<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0260</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Moldova</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0164/2026 - Rapporteur: Sven Mikser)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar il-Moldova (2025/2258(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 intitolata “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 intitolat “Republic of Moldova 2025 Report” (Rapport 2025 dwar ir-Repubblika tal-Moldova) (SWD(2025)0758),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2025 li jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> ĠU L, 2025/535, 21.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/535/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Riforma fl-ambitu tal-Pjan ta’ Tkabbir tar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn ’il quddiem il-“Moldova”) għall-perjodu 2025-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Moldova,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Moldova tas-26 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta wara t-tieni Summit bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE tat-22 ta’ Ġunju 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-disa’ laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fl-4 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil imġedded bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova, iffirmat fit-18 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0164/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fit-22 ta’ Settembru 2025, il-Moldova kkonkludiet l-eżami analitiku bilaterali li beda fl-10 ta’ Lulju 2024; billi l-Moldova lesta tiftaħ formalment in-negozjati dwar is-sitt ġabriet kollha għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE; billi n-negozjati dwar il-ġabra 1 (Elementi fundamentali) infetħu formalment fil-15 ta’ Ġunju 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Gvern tal-Moldova għarraf bl-objettiv ambizzjuż iżda li jista’ jintlaħaq tiegħu li jagħlaq proviżorjament in-negozjati tal-adeżjoni sal-bidu tal-2028 u li jaderixxi mal-Unjoni Ewropea sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fil-Moldova saru elezzjonijiet parlamentari fit-28 ta’ Settembru 2025, li rriżultaw f’maġġoranza pro-Ewropea u affermaw mill-ġdid l-aspirazzjonijiet tal-poplu tal-Moldova għal futur Ewropew għal pajjiżhom, minkejja l-indħil barrani mingħajr preċedent tar-Russja u tal-forzi bi prokura tagħha, li, skont uffiċjali tal-Moldova, nefqu l-ekwivalenti ta’ 2 % tal-prodott domestiku gross tal-Moldova, l-ekwivalenti ta’ EUR 350 miljun, fuq dan l-indħil;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Moldova qed ikollha negozjati tekniċi mal-Kummissjoni dwar is-sitt ġabriet kollha għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (DCFTA), jibqa’ l-bażi għall-assoċjazzjoni politika u għall-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Moldova, u għaddej djalogu politiku u ekonomiku regolari bejn iż-żewġ naħat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fid-19 ta’ Jannar 2026 il-Gvern tal-Moldova ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jirtira formalment mill-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, fit-2 ta’ April 2026 il-Parlament tal-Moldova uffiċjalment għadda leġiżlazzjoni fil-qari finali tiegħu biex jiddenunzja d-dokumenti fundaturi ta’ dik l-organizzazzjoni, u fis-6 ta’ April 2026 il-President Maia Sandu ffirmat digriet biex tippromulga l-liġi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Progress fir-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u tal-governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifaħħar lill-Moldova għall-impenn eżemplari kostanti tagħha rigward l-adeżjoni mal-UE, kif ukoll għall-progress sod li qed tagħmel fir-riformi relatati, minkejja l-isfidi interni u esterni sinifikanti, bħall-indħil ostili persistenti mir-Russja; jilqa’ l-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni skont liema l-Moldova għamlet progress fil-kapitoli kollha u laħqet l-aħjar progress annwali fost il-pajjiżi kandidati; iqis li dan il-progress huwa partikolarment notevoli minħabba l-pressjoni ġeopolitika straordinarja li l-pajjiż qed ikompli jopera taħtha; iħeġġeġ lill-Moldova żżomm il-pass tar-riformi, sabiex il-progress jissarraf f’benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini u n-negozji, filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku, ir-reżiljenza u l-konverġenza mal-Unjoni Ewropea bi qbil mal-ambizzjoni ddikjarata tagħha li tagħlaq proviżorjament in-negozjati tal-adeżjoni sal-bidu tal-2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni dwar il-ġabra 1 (Elementi fundamentali) fil-15 ta’ Ġunju 2026 wara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ eżami analitiku bilaterali f’Settembru 2025 u l-bidu sussegwenti ta’ taħditiet tekniċi dwar il-ġabriet tan-negozjar; jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-sitt ġabriet ta’ kapitoli ta’ negozjar kollha lesti biex jinfetħu; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu approċċ ibbażat fuq il-mertu u jiftaħ formalment il-ġabriet kollha mingħajr aktar dewmien; ifakkar lill-Istati Membri fil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jimponilhom joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’periklu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, u jħeġġiġhom għaldaqstant jevitaw li jimblukkaw jew idewmu n-negozjati tal-adeżjoni fuq kwistjonijiet bilaterali; jenfasizza li l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jindika li l-UE tirrikonoxxi u tippremja l-kisbiet konkreti tal-Moldova, filwaqt li ssaħħaħ il-kredibbiltà u l-integrità tal-proċess tat-tkabbir; jilqa’ l-adozzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali dwar