<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0261</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar is-Serbja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0163/2026 - Rapporteur: Tonino Picula)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar ir-rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar is-Serbja (2025/2255(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/490/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tas-Serbja għall-adeżjoni mal-UE tad-19 ta’ Diċembru 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2011)0668), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2012 biex jingħata status ta’ pajjiż kandidat lis-Serbja u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2013 biex jinbdew in-negozjati ta’ adeżjoni tal-UE mas-Serbja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Brussell tas-27 ta’ Frar 2023 u l-Ftehim ta’ Ohrid tat-18 ta’ Marzu 2023 u l-anness ta’ implimentazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Salonka tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 f’Sofija u tas-6 ta’ Mejju 2020 f’Zagreb,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, ratifikata mis-Serbja fl-2001 u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, ratifikata mis-Serbja fl-2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing tekniku ta’ Amnesty International ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Serbia: journalists targeted with Pegasus spyware” (EUR 70/9186/2025) (Is-Serbja: ġurnalisti fil-mira permezz tas-software ta’ spjunaġġ Pegasus), li jiddokumenta l-attakk immirat fuq ġurnalisti investigattivi permezz tas-software ta’ spjunaġġ Pegasus,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-pajjiż Freedom House in the World 2026 dwar is-Serbja, ippubblikat fid-19 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025 minn Reporters Mingħajr Fruntieri, ippubblikat fit-2 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent tal-1 ta’ Lulju 2025 li saret fi Skopje, fil-Maċedonja ta’ Fuq, dwar il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-Summit 2025 dwar il-Proċess ta’ Berlin, li sar fit-22 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2025)0900), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah bit-titolu “2025 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in Serbia” (Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025 – kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Serbja) (SWD(2025)0931),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690), u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “Serbia 2025 Report” (Rapport tal-2025 dwar is-Serbja) (SWD(2023)0755),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet tas-Serbja u tal-Kosovo tad-19 ta’ April 2013, u l-ftehimiet tal-25 ta’ Awwissu 2015, u d-djalogu li għaddej, li qed jiġi ffaċilitat mill-UE, għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR) dwar l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali bikrija tat-3 ta’ April 2022 fis-Serbja, ippubblikat fid-19 ta’ Awwissu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tas-17 ta’ Diċembru 2023 fis-Serbja, ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2020 u l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rapporteurs Speċjali tan-NU tal-4 ta’ Awwissu 2025 dwar ir-repressjoni tal-gvern Serb fuq il-moviment tal-istudenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Kostituzzjoni Serba dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Serbja, b’mod partikolari dik tat-22 ta’ Ottubru 2025 dwar il-polarizzazzjoni u ż-żieda tar-repressjoni fis-Serbja, sena wara t-traġedja ta’ Novi Sad<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/2098, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2098/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-missjoni li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu għamel fis-Serbja mit-22 sal-24 ta’ Jannar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0163/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa għodda ewlenija tal-politika barranija tal-UE u investiment ġeopolitiku strateġiku fil-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità fit-tul fil-kontinent;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi kull pajjiż kandidat fil-proċess tat-tkabbir huwa evalwat fuq il-merti tiegħu stess fl-issodisfar tal-kriterji ta’ Copenhagen u r-rispett u l-impenn sod għall-valuri u d-drittijiet Ewropej kondiviżi, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; billi ma hemm l-ebda shortcuts għas-sħubija fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi jeħtieġ li s-Serbja tagħmel sforzi addizzjonali biex tkompli tallinja l-politika barranija tagħha mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, peress li ċerti azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u kuntatti ta’ livell għoli, inkluża l-parteċipazzjoni mill-President Serb fil-parata militari tad-9 ta’ Mejju 2025 f’Moska, imorru kontra l-pożizzjonijiet ewlenin tal-politika barranija tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-riformi relatati mal-UE fis-Serbja naqqsu r-ritmu konsiderevolment jew urew rigress f’diversi oqsma kruċjali, b’mod partikolari fl-elementi fundamentali tal-proċess tal-adeżjoni, bħall-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-media; billi l-Kummissjoni nnutat nuqqasijiet kontinwi fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi; billi, sal-lum, 2 biss mill-35 kapitolu ta’ negozjar ingħalqu b’mod proviżorju;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, id-drittijiet politiċi u l-libertajiet ċivili tnaqqru b’mod kostanti fis-Serbja mill-koalizzjoni fil-gvern, u dan poġġa pressjoni fuq il-media indipendenti, l-akkademja, il-minoranzi etniċi, l-oppożizzjoni politika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filwaqt li b’mod parallel dgħajjef b’mod sistematiku l-istituzzjonijiet u ċajpar il-linji bejn l-atturi politiċi, is-setgħa tal-istat u tal-media;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-Serbja għadha kamp tal-battalja kritiku għall-kampanji ta’ diżinformazzjoni barranin, b’mod partikolari mir-Russja u ċ-Ċina, li jfittxu li joħolqu narrattivi kontra l-Punent, li ħafna minnhom huma ġġenerati u mxerrda wkoll minn atturi domestiċi; billi l-mezzi ta’ propaganda Russi bħal RT Balkan (li qabel kienet Russia Today) u Sputnik joperaw liberament fis-Serbja u jeżerċitaw influwenza sinifikanti fit-tiswir ta’ narrattivi kontra l-UE u antidemokratiċi u fit-tixrid tagħhom fir-reġjun kollu; billi dawn in-narrattivi huma amplifikati mill-media nazzjonali assoċjata mal-Istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont il-monitoraġġ tal-media indipendenti fl-2024, il-media Serba wriet rigress demokratiku kontinwu, bil-maġġoranza fil-gvern tieħu aktar minn 90 % tal-ħin tax-xandir tal-aħbarijiet ewlenin fuq l-istazzjonijiet televiżivi nazzjonali u tiġi ppreżentata b’mod predominanti newtrali jew pożittiv, filwaqt li l-oppożizzjoni tirċievi anqas minn 10 % tal-ħin tax-xandir u hija fil-biċċa l-kbira ppreżentata b’mod negattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi f’konformità mal-Kapitolu 23, is-Serbja jeħtiġilha turi titjib reali fl-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali; billi l-libertà tar-reliġjon hija valur ewlieni Ewropew u dritt fundamentali tal-bniedem; billi s-Serbja hija għalhekk obbligata tirrispetta u tiggarantixxi din il-libertà għall-individwi kollha li jirrisjedu fit-territorju tagħha, f’konformità mal-impenji internazzjonali u l-obbligi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-sitwazzjoni soċjali fis-Serbja għadha diffiċli; billi l-UNICEF tinnota li s-Serbja hija fost il-pajjiżi anqas ugwali tal-Ewropa; billi 13,6 % tal-popolazzjoni esperjenzat privazzjoni materjali u soċjali severa fl-2024, ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienet ta’ 27,2 % fl-2023, u r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kienet ta’ 24,5 %; billi l-popolazzjonijiet rurali għadhom partikolarment vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħeb kummerċjali ewlieni tas-Serbja u tirrappreżenta 58,3 % tal-kummerċ totali tas-Serbja fl-2024, is-sors ewlieni ta’ investiment tagħha u l-akbar fornitur ta’ assistenza finanzjarja tagħha; billi l-UE b’marġni kbir tibqa’ l-akbar sors ta’ rimessi, li jintbagħtu mis-Serbi li jaħdmu fl-UE, u huma sors kruċjali u stabbli ta’ introjtu għal ħafna unitajiet domestiċi Serbi, li għandhom rwol sostanzjali fl-ekonomija tal-pajjiż;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li l-progress fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE – proċess tassew meritokratiku – huwa subordinat għar-rispett sħiħ tal-valuri tal-UE u għall-adeżjoni għad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali, li lkoll huma mnaqqxa fil-kriterji ta’ Copenhagen; jenfasizza li dan jinvolvi mhux biss l-adozzjoni ta’ riformi, iżda wkoll l-implimentazzjoni bir-reqqa u sħiħa tagħhom, peress li d-distakk persistenti bejn l-allinjament leġiżlattiv u l-implimentazzjoni effettiva jkompli jimmina l-progress tas-Serbja; jisħaq li l-progress ta’ kull pajjiż fit-triq tal-integrazzjoni fl-UE jrid jiġi vvalutat abbażi tal-merti tiegħu u li l-ebda pajjiż ma għandu jiġi assoċjat ma’ ieħor jew ittrattat bħala parti minn pakkett; jissottolinja li ma jista’ jkun hemm ebda ċirkomvenzjoni fuq il-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-UE, peress li l-adeżjoni mal-UE hija proċess tekniku u politiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li, skont ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2025, kien hemm xi livell ta’ tħejjija u implimentazzjoni parzjali tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; jiddispjaċih għall-fatt, madankollu, li l-impenji ewlenin tas-Serbja kif deskritti fid-dokument informali tagħha ta’ Novembru 2024, li għandhom l-għan li jindirizzaw l-ostakli pendenti għall-ftuħ tar-Raggruppament 3, għadhom fil-biċċa l-kbira mhux issodisfati; jiddeplora, f’dan ir-rigward, ir-retorika xewwiexa