<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0263</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0335/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1417 tad-29 ta’ Ġunju 20268 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2026/2745 (RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1417 tad-29 ta’ Ġunju 2026 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/1417, 3.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1417/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-27 ta’ April 2026, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-vot tal-Kumitat ta’ Appell fit-2 ta’ Ġunju 2026, li fih għal darb’oħra ma ngħatat l-ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-29 ta’ Ottubru 2025, u ppubblikata fis-27 ta’ Novembru 2025<FOOTNOTE><FIELD> “Scientific opinion of the EFSA Panel on Genetically Modified Organisms on the ‘Assessment of genetically modified maize NK603 × T25 (dossier GMFF-2023-21252)’” (Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize NK603 × T25 (applikazzjoni GMFF-2023-21252)), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal, </STRING>2025, 23(11):e9745, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9745.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>––––––––––––––––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisssjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisssjoni (UE) 2024/2618 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/586, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/586/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1523, 15.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1523/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1703, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1703/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat MON 88913 (MON-88913-8), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1704, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1704/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-lift ġenetikament modifikat MON 88302, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1705, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1705/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1706, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1706/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1707, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1707/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU C, C/2026/2150, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2150/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf prodotti minn pitrava zokkrija ġenetikament modifikata KWS20-1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/2151, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2151/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DBN-09004-6, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0041).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat T25 (ACS-ZMØØ3-2), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0042).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0043).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat T304-40, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0044).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0150).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta’ Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2279/oj).</FIELD></FOOTNOTE> awtorizzat l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (il-“qamħirrum ĠM”), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu; billi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni kopra wkoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ĠM jew li jikkonsistu minnu, għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fid-19 ta’ April 2024, Bayer Agriculture BV, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’isem Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, għat-tiġdid ta’ dik l-awtorizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fis-27 ta’ Novembru 2025, l-EFSA ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli dwar il-qamħirrum ĠM f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi kkonkludiet li l-applikazzjoni għat-tiġdid ma kienx fiha evidenza ta’ perikli ġodda, esponiment modifikat jew inċertezzi xjentifiċi li jistgħu jibdlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qamħirrum ĠM, adottata mill-EFSA fl-2015<FOOTNOTE><FIELD> L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar applikazzjoni (EFSA-GMO-NL-2010-80) għall-introduzzjoni fis-suq ta’ qamħirrum NK603 × T25 ġenetikament modifikat u tolleranti għall-erbiċidi għall-użu fl-ikel u l-għalf, u l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto (“Scientific Opinion of the EFSA Panel on Genetically Modified Organisms on an application (EFSA-GMO-NL-2010-80) for the placing on the market of herbicide-tolerant genetically modified maize NK603 × T25 for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 from Monsanto”), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal</STRING>, 2015, 13(7):4165, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2015.4165.</FIELD></FOOTNOTE>; billi dawk l-opinjonijiet ma indirizzawx diversi impatti ambjentali, soċjoekonomiċi u kumulattivi usa’ li l-EFSA tqis li jaqgħu barra mill-mandat tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM huwa qamħirrum ġenetikament modifikat tolleranti għall-erbiċidi bi trasformazzjoni multipla żviluppat billi jiġi kkombinat l-event NK603 (tolleranza għall-glifosat) u l-event T25 (tolleranza għall-glufosinat-ammonju);
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-EFSA ma kinux jinkludu studji tossikoloġiċi fit-tul jew analiżi dettaljata tal-effetti kumulattivi u kombinatorji, inklużi l-interazzjonijiet potenzjali ma’ residwi ta’ pestiċidi użati b’mod komuni fil-kultivazzjoni tal-qamħirrum;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM, inkluż il-qamħirrum ĠM, ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi għadd ta’ studji juru li l-kultivazzjoni ta’ għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta’ erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tfaċċar ta’ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Bonny, S., Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt (“Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact”), <STRING ITALIC="on">Environmental Management</STRING>, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48,https://doi.org/10.1007/s00267-015-0589-7 u Benbrook, C.M., L-impatti tal-għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel sittax-il sena (“Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years”), <STRING ITALIC="on">Environmental Sciences Europe</STRING>, it-28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://doi.org/10.1186/2190-4715-24-24.