l-istat tad-dritt, dwar l-amministrazzjoni pubblika u dwar l-istituzzjonijiet demokratiċi, u l-Programm Nazzjonali aġġornat għall-Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2025–2029; ifaħħar il-progress li diġà nkiseb mill-Moldova fil-livell tekniku fit-traspożizzjoni tal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-pass tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Moldova għandu jirrifletti l-progress sinifikanti li għamlet fir-riformi; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tipprovdi b’mod attiv appoġġ preparatorju, inklużi assistenza teknika, verifiki ta’ segwitu u bini tal-kapaċità amministrattiva, biex il-Moldova tkun tista’ tagħmel progress fin-negozjati b’mod effettiv u fil-ġabriet kollha fl-istess ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-integrazzjoni Ewropea tal-Moldova tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ewropa u sservi bħala katalist vitali għar-reżiljenza demokratika, ir-riforma istituzzjonali, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont liema l-Moldova għamlet progress tajjeb fir-riforma tas-settur tal-ġustizzja; ifakkar lill-Moldova fl-impenn tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jisħaq li s-sostenibbiltà tar-riformi tirrikjedi sjieda politika wiesgħa u djalogu inklużiv fl-ispettru politiku kollu, kif ukoll konsultazzjoni sinifikanti mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati professjonali; jirrikonoxxi r-rieda politika konsistenti u l-isforzi kostanti tal-Moldova biex tibni sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali, responsabbli u professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova jiżguraw li l-proċess ta’ skrutinju tal-imħallfin u l-prosekuturi jitwettaq b’mod inklużiv, prevedibbli u legalment sod, u jħeġġeġ lill-pajjiż jikkonkludi b’mod effettiv il-proċess mingħajr dewmien, peress li t-tlestija tal-iskrutinju hija kritika biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fil-ġudikatura, jitneħħew l-imħallfin kompromessi u jissaħħaħ l-istat tad-dritt bħala pedament għall-integrazzjoni fl-UE; jistieden lill-Moldova tiżgura riżorsi baġitarji u umani suffiċjenti għall-korpi ġudizzjarji u tkompli tieħu miżuri biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħhom sabiex, fost l-oħrajn, tindirizza n-nuqqas ta’ mħallfin u prosekuturi, tnaqqas it-tul tal-proċedimenti, speċjalment f’każijiet ta’ korruzzjoni u kriminalità ekonomika, u ttejjeb id-diġitalizzazzjoni, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u t-trasparenza tal-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota l-progress konsistenti li għamlet il-Moldova fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, permezz tar-rekord imtejjeb tagħha kemm f’każijiet ta’ livell għoli kif ukoll f’każijiet mhux ta’ livell għoli; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu aktar il-kapaċitajiet operattivi, l-indipendenza istituzzjonali, il-professjonaliżmu u l-obbligu ta’ rendikont, u li jittejbu l-mekkaniżmi ta’ koordinament fost l-istituzzjonijiet kruċjali kollha fil-qasam ġudizzjarju u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bl-għan li jiġi ggarantit is-suċċess fit-tul tar-riformi komprensivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-isforzi kontra l-korruzzjoni jridu jiġu segwiti b’mod konsistenti, depolitiċizzat u trasparenti, filwaqt li jiġu evitati inizjattivi leġiżlattivi ad hoc jew imħaffa li jistgħu jimminaw iċ-ċertezza tad-dritt u l-fiduċja istituzzjonali; jenfasizza l-importanza li tingħata prijorità lill-kwalità, is-sostenibbiltà u l-proċess dovut minflok lill-ħeffa tar-riformi sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u r-reżiljenza fit-tul tal-qafas kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li t-tkomplija tal-indirizzar tal-influwenza tal-istrutturi oligarkiċi fl-isferi politiċi, ekonomiċi u tal-media tibqa’ prijorità ewlenija għall-avvanz tal-integrazzjoni Ewropea tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2025 kienu l-ħames elezzjoni konsekuttiva li kkonfermat l-appoġġ tan-nies tal-Moldova favur l-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE u r-riformi relatati; jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi ripetuti mill-Federazzjoni Russa, mill-oligarki favur ir-Russja u mill-forzi bi prokura Russi biex jiddestabbilizzaw il-pajjiż, joħolqu u jxerrdu d-diżinformazzjoni, jiżirgħu l-firda fis-soċjetà tal-Moldova, jimminaw l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż u jreġġgħu lura l-perkors Ewropew tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-valutazzjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE)/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) li l-elezzjonijiet parlamentari kienu organizzati tajjeb, kompetittivi u offrew lill-votanti għażla ċara fost alternattivi politiċi; jistieden lill-Moldova tkompli tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha relatata mal-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali tagħha mal-istandards Ewropej u internazzjonali u timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha mhux indirizzati tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-OSKE/ODIHR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifaħħar ir-reżiljenza murija mill-istituzzjonijiet u s-soċjetà tal-Moldova fis-salvagwardja tal-integrità tal-proċess elettorali minkejja kampanja ibrida massiva mir-Russja u l-forzi bi prokura tagħha; jinnota li l-fatturi ewlenin ta’ dan is-suċċess kienu l-isforzi f’waqthom u kkoordinati tal-awtoritajiet tal-Moldova, l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti u l-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluż permezz tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE fil-Moldova (EUPM);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iwissi