reċenti mill-gvern, immirata lejn il-pajjiżi li ma appoġġjawx il-ftuħ tar-Raggruppament 3;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-kredibbiltà tal-proċess tat-tkabbir trid tiġi ppreservata billi tiġi applikata kundizzjonalità stretta u ġusta, filwaqt li jiġi żgurat li l-isforzi ta’ riforma jiġu rikonoxxuti kif xieraq fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fl-impenn iddikjarat tas-Serbja skont liema l-adeżjoni mal-UE hija l-għan strateġiku tagħha, iżda josserva li dawn l-impenji ddikjarati spiss ma jissarrfux fil-prattika, kif uriet, pereżempju, l-assenza tal-ogħla rappreżentanti Serbi fis-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent ta’ Diċembru 2025; jisħaq li din id-diskrepanza persistenti titlob kjarifika tat-trajettorja Ewropea tas-Serbja; jistieden lis-Serbja turi b’mod tanġibbli impenn sostnut għall-valuri u l-istandards tal-UE u ssegwi b’mod konsistenti l-impenn tagħha għas-sħubija fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-importanza strateġika tal-Balkani tal-Punent, fil-kuntest ġeopolitiku attwali, għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE kollha kemm hi; jissottolinja li, minħabba d-daqs u l-pożizzjoni ġeopolitika tagħha, is-Serbja għandha impatt dirett fuq l-istabbiltà ġenerali tar-reġjun; jikkundanna, għalhekk, it-tentattiv tas-Serbja li tistabbilixxi sfera ta’ influwenza u l-attivitajiet tagħha li jimminaw is-sovranità tal-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-ħtieġa sinifikanti li s-Serbja turi b’mod ċar u konsistenti l-orjentazzjoni ġeopolitika tagħha lejn l-UE, inkluż billi tallinja ruħha bis-sħiħ mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, b’mod partikolari l-miżuri restrittivi meħuda mill-UE fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas kontinwu tas-Serbja li tallinja ruħha bis-sħiħ mal-PESK tal-UE; jiddispjaċih li l-allinjament tiegħu huwa fost l-aktar baxxi fost il-pajjiżi kandidati kollha; jinnota li n-nuqqas ta’ allinjament tas-Serbja mal-politika barranija tal-UE, inkluż in-nuqqas tagħha li tadotta miżuri restrittivi, huwa inkonsistenti ma’ wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent (ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; itenni l-fehma tiegħu li l-allinjament sħiħ jibqa’ rekwiżit mhux negozjabbli għall-adeżjoni; jilqa’ l-allinjament reċenti tas-Serbja mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2026/438<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/438 tat-23 ta’ Frar 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent, l-okkupazzjoni jew l-annessjoni illegali mill-Federazzjoni Russa ta’ ċerti żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-Ukrajna (ĠU L, 2026/438, 23.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/438/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u (PESK) 2025/490<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/490 tat-18 ta’ Frar 2025 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tat-tliet ftehimiet (ĠU L, 2025/490, 18.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/490/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, iżda jtenni li l-allinjament selettiv mhuwiex biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddeplora r-rabtiet mill-qrib kontinwi tas-Serbja u l-approfondiment tas-sħubija mar-Russja, li jqajmu tħassib dwar l-orjentazzjoni strateġika tagħha u jimminaw perkors kredibbli lejn is-sħubija fl-UE; jisħaq li l-perkors Ewropew tas-Serbja jirrikjedi għażla strateġika ċara; jissottolinja li politika ta’ bbilanċjar bejn l-UE u atturi ġeopolitiċi oħra hija inkompatibbli mal-fiduċja politika mistennija minn pajjiż kandidat; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jieqfu mill-messaġġi u l-azzjonijiet pubbliċi li jmorru kontra l-pożizzjonijiet ewlenin tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar l-investimenti Russi u Ċiniżi fis-Serbja, u l-influwenza dejjem akbar tagħhom fuq proċessi politiċi u ekonomiċi fir-reġjun; jikkundanna ż-żjara ta’ livell għoli f’Belgrad f’Marzu 2026 mill-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Federazzjoni Russa, li jinsab fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE; jappella għall-għeluq immedjat tal-hekk imsejjaħ Ċentru Umanitarju Russu-Serb f’Niš, li jaġixxi bħala bażi għall-aġenzija tal-intelligence militari Russa GRU biex topera minn pajjiż kandidat, u jħeġġeġ lis-Serbja ttemm il-kooperazzjoni militari kollha mar-Russja, peress li tqajjem mistoqsijiet leġittimi dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-allinjament tas-Serbja mal-interessi tas-sigurtà tal-UE; jikkundanna l-attivitajiet Russi ta’ ndħil barrani fis-Serbja; ifakkar li s-Serbja qed tintuża b’mod attiv bħala pjattaforma reġjonali biex ixxerred kampanji ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni madwar ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar it-tisħiħ kontinwu tal-forzi militari tas-Serbja, flimkien mar-retorika dejjem aktar ostili lejn il-pajjiżi ġirien u l-approfondiment tal-kooperazzjoni tas-sigurtà u d-difiża tas-Serbja maċ-Ċina, inklużi l-eżerċizzji tal-forzi speċjali u l-espansjoni tal-ftehimiet strateġiċi, kif ukoll il-preżenza dejjem akbar tat-teknoloġija Ċiniża tas-sigurtà u s-sorveljanza; jikkundanna bil-qawwa l-akkwist reċenti mis-Serbja ta’ missili ballistiċi mill-ajru għall-wiċċ CM-400AKG Ċiniżi; iwissi li din iż-żieda fil-preżenza militari tbiddel il-bilanċ tas-sigurtà reġjonali u ddgħajjef l-istabbiltà reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat mal-istati membri tan-NATO tal-madwar; jisħaq li tali akkwist jikkontradixxi l-PESK tal-UE u jqajjem mistoqsijiet serji dwar l-orjentazzjoni ġeopolitika tas-Serbja; jissottolinja li l-akkwisti ewlenin tad-difiża minn kompetituri strateġiċi awtoritarji tal-UE jirrikjedu trasparenza sħiħa u valutazzjoni bir-reqqa tal-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà reġjonali, l-interoperabbiltà u l-orjentazzjoni Ewropea ddikjarata tas-Serbja; jinnota bi tħassib il-memorandum ta’ kooperazzjoni reċenti bejn il-partit fil-gvern Serb u l-Partit Komunista Ċiniż, li jqajjem aktar mistoqsijiet dwar l-impenn strateġiku tas-Serbja li ssegwi t-triq tagħha lejn l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-fatt li s-Serbja saret bażi għas-servizzi tal-intelligence Russi biex iwettqu attivitajiet ta’ sabotaġġ fl-Ewropa; jesprimi tħassib serju dwar rapporti kredibbli li jindikaw li s-Serbja ħarġet bħala ċentru operattiv ewlieni għall-attivitajiet ibridi u ta’ destabbilizzazzjoni Russi fl-Ewropa; jinnota, b’mod partikolari, każijiet dokumentati li fihom individwi reklutati u ffinanzjati minn atturi marbuta mal-intelligence Russa wettqu provokazzjonijiet koordinati u atti mmirati lejn l-inċitament ta’ tensjonijiet etniċi u reliġjużi fl-Istati Membri tal-UE; jinnota wkoll rapporti ta’ networks organizzati li joperaw mit-territorju Serb, inkluż fit-taħriġ u l-użu ta’ individwi għal azzjonijiet destabbilizzanti f’pajjiżi Ewropej oħra u fil-viċinat tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jieħdu miżuri immedjati u effettivi biex jinvestigaw, jipprevjenu u jħarrku tali attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-astensjoni tas-Serbja fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ta’ Frar 2026 b’appoġġ għal paċi ġusta u dejjiema fl-Ukrajna; iqis li tali voti jkomplu jdgħajfu l-fiduċja fl-impenn strateġiku tas-Serbja fit-triq Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib li s-Serbja żżomm status ta’ osservatur fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva, struttura ta’ sigurtà mmexxija mill-Federazzjoni Russa, u tkompli timplimenta ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih bil-fatt li s-Serbja għamlet progress limitat jew l-ebda progress biex tissodisfa l-parametri ta’ riferiment għall-adeżjoni mal-UE f’ħafna kapitoli ta’ negozjar oħra; jieħu nota tal-istabbiliment tat-Tim Operattiv bl-għan li jaċċellera l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE; jistieden lis-Serbja turi azzjoni konkreta u komprensiva li turi l-impenn tal-pajjiż li jimplimenta r-riformi meħtieġa għall-perkors tas-sħubija fl-UE; itenni li n-negozjati tal-adeżjoni tal-UE mas-Serbja għandhom javvanzaw biss ladarba s-Serbja tallinja mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u abbażi ta’ progress li jista’ jitkejjel u sostenibbli fil-ġabra tal-elementi fundamentali, b’mod partikolari dwar l-istat tad-dritt, l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, l-indipendenza ġudizzjarja, il-libertà tal-media, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi; jistieden lill-Kummissjoni tapplika b’mod strett il-prinċipju tal-“prijorità tal-kwistjonijiet fundamentali” u tirrifletti kwalunkwe rigressjoni sinifikanti fil-pass u l-intensità tal-appoġġ finanzjarju pprovdut fl-ambitu tal-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni li l-adeżjoni mal-UE hija proċess tas-soċjetà kollha u jistieden lill-Gvern Serb jippromwovi l-importanza, il-benefiċċji u l-obbligi tal-adeżjoni mal-UE, l-appoġġ finanzjarju tal-UE u r-riformi relatati mal-adeżjoni fost il-popolazzjoni Serba; jistieden lill-UE u lill-istituzzjonijiet tagħha jsaħħu l-isforzi ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni tagħhom fis-Serbja sabiex jenfasizzaw aħjar l-impatt u l-benefiċċji tal-appoġġ tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lis-Serbja biex tagħmel progress kredibbli u żżid l-isforzi biex tindirizza l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza barranin u domestiċi, inklużi d-diżinformazzjoni u r-retorika kontra l-UE u kontra l-Punent, li għandhom ukoll impatt negattiv lil hinn mis-Serbja fir-reġjun kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-appoġġ baxx għas-sħubija fl-UE fis-Serbja, li huwa r-riżultat ta’ narrattiva manipulattiva kontra l-UE mifruxa għal żmien twil minn media kkontrollata mill-gvern u minn xi uffiċjali għolja Serbi u membri tal-partit fil-gvern, inkluż fl-ogħla livell; jistieden lis-Serbja tiġġieled id-diżinformazzjoni, inkluż dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u, b’mod