<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0262</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-impatt tal-invażjoni Torka tal-1974 fuq in-nisa u l-bniet Ċiprijotti, u d-delitti mwettqa mill-forzi Torok u l-konsegwenzi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0333/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar l-impatt tal-invażjoni Torka tal-1974 fuq in-nisa u l-bniet Ċiprijotti, u d-delitti mwettqa mill-forzi Torok u l-konsegwenzi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2026/2617(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 10, 78 u 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi”), li tipprovdi qafas għall-ġustizzja orjentata lejn il-vittmi, inklużi f’każijiet ta’ vjolenza sesswali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar l-impatt tal-gwerra kontra l-Ukrajna fuq in-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 155.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta’ Lulju 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’’ Ġinevra, b’mod partikolari r-Raba’ Konvenzjoni ta Ġinevra tat-12 ta’ Awwissu 1949 dwar il-protezzjoni ta’ persuni pajżani fi żmien ta’ gwerra,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u r-riżoluzzjonijiet ta’ segwitu għalihom, jiġifieri r-Riżoluzzjonijiet 1820 (2008) tad-19 ta’ Ġunju 2008, 1888 (2009) tat-30 ta’ Settembru 2009, 1889 (2009) tal-5 ta’ Ottubru 2009, 1960 (2010) tas-16 ta’ Diċembru 2010, 2106 (2013) tal-24 ta’ Ġunju 2013, 2122 (2013) tat-18 ta’ Ottubru 2013, 2242 (2015) tat-13 ta’ Ottubru 2015, 2467 (2019) tat-23 ta’ April 2019 u 2493 (2019) tad-29 ta’ Ottubru 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-aħħar rapport annwali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar vjolenza sesswali relatata ma’ konflitt (S/2025/389), tal-15 ta’ Lulju 2025 u ppreżentat skont ir-Riżoluzzjoni 2467 (2019) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li fih il-Kunsill talab lis-Segretarju Ġenerali tan-NU jirrapporta kull sena dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1820 (2008), 1888 (2009), 1960 (2010) u 2106 (2013), u jirrakkomanda azzjonijiet strateġiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali, il-Karta tan-NU, il-ftehimiet ta’ livell għoli tal-1977 u l-1979 bejn il-mexxejja taż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru, inkluża r-Riżoluzzjoni 186 (1964), li tafferma mill-ġdid is-sovranità tar-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Riżoluzzjonijiet 541 (1983) u 550 (1984) dwar azzjonijiet seċessjonisti f’Ċipru u r-Riżoluzzjoni 2815 (2026) dwar il-Forża għaż-Żamma tal-Paċi tan-NU f’Ċipru, u l-qafas miftiehem ta’ federazzjoni bikomunitarja u biżonali b’ugwaljanza politika, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għas-soluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-10 ta’ Lulju 1976 tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’<STRING ITALIC="on">Ċipru</STRING> vs <STRING ITALIC="on">it-Turkija</STRING> (Applikazzjonijiet Nri 6780/74 u 6950/75),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tat-30 ta’ Awwissu 1961,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Refuġjati tal-2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 38 tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa dwar it-traffikar ta’ nisa u bniet fil-kuntest tal-migrazzjoni globali, ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-15 ta’ Diċembru 1994 bit-titolu “Report on the situation in Cyprus (recent political developments)” (Rapport dwar is-sitwazzjoni f’Ċipru (żviluppi politiċi reċenti)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-missjoni tal-Kumitat tiegħu għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (il-Kumitat FEMM) lejn Nikosija, Ċipru, li saret mis-26 sat-28 ta’ Mejju 2025, u r-rapport tal-missjoni sussegwenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 167(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-20 ta’ Lulju 1974, il-forzi armati Torok invadew ir-Repubblika ta’ Ċipru u, minkejja l-waqfien mill-ġlied bil-medjazzjoni tan-NU ddikjarat fit-22 ta’ Lulju 1974 skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 353 (1974), komplew biex iniedu t-tieni offensiva fuq skala kbira