li l-indħil malizzjuż tar-Russja huwa proċess kontinwu u li qed jevolvi li jirrikjedi monitoraġġ kostanti u rispons ibbażat fuq approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha, kif ukoll kapaċitajiet u riżorsi istituzzjonali adegwati; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-appoġġ tagħhom għar-reżiljenza istituzzjonali, il-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġika, iċ-ċibersigurtà, il-media indipendenti u s-salvagwardji demokratiċi tal-Moldova; jisħaq li l-isforzi tagħha biex tiġġieled it-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni mir-Russja għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-legalità, in-neċessità u l-proporzjonalità; jinnota li l-esperjenza miksuba fil-Moldova tista’ tintuża biex jiġu difiżi demokraziji oħra li qed jiffaċċjaw theddid ibridu simili; jesprimi tħassib serju dwar l-attivitajiet tan-networks favur ir-Russja, li ġew marbuta ma’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet fuq skala kbira, indħil elettorali u kampanji ta’ diżinformazzjoni permezz tal-użu ta’ infrastrutturi tal-kriptovaluti konnessi ma’ atturi finanzjarji Russi bħal Promsvyazbank; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni fl-intelligence finanzjarja, itejbu l-infurzar tas-sanzjonijiet u jappoġġjaw lill-awtoritajiet tal-Moldova fil-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti u l-indħil barrani permezz ta’ pajjiżi mhux tal-UE, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet immirati u miżuri ta’ monitoraġġ ċibernetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza r-rwol vitali tad-dijaspora tal-Moldova biex il-pajjiż jinżamm fil-perkors Ewropew tiegħu, kif muri mill-parteċipazzjoni attiva tagħha fil-proċessi demokratiċi, inklużi l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2025, u l-kontributi sinifikanti tagħha għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Moldova; jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova jkomplu jsaħħu r-rabtiet mad-dijaspora u jiffaċilitaw l-involviment attiv tagħha fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova jisfruttaw il-mandat qawwi tagħhom favur l-Ewropa biex iħaffu l-pass tar-riformi ewlenin meħtieġa għall-perkors tal-adeżjoni mal-UE u biex jissodisfaw l-ambizzjoni li jagħlqu n-negozjati tal-adeżjoni sal-bidu tal-2028; jirrikonoxxi l-impenn qawwi tal-Moldova bħala pajjiż kandidat biex twettaq riformi impenjattivi iżda meħtieġa; iħeġġeġ lill-elit politika tal-Moldova ssostni l-kunsens politiku dwar l-adeżjoni mal-UE; jissottolinja li huwa essenzjali li tiġi sostnuta l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Moldova fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, inkluż permezz tal-ftuħ f’waqtu u formali tan-negozjati tal-adeżjoni; jilqa’ l-ħolqien ta’ Kumitat Parlamentari speċifiku għall-Integrazzjoni Ewropea fi ħdan il-Parlament tal-Moldova u jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-partiti għas-suċċess sostenibbli tar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE u tal-progress lejn l-adeżjoni msemmija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Parlament tal-Moldova permezz ta’ attivitajiet ta’ sostenn għad-demokrazija maqbula bejn xulxin, li jirrispondu għall-bżonnijiet ta’ dik l-istituzzjoni, tal-membri eletti tagħha u tal-persunal tagħha; jenfasizza l-ftuħ formali tal-uffiċċju tas-Sħubija tal-Lvant tal-Parlament Ewropew f’Chișinău fis-7 ta’ Novembru 2025, li juri l-impenn tal-Parlament li japprofondixxi l-kollaborazzjoni tiegħu mal-Moldova u r-reġjun kollu tas-Sħubija tal-Lvant; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-memorandum ta’ qbil imġedded iffirmat mill-President Metsola u mill-Ispeaker tal-Parlament tal-Moldova, Igor Grosu, f’Marzu 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Moldova f’Lulju 2025 bħala pass politiku ewlieni fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova u sinjal politiku qawwi ta’ appoġġ għas-sovranità, l-istabbiltà demokratika u l-perkors Ewropew tal-Moldova; jinnota d-Dikjarazzjoni Konġunta wara t-tieni Summit bejn l-UE u l-Moldova fit-22 ta’ Ġunju 2026, li tenfasizza kemm l-impenn tal-Moldova li tkompli ssaħħaħ l-istat tad-dritt kif ukoll l-inkoraġġiment tal-UE biex tkompli żżid l-isforzi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni rigward il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Gvern tal-Moldova jżidu l-isforzi konġunti ta’ komunikazzjoni strateġika tagħhom biex itejbu l-viżibbiltà tal-UE fil-Moldova; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kampanji mmirati biex jispjegaw il-benefiċċji tanġibbli u ta’ kuljum tat-tħejjijiet għall-adeżjoni mal-UE u l-proġetti ffinanzjati mill-UE lill-pubbliku tal-Moldova, b’mod partikolari fiż-żoni u r-reġjuni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għad-demokrazija fil-Moldova li jtejbu l-kwalità tad-dibattitu demokratiku u r-reżiljenza kontra d-diżinformazzjoni; jilqa’ l-kooperazzjoni mill-awtoritajiet Moldovani u l-atturi tas-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn, mal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED), bħala għodda li tista’ timla l-vojt li ħalla ż-żarmar tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) fir-reġjun; jifraħ lill-EED f’dan il-kuntest talli pprovda 62 % aktar f’għotjiet fl-2025 milli fl-2024, b’baġit akbar b’34 % biss; jilqa’ l-fatt li fl-2025 l-EED ittriplika l-appoġġ tiegħu għall-entitajiet tal-Moldova meta mqabbel mal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni li l-appoġġ tal-poplu tal-Moldova għall-integrazzjoni Ewropea jista’ jissaħħaħ billi jinkiseb titjib tanġibbli fl-għajxien tagħhom, jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-Istat, tissaħħaħ sistema ta’ protezzjoni soċjali robusta, jiġi miġġieled il-faqar, jiżdied