partikolari, ittemm il-kampanji ta’ diżinformazzjoni tagħha stess sponsorjati mill-Istat, filwaqt li tippromwovi orjentazzjoni konsistenti u kostruttiva tal-UE; jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi Serbi biex issaħħaħ ir-reżiljenza demokratika u tiġġieled it-theddid ibridu; jiddispjaċih ħafna dwar in-narrattivi kontinwi, konsistenti u sistematiċi kontra l-Punent fil-media Serba, fejn l-UE qed tintwera b’mod predominanti f’dawl negattiv, filwaqt li r-Russja, iċ-Ċina u, dejjem aktar, l-Istati Uniti, qed jiġu rrappreżentati b’mod pożittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib partikolari s-sejba tal-Kummissjoni li s-Serbja ma ħadet l-ebda azzjoni biex tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin; jistieden lis-Serbja tadotta u timplimenta, mingħajr dewmien, qafas nazzjonali komprensiv għar-reżiljenza demokratika, inklużi responsabbiltajiet istituzzjonali ċari, rapportar pubbliku regolari u protezzjoni tal-korpi ta’ sorveljanza indipendenti; iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u l-preżenza tagħha fis-Serbja biex tiġġieled in-narrattivi kontra l-UE; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jinvestigaw u jżarmaw kwalunkwe network relatat mad-diżinformazzjoni li jopera mit-territorju Serb u jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u mal-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu u l-indħil barrani; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara mal-pjattaformi online kkonċernati s-sospensjoni ta’ għadd ta’ profili tal-mezzi tal-media magħrufa li jikkritikaw lill-Gvern Serb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrifjuta bil-qawwa l-allegazzjonijiet kollha tal-uffiċjali Serbi skont liema l-UE u wħud mill-Istati Membri tagħha kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-protesti tal-istudenti, minn Novembru 2024, bil-għan li jqanqlu “rivoluzzjoni tal-lewn”; jiddeplora l-fatt li l-ogħla uffiċjali tal-istat qed ixerrdu b’mod attiv teoriji ta’ kospirazzjoni dwar il-kollass ta’ kopertura bħala att ta’ sabotaġġ jew attakk terroristiku mwettaq u appoġġjat mill-Istati Membri tal-UE; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-arrest u tat-tkeċċija illegali taċ-ċittadini tal-UE li għamlu dikjarazzjonijiet favur il-protesti tal-istudenti; jiċħad bl-istess mod l-allegazzjonijiet bla bażi mill-awtoritajiet Serbi li l-Kroazja interferiet u pparteċipat fit-tmexxija tal-elezzjonijiet lokali f’Marzu 2026; jikkundanna l-allegazzjonijiet foloz kollha bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jikkundanna l-imġiba inaċċettabbli, l-insulti, il-malafama u r-retorika ta’ mibegħda fil-konfront tal-Membri tal-Parlament Ewropew u ta’ atturi politiċi oħra, inklużi l-membri tal-missjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fis-Serbja f’Jannar 2026; jiddeplora, f’dan il-kuntest, id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-President tas-Serbja f’Settembru 2025 li jirreferu għall-Membri tal-Parlament Ewropew f’termini derogatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-approċċ akkomodanti tal-Kummissjoni lejn is-Serbja meta jitqies ir-rigress tal-pajjiż tul dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll l-influwenza destabbilizzanti tas-Serbja fuq ir-reġjun kollu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-valuri fundamentali tal-UE billi tuża lingwaġġ aktar ċar lejn is-Serbja u tindirizza b’mod konsistenti n-nuqqasijiet sinifikanti tagħha, in-nuqqas ta’ progress u saħansitra r-rigress; jilqa’ t-titjib inizjali li sar fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-Serbja mill-Kummissarju għat-Tkabbir u s-sospensjoni mħabbra tal-fondi allokati għas-Serbja fir-rigward tar-riformi leġiżlattivi; iwissi kontra kwalunkwe tentattiv sistematiku potenzjali mis-Serbja biex timpedixxi l-progress aċċellerat tal-pajjiżi ġirien lejn is-sħubija fl-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tal-istaġnar tagħha stess fit-triq tal-adeżjoni; jistieden lis-Serbja tallinja aktar mill-qrib il-politika tagħha dwar il-viżi mal-lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi tħassib bil-fatt li l-kriżi politika fis-Serbja qiegħda tiggrava fil-kuntest tal-protesti tal-massa li ilhom iseħħu fil-pajjiż kollu minn Novembru 2024 u li jirriflettu r-reazzjoni tal-poplu Serb għall-korruzzjoni sistemika u għan-nuqqas ta’ responsabbiltà u ta’ trasparenza fil-pajjiż; jinnota li l-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Parlament f’Jannar 2026 identifikat żieda fil-polarizzazzjoni, djalogu parlamentari limitat u fiduċja istituzzjonali mdgħajfa bħala fatturi kontributorji ewlenin; jesprimi tħassib li l-korruzzjoni għadha prevalenti f’ħafna oqsma u li l-progress jirrikjedi rieda politika qawwija biex il-korruzzjoni tiġi indirizzata b’mod effettiv, kif ukoll rispons robust tal-ġustizzja kriminali għall-korruzzjoni ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-Serbja rreġistrat l-agħar punteġġ tagħha f’għoxrin sena fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2025 ta’ Transparency International; iqis li dan huwa sinjal ta’ twissija ulterjuri ta’ istituzzjonijiet dgħajfa u obbligu ta’ rendikont insuffiċjenti; jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu 2024-2026; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Serb Kontra l-Korruzzjoni; jesprimi tħassib dwar l-indipendenza tal-Aġenzija Serba għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-investigazzjonijiet marbuta mal-kollass tal-2024 tal-kopertura tal-istazzjon ferrovjarju Novi Sad għadhom għaddejjin u jiddispjaċih għall-fatt li ma sar l-ebda progress sinifikanti; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ċarezza rigward l-investigazzjoni, inklużi dikjarazzjonijiet kontradittorji mill-uffiċjali, kif ukoll manipulazzjoni possibbli jew trażmissjoni negliġenti tal-evidenza; jikkundanna bil-qawwa l-influwenza indebita kollha li qed tiffaċċja l-prosekuzzjoni inkarigata mill-każ; jerġa’ jitlob li fil-proċedimenti jkun hemm trasparenza sħiħa, li dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u li tkun garantita l-indipendenza tal-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni li t-traġedja ta’ Novi Sad żvelat aktar dgħufijiet strutturali fl-amministrazzjoni pubblika, it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-istat tad-dritt tas-Serbja, li jibqgħu oqsma essenzjali ta’ riforma għal kwalunkwe pajjiż kandidat li jaspira għas-sħubija fl-UE; iwissi kontra xejra rikorrenti ta’ kuntratti tal-gvern li jingħataw u jiġu operati minn kumpaniji Ċiniżi li ma jkollhomx biżżejjed trasparenza, skrutinju pubbliku u obbligu ta’ rendikont, u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-istandards u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jemmen li l-aħjar mod kif tissolva l-kriżi politika fis-Serbja huwa li jsiru elezzjonijiet liberi u ġusti b’mod ġenwin; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-ODIHR jiġu implimentati bis-sħiħ, b’mod trasparenti u inklużiv u jisħaq li dan jirrikjedi, fost l-oħrajn, it-tmiem tal-pressjoni fuq il-votanti, inklużi l-intimidazzjoni u x-xiri tal-voti, il-prevenzjoni effettiva tal-użu ħażin tar-riżorsi pubbliċi u amministrattivi, kundizzjonijiet ekwi għall-atturi politiċi kollha, azzjoni biex jiġi indirizzat il-preġudizzju tal-media, u t-tmiem tal-impunità għal irregolaritajiet elettorali u reati relatati kif enfasizzat ripetutament mill-ODIHR u mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ambjent ostili madwar l-elezzjonijiet lokali li saru fi 10-il muniċipalità fid-29 ta’ Marzu 2026, b’missjonijiet ta’ osservazzjoni jirrapportaw ħafna inċidenti vjolenti, theddid u irregolaritajiet fil-votazzjoni, inklużi intimidazzjoni u pressjoni fuq il-votanti, attakki fuq ġurnalisti, studenti, attivisti u osservaturi, vjolenza madwar il-postijiet tal-votazzjoni, listi elettorali paralleli u rekords tal-votanti, xiri tal-voti, karozzi tal-linja tal-votanti minn bliet oħra għall-postijiet tal-votazzjoni, raids fuq l-uffiċċji tal-partiti tal-oppożizzjoni, użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi u nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu obbligu ta’ rendikont permezz ta’ investigazzjoni deċiżiva, bir-reqqa u trasparenti; jinnota l-parteċipazzjoni għolja tal-votanti bħala sinjal pożittiv ta’ involviment ċiviku; jisħaq li elezzjonijiet ħielsa u ġusti jirrikjedu protezzjoni effettiva tal-ambjent ta’ informazzjoni elettorali kontra l-influwenza moħbija, id-diżinformazzjoni koordinata u l-abbuż ta’ vantaġġi strutturali mill-operaturi stabbiliti; jikkundanna l-klima ta’ vjolenza u intimidazzjoni mifruxa li tiġi osservata regolarment matul il-perjodi elettorali fis-Serbja, fejn kemm il-ġurnalisti kif ukoll iċ-ċittadini jiffaċċjaw tfixkil sistematiku, theddid fiżiku u attakki diretti, li jirrappreżentaw deterjorament serju fl-ambjent demokratiku, bl-infurzar tal-liġi jonqos milli jintervjeni f’ħafna każijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu għall-implimentazzjoni bir-reqqa u sħiħa tal-liġi dwar ir-reġistru unifikat tal-votanti, inkluż fir-rigward tal-issodisfar tal-iskadenzi legali u l-iżgurar tal-kooperazzjoni sħiħa u effettiva tal-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-istat fl-awditjar tar-reġistru; ifakkar li t-titjib tar-reġistru tal-votanti jibqa’ rakkomandazzjoni ewlenija tal-ODIHR u prekundizzjoni għal elezzjonijiet kredibbli; jissottolinja li l-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn il-miżuri hija essenzjali biex jiġu żgurati l-fiduċja tal-pubbliku fil-preċiżjoni u l-integrità tar-reġistru tal-votanti u għalhekk il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċess elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jiddeplora ż-żieda fil-vjolenza, l-attakki fiżiċi, is-sorveljanza illegali u l-intimidazzjoni li qed jiġu soġġetti għalihom il-ġurnalisti, li laħqu l-qofol tagħhom matul l-elezzjonijiet lokali ta’ Marzu 2026 u twettqu minn aggressuri moħbija; jappella għal aktar obbligu ta’ rendikont u prosekuzzjoni