fl-14 ta’ Awwissu 1974 bi ksur sfaċċat ta’ dak il-waqfien mill-ġlied, u b’hekk ikkonsolidaw l-okkupazzjoni illegali tagħhom espandewha għal madwar 36 % tat-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, billi spostaw b’mod furzat ta’ proporzjon kbir tal-popolazzjoni ċivili u wettqu ksur u atroċitajiet mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili, inklużi n-nisa u l-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-reġim ta’ okkupazzjoni, li huwa riżultat tal-invażjoni Torka tal-1974 u huwa subordinat għat-Turkija, huwa illegali u mhuwiex rikonoxxut internazzjonalment; billi l-awturi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru kienu fil-biċċa l-kbira membri tal-forzi armati Torok, li allegatament kienu qed jaġixxu skont id-direzzjoni ta’ u/jew taħt il-protezzjoni tal-uffiċjali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-konsegwenzi tal-invażjoni militari Torka tal-1974 ta’ Ċipru għan-nisa u għall-bniet ilhom jiġu injorati, bl-esperjenzi tan-nisa Ċiprijotti dwar il-vjolenza u l-ispostament furzat jibqgħu xi wħud mill-inqas rikonoxxuti u spiss esklużi mir-rikonoxximent storiku, legali u istituzzjonali uffiċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tbatija kkawżata mill-avvenimenti tal-1974 u l-konsegwenzi tagħhom, kif ukoll fil-kuntest ta’ vjolenza interkomunali preċedenti, affettwaw lin-nisa u l-bniet mill-komunitajiet kollha f’Ċipru, inklużi n-nisa Ċiprijotti Griegi, Ċiprijotti Torok, Maroniti, Armeni u Latini, u l-esperjenzi tagħhom ta’ vjolenza, spostament, telf u trawma jistħoqqilhom rikonoxximent, dinjità u appoġġ ugwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Repubblika ta’ Ċipru tibqa’ l-uniku Stat Membru tal-UE li t-territorju tiegħu huwa parzjalment taħt okkupazzjoni militari illegali minn pajjiż terz, b’konsegwenzi fit-tul għaċ-Ċiprijotti kollha, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet, u għall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi huwa essenzjali li tiġi rikonoxxuta l-vjolenza sistematika, organizzata u fuq skala kbira bbażata fuq il-ġeneru mwettqa mill-forzi militari Torok u l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru mwettqa minn awturi paramilitari estremisti fuq il-gżira;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-forzi armati Torok ikkawżaw, permezz ta’ mġiba sistematika u prattika stabbilita, id-deprivazzjoni tal-ħajja lill-komunitajiet Ċiprijotti kollha, inkluż permezz tal-qtil indiskriminat tal-popolazzjoni ċivili, u ssuġġettaw lil persuni, inklużi nisa ta’ kull età, għat-tortura u għal trattament inuman u degradanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nisa huma affettwati b’mod sproporzjonat minn vjolenza relatata mal-kunflitti u mal-perjodu ta’ wara l-ġlied, bl-impatt li jieħu diversi forom, bħall-vjolenza sesswali, l-ispostament furzat, ix-xogħol furzat u obbligatorju, forom ta’ sfruttament sesswali, il-kollass ekonomiku u t-trawma fiżika u psikoloġika; billi l-ħsara li tirriżulta spiss tippersisti għal għexieren ta’ snin wara t-tmiem formali tal-ostilitajiet, li jdgħajjef l-indipendenza ekonomika tan-nisa, l-awtonomija fiżika u l-parteċipazzjoni politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ħafna superstiti kienu mġiegħla jemigraw sabiex jaħarbu mill-istigma u jlaħħqu mal-istress postrawmatiku, u ġew irrapportati għadd mhux speċifikat ta’ każijiet ta’ suwiċidju jew ta’ tentattiv ta’ suwiċidju; billi l-kwistjoni għadha fil-biċċa l-kbira tabù, minkejja l-każijiet reċenti ta’ superstiti li pprovdew xhieda pubblika, inkluż b’mod anonimu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istupru u l-vjolenza sesswali kontra l-popolazzjoni ċivili għadhom jintużaw, b’mod mifrux u intenzjonat, bħala arma tal-gwerra sabiex jinkiseb vantaġġ politiku jew militari; billi l-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti tintuża wkoll bħala metodu ta’ tortura u saħansitra titqies bħala “trofew tal-gwerra”; billi l-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti tista’ tkun ukoll arma u tattika ta’ qerda; billi l-atti ta’ vjolenza sesswali huma meqjusa delitti skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kemm fi żmien ta’ gwerra kif ukoll fi żmien ta’ paċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-impunità mifruxa fejn jidħol l-istupru tikkontribwixxi għall-kultura ta’ stupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi matul il-missjoni tal-Kumitat FEMM f’Ċipru ssemma’ li kien hemm involviment kontinwu mal-Knisja Ortodossa Griega bħala attur soċjetali li jikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tal-identità kulturali u d-djalogu fil-kuntest tas-sitwazzjoni li għaddejja f’Ċipru, wara l-avvenimenti tal-1974 li rriżultaw fl-okkupazzjoni tal-gżira; billi, fil-kuntest tal-missjoni, ġie msemmi li din turi l-kapaċità li twieġeb b’sensittività u bi pragmatiżmu f’perjodi ta’ taqlib soċjali akut, bl-impenn tagħha li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati t-trawma fit-tul, l-esperjenzi u t-tbatija tan-nisa Ċiprijotti u li jiġu stabbiliti servizzi ta’ konsulenza ċċentrati fuq il-vittmi u servizzi ta’ appoġġ imfassla speċifikament biex itejbu l-emanċipazzjoni personali, soċjali u ekonomika tagħhom; jinnota li dan irid isir b’mod li jirrispetta l-awtonomija u l-kunfidenzjalità u, b’mod aktar ġenerali, li juri rispett kbir għad-dinjità tal-bniedem, inkluża d-dinjità psikoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi n-numru reali ta’ vittmi ta’ vjolenza sesswali Ċiprijotti għadu mhux magħruf, bi stimi li jvarjaw b’mod konsiderevoli u ċifri rrapportati mill-missjoni tal-Kumitat FEMM li jvarjaw bejn is-700 u l-1 500; billi din l-inċertezza xxekkel il-proċessi ta’ reparazzjoni u kumpens; billi s-superstiti tal-vjolenza sesswali f’Ċipru spiss ma jidentifikawx ruħhom biex jirrapportaw l-atti li ġarrbu minħabba trawma, stigma, biża’, mistħija u nuqqas ta’ appoġġ istituzzjonali u mekkaniżmu ta’ rapportar sikur u affidabbli; billi dan aggrava l-konsegwenzi psikoloġiċi, soċjali u ekonomiċi fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-vittmi kienu jinkludu nisa ta’ kull età, minn bniet u żgħażagħ taħt l-età sa nisa ta’ età żgħira, ommijiet ta’ età medja u nisa akbar fl-età, u anke subien, missirijiet u rġiel;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fl-1974, l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali kienu diġà pprojbiti skont id-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż l-Artikolu 27 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra, li jirrikjedi li n-nisa jingħataw protezzjoni speċjali kontra l-istupru u kwalunkwe forma ta’ attakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-missjoni tal-Kumitat FEMM f’Ċipru ta’ Mejju 2025 enfasizzat il-ħtieġa urġenti tar-rikonoxximent tal-impatt tal-invażjoni u l-okkupazzjoni li għaddejja fuq in-nisa u l-bniet, inkluż bħala kwistjoni ta’ dinjità u ġustizzja għas-superstiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali huma valuri ewlenin tal-UE u jridu jiġu rrispettati b’mod konsistenti, inkluż fir-rigward ta’ reati tal-passat li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-invażjoni militari tar-Repubblika tat-Turkija u l-okkupazzjoni illegali kontinwa tar-Repubblika ta’ Ċipru, issa fit-52 sena tagħha, bħala ksur serju tad-dritt internazzjonali u ostaklu għall-paċi, l-istabbiltà u r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; jikkundanna bil-qawwa l-konsegwenzi gravi u dejjiema tal-invażjoni għan-nisa u l-bniet Ċiprijotti, inklużi l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti u forom oħra ta’ sfruttament sesswali, l-ispostament furzat, is-separazzjoni tal-familji u ksur ieħor tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali li jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet, kif ukoll il-ħsara soċjali, ekonomika u psikoloġika fit-tul imġarrba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li r-Repubblika tat-Turkija għandha responsabbiltà kontinwa skont id-dritt internazzjonali għall-ksur imwettaq matul u wara l-invażjoni tal-1974, li jinkludi ksur gravi tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, u jfakkar li tali responsabbiltà tinvolvi l-obbligu li jiġi żgurat li l-vittmi jingħataw reparazzjoni sħiħa, inklużi r-restituzzjoni, ir-riabilitazzjoni, is-sodisfazzjon u l-garanziji ta’ nonripetizzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta’ reparazzjoni effettiva għall-vittmi kollha tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali; ifakkar li tali reparazzjoni għandha tkun adegwata, attribwita fil-pront u olistika sabiex tiġi rikonoxxuta l-ħsara mġarrba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob li jitkomplew, bħala kwistjoni ta’ urġenza, in-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta’ Ċipru fl-ambitu tal-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, filwaqt li jisħaq li dawn għandhom jitkomplew mill-punt li minnu ġew interrotti fi Crans-Montana fl-2017; Jerġa’ jafferma bil-qawwa l-fehma tiegħu li l-unika soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru hija ta’ soluzzjoni ġusta, komprensiva, vijabbli u demokratika, fil-qafas li ilu stabbilit u maqbul tan-NU u l-<STRING ITALIC="on">acquis </STRING>tal-UE, abbażi ta’ federazzjoni bikomunitarja u biżonali b’ugwaljanza politika, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi bis-sħiħ l-impatt profond u multidimensjonali tal-invażjoni u l-okkupazzjoni fuq in-nisa u l-bniet Ċiprijotti, li l-kuraġġ, is-saħħa u t-tbatija tagħhom ħafna drabi baqgħu inviżibbli, mhux irrapportati biżżejjed u mhux rikonoxxuti biżżejjed fil-livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali; jissottolinja li n-nisa u l-bniet Ċiprijotti kienu wkoll aġenti ewlenin ta’ reżistenza, solidarjetà u bini tal-paċi u jitlob li t-tmexxija tagħhom tiġi rikonoxxuta u appoġġjata fil-politiki rilevanti kollha; jiddikjara li kwalunkwe proċess politiku dwar il-futur tal-gżira jrid jinkludi bis-sħiħ lin-nisa, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni unilaterali li ssaħħaħ l-okkupazzjoni permanenti tal-gżira u milli tieħu xi azzjoni li tbiddel il-bilanċ demografiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-konsegwenzi tal-ispostament furzat, inkluż l-ispostament intern, li jirriżultaw mill-invażjoni u mill-okkupazzjoni kontinwa, u l-impatt fit-tul tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet, li ġew affettwati b’mod sproporzjonat; jenfasizza li ħafna persuni esperjenzaw it-telf ta’ djar, tan-networks komunitarji u tal-kontinwità kulturali, kif ukoll it-trawma interġenerazzjonali, il-frammentazzjoni tal-identità u s-sentimenti persistenti ta’ skonnessjoni u ta’ nuqqas ta’ appartenenza, aggravati mill-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u mill-aspettattivi soċjali speċifiċi imposti fuq in-nisa; jenfasizza li dan jeħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta’ politiki ta’ appoġġ psikosoċjali mmirati għall-vittmi u għas-superstiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti għandha konsegwenzi soċjali u ekonomiċi sekondarji fit-tul, inklużi l-faqar, l-esklużjoni u l-istigma, u jistieden lill-Kunsill jiżgura li dawn l-effetti jiġu vvalutati u riflessi bis-sħiħ f’miżuri ta’ reparazzjoni adottati fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-maġġoranza tan-nisa u tal-bniet li ġew stuprati matul l-invażjoni u warajha setgħu jaċċessaw servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, b’mod partikolari l-abort, fl-isptarijiet ta’ Ċipru u fil-bażijiet Brittaniċi, anke jekk l-abort kien kriminalizzat dak iż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-superstiti ta’ stupru jkollhom aċċess għall-firxa sħiħa tas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, b’mod partikolari l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, il-profilassi ta’ wara l-esponiment, it-trattament u l-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inkluż l-ittestjar għall-HIV u għall-HPV, servizzi ta’ abort sikur u legali u kura tal-maternità, bħala parti mill-ġestjoni klinika tal-istupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifaħħar lit-22 Stati Membri tal-UE li rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), inkluż Ċipru; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tistabbilixxi definizzjoni ta’ stupru għall-UE kollha, fejn stupru jkun definit min-nuqqas ta’ kunsens mogħti liberament, infurmat u reversibbli, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jistieden lill-Istati Membri jibdew bidliet leġiżlattivi biex iġibu d-definizzjoni ta’ stupru fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom konformi mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lil