l-istandard tal-għajxien fil-pajjiż kollu u jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-influwenza oligarkika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-progress tajjeb miksub sal-lum fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-Moldova u tal-Aġenda ta’ Riformi li tirfdu, li l-għan tiegħu huwa li jappoġġja r-riformi soċjoekonomiċi u fundamentali tal-Moldova u jżid l-aċċess tagħha għas-suq uniku tal-UE; jilqa’ l-iżborż ta’ EUR 270 miljun fi prefinanzjament u EUR 207,9 miljun f’appoġġ addizzjonali mill-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, inkluż it-tieni segment f’Marzu 2026 li jammonta għal EUR 189 miljun, bħala riżultat tal-fatt li l-pajjiż kiseb bis-sħiħ 24 minn total ta’ 26 pass ta’ riforma bi skadenza ta’ Diċembru 2025; jistieden lill-Moldova tkompli taħdem biex tlesti ż-żewġ passi ta’ riforma li fadal bi skadenza fl-2025 u jappoġġjaha f’dan l-isforz; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-proċeduri interni biex tiżgura l-valutazzjoni u l-iżborż f’waqthom tal-fondi mal-adozzjoni fil-Moldova ta’ leġiżlazzjoni, li l-abbozzi tagħha l-awtoritajiet tal-Moldova kienu ppreżentaw u kkonsultaw dwarhom qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza amministrattiva u teknika lill-awtoritajiet tal-Moldova biex tiżgura l-assorbiment f’waqtu u effettiv tal-fondi mill-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jiżgura komunikazzjoni, trasparenza, viżibbiltà u obbligu ta’ rendikont effettivi fir-rigward tal-użu tal-fondi minn din il-faċilità, inkluż permezz tal-involviment kostruttiv tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob li l-baġit tal-UE għall-2027 jipprovdi assistenza amministrattiva u teknika mmirata biex il-Moldova titħejja għat-tranżizzjoni lejn l-istruttura l-ġdida tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u l-istrument Ewropa Globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-amministrazzjoni tal-Moldova tiġi megħjuna tadatta għall-mudell futur ta’ implimentazzjoni tal-pilastru “Ewropa”; jisħaq li l-allokazzjoni u r-rilaxx tal-fondi jridu jibqgħu strettament kundizzjonali fuq it-twettiq tal-istadji importanti ta’ riforma miftiehma, l-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-eżistenza ta’ salvagwardji effettivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex fil-QFP li jmiss tal-UE tinkludi allokazzjoni adegwata speċifika għall-pajjiż għall-Moldova fi ħdan il-pilastru futur “Ewropa” tal-istrument Ewropa Globali, u tibda tħejji lill-Moldova biex tuża b’mod effiċjenti l-fondi futuri ta’ qabel l-adeżjoni; jinsisti li allokazzjonijiet espliċiti u trasparenti ta’ qabel l-adeżjoni huma meħtieġa biex in-nefqa tiġi traċċata b’mod effettiv u tiġi evitata d-dilwizzjoni tal-fondi fi ħdan pilastri ġeografiċi wiesgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifaħħar il-ftehim li ntlaħaq fl-24 ta’ Lulju 2025 dwar ir-rieżami u l-aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ tad-DCFTA UE-Moldova<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-enerġija atomika u l-istati membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li joffri stabbiltà u prevedibbiltà għall-operaturi tal-UE u tal-Moldova, u jżid l-attraenza tal-pajjiż għall-investituri; josserva li l-ftehim ħabat mal-iskadenza tal-miżuri kummerċjali awtonomi konċessi lill-pajjiż minn Lulju 2022, li ssospendew id-dazji fuq l-importazzjonijiet u l-kwoti fuq l-esportazzjonijiet tal-Moldova lejn l-UE u, b’hekk, għenu lill-Moldova torjenta mill-ġdid il-kummerċ tagħha lejn l-UE għall-benefiċċju tat-tnejn; jenfasizza li l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Moldova, u tirrappreżenta 67,5 % tal-esportazzjonijiet totali u 54,1 % tal-importazzjonijiet totali fl-2025, kif ukoll 86 % tal-investimenti diretti barranin (IDB) fl-2024, u dan jikkonsolida l-pożizzjoni tagħha bħala l-pilastru ċentrali tal-IDB fl-ekonomija tal-Moldova; jisħaq fuq l-importanza tal-investimenti diretti tal-UE fl-ekonomija tal-Moldova biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ekonomika tal-pajjiż fis-suq uniku tal-UE, jiġu ġġenerati opportunitajiet ta’ impjieg u negozju u jittejjeb l-għajxien taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-approfondiment tal-integrazzjoni ekonomika tal-Moldova fis-suq uniku tal-UE u jħeġġeġ passi ulterjuri lejn integrazzjoni settorjali gradwali u liberalizzazzjoni ambizzjuża, gradwali u sostenibbli tal-kummerċ, inkluż permezz tal-espansjoni u t-tnaqqis tal-kwoti tariffarji u, meta jkun xieraq, l-eliminazzjoni progressiva tagħhom, bi qbil mal-qafas rivedut tad-DCFTA, sabiex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi tanġibbli, tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Moldova u jiġi appoġġjat il-perkors tal-integrazzjoni Ewropea tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, tesplora l-liberalizzazzjoni progressiva ulterjuri tal-kummerċ fil-prodotti agroalimentari, inkluża t-tneħħija tal-ostakli mhux tariffarji li fadal u appoġġ akbar għall-allinjament regolatorju, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ u l-introduzzjoni ta’ żidiet semiawtomatiċi fil-kwoti tariffarji, b’rabta mar-rati ta’ utilizzazzjoni u l-konformità mal-istandards tal-UE, filwaqt li jiġu żgurati mekkaniżmi ta’ salvagwardja xierqa għall-produtturi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li ż-żieda sinifikanti fil-kummerċ tar-reġjun tat-Transnistrija mal-bqija tal-Moldova u d-dipendenza tiegħu fuq l-esportazzjoni mill-UE jistgħu jippermettu l-kundizzjonijiet għall-konverġenza ekonomika tar-reġjun mal-qafas legali tal-Moldova, filwaqt li jrawmu riintegrazzjoni ekonomika de facto li tista’ sservi bħala pedament prammatiku għal soluzzjoni politika paċifika u, eventwalment, għar-riunifikazzjoni tal-pajjiż; jappoġġja l-isforzi tal-Moldova