tal-aggressuri; itenni l-importanza tal-libertà tal-istampa għall-pajjiżi kandidati tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ir-rwol dejjem jikber tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI) u tal-interferenza u l-operazzjonijiet ċibernetiċi barranin fil-proċessi elettorali demokratiċi tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-bidliet editorjali li għaddejjin fil-media u jikkundanna ż-żieda fil-pressjoni fuq ix-xandara tal-media indipendenti li fadal, bħala parti minn proċess usa’ ta’ manipulazzjoni tal-media; jikkundanna l-operat kontinwu ta’ RT Balkan u Sputnik Srbija, li jintużaw biex ixerrdu narrattivi favur ir-Russja u diżinformazzjoni madwar ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent; ifakkar li dawn in-networks jintużaw biex jiġu evitati s-sanzjonijiet Ewropej fuq ir-Russja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jiġġieldu kontra t-theddid ibridu u jallinjaw għalkollox mad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sospensjoni tal-attivitajiet tax-xandir ta’ Sputnik u RT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-emendi adottati mill-Assemblea Nazzjonali fit-28 ta’ Jannar 2026 biex jiġu mmodifikati l-liġijiet ġudizzjarji ewlenin skont proċedura urġenti, mingħajr konsultazzjoni pubblika, involviment ta’ korpi ġudizzjarji jew ġustifikazzjoni adegwata; jenfasizza li dan jirrappreżenta rigress gravi ieħor fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE, għax ikompli jdgħajjef l-indipendenza tal-ġustizzja u l-awtonomija tal-prosekuzzjoni; jiddeplora l-fatt li l-hekk imsejħa “Liġijiet ta’ Mrdić” diġà ġew implimentati billi tneħħew il-Prosekuturi għall-Kriminalità Organizzata (TOOK), u b’hekk effettivament treġġa’ lura l-progress miksub fir-riformi ġudizzjarji mir-riforma kostituzzjonali tal-2022, u b’hekk is-sejħa għar-revoka sussegwenti tagħhom saret obsoleta; jieħu nota li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-emendi twaqqfet; jappella għar-reviżjoni urġenti tagħhom, f’konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jippreżentaw skeda ta’ żmien ċara għar-restawr tal-garanziji tal-indipendenza ġudizzjarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twaqqaf aktar żborżi ta’ finanzjament għas-Serbja fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent fl-isfond tal-emendi adottati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ kontinwità tas-Serbja f’kooperazzjoni effettiva mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) minħabba n-nuqqas tagħha li taħtar prosekutur ta’ kollegament fil-ħin, li wassal għall-għeluq temporanju tal-uffiċċju ta’ kollegament tagħha u affettwa b’mod negattiv il-kooperazzjoni li għaddejja, u allegatament ħalla aktar minn 200 każ wieqaf jew affettwat; jieħu nota tal-ħatra mill-ġdid tal-prosekutur ta’ kollegament fl-Eurojust u jħeġġeġ lis-Serbja tkompli l-kooperazzjoni ġudizzjarja xierqa u tittratta l-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-aġenziji tal-UE bħala obbligu ewlieni tal-adeżjoni; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw impenn sħiħ u konsistenti bħala prekundizzjoni għall-iżborż ulterjuri tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi tħassib ulterjuri dwar il-każijiet dejjem akbar ta’ influwenza indebita fuq il-ġudikatura fis-Serbja, inklużi attakki pubbliċi fuq l-imħallfin u l-prosekuturi, dikjarazzjonijiet politiċi li jimminaw l-indipendenza tagħhom, u tentattivi biex tiġi eżerċitata pressjoni fuqhom permezz ta’ mezzi istituzzjonali u leġiżlattivi; iwissi li tali prattiki jirriskjaw li joħolqu effett dissważiv fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet indipendenti u jkomplu jdgħajfu l-fiduċja pubblika fis-sistema ġudizzjarja; jissottolinja li l-indipendenza ġudizzjarja trid tiġi protetta b’mod effettiv kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni jew retorika li tista’ tikkomprometti l-indipendenza tal-ġudikatura u jiżguraw ambjent sikur u abilitanti għall-imħallfin u l-prosekuturi biex iwettqu dmirijiethom mingħajr pressjoni; jikkundanna l-użu mill-uffiċjali Serbi tal-lingwa li tinċita l-vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar indikazzjonijiet persistenti ta’ manipulazzjoni tal-Istat, inkluża influwenza politika indebita fuq istituzzjonijiet ewlenin, korpi regolatorji u l-amministrazzjoni pubblika; jisħaq li t-tisħiħ tal-indipendenza u l-obbligu ta’ rendikont istituzzjonali huwa essenzjali biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja pubblika u jsir progress fit-triq Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jiddikjara bi tħassib li r-rwol kostituzzjonali preskritt u l-imparzjalità tal-istituzzjoni tal-President huma mminati aktar minn kampanji kostanti u attiviżmu tal-partiti, inkluż permezz ta’ listi ta’ kandidati għall-elezzjonijiet lokali li jġorru l-isem tal-President; jiddenunzja l-użu ħażin tal-kariga pubblika u tal-fondi pubbliċi għal skopijiet politiċi tal-partiti għall-benefiċċju tal-partit fil-gvern, inkluż iżda mhux limitat għall-kampanji elettorali u l-mobilizzazzjoni tal-votanti, li fl-aħħar mill-aħħar iwassal biex il-linji bejn l-istat u l-partit fil-gvern ma jkunux ċari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-ħidma parlamentari li ma tkomplietx, flimkien mal-mod permanenti tal-kampanja u l-polarizzazzjoni għolja, jikkontribwixxu għal nuqqas ta’ funzjonalità tal-Assemblea Nazzjonali; itenni r-rieda tiegħu li jappoġġja lill-Assemblea Nazzjonali u lill-membri tagħha fil-proċessi demokratiċi relatati mal-perkors Ewropew tas-Serbja, inkluż il-funzjonament xieraq tal-parlament skont ir-regoli ta’ proċedura tagħha, billi juża l-għodod u l-inizjattivi eżistenti tal-Parlament Ewropew ta’ appoġġ għad-demokrazija; jinkoraġġixxi aktar tisħiħ tad-djalogu parlamentari bejn l-UE u s-Serbja u impenn kostruttiv fi ħdan il-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-kwistjonijiet sistemiċi enfasizzati mill-protesti tal-istudenti u bosta protesti oħra fis-Serbja, bħall-kwistjonijiet marbuta mal-libertajiet ċivili, is-separazzjoni tal-poteri, il-korruzzjoni, il-ħarsien tal-ambjent,it-trasparenza istituzzjonali u finanzjarja, b’mod speċjali fir-rigward tal-proġetti ta’ infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-adozzjoni tal-<STRING ITALIC="on">lex specialis</STRING> u l-“interpretazzjoni awtentika” sussegwenti tal-liġi li tikkonċerna l-Kumpless Modernist tal-Generalštab f’Belgrad, li effettivament tieħu preċedenza fuq il-qafas legali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u timmina ċ-ċertezza legali; jisħaq li tali miżuri leġiżlattivi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> idgħajfu l-istat tad-dritt, il-prevedibbiltà legali u l-integrità ġenerali tas-sistema legali; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jirrevokaw dawn il-miżuri u jiżguraw konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni kostituzzjonali, dwar il-protezzjoni tal-wirt u dwar l-ippjanar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar li skont it-termini tal-Kostituzzjoni, il-liġi dwar il-finanzjament tal-Provinċja Awtonoma ta’ Vojvodina kellha tiġi adottata sa tmiem l-2008; għalhekk iħeġġeġ lill-gvern iressaq il-kwistjoni quddiem il-parlament mingħajr aktar dewmien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għad-dritt fundamentali tal-poplu kollu tas-Serbja, inklużi l-istudenti, li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu liberament u jipprotesta b’mod paċifiku, inkluż sabiex jappella għall-obbligu ta’ rendikont u r-riformi demokratiċi marbuta direttament mal-istat tad-dritt, kif ukoll l-allinjament tal-pajjiż mal-prinċipji u l-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jiddenunzja l-fatt li matul is-sena li għaddiet, id-dimostranti paċifiċi, l-istudenti, l-attivisti u l-ġurnalisti ġew soġġetti għal firxa wiesgħa ta’ miżuri repressivi, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza u l-vjolenza mill-pulizija, id-detenzjonijiet u l-arresti arbitrarji, l-eżilju politiku, is-sorveljanza illegali, il-fastidju u l-intimidazzjoni online abbażi tal-ġeneru, inkluż it-tixrid ta’ materjal intimu mhux kunsenswali, l-użu ħażin ta’ data personali mir-reġistri pubbliċi biex issir ritaljazzjoni kontra dimostranti paċifiċi u forom oħra ta’ intimidazzjoni u tkeċċijiet inġusti; jappella għal sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għal ksur serju u sistematiku tal-liġi u ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jikkundanna l-mewġa ta’ vjolenza mwettqa minn gruppi informali b’rabtiet mill-qrib mal-partit fil-gvern li qed joperaw b’impunità u jattakkaw lid-dimostranti; jistieden lill-awtoritajiet tas-Serbja jiżguraw il-protezzjoni ta’ dawk li jipparteċipaw fi protesti paċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li jsiru investigazzjonijiet urġenti, imparzjali u trasparenti tal-allegazzjonijiet kollha tal-użu mhux neċessarju u sproporzjonat tal-forza u tal-sorveljanza illegali fil-konfront tad-dimostranti; jistieden lill-awtoritajiet jieqfu jimmiraw individwi għall-attivitajiet leġittimi tagħhom u jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jibqa’ allarmat ħafna bir-rapporti ta’ Amnesty International u l-Fondazzjoni SHARE, fost l-oħrajn, li jindikaw li l-awtoritajiet Serbi użaw software ta’ spjunaġġ illegali bħal Pegasus biex jissorveljaw attivisti, ġurnalisti, membri tas-soċjetà ċivili u ċittadini, u huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta’ risponsi ta’ sorveljanza istituzzjonali jew indipendenti adegwati għal każijiet ta’ użu ta’ software ta’ spjunaġġ; jistieden lill-Gvern tas-Serbja jtemm minnufih tali prattiki, jinvestiga bir-reqqa l-każijiet kollha, u jżomm lil dawk responsabbli responsabbli responsabbli għal għemilhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi dawn l-inċidenti u tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Serbi biex jiżguraw investigazzjoni sħiħa u indipendenti; jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet inaċċettabbli tal-4 ta’ April 2026 mill-Ministru tal-Informazzjoni u t-Telekomunikazzjoni