamentali għall-istat tad-dritt, għall-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE u għall-użu kredibbli għall-appoġġ internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Itenni l-bżonn li l-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ttejjeb l-proċeduri tagħha ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq l-uffiċjali għoljin f’ċerti setturi b’riskju għoli; iħeġġeġ lill-Ukrajna timplimenta bis-sħiħ ir-riforma tal-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi, inkluż l-istatut neċessarju; jiddispjaċih li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, differenti mill-korpi speċjalizzati fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, għamlu progress limitat biex itejbu r-riżultati tagħhom fil-każijiet tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifaħħar l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tixħim tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi bħala pass pożittiv lejn l-adeżjoni sħiħa u konferma oħra tal-impenn tal-Ukrajna biex tirrispetta l-istandards internazzjonali ta’ trasparenza u governanza tajba; jirrikonoxxi l-progress tal-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-tixħim għat-tranżazzjonijiet internazzjonali bħala sinjal ta’ pajjiż li qiegħed jintegra ruħu fil-komunità dinjija tal-atturi ekonomiċi responsabbli, u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tkompli l-isforzi tagħha biex issostni dan il-progress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ ġlieda kontinwa kontra l-kriminalità organizzata; iħeġġeġ lill-Ukrajna tagħmel aktar sforzi biex tintensifika l-ġlieda kontra scams u frodi online;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>VII.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Ifaħħar l-impenn tal-Ukrajna biex tiddefendi d-drittijiet fundamentali minkejja l-aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa u, b’mod partikolari, ifaħħar il-pjan ta’ azzjoni għall-minoranzi nazzjonali; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna żżomm djalogu strutturat u kostruttiv mal-Istati Membri ġirien fir-rigward tad-drittijiet tal-membri tal-minoranzi nazzjonali, f’konformità mal-istandards Ewropej u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; japprezza l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet tal-Ukrajna biex jirriformaw is-sistema tal-edukazzjoni u jesprimi t-tama li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni, li se jidħlu fis-seħħ fl-2027, ma jikkompromettux id-dritt tal-minoranzi għall-edukazzjoni bi lsien twelidhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Ukrajna tiżgura appoġġ kontinwu għal-libertà tal-espressjoni u għall-indipendenza tal-media; jistieden lill-Ukrajna tiżgura li r-restrizzjonijiet tal-liġi marzjali jkunu strettament neċessarji u proporzjonati; jitlob investigazzjoni malajr, indipendenti u effikaċi dwar il-każijiet ta’ intimidazzjoni u fastidju dirett, kif ukoll forom indiretti ta’ pressjoni fuq il-ġurnalisti u l-istituzzjonijiet tal-media; ifakkar li r-rwol kruċjali tal-finanzjamenti adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza tax-xandar pubbliku, biex ikun jista’ jaqdi r-rwol tiegħu minqux mid-dritt Ukren, u jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jiżguraw li l-kontenut prodott mill-media ffinanzjata bil-fondi pubbliċi jkun rappreżentattiv tal-pluraliżmu politiku u soċjali tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-adozjoni tal-abbozz ta’ liġi nru 13597 li ssaħħaħ l-protezzjonijiet ġuridiċi kontra d-diskriminazzjoni, id-delitti ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda għal raġunijiet ta’ razza, kulur tal-ġilda, twemmin politiku, reliġjuż u ta’ tip ieħor, ġeneru, orjentament sesswali, identità tal-ġeneru, nazzjonalità, oriġini etnika, soċjali jew barranija, età, stat ta’ saħħa, diżabbiltà, stat ta’ familja u sitwazzjoni patrimonjali, drittijiet u responsabblitajiet familjari, post tar-residenza, lingwa, okkupazzjoni jew għal raġunijiet oħra, bi qbil mal-impenji li ħadet l-Ukrajna fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li qed tagħmel bħalissa l-Ukrajna biex timmodernizza l-leġiżlazzjoni ċivili tagħha; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li tali riformi jkunu allinjati bis-sħiħ mal-istandards Ewropej fil-qasam tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+; jilqa’ s-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Ukrajna li tirrikonoxxi lil koppja omosesswali bħala familja <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>; jitlob l-adozzjoni tal-abbozz ta’ liġi nru 9103 dwar ir-rikonoxximent