biex tinkludi r-reġjun tat-Transnistrija f’miżuri ta’ konverġenza ekonomika u regolatorja relatati mas-suq uniku tal-UE; jilqa’ l-isforzi mill-awtoritajiet f’Chișinău biex jestendu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Moldova għall-kumpaniji li joperaw fir-reġjun tat-Transnistrija bħala pass lejn l-allinjament regolatorju u l-integrazzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Itenni l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-media indipendenti fil-monitoraġġ tal-governanza u tal-progress tar-riformi relatati mal-UE; jinsisti li l-appoġġ finanzjarju għall-OSĊ tal-Moldova fl-ambitu tal-baġit tal-UE għall-2027 u l-istrument futur Ewropa Globali jibqa’ indipendenti mill-progress li jkun sar mill-gvern fir-riformi; jappella għal flussi ta’ finanzjament prevedibbli, iddedikati, flessibbli u aċċessibbli għall-OSĊ u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem lokali permezz tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament il-ġodda inklużi fl-Aġenda ta’ Riforma biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu joperaw b’mod effettiv; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jibda kooperazzjoni reali u effikaċi mas-soċjetà ċivili, anki permezz ta’ pjattaformi konsultattivi permanenti; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għall-iżvilupp tal-OSĊ għall-perjodu 2024–2027; jilqa’ l-konsultazzjonijiet regolari li saru dwar il-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u r-riformi relatati mal-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għall-aċċelerazzjoni tal-integrazzjoni gradwali tal-Moldova fis-suq uniku tal-UE billi tkompli tallinja l-qafas legali u regolatorju tagħha mal-acquis tal-UE u tassoċja l-pajjiż ma’ aktar programmi, aġenziji u inizjattivi tal-UE, inklużi dawk relatati mal-ekonomija diġitali, is-servizzi finanzjarji u l-innovazzjoni; jifraħ lill-Moldova talli mis-6 ta’ Ottubru 2025 saret parti operattiva miż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro, u dan aġevola t-trasferimenti f’euro u naqqas l-ispejjeż għaċ-ċittadini u għall-impriżi tal-Moldova; jilqa’ l-inklużjoni tal-Moldova fiż-żona ta’ roaming b’tariffa nazzjonali tal-UE (Roam Like At Home) mill-1 ta’ Jannar 2026, li tippermetti liċ-ċittadini tal-Moldova jużaw in-numri telefoniċi Moldovani tagħhom waqt li jkunu qed jivvjaġġaw fl-UE mingħajr ma jġarrbu tariffi tar-roaming; jenfasizza li tali benefiċċji tanġibbli għandhom rwol fundamentali fit-tisħiħ tal-appoġġ pubbliku għall-integrazzjoni Ewropea; jinkoraġġixxi allinjament ulterjuri mal-acquis diġitali tal-UE u sforzi kontinwi biex jissaħħu l-konnettività, l-infrastruttura diġitali u l-integrazzjoni tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa kritika li titħaffef ir-riforma komprensiva tal-amministrazzjoni pubblika; jistieden lill-Gvern tal-Moldova jiżgura servizz pubbliku kompletament ibbażat fuq il-mertu, professjonali u trasparenti kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f’dak lokali, li huwa essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE; jisħaq li riforma territorjali u amministrattiva sinifikanti hija kruċjali biex l-awtoritajiet lokali jingħataw is-setgħa li jaġixxu, peress li l-frammentazzjoni attwali tal-muniċipalitajiet ixxekkel serjament l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-kapaċità amministrattiva tagħhom li japplikaw b’suċċess għall-fondi tal-UE għall-iżvilupp reġjonali, jassorbuhom u jimmaniġġjawhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti programmi edukattivi mmirati u appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jingħataw is-setgħa li japplikaw b’suċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli tal-UE, jassorbuhom u jimmaniġġjawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja li proċess ta’ adeżjoni mal-UE li jirnexxi jirrikjedi parteċipazzjoni nazzjonali b’saħħitha; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ mekkaniżmi formali għall-gvernijiet lokali u reġjonali (GLR) fl-arkitettura proposta tal-QFP; jistieden lill-Gvern tal-Moldova u lill-Kummissjoni jinvolvu b’mod sistematiku lill-GLR tal-Moldova u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom fl-abbozzar ta’ programmi indikattivi u pjanijiet ta’ azzjoni pluriennali; iħeġġeġ il-ħolqien ta’ miżuri ddedikati għall-bini tal-kapaċitajiet u flussi ta’ finanzjament fi ħdan il-qafas futur tal-Ewropa Globali biex jappoġġjaw lill-muniċipalitajiet tal-Moldova fl-implimentazzjoni tar-riformi ta’ deċentralizzazzjoni u s-servizzi pubbliċi allinjati mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-Moldova f’“Ewropa Kreattiva”, il-programm tal-UE li jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi, mill-1 ta’ Jannar 2026, kif ukoll fil-komponent tal-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, li jippermetti lill-Moldova jkollha aċċess għall-fondi tal-UE għal proġetti bl-għan tat-tnaqqis tal-qgħad, it-titjib tal-kwalità tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-inklużjoni tal-pajjiż fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Erasmus+, il-Programm DiscoverEU, u l-iskema tal-frott, il-ħxejjex u l-ħalib fl-iskejjel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova biex itejbu l-qafas leġiżlattiv għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiġġieldu l-vjolenza domestika u jipproteġu lill-vittmi u jallinjawh mal-istandards internazzjonali u Ewropej, inklużi l-kriminalizzazzjoni tal-vjolenza diġitali u ż-żwieġ furzat, u l-introduzzjoni tal-femminiċidju fil-Kodiċi Kriminali tagħha; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jsaħħu l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni attwali dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-vjolenza domestika, u dwar il-protezzjoni tal-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni li għaddejja tal-istrateġija nazzjonali dwar it-traffikar tal-bnedmin adottata f’Settembru 2023; jistieden lill-Moldova tkompli ssaħħaħ il-qafas legali u istituzzjonali tagħha, inkluż billi tintroduċi għodod aktar effettivi għall-awtoritajiet pubbliċi biex jinvestigaw u jipproċedu kontra forom emerġenti ta’ sfruttament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-qafas legali u istituzzjonali għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà fil-Moldova jeħtieġ aktar allinjament mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali rilevanti; jitlob, b’mod partikolari, li l-qafas għall-aċċessibbiltà jiġi allinjat mal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3</STRING> Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar it-tentattivi tal-awtoritajiet tal-belt ta’ Chișinău li jipprojbixxu ċ-Chișinău Pride u dwar l-attakki vjolenti kontra l-mixja paċifika mill-kontrodimostranti; jikkundanna l-miżinformazzjoni u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni online mmirati ppropagati mill-media lokali affiljata mar-Russja fil-Moldova; jistieden lill-Moldova tiżgura d-dritt għal-libertà ta’ għaqda għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Moldova ssaħħaħ il-qafas legali u istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, inklużi l-persuni LGBTI;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni akkademika u kuntatti bejn il-persuni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-progress sinifikanti li għamlet il-Moldova biex tallinja s-sistema tal-edukazzjoni għolja tagħha maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, inkluża l-parteċipazzjoni ta’ tliet istituzzjonijiet tal-Moldova fl-alleanza tal-Universitajiet Ewropej bħala sħab assoċjati; ifaħħar ukoll l-involviment tal-pajjiż fid-dimensjoni internazzjonali tal-programm Erasmus+ 2021–2027 u l-parteċipazzjoni tiegħu f’erba’ gruppi ta’ ħidma taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-kollaborazzjoni dejjem akbar tal-Moldova man-networks Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jħeġġeġ l-integrazzjoni ulterjuri tagħha ma’ Orizzont Ewropa, li tagħti lill-universitajiet u lill-istituzzjonijiet tar-riċerka aċċess għall-finanzjament Ewropew, l-infrastrutturi tar-riċerka kollaborattivi u s-sħubijiet xjentifiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi kontinwi tal-Moldova biex tallinja s-settur enerġetiku tagħha mal-acquis tal-UE u tagħmel progress fir-rigward tal-integrazzjoni sħiħa tagħha fis-suq tal-enerġija tal-UE biex tiżgura s-sigurtà u reżiljenza tal-enerġija tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-Moldova kisbet l-ogħla punteġġi fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fost il-pajjiżi membri tal-Komunità tal-Enerġija, u kienet ukoll minn tal-ewwel fost il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità fit-traspożizzjoni sħiħa tal-Pakkett dwar l-Integrazzjoni tal-Elettriku; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija u lil atturi rilevanti oħra jiżguraw l-akkoppjament sħiħ tal-Moldova mas-suq tal-elettriku tal-UE sa mhux aktar tard mill-2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li sabiex tissaħħaħ aktar ir-reżiljenza tal-enerġija tal-Moldova, l-awtoritajiet tagħha, bl-appoġġ tal-UE, għandhom ikomplu jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-enerġija tagħha, jaċċeleraw l-integrazzjoni tagħha fis-suq Ewropew tal-enerġija, iżidu l-investiment fl-effiċjenza enerġetika għall-bini pubbliku u residenzjali, iżidu l-produzzjoni tal-enerġija domestika u jinkoraġġixxu t-tnaqqis fid-domanda; jilqa’ ż-żieda sinifikanti tal-Moldova fis-sehem tagħha ta’ enerġija rinnovabbli, li laħqet madwar 25 % tal-konsum fl-2025 u 1 GW tal-kapaċità installata totali, tragward sinifikanti fl-iżvilupp tal-produzzjoni tal-enerġija lokali u t-tranżizzjoni tal-enerġija tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni tal-gvern ta’ Marzu 2025 biex jelimina d-dipendenza kollha fuq ir-riżorsi tal-enerġija Russi fis-setturi tal-elettriku, tal-gass u tal-petroleum, adottat bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Komprensiva UE-Moldova għall-Indipendenza u r-Reżiljenza tal-Enerġija tal-4 ta’ Frar 2025; ifakkar li fl-2025 ir-Russja waqfet tforni l-gass lill-impjant tal-enerġija ta’ Cuciurgan, f’tentattiv koerċittiv biex tinfluwenza l-għażliet internazzjonali tal-Moldova, u li l-ewwel vittmi tal-kriżi tal-enerġija li rriżultat kienu n-nies fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Dniester;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ t-tlestija tal-kostruzzjoni tal-linja elettrika fl-ajru ta’ 400 kV Vulcănești-Chișinău f’Diċembru 2025, li mistennija tibda t-trażmissjoni tal-elettriku fl-2026; josserva li dan il-pass prattiku jnaqqas id-dipendenza tal-Moldova fuq l-infrastrutturi tal-enerġija li jinsabu fir-reġjun tat-Transnistrija u l-vulnerabbiltà tagħha għall-influwenza ostili Russa, u jippermetti konnessjoni sigura u affidabbli tal-pajjiż mal-grilja tal-elettriku Ewropea permezz tar-Rumanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza l-użu tal-allokazzjonijiet għall-kooperazzjoni transfruntiera disponibbli fl-ambitu tal-istrument futur Ewropa Globali u l-Fond ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali biex taċċelera aktar l-integrazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u diġitali tal-Moldova mas-suq uniku Ewropew; jisħaq li tali finanzjament għandu jagħti prijorità lil proġetti b’impatt għoli li jinvolvu t-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, inklużi l-interkonnessjonijiet transfruntiera, il-produzzjoni domestika tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-allinjament tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport, is-sinkronizzazzjoni tal-grilja