tas-Serbja dwar il-vjolenza tal-pulizija kontra ċ-ċittadini; jesprimi tħassib serju dwar l-użu ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) kontra ġurnalisti investigattivi u attivisti tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar allegazzjonijiet kredibbli rigward l-użu ta’ arma akustika kontra dimostranti paċifiċi; jinnota n-nuqqas ta’ investigazzjoni fil-pront u trasparenti dwar l-inċident; ifakkar fil-miżura interim tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ April 2025 dwar il-protezzjoni tad-dimostranti u jenfasizza li n-nuqqas ta’ investigazzjoni ta’ tali allegazzjonijiet jista’ jikkostitwixxi ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jwettqu investigazzjoni immedjata u imparzjali u jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont; jinnota li s-Serbja qed tixtri hardware u software Ċiniżi bi prezzijiet imnaqqsa sabiex iżżid is-sorveljanza taċ-ċittadini tagħha, b’mod partikolari bl-użu ta’ sistemi estensivi ta’ sorveljanza bil-vidjo u rikonoxximent avvanzat tal-wiċċ fi spazji pubbliċi permezz ta’ kooperazzjoni ma’ Huawei fl-ambitu tal-proġett “Safe City” implimentat f’Belgrad; jesprimi tħassib serju dwar rapporti li l-awtoritajiet Serbi użaw fondi tal-UE ta’ qabel l-adeżjoni biex jakkwistaw software bijometriku u forensiku minn Papilon, kumpanija Russa soġġetta għal sanzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura konformità sħiħa mal-miżuri restrittivi tal-UE fil-programmi kollha ffinanzjati mill-UE; jiddeplora l-kampanja ta’ intimidazzjoni tal-awtoritajiet Serbi kontra studenti, ġurnalisti u attivisti paċifiċi, li tibbaża fuq rapport kontroversjali mis-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) biex jakkużaw b’mod falz lid-dimostranti li użaw kanun akustiku matul il-protesta fi Pjazza Slavija f’Belgrad fil-15 ta’ Marzu 2025; jissottolinja li l-użu tal-biża’ bħala arma biex jitrażżan id-dissens ċivili huwa kompletament inaċċettabbli u inkompatibbli mal-valuri fundamentali tal-UE; jikkundanna bil-qawwa l-aħħar attakki minn uffiċjali Serbi tal-ogħla grad kontra Membri tal-Parlament Ewropew, inklużi akkużi foloz li xerrdu gideb u miżinformazzjoni dwar il-protesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jesprimi tħassib profond bl-intensifikazzjoni tal-attakki verbali, tal-kampanji ta’ malafama u tal-pressjonijiet fil-konfront tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu l-istat tad-dritt; jesprimi wkoll it-tħassib li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Serbja qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi dejjem akbar, inklużi kundizzjonijiet restrittivi, limitazzjonijiet tal-finanzjament, raids tal-pulizija u forom oħra ta’ intimidazzjoni mill-awtoritajiet tal-istat; jissottolinja l-importanza ta’ qafas li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u vibranti jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika, inklużi l-proċessi ta’ integrazzjoni tal-UE, b’mod inklużiv u sinifikanti; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw ambjent sikur għas-soċjetà ċivili biex topera liberament, u joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li timmina l-indipendenza u l-ħidma tagħhom; jikkundanna d-deterjorament tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ġurnalisti u tal-media; iħeġġeġ lis-Serbja tieqaf tagħmel passi lura f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertà ta’ espressjoni; jinnota bi tħassib li fl-2025 is-Serbja laħqet l-anqas punteġġ li qatt kellha fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa, u kklassifikat fis-96 post minn 180 pajjiż, u poġġietha t-tieni mill-aħħar fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-ħolqien ta’ ambjent ostili lejn il-media indipendenti u l-ġurnalisti individwali permezz ta’ attakki verbali mill-ogħla figuri politiċi; iqajjem tħassib serju dwar iż-żieda fl-attakki rreġistrati kontra l-ġurnalisti fl-aħħar sena, flimkien ma’ tnaqqis fir-rati ta’ prosekuzzjoni, li jrawmu l-impunità; jenfasizza l-problemi strutturali persistenti fis-sjieda tal-media, is-sorveljanza regolatorja insuffiċjenti u n-nuqqas ta’ pluraliżmu ġenwin tal-media; jinnota bi tħassib il-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media u l-influwenza sproporzjonata tal-mezzi tax-xandir favur il-gvern, li tillimita l-pluraliżmu u tikkontribwixxi għat-tixrid tad-diżinformazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw ambjent medjatiku ġenwinament indipendenti u divers f’konformità mal-istandards Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li l-Awtorità Regolatorja għall-Media Elettronika (REM) tas-Serbja għadha ma tistax tiffunzjona b’mod effettiv minħabba li għadha nieqsa minn Kunsill leġittimu u operattiv indipendenti mill-indħil politiku; ifakkar li l-Assemblea Nazzjonali naqset għat-tieni sena konsekuttiva milli teleġġi l-membri tal-Kunsill REM; jisħaq li l-paraliżi kontinwa tar-REM timmina s-sorveljanza regolatorja matul perjodu ta’ polarizzazzjoni politika akbar; ifakkar li l-Kummissjoni enfasizzat ripetutament il-ħtieġa ta’ REM indipendenti u li tiffunzjona bis-sħiħ bħala salvagwardja ewlenija għall-pluraliżmu tal-media; jisħaq fuq l-importanza kritika li jiġu żgurati l-indipendenza u l-funzjonament effettiv tar-REM; jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet professjonali u proponenti awtorizzati oħra fi proċess ta’ għażla inklużiv, minkejja l-irregolaritajiet u l-ksur proċedurali, u jqis li tali parteċipazzjoni tenfasizza l-ħtieġa għar-rikonoxximent tal-eżitu tal-proċess sabiex jitneħħew ir-raġunijiet għall-irtirar ta’ kandidati magħżula kif xieraq; iqis li l-kredibbiltà kemm tal-proċess kif ukoll tal-Kunsill REM futur tista’ tiġi restawrata biss billi nerġgħu lura għall-istadju legali tal-proċedura u nirrikonoxxu l-eżitu tal-aktar proċess ta’ għażla inklużiv reċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-indipendenza, l-affidabbiltà u l-integrità tax-xenarju tal-media Serb; jenfasizza b’mod partikolari t-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-propaganda favur ir-Russja minn mezzi tal-media affiljati mal-Istat; jistieden lill-Gvern Serb jieħu miżuri xierqa biex jiżgura t-trasparenza tal-media, il-preċiżjoni tal-informazzjoni, u r-rispett għall-istandards ġurnalistiċi; iħeġġeġ lis-Serbja treġġa’ lura r-rigress tagħha fil-libertà tal-media u tallinja ruħha mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li t-tisħiħ tal-litteriżmu medjatiku u diġitali huwa essenzjali għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin u n-narrattivi kontra l-UE, u għat-tisħiħ tar-reżiljenza demokratika; jistieden lis-Serbja tkompli tiżviluppa u timplimenta inizjattivi komprensivi u inklużivi ta’ litteriżmu medjatiku fis-sistema edukattiva kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iqis bi tħassib il-kontroll estensiv li l-partiti politiċi jeżerċitaw fuq il-ħatriet fis-settur pubbliku, l-aġenziji tal-istat, l-intrapriżi tal-istat, il-bordijiet superviżorji u l-korpi regolatorji ewlenin, peress li l-patroċinju politiku jimmina l-professjonaliżmu u r-responsabbiltà tal-amministrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu protetti l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali bi qbil mal-prinċipji taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar rapporti ta’ pressjoni finanzjarja, amministrattiva u fiżika fuq il-persunal akkademiku u tal-indħil tal-miżuri tal-gvern fl-awtonomija istituzzjonali tal-universitajiet, inkluż it-theddid politiku kontra r-Rettur tal-Università ta’ Belgrad u d-dekani tal-universitajiet madwar is-Serbja, is-sensji ta’ persunal akkademiku u l-interventi rrapportati tal-pulizija fil-bini tal-università; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jtemmu minnufih dawn il-prattiki u jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tal-universitajiet f’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna l-pressjoni politika eżerċitata fuq l-universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta’ riċerka; jikkundanna l-vilifikazzjoni tal-professuri, ir-riċerkaturi u persunal akkademiku ieħor fil-media favur il-gvern; jikkundanna r-rejd tal-pulizija, imxandar permezz ta’ media tabloid favur il-gvern, tal-bini tal-Università ta’ Belgrad, bħala forma oħra ta’ pressjoni u intimidazzjoni fuq l-akkademja u fuq il-libertajiet akkademiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-imġiba tal-Gvern Serb fil-qasam tal-edukazzjoni u l-libertà akkademika qed iddgħajjef l-istandards skont il-Kapitoli 25 u 26, li huma l-uniċi żewġ kapitoli li s-Serbja għalqet b’mod proviżorju; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-għeluq proviżorju tal-Kapitoli 25 u 26 għadhomx jiġu ssodisfati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-indħil politiku dejjem akbar fl-istituzzjonijiet kulturali fis-Serbja, inklużi l-pressjonijiet fuq l-ipprogrammar artistiku, l-istrutturi ta’ governanza u d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, kif ukoll fuq l-istituzzjonijiet u l-professjonisti tal-protezzjoni tal-wirt; jinnota rapporti ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-kontenut kulturali li jimminaw id-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali, kanċellazzjonijiet ta’ programmi kulturali, sensji ta’ professjonisti kulturali u pressjonijiet fuq esperti involuti fil-protezzjoni tal-wirt; jenfasizza li l-libertà tal-espressjoni artistika, l-awtonomija istituzzjonali u l-indipendenza professjonali huma partijiet integrali tal-ħajja demokratika; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jirrispettaw bis-sħiħ dawn il-prinċipji f’konformità mal-istandards Ewropej u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jistabbilixxu governanza kulturali trasparenti, ibbażata fuq il-mertu u depolitiċizzata, li tiżgura allokazzjoni ġusta u indipendenti tal-finanzjament pubbliku u ambjent abilitanti għas-setturi kulturali u kreattivi ħielsa mill-indħil politiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Itenni li s-Serbja jeħtiġilha tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-oqfsa