ġuridiku tal-unjonijiet ċivili fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifaħħar l-attivitajiet ta’ skrutinju u ta’ sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili Ukrena li wasslu għall-impenn, min-naħa tal-leġiżlaturi Ukreni, li jirtiraw l-abbozzi ta’ emendi tal-Kodiċi tal-Familja li kieku kienu jippermettu lill-qrati japprovaw iż-żwieġ tat-tfal għall-bniet ta’ 14-il sena, f’każijiet eċċezzjonali; iħeġġeġ lill-Verkhovna Rada tiżgura li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu tassew irtirati b’mod permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Ukrajna tipproċedi bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni f’fażi ta’ staġnar dwar il-protezzjoni tad-data personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni ta’ strateġija ta’ deistituzzjonalizzazzjoni u l-ħidma fuq ir-riforma tal-aċċessibbiltà u tas-servizzi ta’ riabilitazzjoni; jenfasizza, madankollu, il-bżonn li tiġi adottata malajr leġiżlazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà u li jiġi żgurat li dawn ir-riformi inklużivi jilħqu l-livell lokali u dak tal-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>	Jieħu nota tal-adozzjoni tal-liġi li se tippermetti lill-parroċċi Ortodossi Ukreni ma jibqgħux affiljati mal-ġuriżdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska u jiddeċiedu liberament dwar l-affiljazzjoni ġerarkika l-ġdida tagħhom; jinnota li, f’Awwissu 2024, il-parroċċi Ortodossi Rumeni fl-Ukrajna ressqu talba għar-rikonoxximent tal-assoċjazzjoni reliġjuża “Knisja Ortodossa Rumena fl-Ukrajna” li l-parroċċi Ortodossi Rumeni li ma jibqgħux affiljati mal-ġuriżdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska jkunu jistgħu jingħaqdu magħha; jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jirreġistraw mingħajr dewmien lill-assoċjazzjoni reliġjuża “Knisja Ortodossa Rumena fl-Ukrajna”;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">VIII. Rwol tas-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Ifaħħar lis-soċjetà ċivili tal-Ukrajna talli baqgħet attiva minkejja d-diffikultajiet li batew fi żmien il-gwerra; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukreni kollha jiżguraw l-konsultazzjoni sistematika u sinifikattiva lis-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali, jiżguraw li l-kontribut li jirċievu mingħandhom jitqies kif xieraq u jiġġieldu kontra kwalunkwe forma ta’ pressjoni politika eżerċitata fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Ukrajna tadotta l-Liġi dwar l-Appelli taċ-Ċittadini biex tiżgura l-governanza tajba u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jirrikonoxxi l-importanza tas-soċjetà ċivili fir-rigward tat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-poplu Ukren matul il-gwerra u jenfasizza r-rwol kruċjali li s-soċjetà ċivili trid tiżvolġi fl-irkurpu sostenibbli ta’ wara l-gwerra tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-użi tal-istrumenti tad-demokrazija diġitali, inklużi l-petizzjonijiet elettroniċi u l-ittri miftuħa, u jsostni forom aktar strutturati u istituzzjonalizzati ta’ impenn ċiviku, anki għall-komunitajiet tad-dijaspora;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi sistematikament lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet u lill-istituzzjonijiet rilevanti l-oħra marbuta mas-soċjetà fl-Ukrajna fid-disinjar u fil-monitoraġġ tal-appoġġ finanzjarju u tar-riformi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-kontribut tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej u internazzjonali fl-iskambju ta’ esperjenzi mas-soċjetà ċivili Ukrena u fl-għoti ta’ appoġġ lil din tal-aħħar, b’mod partikolari l-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni Russi diretti kontra l-Ukrajna u l-Ukreni fi ħdan l-UE; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-informazzjoni u jiġi appoġġat dibattitu pubbliku kredibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>IX.