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jorbtu lill-bdiewa ma’ sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li fil-biċċa l-kbira tkun jew kompletament dipendenti fuq erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ĠM filwaqt li tinħoloq dipendenza fuq l-użu ta’ erbiċidi komplementari bħala parti integrali mis-sistema ta’ produzzjoni; billi dipendenza akbar fuq l-erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-qamħirrum ĠM se tħaffef l-emerġenza mill-ġdid u mit-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tikkawża l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”; billi, bħala konsegwenza, l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi se jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma u l-bijodiversità ta’ taħt u ta’ fuq l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi ta’ erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf<FOOTNOTE><FIELD> Aram pereżempju: https://doi.org/10.1002/ps.8105 u https://doi.org/10.1016/j.geoforum.2009.03.009.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-approvazzjoni tal-glufosinat għall-użu fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi għad hemm inċertezzi xjentifiċi sinifikanti rigward is-sikurezza tal-glifosat għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; billi l-EFSA kkonkludiet, f’Novembru 2015, li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, https://doi.org/10.1016/j.mrrev.2019.02.001, https://doi.org/10.1093/ije/dyz017, https://doi.org/10.1371/journal.pone.0219610 u https://doi.org/10.1186/s13045-019-0767-9.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ġurnal “Regulatory Toxicology and Pharmacology” irtira formalment id-dokument xjentifiku Evalwazzjoni tas-Sikurezza u Valutazzjoni tar-Riskju tal-Erbiċida Roundup u l-Ingredjent Attiv tagħha, il-Glifosat, għall-Bnedmin (“Safety Evaluation and Risk Assessment of the Herbicide Roundup and Its Active Ingredient, Glyphosate, for Humans”), ippubblikat fis-sena 2000, li ntuża biex tiġi difiża s-sikurezza tal-glifosat f’ħafna valutazzjonijiet tar-riskju, peress li “tqajjem tħassib dwar il-kitba tiegħu, il-validità tas-sejbiet tar-riċerka fil-kuntest ta’ rappreżentazzjoni ħażina tal-kontributi mill-awturi u mill-isponsor tal-istudju u kunflitti ta’ interess potenzjali tal-awturi”<FOOTNOTE><FIELD> https://doi.org/10.1006/rtph.1999.1371.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM ikkonċernata kif ukoll il-kompożizzjoni u għaldaqstant it-tossiċità tal-metaboliti jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika stess<FOOTNOTE><FIELD> Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-Opinjoni Motivata tal-EFSA dwar ir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (“Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal,</STRING> 2018, 16(5):e05263, p. 12, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-monitoraġġ u s-sorveljanza indipendenti tal-effetti negattivi potenzjali fuq il-bijodiversità, is-saħħa tal-ħamrija, il-pollinaturi u l-organiżmi mhux fil-mira għadhom mhumiex garantiti biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ prekawzjoni, imnaqqax fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika f’każijiet ta’ inċertezza xjentifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jirrikjedi li l-ikel u l-għalf ĠM ma jeħtiġilhomx ikollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-tiġdid min-naħa tal-Unjoni tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM ma jkunx konsistenti mal-impenji internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fis-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834).</FIELD></FOOTNOTE>, minħabba ż-żieda fl-esponiment tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent għall-glifosat u l-glufosinat f’pajjiżi li jkabbru din l-għalla ĠM tolleranti għall-erbiċidi, flimkien mar-riżultati fil-qasam tas-saħħa assoċjati potenzjalment serji;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum ĠM ma hijiex permessa fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1417 se tkompli tippermetti l-importazzjonijiet fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-istandards osservati mill-bdiewa tal-Unjoni, u b’hekk dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/agriculture-and-green-deal/strategic-dialogue-future-eu-agriculture_mt.</FIELD></FOOTNOTE> jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha dwar l-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agroalimentari, minħabba l-isfida tal-istandards diverġenti tal-Unjoni u tas-sħab kummerċjali tagħha; billi relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti, fuq livell globali, konsistenti mal-miri għal ambjent b’saħħtu kienu waħda mit-talbiet ewlenin tal-bdiewa matul id-dimostrazzjonijiet tal-2023, l-2024 u l-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Parlament saħaq ripetutament li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM f’każijiet li fihom ma tintlaħaq l-ebda maġġoranza kwalifikata mill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jew fil-Kumitat ta’ Appell, sabiex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-approċċ “Saħħa Waħda” jirrikjedi li titqies l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u dik ambjentali meta jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u s-sikurezza fit-tul tal-OĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1417 jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1417 ma huwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, peress li huwa ma huwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026.1417;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma ġġeddidx l-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM minħabba n-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti dwar l-impatti fit-tul fuq il-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel, l-għajxien tal-bdiewa u s-saħħa tal-annimali, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta leġiżlattiva biex tirriforma l-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-OĠM sabiex tirrispondi għall-oġġezzjonijiet konsistenti tal-Parlament u għan-nuqqas ta’ appoġġ b’maġġoranza kwalifikata fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għal ikel, għalf jew prodotti ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkonsistenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż il-Qafas Kunming-Montreal, u li toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għall-bdiewa tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>