leġiżlattivi u istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-politiki li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa, id-deistituzzjonalizzazzjoni u l-vjolenza kontra t-tfal; jesprimi tħassib dwar ir-rata persistentement għolja ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fis-Serbja, inkluża d-dimensjoni diġitali tagħha, u jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw rispons bi pjanijiet ta’ azzjoni, finanzjament u mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali kollha fil-prattika u turi impenn sinċier biex issolvi l-kwistjonijiet pendenti, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, l-informazzjoni, l-ispazju ddedikat għall-media, il-finanzjament, il-faċilitajiet u s-servizzi reliġjużi fil-lingwi minoritarji, kif ukoll rappreżentanza sħiħa fil-livelli kollha tal-gvern, f’konformità mal-prinċipju ta’ reċiproċità, kull meta jkun possibbli, u mal-istandards Ewropej rilevanti kollha; jiddispjaċih għall-fatt li mill-2025, ma kien hemm l-ebda rappreżentanza tal-minoranzi nazzjonali fil-livell ministerjali, li tkopri b’mod partikolari l-portafoll tad-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi; jenfasizza li, filwaqt li l-qafas legali u ta’ politika tas-Serbja rigward il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali huwa ġeneralment fis-seħħ, għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tiegħu; jinnota d-dewmien konsiderevoli fl-abbozzar ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid għat-twettiq tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, li ġie finalment adottat fit-28 ta’ Mejju 2026, u jenfasizza l-ħtieġa urġenti li s-Serbja timplimentah minnufih; jappella għal aktar miżuri konkreti, inklużi skedi ta’ żmien ċari, riżorsi adegwati u mekkaniżmi ta’ monitoraġġ robusti; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u għall-intensifikazzjoni tal-isforzi biex jiġi żgurat it-trattament nondiskriminatorju tal-minoranzi nazzjonali u oħrajn kollha; jappella għal investigazzjonijiet u kundanni effettivi għal reati mmotivati mill-mibegħda; jikkundanna bil-qawwa l-attakki, l-intimidazzjoni, l-immirar u l-fastidju tal-komunitajiet minoritarji, inklużi s-Slovakki, ir-Rumeni, il-Bulgari u l-Kroati, u l-użu ta’ lwien etniċi mill-media favur il-gvern; jisħaq li l-progress li jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat fil-protezzjoni tal-minoranzi għandu jiġi ttrattat bħala parti mill-ġabra tal-elementi fundamentali, b’punti ta’ riferiment u monitoraġġ ċari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji għadu limitat fil-prattika u jrid jiġi ggarantit fil-livelli kollha mingħajr dewmien jew ostakli amministrattivi, f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi; Jitlob lis-Serbja tipproteġi u tippromwovi l-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet tal-minoranzi nazzjonali tagħha, b’mod partikolari biex toħloq atmosfera pożittiva għall-edukazzjoni fil-lingwi ta’ minoranza, u jiddeplora l-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi f’dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti b’mod sħiħ biżżejjed għalliema, kotba tal-iskola u materjali; jistieden lis-Serbja żżomm lura milli tisfrutta l-identitajiet nazzjonali u jikkundanna bil-qawwa l-każijiet irreġistrati ta’ diskors ta’ mibegħda kontra xi wħud minnhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-kunsilli nazzjonali tal-minoranzi iżda jesprimi tħassib dwar il-kapaċitajiet limitati tagħhom u jitlob appoġġ finanzjarju u istituzzjonali adegwat biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi tal-awtoritajiet Serbi biex idgħajfu l-identità nazzjonali ta’ komunitajiet fil-pajjiż; jesprimi tħassib, f’dan il-kuntest, dwar il-promozzjoni ta’ narrattivi bħall-hekk imsejjaħ “nazzjon Shopi”, li jfittxu li jħassru l-eżistenza tal-komunità Bulgara u jiċħdu l-għeruq storiċi, il-wirt kulturali u d-dritt ta’ awtoidentifikazzjoni tagħha, li huwa protett skont id-dritt internazzjonali; jistieden lis-Serbja tiżgura d-dritt li jintużaw l-ismijiet u l-lingwa speċifiċi għall-gruppi ta’ minoranza, inklużi n-nisa fi ħdan il-komunità Bulgara; jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis demografiku ta’ ċerti gruppi ta’ minoranza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Serb jiżgura drittijiet ugwali għall-minoranza Kroata fis-Serbja, hekk kif il-minoranza Serba tgawdi drittijiet ugwali fil-Kroazja, u juri impenn sinċier biex isolvi kwistjonijiet pendenti li jikkonċernaw il-minoranza Kroata; jiddispjaċih dwar l-azzjonijiet tas-Serbja favur il-wirt kulturali Kroat xieraq u l-oriġini tat-tradizzjoni letterarja tagħha jew biex tiddubita l-istatus tal-lingwa Kroata; jilqa’, fl-istess ħin, l-approvazzjoni tal-edukazzjoni preprimarja bil-Kroat f’Tavankut; jistenna li l-implimentazzjoni sħiħa tibda immedjatament u jħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex ikomplu d-djalogu tagħhom mal-Kunsill Nazzjonali Kroat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jenfasizza s-sitwazzjoni tal-minoranza Rumena fis-Serbja u jistieden lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet lingwistiċi, reliġjużi, edukattivi u kulturali tagħha, inkluż billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-edukazzjoni bil-lingwa Rumena, is-servizzi reliġjużi u l-media, u jippromwovu politiki inklużivi li jissalvagwardjaw l-identità u l-parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-ħajja pubblika; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jżommu lura milli jagħmlu distinzjonijiet bejn il-Vlachs u r-Rumeni; jiddispjaċih dwar is-sitwazzjoni tal-Knisja Ortodossa Rumena fis-Serbja, li mhijiex rikonoxxuta uffiċjalment mill-Istat bħala knisja tradizzjonali, u b’hekk toħloq sfidi sinifikanti għall-knejjes u l-kleriċi Rumeni fit-twettiq ta’ qima reliġjuża għall-komunità Rumena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar infurzar restrittiv u arbitrarju tal-Liġi dwar ir-Residenza Permanenti u Temporanja relatata mal-passivazzjoni tal-indirizzi ta’ eluf ta’ Albaniżi fin-Nofsinhar tas-Serbja; iħeġġeġ lill-Ministeru tal-Intern jippubbliċizza, malajr kemm jista’ jkun, statistika komprensiva dwar iċ-ċittadini li tneħħewlhom l-indirizzi tagħhom bejn l-2011 u l-2024 f’Medveđa, Bujanovac u Preševo, diżaggregata skont in-nazzjonalità/etniċità; jissottolinja li l-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika u l-Awtonomija Lokali jeħtieġ li jwaqqaf il-proċess tat-tneħħija taċ-ċittadini b’indirizzi passivi mir-reġistru elettorali uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija għall-inklużjoni tar-Rom, inklużi finanzjament, koordinazzjoni u monitoraġġ adegwati bil-parteċipazzjoni tal-komunitajiet Rom; jitlob miżuri biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni u biex tiġi evitata s-segregazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-influwenza politika dejjem akbar tal-istituzzjonijiet reliġjużi u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw ir-rispett għas-sekulariżmu, it-trattament ugwali u r-rikonoxximent sħiħ tal-komunitajiet reliġjużi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jikkundanna l-klima kontinwa ta’ ostilità, diskriminazzjoni u diskors ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fis-Serbja; jitlob lis-Serbja ttejjeb l-implimentazzjoni tagħha tal-liġijiet dwar ir-reati ta’ mibegħda, id-diskors ta’ mibegħda u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jerġgħu jibdew, mingħajr dewmien, il-proċess leġiżlattiv dwar il-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Liġi dwar l-Unjonijiet Same-Sex sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u jiġi żgurat l-allinjament mal-istandards Ewropej dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li r-Rapport dwar it-Traffikar tal-Bnedmin jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet rilevanti fis-Serbja ma jissodisfawx bis-sħiħ l-istandards minimi għall-eliminazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, minkejja li juri żieda fl-isforzi meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti; jistieden lill-awtoritajiet jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet billi jsaħħu l-approċċi ċċentrati fuq il-vittmi, jiżguraw prosekuzzjonijiet effettivi u dissważivi, itejbu l-koordinazzjoni interistituzzjonali, u jsaħħu l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili f’konformità mal-istandards internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistenna li s-Serbja tikkoopera bis-sħiħ mal-Kosovo biex finalment tressaq quddiem il-ġustizzja lill-awturi tal-attakk terroristiku tal-2023 f’Banjska; jiddeplora l-fatt li s-Serbja għadha ma ressqitx għall-prosekuzzjoni lil dawk ħatja, b’mod partikolari lil Milan Radoičić, Viċi President tas-Srpska Lista; itenni li l-individwi kollha responsabbli għal atti ta’ vjolenza jridu jinżammu responsabbli u jiffaċċjaw il-ġustizzja mingħajr dewmien, f’konformità mal-istat tad-dritt u l-proċess ġust; jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq il-kanal Ibër-Lepenc/Ibar-Lepenac fit-Tramuntana tal-Kosovo f’Novembru 2024, u jitlob li l-awturi tar-reati jinqabdu malajr u jitressqu quddiem il-ġustizzja; jistieden lis-Serbja twieġeb mingħajr aktar dewmien għat-talba tal-Kosovo ta’ Jannar 2025 għal assistenza legali reċiproka fir-rigward ta’ dan l-attakk u tikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tas-Serbja fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, filwaqt li jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe azzjoni jew tentattiv immirat lejn l-affermazzjoni ta’ sfera ta’ influwenza li ddgħajjef is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Ifakkar li n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha milħuqa fi ħdan id-Djalogu bejn Belgrad u Pristina jibqgħu parti integrali u komponent fundamentali u meħtieġ tal-perspettiva Ewropea tas-Serbja; jenfasizza li progress konkret, dejjiemi u verifikabbli f’dan il-qasam huwa vitali sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà reġjonali u tiġi avvanzata