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Integrazzjoni fis-suq uniku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li titħaffef l-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE, li ġġib magħha benefiċċji ekonomiċi għaż-żewġ naħat, kemm għall-Ukrajna kif ukoll għall-Istati Membri; jisħaq fuq il-fatt li dan huwa element kruċjali tal-appoġġ ekonomiku tal-UE fil-ġlieda kontra l-aggressjoni Russa u fit-tħejjija tal-industrija Ukrena biex topera skont il-kundizzjonijiet tas-suq uniku tal-UE; jirrakkomanda li l-Ukrajna ssegwi l-10 prijoritajiet deskritti fil-pjan ta’ azzjoni prijoritarju taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva bejn l-UE u l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu r-rabtiet mill-qrib bejn ir-rikostruzzjoni u l-integrazzjoni futura tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE; jenfasizza li l-pjan ta’ rikostruzzjoni għandu jinkludi miżuri li jrawmu l-allinjament regolatorju u jappoġġjaw l-investimenti fl-infrastruttura kritika, fin-networks tat-trasport u fil-kollegamenti ferrovjarji, b’hekk jiffaċilitaw il-konformità mal-istandards tas-suq uniku u jsaħħu l-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Ukrajna ngħaqdet fiż-żona tar-roaming b’tariffa nazzjonali tal-UE (“Roam Like at Home”) f’Jannar 2026, li se toffri liċ-ċittadini tal-Ukrajna wieħed mill-vantaġġi l-aktar tanġibbli u li jinħassu minnufih matul il-proċess ta’ adeżjoni ta’ pajjiżhom mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi akbar tal-Ukrajna biex tallinja l-pożizzjonijiet tagħha mal-UE u mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; iħeġġeġ koordinament mill-qrib mal-UE dwar in-negozjati kummerċjali internazzjonali, b’mod partikolari bil-għan li l-Ukrajna tiġi integrata gradwalment fis-suq uniku tal-UE u li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħha fil-ktajjen globali tal-valur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>X.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-industrija tad-difiża tal-Ukrajna saret komponent fundamentali u komplementari tas-sigurtà Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ droni, tal-innovazzjoni ttestjata fil-battalja fis-sistemi mingħajr ekwipaġġ, tal-gwerra elettronika u tas-software għall-kamp tal-battalja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’, għaldaqstant, iż-żieda fil-kooperazjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża bejn l-Ukrajna u l-UE u l-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-ambitu tal-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) u tal-programm għall-industrija tad-difiża Ewropea (EDIP) biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet kritiċi ta’ difiża tal-Ukrajna u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-industrija tad-difiża Ukrena fl-ekosistema industrijali tal-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-adeżjoni tal-Ukrajna fil-Fond Ewropew għad-Difiża bħala pajjiż assoċjat u jitlob li n-negozjati neċessarji jsiru b’ritmu mgħaġġel; jilqa’ l-istabbiliment tat-task force UE-Ukrajna għall-kooperazzjoni industrijali fil-qasam tad-difiża u l-inizjattiva BraveTechEU; jistieden lill-UE tappoġġja lill-integrazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Ukrajna fl-ambitu tal-EDTIB, anki permezz tal-EDIP u tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività futur; jirrikonoxxi li l-għarfien espert tal-Ukrajna fil-kamp tal-battalja ntwera għal darb’oħra fil-Lvant Nofsani fid-difiża tal-Istati tal-Golf; itenni li l-Ukrajna għandha l-armata bl-akbar esperjenza fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tal-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji militari konġunti regolari u l-integrazzjoni progressiva tal-Ukrajna fl-oqfsa operattivi u ta’ taħriġ immexxija mill-UE, bħala mezz biex jitjiebu l-prontezza, l-interoperabbiltà mal-forzi Ewropej u l-allinjament mal-istandards tan-NATO; jitlob, barra minn hekk, li jittieħdu aktar inizjattivi ta’ investiment konġunti bejn l-Unjoni u l-Ukrajna fis-settur industrijali tad-difiża, inklużi l-iżvilupp konġunt u l-koproduzzjoni ta’ tagħmir militari, li jkunu jqawwu l-kapaċitajiet ta’ awtodifiża tal-Ukrajna; jitlob li jittieħdu miżuri dejjiema biex isaħħu r-rabta bejn il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Ukrajna u dik Ewropea, inaqqsu d-dipendenzi strateġiċi u jikkontribwixxu għas-sigurtà u għall-istabbiltà fit-tul fil-kontinent Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika li tissaħħaħ il-mobbiltà militari biex jiġu appoġġjati d-difiża u r-reżiljenza tal-Ukrajna, filwaqt li jiġi żgurat l-istazzjonament rapidu ta’ persunal, tagħmir u għajnuna umanitarja lill-forzi Ukreni; jissottolinja r-rwol fundamentali tal-Istati ta’ mal-kosta tal-Baħar l-Iswed u tal-pajjiżi mal-fruntiera tal-Lvant biex jiffaċilitaw rotot ta’ tranżitu siguri, il-prepożizzjonament tal-materjal u l-koordinament operattiv konġunt mal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-infrastrutturi, l-interoperabbiltà u l-oqfsa loġistiċi f’dawk ir-reġjuni, anki permezz ta’ eżerċizzji konġunti u investimenti mmirati, bil-għan li jitqawwew il-kapaċitajiet operattivi tal-Ukrajna, tissaħħaħ l-integrità territorjali tagħha u jiskoraġġixxu aktar aggressjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-istrateġija