tal-enerġija u l-espansjoni tal-broadband; iħeġġeġ l-iżvilupp rapidu ta’ proġetti addizzjonali ta’ interkonnessjoni tal-enerġija mal-Moldova, bħal-linji tal-elettriku fl-ajru ta’ 400 kV Suceava-Bălți u Gutinaș-Strășeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki Russi ta’ Marzu 2026 kontra l-infrastruttura tal-enerġija Ukrena li heddew is-sigurtà tal-enerġija u tal-ilma tal-Moldova, li kellhom impatt dirett fuq is-sigurtà tar-riżorsi tal-ilma u fuq is-saħħa pubblika ta’ 80 % taċ-ċittadini tal-pajjiż, li għalihom ix-Xmara Dniester hija s-sors ewlieni ta’ ilma ħelu u ta’ ilma tax-xorb, u li ħolqu emerġenza ambjentali ta’ 15-il jum fir-Repubblika tal-Moldova; jilqa’ r-rispons rapidu u kkoordinat mill-awtoritajiet tal-Moldova u tal-Ukrajna u mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħtu lill-Moldova riżorsi finanzjarji addizzjonali, assistenza teknika u tagħmir speċjalizzat biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li timmaniġġja katastrofijiet ekoloġiċi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza li l-Moldova għadha qed tiffaċċja sfidi ambjentali sinifikanti, inklużi t-tniġġis tal-arja u tal-ilma, infrastruttura insuffiċjenti għall-ġestjoni tal-iskart u t-telf kontinwu tal-bijodiversità; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali u jiġi żgurat investiment adegwat fl-infrastruttura ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-Moldova diġà batiet ferm minħabba l-konsegwenzi severi tas-sigurtà, ekonomiċi u soċjali tal-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna; jesprimi tħassib serju li l-pajjiż issa huwa mistenni li jkun fost dawk l-aktar affettwati serjament mill-kriżijiet ekonomiċi u tal-enerġija globali li sejrin għall-agħar li jirriżultaw mill-gwerra li għaddejja fil-Lvant Nofsani; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha juru solidarjetà kontinwa u soda mal-Moldova u jipprovdu l-appoġġ meħtieġ biex jgħinu fil-mitigazzjoni tal-impatt ta’ dawn ix-xokkijiet esterni li jikkoinċidu fuq iċ-ċittadini tagħha u l-ekonomija tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni u progress fir-rigward ta’ soluzzjoni tal-kunflitt Transnistrijan</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifaħħar lill-Moldova għall-kooperazzjoni konsistenti tagħha fil-kwistjonijiet tal-politika estera, u għall-isforzi tagħha biex tallinja ruħha bis-sħiħ mal-pożizzjonijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE; jinnota li r-rata ta’ allinjament tal-Moldova mal-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, inkluż f’dak li jikkonċerna s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja, kienet ta’ 88 %; jistieden lill-pajjiż ikompli jtejjeb dan l-allinjament, anki fir-rigward tal-miżuri restrittivi fil-konfront tar-Russja, u jkompli l-kooperazzjoni fil-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja u l-Belarussja relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifaħħar lill-Moldova talli ospitat l-ogħla numru ta’ Ukreni spostati per capita u talli amministrat tajjeb pressjonijiet soċjali, ekonomiċi u amministrattivi sinifikanti bħala riżultat tal-influss kbir ta’ rifuġjati; jilqa’ ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-Moldova fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE, bħall-Operazzjoni Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina u l-Missjoni ta’ Taħriġ tal-UE fis-Somalja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-kooperazzjoni trilaterali bejn il-Moldova, ir-Rumanija u l-Ukrajna (it-“Triangolu ta’ Odesa”) fit-tisħiħ tas-sigurtà reġjonali, fl-avvanz tal-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE għall-Moldova u l-Ukrajna, fit-tisħiħ tal-konnettività ta’ dawn il-pajjiżi mal-UE, u fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu mill-Federazzjoni Russa, inklużi d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barranin, l-attakki ċibernetiċi u t-theddid għall-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-proroga sal-31 ta’ Mejju 2027 tal-mandat tal-EUPM fir-Repubblika tal-Moldova u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu bl-esperti u bir-riżorsi finanzjarji neċessarji; iħeġġeġ lill-UE tkompli tappoġġja r-reżiljenza u l-preparatezza tal-Moldova, pereżempju, kontra ndħil Russa bla preċedent, permezz tal-EUPM, it-Timijiet ta’ Rispons Rapidu kontra Theddid Ibridu, it-Timijiet ta’ Rispons Rapidu Ċibernetiku u r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza li l-attakki fiżiċi kontra l-infrastruttura kritika u l-provokazzjonijiet marbuta mas-sigurtà huma sistematikament akkumpanjati minn kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI) bl-għan li jiżirgħu l-paniku fost il-popolazzjoni u li jimminaw il-fiduċja pubblika fl-awtoritajiet tal-Moldova; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza kruċjali li l-istituzzjonijiet tal-Moldova jiġu mgħammra b’għodod robusti għall-komunikazzjoni rapida tal-kriżijiet biex jiġġieldu b’mod effettiv id-diżinformazzjoni u jiżguraw it-tixrid rapidu ta’ informazzjoni fattwali; jinnota, b’mod partikolari, il-passi meħuda fl-2025 biex tissaħħaħ il-kapaċità operattiva taċ-Ċentru għall-Komunikazzjonijiet Strateġiċi u l-Ġlieda Kontra d-Diżinformazzjoni u l-Aġenzija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà; jappella għall-użu strateġiku tal-fondi disponibbli fl-2027 u lil hinn biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Moldova fir-rigward tal-komunikazzjoni strateġika, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra l-FIMI qabel id-data ppjanata tal-adeżjoni tagħha; jitlob lill-UE tapplika t-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza miksuba fil-Moldova fil-protezzjoni tal-proċess elettorali u l-istituzzjonijiet demokratiċi u fil-ġlieda kontra l-FIMI għall-UE nnifisha u għal pajjiżi