Ċipru fl-isforzi kontinwi biex jiddetermina l-iskala sħiħa ta’ reati relatati mal-kunflitti, inkluża l-vjolenza sesswali, u jistabbilixxi l-għadd ta’ vittmi, biex jiġbor data u jiddokumenta testimonjanzi b’mod sikur, u b’hekk jiżgura rikonoxximent uffiċjali adegwat, rimedju u reparazzjoni għas-superstiti u, fejn xieraq, id-dixxendenti tagħhom, biex jippromwovi sensibilizzazzjoni storika u jipprovdi servizzi ta’ appoġġ għas-superstiti permezz ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali msaħħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-inizjattiva f’Ċipru għall-bini, f’Nikosija, ta’ Monument lin-Nisa Vittmi ta’ Vjolenza Sesswali bħala spazju ta’ memorja kollettiva u rikonoxximent; jemmen li t-tqegħid tal-monument f’post viżibbli u prominenti se jikkontribwixxi għar-rikonoxximent tat-trawma u tat-tbatija tal-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri li esperjenzaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem mifrux, kemm jekk matul kunflitt armat kif ukoll taħt reġimi awtoritarji, biex jindirizzaw, mingħajr dewmien, il-kwistjoni tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru li ġarrbu l-vittmi u s-superstiti, biex jiksru s-silenzju, biex jinkoraġġixxu x-xhieda permezz ta’ investigazzjoni formali u biex jistabbilixxu inizjattivi ta’ tifkira li speċifikament jirrikonoxxu u jiddokumentaw il-ksur imwettaq kontra n-nisa u l-bniet, inklużi l-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti, l-ispostament furzat u l-persekuzzjoni bbażata fuq il-ġeneru, sabiex id-delitti jiġu rikonoxxuti uffiċjalment u tinfetaħ il-possibbiltà ta’ kumpens; jenfasizza li inizjattivi bħal dawn għandhom jiffurmaw parti integrali mill-proċessi tal-ġustizzja li għandhom l-għan li jisfidaw is-silenzju storiku, it-tneħħija tal-istigma u l-affermazzjoni tal-awtonomija, l-integrità, l-aġenzija u d-dinjità tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, li jħejji b’mod konsistenti rapporti annwali dwar il-vjolenza sesswali fiż-żoni ta’ kunflitt, biex jinvestiga l-arkivji rilevanti tan-NU u sorsi oħra biex jiddokumenta l-atroċitajiet imwettqa f’Ċipru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li saru fil-livell nazzjonali f’Ċipru biex jiġu rikonoxxuti s-superstiti u jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-passat li sofrew il-komunitajiet kollha; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kumpens għall-vittmi u għas-superstiti tal-vjolenza sesswali f’konformità mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi; jissottolinja li l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi jiddikjara li l-kumpens għandu jitħallas mill-awtur ta’ reat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tipprovdi kumpens effettiv lill-vittmi u lis-superstiti ta’ vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti u ksur serju ieħor imwettaq matul u wara l-invażjoni tal-1974;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ is-sensibilizzazzjoni madwar l-UE dwar il-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti u l-konsegwenzi fit-tul tagħha sabiex jingħeleb it-tabù, tiġi miġġielda l-istigma u tingħata s-setgħa lis-superstiti biex jesprimu ruħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ seduta pubblika ta’ livell għoli bil-parteċipazzjoni ta’ superstiti ta’ vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti madwar id-dinja, u speċjalment f’Ċipru, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u bennejja tal-paċi, esperti fid-dritt kriminali internazzjonali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġu rikonoxxuti formalment ix-xhieda u l-esperjenzi tagħhom fil-qafas istituzzjonali tal-UE u biex tintwera l-gravità tal-invażjoni Torka tal-1974;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ oqfsa legali aktar b’saħħithom f’Ċipru u ta’ mekkaniżmi tal-ġustizzja ċċentrati fuq il-vittmi biex tiġi indirizzata kif xieraq il-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti li affettwat lil ħafna nisa u l-garanzija ta’ tweġibiet xierqa għat-talbiet tal-vittmi għall-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra, li hija ksur gravi tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, u jistieden lill-Kummissjoni biex tqajjem