politika tal-Ukrajna dwar il-veterani għall-2030; jisħaq fuq l-importanza ta’ reintegrazzjoni effikaċi tal-veterani tal-gwerra Ukreni fil-ħajja ċivili bħala komponent importanti tal-irkupru fit-tul u tal-koeżjoni soċjali tal-Ukrajna; jenfasizza n-numru dejjem jikber ta’ veterani b’diżabbiltajiet u l-bżonn li jissaħħu l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ aċċessibbiltà u d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw lill-Ukrajna f’dan ir-rigward; jirrikonoxxi l-valur strateġiku tal-esperjenza tal-veterani Ukreni għas-sigurtà u għad-difiża Ewropej, inkluż l-għarfien prattiku uniku tagħhom fil-gwerra moderna, bħall-ġlieda kontra s-sistemi mingħajr ekwipaġġ, il-mediċina fil-kamp tal-battalja u l-evakwazzjoni tal-vittmi fil-kunflitti ta’ intensità għolja; jissottolinja l-bżonn li jiġi evitat li jkunu vulnerabbli għall-emarġinazzjoni soċjali u għall-manipulazzjoni ostili, anki min-naħa tal-Federazzjoni Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa oqfsa xierqa biex tintegra l-esperjenza unika tal-Ukrajna fi żmien ta’ gwerra fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, tar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u tal-governanza fl-ambitu ta’ aggressjoni militari fuq skala kbira fil-politiki tal-Unjoni fil-oqsma tal-preparatezza, tar-reżiljenza u tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jirrikonoxxi l-assistenza politika, finanzjarja, umanitarja u militari sostanzjali pprovduta lill-Ukrajna minn pajjiżi mhux tal-UE u minn sħab internazzjonali mill-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira tal-Federazzjoni Russa fl-2022; jissottolinja li din il-koalizzjoni wiesgħa ta’ appoġġ tirrifletti impenn kondiviż biex jiġu rrispettati d-dritt internazzjonali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza f’dan ir-rigward il-kontribut importanti li taw l-Istati Uniti, li pprovdew aktar minn USD 66,9 biljun f’assistenza militari; jenfasizza wkoll ir-rwol importanti tar-Renju Unit, tal-Kanada, tal-Ġappun, tan-Norveġja, ta’ New Zealand u tal-Awstralja, li allinjaw ruħhom mas-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Federazzjoni Russa u kkontribwew għall-appoġġ militari u għat-taħriġ tal-persunal tal-Ukrajna, kif ukoll għall-assistenza umanitarja u makrofinanzjarja għall-Ukrajna;  jirrikonoxxi l-għajnuna importanti li tat it-Turkija, inklużi l-appoġġ militari u umanitarju u l-isforzi diplomatiċi; jirrikonoxxi wkoll l-assistenza umanitarja li tat ir-Repubblika tal-Moldova, li wriet solidarjetà reġjonali quddiem l-aggressjoni kontinwa min-naħa tar-Russja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>XI.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ r-riżoluzzjoni tat-titwima bejn l-Ukrajna u l-Ungerija (u s-Slovakkja) rigward l-interruzzjoni tal-konsenji ta’ żejt Russu mill-pipeline Druzhba; jissottolinja li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ provvista fl-Ungerija jew fis-Slovakkja bħala konsegwenza tat-tilwima bis-saħħa tal-għażliet tat-trasport alternattivi faċilment disponibbli permezz tal-pipeline Adria, li għandhom ukoll il-vantaġġ li ma jisponsorizzawx lill-ekonomija Russa; josserva li l-kumpaniji Ungeriżi żdiedu l-importazzjonijiet ta’ enerġija Russa tagħhom mill-bidu tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u dan imur kontra l-politiki tal-UE; josserva li l-prezzijiet tal-fjuwil fl-Ungerija huma ogħla mill-medja Ewropea u li l-argumenti dwar iż-żieda tal-kostijiet permezz tal-pipeline Adria kienu fittizji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jissottolinja l-obbligu tal-Istati Membri kollha, mhux biss tal-Gvern Ungeriż u tal-Gvern Slovakk, li jeliminaw gradwalment id-dipendenzi mill-infrastrutturi u mill-provvisti tal-enerġija Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jikkundanna l-azzjonijiet preċedenti tal-forzi tal-infurzar tal-liġi Ungeriżi fid-detenzjoni tal-persunal tal-Oschadbank Ukren u fil-konfiska ta’ flus u ta’ deheb, li kienet ġiet debitament awtorizzata minn qabel mid-dwana Ungeriża; jilqa’ r-riżoluzzjoni reċenti tat-tilwima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>XII.