kandidati oħra; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-isforzi li saru mix-xandara pubbliċi tal-Istati Membri biex jipprovdu kontenut ibbażat fuq il-fatti lill-pubbliku tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-istrumentalizzazzjoni tal-istrutturi reliġjużi għal skopijiet politiċi, b’mod konsistenti mad-Dottrina Militari Russa u mal-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali, inklużi tentattivi biex l-opinjoni pubblika u l-proċessi elettorali jiġu influwenzati b’modi li jistgħu jimminaw il-perkors Ewropew tal-Moldova; jistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova jiżguraw ir-rispett sħiħ għal-libertà tar-reliġjon filwaqt li jipprevjenu kwalunkwe ndħil jew manipulazzjoni esterni bla bżonn li jistgħu jaffettwaw il-proċessi demokratiċi u d-direzzjoni strateġika tal-pajjiż; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-Knisja Ortodossa tal-Moldova affiljata mar-Russja, taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Knisja Ortodossa Russa, bħala mezz ta’ diżinformazzjoni, indħil elettorali u influwenza ibrida min-naħa tal-Kremlin fir-Repubblika tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Itenni l-impenn totali tiegħu favur l-integrità territorjali tal-Moldova u riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt, abbażi tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti f’livell internazzjonali; iħeġġeġ lill-Moldova tkompli bl-isforzi tagħha ta’ riintegrazzjoni u jistieden lill-Federazzjoni Russa tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha billi tiżgura l-irtirar immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persunal militari, it-tagħmir u l-munizzjon kollu tagħha mir-reġjun tat-Transnistrija, li l-preżenza tagħhom tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt internazzjonali u theddida diretta għas-sigurtà tal-Moldova u tal-viċinat Ewropew usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappoġġja l-approċċ gradwali tal-awtoritajiet tal-Moldova lejn ir-riintegrazzjoni tal-pajjiż, b’enfasi qawwija fuq benefiċċji soċjoekonomiċi tanġibbli għaċ-ċittadini fiż-żewġ xtut tax-xmara; jitlob lill-UE tikkontribwixxi b’mod attiv għall-proċess ta’ riintegrazzjoni paċifika, inkluż permezz ta’ kontribuzzjonijiet sinifikanti għall-Fond ta’ Konverġenza, li jappoġġja l-allinjament gradwali tar-reġjun tat-Transnistrija mal-qafas legali, ekonomiku u soċjali tal-Moldova, u jwassal għal titjib konkret fis-servizzi pubbliċi u fl-infrastruttura lokali għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota bi tħassib it-tentattivi kontinwi tar-Russja biex tisfrutta u toħloq tensjonijiet bejn l-Unità Territorjali Awtonoma ta’ Gagauzia u l-awtoritajiet tal-Moldova; jappoġġja u jinkoraġġixxi l-isforzi kontinwi tal-Gvern tal-Moldova biex jindirizza dawn l-isfidi permezz ta’ djalogu kostruttiv u riformi inklużivi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali jinvolvu ruħhom f’dan id-djalogu in bona fede u jiżguraw l-organizzazzjoni xierqa ta’ elezzjonijiet ħielsa, ġusti, trasparenti u legali fir-reġjun, f’konformità sħiħa mal-liġi tal-Moldova; itenni li relazzjoni stabbli u kooperattiva bejn il-kapitali u r-reġjuni hija essenzjali għall-istabbiltà interna tal-Moldova u l-progress kontinwu tagħha fil-perkors ta’ adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Moldova li tirtira mill-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti ddominata mir-Russja bħala għażla sovrana u strateġika li tirrifletti l-perkors Ewropew magħżul mill-pajjiż; jitlob li l-legat tal-perjodu Sovjetiku jiġi indirizzat, pereżempju permezz tad-deklassifikazzjoni tal-arkivji tal-ex servizzi tas-sigurtà Sovjetiċi, u jħeġġeġ diskussjoni dwar il-preżenza ta’ simboli ta’ propaganda Sovjetika fl-ispazji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-inkursjonijiet ripetuti u mhux awtorizzati mid-droni Russi fl-ispazju tal-ajru u t-territorju tal-Moldova mill-2022, li jikkostitwixxu ksur serju tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Moldova; jisħaq li tali azzjonijiet joħolqu riskju dirett għas-sikurezza, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali ċivili, u jtenni l-ħtieġa ta’ konformità stretta mad-dritt internazzjonali; jissottolinja, f’dan il-kuntest, l-importanza kritika tal-investiment fl-infrastruttura tas-sorveljanza u l-protezzjoni tal-ajru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ kontinwu għall-Forzi Armati tal-Moldova fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jerġa’ jitlob lill-Istati Membri jżidu aktar il-finanzjament tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi favur il-Moldova, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-pajjiż fid-dawl tat-theddid attwali għas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mas-SEAE, tiżgura appoġġ aktar strutturat, prevedibbli u msaħħaħ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tar-Repubblika tal-Moldova u l-allinjament tagħha mal-istandards tas-sigurtà tal-UE, bħala parti mill-proċess ta’ adeżjoni; jappella għal appoġġ kontinwu għall-modernizzazzjoni tas-settur tad-difiża tal-Moldova, inklużi l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-ajru tagħha; jenfasizza li l-Moldova mhijiex biss konsumatur tas-sigurtà iżda anki fornitur tas-sigurtà għall-UE, minħabba l-pożizzjoni strateġika u l-esperjenza siewja tagħha f’ħin reali; jilqa’ r-rikonoxximent tal-Moldova bħala pajjiż li għalih jistgħu jiġu akkwistati b’mod komuni kwantitajiet addizzjonali ta’ prodotti tad-difiża fl-ambitu tal-programm għall-industrija tad-difiża Ewropea, billi r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE tiżdied minn 15 % għal 25 %, u jitlob li dan it-trattament preferenzjali jiġi inkorporat fl-arkitettura ta’ wara l-2027;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>