l-perspettiva Ewropea tal-pajjiż; jenfasizza li n-normalizzazzjoni ma tistax titqies bħala tħassib sekondarju, iżda trid tibqa’ prijorità politika assoluta; jissottolinja l-importanza li jkomplu jissaħħu l-isforzi ta’ faċilitazzjoni tal-UE bejn il-partijiet bl-għan li jingħeleb l-istaġnar attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Itenni li r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali għadhom elementi essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir. jisħaq fuq l-importanza li s-Serbja tiżviluppa relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, b’mod partikolari billi timplimenta ftehimiet mal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jissottolinja li l-integrazzjoni Ewropea ma tistax timxi id f’id mal-kunċett tad-“Dinja Serba”, li għandu l-għan li jimmina l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun; jisħaq li tali narrattivi jmorru kontra l-prinċipji ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni reġjonali, li huma elementi ewlenin tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jissottolinja li tali narrattivi jheddu l-proċess ta’ normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Kosovo; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jżommu lura minn retorika u azzjonijiet li jistgħu jżidu t-tensjonijiet reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-każijiet rikorrenti ta’ diskors ta’ mibegħda, retorika ostili u narrattivi xewwiexa diretti lejn il-pajjiżi ġirien tagħha, b’mod partikolari l-Bulgarija, il-Kroazja, il-Kosovo u l-Albanija, inkluż minn uffiċjali pubbliċi u mezzi tal-media; jissottolinja li tali diskors huwa inkompatibbli mal-valuri Ewropej u jimmina l-fiduċja, ir-rikonċiljazzjoni u l-istabbiltà reġjonali; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiġġieldu b’mod attiv id-diskors ta’ mibegħda, jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont, u jippromwovu klima ta’ rispett u djalogu kostruttiv fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta’ djalogu permezz tal-parteċipazzjoni tan-nisa, tiżdied it-trasparenza lejn il-pubbliku u jkun hemm involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Itenni l-appoġġ totali tiegħu għad-Djalogu ffaċilitat mill-UE u jilqa’ l-estensjoni tal-mandat ta’ Peter Sørensen bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina sad-29 ta’ Frar 2028;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ impenn kostruttiv min-naħa tal-awtoritajiet tal-Kosovo u tas-Serbja sabiex javvanzaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Perkors għan-Normalizzazzjoni u l-anness ta’ implimentazzjoni tiegħu, li jibqa’ validu u legalment vinkolanti għaż-żewġ partijiet; jistieden kemm lill-Kosovo kif ukoll lis-Serbja jimplimentaw il-Ftehimiet ta’ Brussell u ta’ Ohrid, inklużi l-istabbiliment tal-Assoċjazzjoni/Komunità tal-Muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba u t-tneħħija tal-oppożizzjoni tas-Serbja fil-konfront tal-adeżjoni tal-Kosovo ma’ organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u jevitaw azzjonijiet unilaterali li jistgħu jikkompromettu l-proċess ta’ djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jikkundanna r-retorika negattiva, aggressiva u xovinistika ripetuta mill-mexxejja politiċi Serbi diretta lejn il-pajjiżi u l-popli ġirien, li timmina l-isforzi biex jiġu stabbiliti relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, inkluż fir-rigward taċ-ċelebrazzjoni antikostituzzjonali ta’ Jum ir-Repubblika Srpska, li thedded l-istabbiltà u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lis-Serbja żżomm lura minn narrattivi eskalatorji u tiżgura li l-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tagħha jkunu allinjati mal-valuri Ewropej u jirrispettaw ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jikkundanna r-retorika aggressiva u xewwiexa użata mill-President tas-Serbja kontra l-ġirien meta jsostni, mingħajr evidenza, li l-Kroazja, l-Albanija u l-Kosovo kienu qed iħejju biex jattakkaw lis-Serbja, u jużaha bħala skuża biex jixtru missili supersoniċi Ċiniżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li s-Serbja qed tkompli t-tentattivi tagħha biex tiżola lill-pajjiż ġar tagħha l-Kosovo mix-xena internazzjonali billi tagħmel kampanja kontra r-rikonoxximent tiegħu jew billi teskludi l-pajjiż minn organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lis-Serbja tieqaf topponi l-applikazzjoni tal-Kosovo biex isir membru tal-Kunsill tal-Ewropa, li jikkontradixxi l-ftehim tal-2013 bejn il-Kosovo u s-Serbja dwar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tadotta approċċ aktar attiv biex tindirizza ċ-ċaħda tad-delitti tal-gwerra u r-reviżjoniżmu storiku, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-gwerer fil-Kroazja, fil-Bożnija-Ħerzegovina u fil-Kosovo; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiksbu ġustizzja għall-vittmi billi jirrikonoxxu u jirrispettaw il-verdetti tal-qorti dwar id-delitti tal-gwerra, jiġġieldu kontra l-impunità għad-delitti tal-gwerra u jappoġġjaw lill-prosekuturi domestiċi biex iressqu lill-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja; jikkundanna bil-qawwa ċ-ċaħdiet pubbliċi mifruxa ta’ verdetti internazzjonali għad-delitti tal-gwerra, inkluż iċ-ċaħda tal-ġenoċidju ta’ Srebrenica; jitlob li ċ-ċaħda tad-delitti tal-gwerra u l-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra jiġu inklużi fil-Kodiċi Kriminali, bl-għan li tiġi pproċessata kwalunkwe forma ta’ ċaħda ta’ delitti tal-gwerra determinati mill-verdetti tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja u tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li s-Serbja ma wrietx impenn ġenwin biex tindirizza l-passat tagħha u tinvestiga u tipproċessa b’mod effettiv id-delitti tal-gwerra, kif rifless fin-nuqqas tagħha li takkuża lil persuni suspettati ta’ livell għoli, in-nuqqas ta’ Kap Prosekutur Pubbliku għad-Delitti tal-Gwerra mill-2023, u ċ-ċaħda pubblika mifruxa tal-verdetti internazzjonali tad-delitti tal-gwerra, inkluża ċ-ċaħda tal-ġenoċidju ta’ Srebrenica; jiddeplora l-promozzjoni kontinwa ta’ kriminali tal-gwerra kkundannati mill-partit fil-gvern u permezz ta’ mezzi tal-media favur il-gvern, li tipprovdilhom l-ispazju għal reviżjoniżmu storiku u diskors ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza tal-ftuħ u l-pubblikazzjoni tal-arkivji ta’ żmien il-gwerra, u jtenni t-talba tiegħu biex jinfetħu l-arkivji tal-Eks-Jugoslavja u, b’mod partikolari, biex ikun iggarantit l-aċċess għall-fajls tas-servizz sigriet tal-Eks-Jugoslavja (UDBA) u tas-Servizz tal-Counterintelligence tal-Armata tal-Poplu tal-Jugoslavja (KOS), u biex il-fajls jintbagħtu lura lill-gvernijiet suċċessuri jekk jitolbu dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni reġjonali sinifikanti fit-trattament tad-delitti tal-gwerra billi jiġu evitati kunflitti ta’ ġuriżdizzjonijiet u jiġi żgurat li d-delitti tal-gwerra jiġu mħarrka mingħajr ebda diskriminazzjoni, filwaqt li jissottolinja li l-kwistjonijiet pendenti kollha f’dan ir-rigward iridu jiġu solvuti bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jinnota li l-każijiet mhux solvuti ta’ “persuni neqsin” għadhom sfida serja u ostaklu sinifikanti għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet; iħeġġeġ lis-Serbja żżid l-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tagħha u tieħu approċċ aktar attiv; jistieden lis-Serbja tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-UE fl-investigazzjonijiet tagħhom dwar id-delitti tal-gwerra, inklużi dawk li jinvolvu delitti kontra persuni neqsin, u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom; jappella għal kooperazzjoni bilaterali sinifikanti mal-istati l-oħra kkonċernati permezz tal-iskambju rapidu ta’ informazzjoni, inkluż permezz tal-aċċess ta’ dokumentazzjoni u arkivji u permezz tar-riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ persuni neqsin, ir-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ suċċessjoni, il-prosekuzzjoni ta’ delitti tal-gwerra u r-ritorn ta’ proprjetà kulturali; iħeġġeġ lis-Serbja biex finalment tadotta l-liġi tagħha li ilha mħabbra dwar il-persuni neqsin b’mod verament inklużiv u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jikkundanna l-użu tal-Knisja Ortodossa Serba bħala estensjoni tal-influwenza Serba fir-reġjun kollu u jistieden lill-mexxejja reliġjużi fil-pajjiż jippromwovu messaġġi li jrawmu relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u fehim fost pajjiżi u reliġjonijiet differenti fir-reġjun, kif ukoll jikkontribwixxu b’mod attiv għall-prevenzjoni ta’ kultura ta’ konfrontazzjoni; jitlob li jiġu protetti l-minoranzi reliġjużi fis-Serbja u l-Kosovo u li jiġi żgurat l-aċċess għall-postijiet ta’ qima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Ifakkar li l-appoġġ mill-Pjan ta’ Riforma u Tkabbir jiddependi mir-rispett għal mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, media pluralistika, ġudikatura indipendenti, l-istat tad-dritt, it-twettiq tal-obbligi kollha tad-drittijiet tal-bniedem, u impenn kostruttiv fin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo; josserva bi tħassib li, f’Jannar 2026, il-Kummissjoni madankollu approvat l-ewwel rilaxx ta’ fondi favur is-Serbja fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent; jistieden lill-Kummissjoni tispjega kif il-kundizzjonijiet preliminari ġew sodisfatti; jinnota li l-għoti ta’ fondi lis-Serbja jibgħat messaġġ ħażin lil pajjiżi oħra li qed ifittxu sħubija fl-UE, li jissuġġerixxi li l-fondi tal-UE jistgħu jinkisbu mingħajr progress ġenwin fir-riformi relatati mal-adeżjoni; jemmen li l-finanzjament Ewropew għandu jappoġġja aħjar ir-riformi demokratiċi tal-pajjiż; jitlob li l-finanzjament eżistenti u futur rilevanti tal-UE jiġi pprogrammat mill-ġdid biex aktar fondi jiġu diretti mill-ġdid lejn l-appoġġ għar-riformi ġudizzjarji, il-miżuri kontra l-korruzzjoni, il-media indipendenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur kulturali indipendenti, sabiex tiġi appoġġjata l-ħidma kritika tagħhom; jisħaq li l-appoġġ li