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Ifaħħar l-adozzjoni min-naħa tal-Ukrajna tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-integrazzjoni prattika tal-Ukrajna li għaddejja fl-istrutturi ta’ governanza u fl-oqfsa ekonomiċi, regolatorji u tas-sigurtà tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Gvern Ukren jadotta approċċ sistemiku għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u għall-ġestjoni finanzjarja pubblika, filwaqt li jiżgura l-allinjament mal-pjan direzzjonali eżistenti, u jtejjeb l-effiċjenza; jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi għall-perjodu 2026-2030 u jinkoraġġixxi l-finalizzazzjoni malajr u l-adozzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika għall-perjodu 2026-2030; ifaħħar is-suċċess tal-programm Create Ukraine li, abbażi tal-esperjenza miksuba fil-Litwanja, jgħin liż-żgħażagħ Ukreni li għandhom esperjenza prezzjuża li kisbu barra minn pajjiżhom jingħaqdu mas-settur pubbliku Ukren; jinkoraġġixxi l-espansjoni ta’ din l-inizjattiva u ta’ inizjattivi simili biex il-professjonisti Ukreni jiġu attirati lura lejn l-Ukrajna u jikkontribwixxu għall-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE u għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fir-riforma tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna u tal-Aġenzija tagħha għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi; jilqa’, barra minn hekk, il-ħatra tal-Kap tas-Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna u jisħaq fuq l-importanza li jitmexxew ’il quddiem ir-riformi fil-qasam tad-dwana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jieħu nota tar-riżultati pożittivi li jinsabu fl-aħħar rapporti tal-Bank Dinji u tal-Fond Monetarju Internazzjonali, li jenfasizzaw ir-reżiljenza ekonomika tal-Ukrajna u l-progress fl-istabbilizzazzjoni makroekonomika, minkejja l-gwerra li għaddejja; jilqa’ l-adozzjoni reċenti tal-programm tal-Fond Montetarju Internazzjonali tal-valur ta’ USD 1,8 biljun, u r-riformi relatati; iħeġġeġ lill-Ukrajna timplimenta malajr ir-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Ukrajna u lill-Istati Membri biex jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni ekonomika potenzjali tal-popolazzjoni Ukrena tar-rifuġjati u tad-dijaspora biex tiġi żgurata r-reżiljenza u l-inklużività tal-irkupru ekonomiku u tar-rikostruzzjoni ekonomika li għaddejja u tal-ġejjieni tal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti konkreti f’dan ir-rigward; josserva li d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/55/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li tat status ġuridiku lil aktar minn 4 miljun Ukren u Ukrena fl-UE, mistennija tiskadi f’Marzu 2027; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-Ukrajna jaħdmu biex jiksbu politika koordinata, armonizzata u kkomunitata b’mod tajjeb, li tkun tipprovdi ċertezza lill-Ukreni li qed jippreparaw biex imorru lura jew qed jikkunsidraw isegwu perkorsi legali biex jibqgħu fil-pajjiżi li laqgħuhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jissottolinja li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, u l-pjanijiet preparatorji relatati, iridu jkunu marbuta mill-qrib mar-riformi tagħha relatati mal-adeżjoni mal-UE u ggwidati mill-prinċipji tal-ekwità soċjali, tas-sostenibbiltà, tat-trasparenza u tas-sjieda lokali inklużiva; jenfasizza, barra minn hekk, li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna trid tkun ankrata fi stat tad-dritt sod, f’governanza trasparenti u f’inklużjoni demokratika; jenfasizza li r-riforma ġudizzjarja, l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-titjib fl-amministrazzjoni pubblika mhumiex biss kundizzjonijiet għall-adeżjoni mal-UE iżda huma wkoll fundamentali biex jiġu attirati l-investimenti u terġa’ tinġieb il-fiduċja fost is-sħab u ċ-ċittadini tal-Ukrajna; jitlob l-integrazzjoni ta’ approċċi sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fl-isforzi ta’ rikostruzzjoni kollha, inkluża ż-żieda fir-rappreżentanza tan-nisa u tal-minoranzi fil-proċessi deċiżjonali biex jinkisbu l-akbar impatt u s-sostenibbiltà fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE, bħala strument prinċipali għall-promozzjoni tal-għaqda ekonomika, soċjali u territorjali, hija essenzjali biex jinkisbu l-objettivi tal-politika reġjonali tal-UE u biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE u l-Ukrajna; jitlob li din il-politika titqies bis-sħiħ fil-qafas tal-kooperazzjoni reġjonali u tal-viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza dejjem akbar tal-Ukrajna bħala sieħba strateġika għall-Unjoni Ewropea fil-provvista ta’ prodotti bażiċi kruċjali u materja prima kritika, inklużi l-prodotti agrikoli bħal ċereali, żrieragħ żejtnin u żjut veġetali, kif ukoll litju, titanju u riżorsi minerali oħra essenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; iħeġġeġ it-trasparenza, ir-responsabbiltà pubblika u s-salvagwardji tal-interessi nazzjonali fil-proċessi ta’ privatizzazzjoni u ta’ investiment kollha; josserva li perċentwal