kuxjenza dwar din il-kwistjoni billi tirrifletti dwar l-esperjenza tal-kunflitt Ċiprijott sabiex tipprevjeni aktar vjolenza u tieħu azzjoni jekk jibdew kunflitti ġodda; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u tappoġġja inizjattivi, inklużi mekkaniżmi finanzjarji ddedikati, li jirrispettaw id-drittijiet tal-vittmi u tal-familji tagħhom, jippromwovu t-tifkira, javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE u jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni soċjali tal-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrinforza l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f’Ċipru biex tkun tista’ twettaq bis-sħiħ il-missjoni tagħha ta’ eżumazzjoni, identifikazzjoni u ritorn tal-persuni nieqsa lill-qraba tagħhom, li jinkludu n-nisa Ċiprijotti li jkomplu jiffaċċjaw diffikultà psikoloġika profonda minbarra l-impatt speċifiku tal-gwerra; jisħaq, madankollu, li l-assistenza finanzjarja waħedha mhijiex biżżejjed minħabba n-nuqqas kontinwu ta’ kooperazzjoni sħiħa, l-aċċess ristrett għal żoni u arkivji militari u t-tfixkil mit-Turkija u mill-entità seċessjonista illegali fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru, li jxekklu b’mod sinifikanti l-funzjonament effettiv u t-tlestija f’waqtha tal-mandat umanitarju tal-Kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lit-Turkija tagħti aċċess sħiħ u mingħajr restrizzjonijiet għar-rekords uffiċjali kollha rilevanti relatati mal-invażjoni tal-1974 u l-konsegwenzi tagħha, u tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet internazzjonali u mar-Repubblika ta’ Ċipru fir-rigward tal-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti, l-għajbien furzat u ksur serju ieħor tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-UE mhux biss għandha obbligu politiku iżda wkoll morali u legali biex tirrispetta d-dinjità, id-drittijiet u l-memorja storika taċ-ċittadini kollha tal-UE, inklużi n-nisa u l-irġiel Ċiprijotti li ġarrbu vjolenza b’rabta mal-kunflitti, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ impenn sostnut u azzjoni msejsa fuq il-prinċipji fl-indirizzar ta’ tali ksur serju sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-impenji esterni tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jitlob appoġġ finanzjarju u tekniku msaħħaħ u sostnut tal-UE għal servizzi ċċentrati fuq il-vittmi f’Ċipru, inklużi konsulenza speċjalizzata dwar it-trawma u sensittiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, assistenza psikosoċjali fit-tul u programmi ta’ rkupru interġenerazzjonali, li huma speċifikament imfassla għas-superstiti u għall-familji tagħhom u li huma pprovduti minn persunal kwalifikat u speċjalizzat biex tiġi pprevenuta l-vittimizzazzjoni sekondarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa ta’ Ċipru tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali msaħħaħ u aktar komprensiv, u jappella għall-inklużjoni ta’ aktar nisa fil-proċessi ta’ bini tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob li jkun hemm konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, b’mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali u diliġenza dovuta fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni, fl-ikkastigar u fl-għoti ta’ reparazzjoni għal tali atti ta’ vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-gruppi bikomunitarji dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’Ċipru, inklużi l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, b’mod partikolari dawk immexxija min-nisa, u jfaħħar ir-rwol tagħhom fit-trawwim tal-fiduċja, ir-rikonċiljazzjoni u d-djalogu; iħeġġeġ l-iskambju ta’ prattika tajba bejn Ċipru u pajjiżi oħra b’esperjenza fi ksur tad-drittijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili Ċiprijotta, mal-assoċjazzjonijiet tal-vittmi u mal-korpi internazzjonali rilevanti involuti fi sforzi ta’ tiftix tal-verità u ta’ rikonċiljazzjoni, inkluż permezz tal-għoti ta’ finanzjament adegwat mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jafferma mill-ġdid in-natura vinkolanti tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u titlob li tiġi tradotta bit-Tork u tinbagħat lill-President, lill-Gvern, u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>