jgħaddi mill-Gvern Serb għandu jiġi sospiż immedjatament minħabba n-nuqqas ta’ progress ċar u kredibbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-media u l-kundizzjonijiet elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota li l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE huwa bbażat fuq l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar sforzi fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u tal-amministrazzjoni pubblika u fl-indirizzar tar-restrizzjonijiet kontinwi tal-kapaċità amministrattiva permezz ta’ investiment sostnut tal-UE f’oqfsa ta’ żvilupp tal-kapaċità u ta’ kondiviżjoni tal-għarfien ta’ kwalità għolja; jistieden lis-Serbja tintensifika l-isforzi u żżid l-investiment fl-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni tal-fruntiera tagħha biex tindirizza d-depopolazzjoni u tiżgura li r-residenti jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali, inklużi l-opportunitajiet professjonali, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-kontropartijiet tiegħu tal-Balkani tal-Punent u jikkonkludu malajr arranġament ta’ ħidma bilaterali mal-UPPE sabiex jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effettiv il-kompetenzi tiegħu dwar il-fondi tal-IPA III u tal-Faċilità tal-Balkani tal-Punent fil-pajjiżi riċevituri; jitlob li l-finanzjament fl-ambitu tal-Ewropa Globali futura jiġi żborżat taħt kundizzjonalità stretta tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratti intergovernattivi mogħtija li huma eżentati mill-qafas leġiżlattiv attwali dwar l-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiftaħ negozjati mas-Serbja u ma’ pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent bl-għan li dawn jiġu integrati fir-reġim “roaming daqslikieku f’pajjiżek” tal-UE; jenfasizza li l-estensjoni taż-żona tar-“roaming daqslikieku f’pajjiżek” għall-Balkani tal-Punent twassal benefiċċji tanġibbli kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji, trawwem kuntatti bejn il-persuni, tagħti spinta lir-rabtiet ekonomiċi, tappoġġja l-iskambji edukattivi u tiffaċilita t-turiżmu; jitlob li jiġu adottati malajr il-mandati ta’ negozjar u l-konklużjoni f’waqtha ta’ ftehimiet bilaterali mas-sħab tal-Balkani tal-Punent,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-banek fis-Serbja bdew iwettqu uffiċjalment tranżazzjonijiet transfruntiera tal-euro permezz tas-sistema taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja s-Serbja minħabba popolazzjoni li qed tixjieħ u rati baxxi ta’ twelid, aggravati minn eżodu taż-żgħażagħ xprunat minn inċertezzi politiċi u diffikultajiet soċjoekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jistieden lis-Serbja ssaħħaħ il-protezzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali billi tadotta politiki nazzjonali speċifiċi dwar ir-riskji psikosoċjali u emerġenti, inkluż fl-ekonomija tal-gigs u tal-pjattaformi, u billi tiżgura li l-ħaddiema jkollhom dritt effettiv għall-iskonnessjoni; jistieden lis-Serbja tiżgura li l-ħaddiema domestiċi jkunu koperti bis-sħiħ mil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u protetti b’mod effettiv fil-prattika, inkluż permezz ta’ spezzjoni tax-xogħol adegwata u mekkaniżmi ta’ infurzar; jistieden lis-Serbja tiżgura paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel billi tadotta miżuri effettivi li kapaċi jwasslu għal progress li jista’ jitkejjel fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha dwar id-dritt tal-istrajkjar mal-istandards tal-ILO; jistieden lis-Serbja żżid l-isforzi biex tnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u tippromwovi progress li jista’ jitkejjel fir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet eżekuttivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jinnota li d-djalogu soċjali u l-konsultazzjoni mas-sħab soċjali għadhom dgħajfa u jistieden lill-awtoritajiet isaħħu n-negozjar kollettiv, fil-liġi u fil-prattika, u jużaw il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent biex jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità għas-sħab soċjali; jinnota li l-iżborż tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent irid jibqa’ kundizzjonali fuq l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-Aġenda ta’ Riforma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li s-Serbja ssaħħaħ it-trasparenza fir-rigward tal-eżami tal-investimenti diretti barranin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, żvilupp sostenibbli u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jieħu nota tal-iżviluppi politikament sensittivi rigward il-kumpanija taż-żejt u tal-gass Naftna Industrija Srbije (NIS) u t-trasformazzjoni tal-istruttura ta’ sjieda tagħha, fil-kuntest tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u tal-fatt li l-kumpaniji Russi Gazprom u Gazprom Neft huma s-sidien maġġoritarji tal-kumpanija NIS; jinnota l-impenn u l-appoġġ tal-UE u tal-Kroazja biex tinstab soluzzjoni sostenibbli għal din il-kriżi; huwa tal-fehma li huwa objettiv essenzjali tal-politika ta’ sigurtà għas-Serbja li teqred lilha nnifisha mill-enerġija Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jżidu b’mod urġenti l-isforzi biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-gass, inkluż permezz ta’ interkonnettività reġjonali msaħħa, investimenti fl-enerġija rinnovabbli u allinjament mal-istrateġija tal-UE għad-diversifikazzjoni tal-enerġija; jiddispjaċih għall-fatt li minkejja l-isforzi tas-Serbja biex tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha lil hinn mir-Russja, taħditiet reċenti wasslu għal ftehim ġdid dwar l-importazzjoni tal-gass mar-Russja, li dgħajjef il-progress tal-pajjiż lejn l-allinjament mal-politika tal-enerġija tal-UE u qajjem mistoqsijiet serji dwar l-impenn tas-Serbja li tnaqqas id-dipendenza strateġika tagħha fuq is-sorsi tal-enerġija Russi; jinnota li d-diversifikazzjoni tal-enerġija tista’ titqies bħala parti mill-orjentazzjoni strateġika tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Itenni l-importanza li jitħarsu l-istandards ambjentali fis-Serbja, b’mod partikolari fir-rigward tal-proġetti minerarji, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-komunitajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jistieden lis-Serbja tiskrutinizza u tevalwa b’mod xieraq u trasparenti l-investiment dirett barrani eżoġenu, b’mod partikolari f’termini ta’ standards ambjentali u sostenibbiltà; jesprimi tħassib dwar id-degradazzjoni ambjentali u l-impatt soċjali rrapportati marbuta ma’ proġetti estrattivi fuq skala kbira, u dwar l-impatti serji fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika tal-attivitajiet tal-estrazzjoni minerarja u industrijali li jinvolvu investituri Ċiniżi, li wasslu għal sfruttament intensifikat tar-ram, tad-deheb u ta’ materjali rari oħra fil-muniċipalitajiet ta’ Bor u Majdanpek; jisħaq li s-Serbja jeħtiġilha tissalvagwardja bis-sħiħ l-ordni kostituzzjonali tagħha, tiżgura konformità stretta mal-istandards ambjentali u tipproteġi d-drittijiet tal-komunitajiet ta’ minoranzi lokali u nazzjonali meta tapprova u timplimenta tali proġetti; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw b’mod sħiħ it-trasparenza, l-akkontabbiltà u d-diliġenza dovuta fil-proċessi tal-akkwist pubbliku, tal-privatizzazzjoni u tal-konċessjonijiet li jinvolvu kumpaniji tal-Istat barranin, inklużi kuntratturi Ċiniżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-imblokki reċenti fil-qsim tal-fruntieri fiż-Żona Schengen minn sewwieqa professjonali mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ (EES) tal-UE, li jheddu l-għajxien tan-nies fil-pajjiżi kandidati u potenzjalment ifixklu l-ktajjen tal-provvista fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tivvaluta soluzzjonijiet prammatiċi u ġuridikament sodi possibbli li jibbilanċjaw ir-realtajiet operattivi fis-settur tat-trasport mal-bżonn li tiġi ppreservata l-integrità tal-acquis ta’ Schengen, u jingħataw garanziji adegwati u jiġi evitat kull abbuż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jistieden lis-Serbja żżid l-isforzi tagħha lejn it-traspożizzjoni tal-acquis ambjentali u klimatiku rilevanti u tiżgura l-applikazzjoni xierqa tal-istandards tal-protezzjoni ambjentali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jtejbu t-trasparenza u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-investimenti kollha, inkluż dawk miċ-Ċina u mir-Russja; jilqa’ l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u l-Liġi dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika; jisħaq, madankollu, li l-implimentazzjoni effettiva tibqa’ essenzjali, b’mod partikolari f’termini tal-iżgurar li l-proġetti kollha jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ valutazzjoni sħaħ u trasparenti, li l-parteċipazzjoni pubblika tkun sinifikanti u f’waqtha, u li l-ebda prattika amministrattiva ma tippermetti li l-proġetti jevitaw skrutinju ambjentali komprensiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jistieden lis-Serbja taċċellera l-allinjament tagħha mad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u żżid b’mod sinifikanti l-isforzi biex tidentifika u tiddeżinja minn qabel is-siti għan-network Natura 2000 bil-ħsieb li tissodisfa l-obbligi ewlenin skont il-Kapitolu 27, u tespandi u timmaniġġja b’mod effettiv iż-żoni protetti, inkluż billi ssaħħaħ l-infurzar kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi; jesprimi tħassib dwar il-pressjonijiet dejjem akbar mill-industriji estrattivi fuq żoni ta’ bijodiversità ta’ valur għoli, inklużi żoni protetti u ekosistemi tal-foresti antiki; itenni d-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ azzjoni dwar it-tniġġis, inkluż dak tax-Xmara Dragovishtitsa, mill-minjieri li joperaw fir-reġjun u l-effett detrimentali fuq is-saħħa tan-nies lokali u l-ambjent;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u biex din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bis-Serb u tintbagħat lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tas-Serbja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>