sinifikanti tar-riżorsi kritiċi jinsab fit-territorji okkupati temporanjament mill-Federazzjoni Russa; jisħaq għaldaqstant fuq il-bżonn li tissaħħaħ is-solidarjetà tal-UE favur l-Ukrajna fil-protezzjoni tar-riżorsi naturali tagħha, tal-kapaċità agrikola tagħha u tal-integrità territorjali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi biex jitjieb id-djalogu soċjali tripartitiku fl-Ukrajna, anki bl-appoġġ tal-ftehim ta’ sħubija ffirmat dan l-aħħar mal-UE u mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jinsisti fuq il-fatt li l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-konvenzjonijiet rilevanti kollha tal-ILO jridu jiġu rispettati matul il-proċess ta’ qabel l-adeżjoni kollu kemm hu; jistieden lill-Ukrajna tkompli bl-approssimazzjoni tal-istandards dwar ix-xogħol, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ għaqda u mad-djalogu soċjali; jenfasizza l-bżonn ta’ konsultazzjonijiet wesgħin mat-trade unions u mas-soċjetà ċivili u jirrakkomanda li jitqies l-għarfien espert tal-ILO fil-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Ukrajna u lill-Kummissjoni jiddjalogaw mas-sħab soċjali ewlenin, anki mat-trade unions indipendenti, dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-riformi soċjoekonomiċi, filwaqt li jirrikonoxxu l-bżonn ta’ miżuri ta’ riforma biex jitjieb il-klima tan-negozju u l-funzjonament tal-ekonomija tas-suq; jitlob li ssir enfasi akbar fuq il-miżuri li jikkoreġu d-distorsjonijiet tas-suq u fuq il-miżuri tal-protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jieħu nota tar-rapporti skont liema l-Istat qiegħed jindaħal fil-kwistjonijiet tat-trade unions, inkluża l-konfiska ta’ proprjetà tat-trade unions; jitlob li jintraddu lura l-assi kollha kkonfiskati tat-trade unions; jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jiżguraw li t-trejdjunjonisti jkunu jistgħu jeżerċitaw liberament il-mandat tagħhom u jitlob li tingħata protezzjoni legali sħiħa kontra l-prattiki kontra t-trade unions, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmonitorjaw b’mod attiv il-qagħda tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Ukrajna, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions u mal-ILO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jappella għal sforzi kostanti biex jiġu liberalizzati l-movimenti tal-kapital, inkluż permezz tal-allinjament mar-Regolament dwar iż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/260/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Ifaħħar l-effikaċja tal-governanza f’diversi livelli tal-Ukrajna; jilqa’ l-progress li sar fid-deċentralizzazzjoni bi qbil mar-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-UE; jitlob aktar riformi biex jissaħħu l-awtonomiji lokali, bi qbil mal-prinċipji tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Ifaħħar lill-Ukrajna talli ssodisfat 63 kundizzjoni ta’ riforma mit-68 li huma deskritti fil-Pjan għall-Ukrajna, oriġinarjament imfassla biex jiġu implimentati wara tmiem il-gwerra u li madankollu twettqu matul il-gwerra, li ppermettew l-iżborż ta’ EUR 26,8 biljun fl-2025; jappella għal sforzi kostanti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/792<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari biex l-Ukrajna tiġi mħeġġa tallinja ruħha mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>	Ifaħħar il-ħidma importanti ħafna li saret ta’ kuljum mis-servizzi tal-kura tas-saħħa Ukreni, u b’mod partikolari mill-infermiera Ukreni, matul il-gwerra kollha; jieħu nota ta’ perċentwal kbir tal-ħaddiema fis-settur tal-kura pubblika jaqla’ paga minima, li bħalissa tammonta għal UAH 6 658 netti; ifakkar li l-minimu ta’ sussistenza effettiv għal persuna, ikkalkolat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali f’Diċembru 2025, kien ta’ UAH 10 979; jenfasizza wkoll il-bżonn li tiddaħħal regolamentazzjoni speċifika u raġonevoli għall-volum ta’ xogħol tal-infermiera;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">XIII. Enerġija, trasport u żvilupp sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jilqa’ l-progress sostanzjali li sar f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi tas-settur tal-enerġija u mal-allinjament tal-Ukrajna mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Patt għal Industrija Nadifa u jfaħħar lill-Ukrajna talli għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tagħha għall-enerġija u l-klima, minkejja l-qerda mifruxa tal-infrastrutturi tal-enerġija tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja; jisħaq li l-allinjament mal-inizjattivi tal-UE, fosthom il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Patt għal Industrija Nadifa, għandhom iqisu l-bżonnijiet immedjati ta’ rikostruzzjoni, il-kompetittività ekonomika u s-sigurtà tal-enerġija fit-tul tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-appoġġ favur is-sistema tal-enerġija tal-Ukrajna, filwaqt li jissottolinjaw li aktar reżiljenza fl-Ukrajna tikkontribwixxi direttament għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa f’sens usa’; jenfasizza li appoġġ għall-enerġija kostanti u prevedibbli lill-Ukrajna huwa essenzjali biex jiġu ssalvagwrdjati r-reżiljenza ċivili, l-istabbiltà ekonomika u l-kontinwità tas-servizzi kritiċi fil-kuntest tal-attakki li għaddejjin u qabel ix-xitwa li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rikostruzzjoni tas-settur tal-enerġija bħala prijorità, u tgħaddi minn għajnuna ta’ emerġenza <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> għal mekkaniżmi fit-tul għall-irkupru, għall-protezzjoni u għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal notevoli tal-Ukrajna bħala fornitur ta’ enerġija u prodotti b’intensità enerġetika għolja għall-bqija tal-Ewropa; jitlob li titħaffef l-integrazzjoni tal-Ukrajna fis-suq tal-enerġija tal-UE, bħala wieħed mill-elementi li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-Unjoni, anki permezz tas-sinkronizzazzjoni tal-miżuri ta’ regolamentazzjoni u tal-investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jitlob li jiġu żviluppati kontinwament interkonnessjonijiet enerġetiċi mal-Istati Membri tal-UE ġirien u mas-sħab reġjonali bħar-Repubblika tal-Moldova, bil-għan li ssir integrazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna fis-suq tal-enerġija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-investimenti fl-espansjoni u fil-modernizzazzjoni tal-interkonnessjonijiet enerġetiċi transfruntieri mal-Ukrajna u jintegraw u jarmonizzaw aktar in-networks ta’ trażmissjoni bħala fażi preparatorja fundamentali lejn l-integrazzjoni tal-Ukrajna fis-suq intern tal-enerġija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jieħu nota tal-importanza strateġika ta’ ftehim futur għall-bejgħ ta’ żewġ reatturi nukleari VVER-1000 mill-Bulgarija għall-Ukrajna bħala eżempju ta’ approfondiment tal-kooperazzjoni enerġetika u, barra minn hekk, josserva li dan se jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna; jenfasizza l-potenzjal tal-proġett biex isaħħaħ il-konnettività enerġetika reġjonali u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija Ukrena fis-sistema tal-enerġija tal-UE; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi konġunti f’setturi bħall-infrastrutturi tal-enerġija, inklużi l-linji ta’ trażmissjoni tal-enerġija u l-ħżin tal-enerġija, kif ukoll it-titjib tal-kollegamenti tat-trasport intermodali, bil-għan li jiġu aġevolati l-ktajjen tal-provvista, il-loġistika u l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi u fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed f’sens usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jieħu nota tal-appelli tal-Ukrajna għal eċċezzjoni temporanja minħabba forza maġġuri għall-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri jew ta’ miżuri relatati biex jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq il-kapaċità tal-Ukrajna li tnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-industriji tagħha; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li tidentifika soluzzjonijiet temporanji reċiprokament aċċettabbli f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tuża r-rikostruzzjoni biex tibni mill-ġdid aħjar bl-użu tat-teknoloġiji li l-aktar ma jagħmlux ħsara lill-klima u tas-soluzzjonijiet l-aktar affidabbli u effikaċi f’termini ta’ kostijiet għas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna, kull fejn hu possibbli, b’investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika u bit-tnaqqis sal-minimu tal-impatt fuq l-ambjent tul il-katina ta’ produzzjoni kollha; jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni f’dan il-qasam bħala appoġġ għar-riforma tas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Ukreni jużaw strateġikament il-fondi fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna biex jagħtu prijorità lill-investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jitlob li timxi ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-impenji eżistenti fl-ambitu tal-Pjan għall-Ukrajna u tal-pakketti tal-komunità tal-enerġija, inkluża s-separazzjoni tal-kumpaniji reġjonali tad-distribuzzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Ukrajna biex tallinja l-politika tat-trasport tagħha mal-acquis tal-UE u biex issaħħaħ il-konnettività mal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati l-istrateġija nazzjonali tat-trasport u l-istrateġija għall-iżvilupp u għall-espansjoni tal-infrastrutturi tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-Ue u mal-Moldova; jitlob li jitħaffu l-modernizzazzjoni sostenibbli tal-infrastrutturi ferrovjarji, stradali, portwarji u tal-qsim tal-fruntieri, bi qbil mal-prijoritajiet tat-TEN-T; jistieden lill-Ukrajna tħaffef ir-riforma ferrovjarja, inkluż l-allinjament mal-acquis tal-UE fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja u tal-interoperabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jenfasizza, fl-istess ħin, li r-rispett tal-istandards ambjentali fl-implimentazzjoni tal-proġetti fis-settur tal-enerġija u tat-trasport huwa ta’ importanza kruċjali biex titmexxa ’l quddiem l-aġenda ta’ riformi neċessarja għall-perkors tal-Ukrajna lejn l-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq l-importanza li l-UE tappoġġja lill-Ukrajna biex tibni mill-ġdid aħjar fuq bażi ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-appoġġ għall-Ukrajna f’termini kemm finanzjarji kif ukoll ta’ għarfien espert, bil-għan li jħaffu l-allinjament tagħha mal-acquis ambjentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jenfasizza li l-Ukrajna għadha qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi ambjentali sinifikanti, li komplew jiġu ggravati mill-gwerra li għaddejja; jieħu nota tal-fatt li, minħabba li l-kunflitt qed jieħu t-tul, dan qed ikompli jkollu riperkussjonijiet negattivi gravi fuq l-ambjent, fosthom it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma, id-degradazzjoni tal-ekosistemi u aktar pressjoni fuq ir-riżorsi naturali; huwa mħasseb bit-telf ta’ bijodiversità li jirriżulta, inkluża l-ħsara lill-ekosistemi forestali, għall-isteppi għall-artijiet mistagħdra; jisħaq fuq l-importanza li jiġu integrati l-ħarsien tal-ambjent u s-sostenibbiltà fl-isforzi ta’ rkupru u rikostruzzjoni; jitlob governanza ambjentali msaħħa, sistemi ta’ monitoraġġ aħjar u implimentazzjoni effikaċi tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tal-valutazzjoni ambjentali strateġika, bi qbil mal-acquis tal-UE skont il-kapitolu 27;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Huwa mħasseb bl-iżvilupp ta’ parks eoliċi fiż-żoni protetti tal-altipjan tal-muntanji tal-Karpazji fl-Ukrajna tal-Punent, b’mod partikolari għall-installazzjoni ppjanata ta’ 30 turbina fuq il-Muntanja Runa; jissottolinja li l-enerġija eolika toffri alternattiva aktar sikura u sostenibbli għall-fjuwils fossili u jistieden lill-Ukrajna ssegwi l-potenzjal kbir tagħha ta’ żvilupp tal-enerġija eolika barra miż-żoni protetti; jenfasizza li l-produzzjoni ta’ enerġija ekoloġika u l-konservazzjoni tan-natura ma għandhomx neċessarjament jeskludu lil xulxin fl-Ukrajna, inkwantu hemm żoni oħrajn diġà deżinjati għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-enerġija, mingħajr ħabitats uniċi u foresti verġni u b’toroq ta’ aċċess preeżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Huwa mħasseb bis-sitwazzjoni preżenti fl-Impjant Nukleari ta’ Zaporizhzhia, li għadu taħt il-kontroll illegali Russu u għadu joħloq riskji sinifikanti għas-sikurezza u għas-sigurtà nukleari minħabba l-attivitajiet militari li għaddejjin fil-viċinanzi tiegħu; jissottolinja li l-involviment tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, minkejja essenzjali biex tiġu garantiti s-sikurezza u s-sigurtà nukleari, għandu jibqa’ ta’ natura strettament teknika; jenfasizza li, f’dan il-kuntest, dan l-involviment għandu jsir fir-rispett sħiħ tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Ukrajna u ma għandux jiġi interpretat b’mod li jaffettwa l-istatus tal-faċilità; itenni l-importanza li jiġi garantit it-tħaddim sikur u sigur tal-impjant, bi qbil mal-istandards internazzjonali ta’ sikurezza nukleari u taħt l-awtorità leġittima tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Ifakkar li l-2026 tfakkar l-40 anniversarju tad-diżastru nukleari ta’ Chernobyl, li tibqa’ wieħed mill-inċidenti nukleari l-aktar gravi tal-istorja; jikkundanna bil-qawwa l-attakki mmirati Russi fuq is-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Chernobyl u l-ħsarat katastrofiċi fuq l-istruttura ta’ protezzjoni tiegħu, li nbena biex jiġbor fih il-materjal radjuattiv u ma jistax ikompli jaqdi l-funzjoni ta’ sikurezza ewlenija tiegħu, u dan iqajjem riskji gravi għas-sikurezza nukleari; jinnota li x-xogħol ta’ tiswija se jqum madwar EUR 500 miljun;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>