<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0265</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni skont l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura: il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 x NK603 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DP202216 x NK603, DP202216 x DAS-40278-9</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0336/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443 tad-29 ta’ Ġunju 2026 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 × NK603 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu DP202216 × NK603, DP202216 × DAS-40278-9, li jkunu jikkonsistu minnhom jew li jkunu magħmulin minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2026/2746(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443 tad-29 ta’ Ġunju 2026 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 x NK603 x DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu DP202216 × NK603, DP202216 × DAS-40278-9, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/1443, 3.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1443/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1., ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-27 ta’ April 2026, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-vot tal-Kumitat ta’ Appell fis-27 ta’ Jannar 2026, li fih għal darb’oħra ma ngħatat l-ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-30 ta’ Ottubru 2025, u ppubblikata fil-5 ta’ Diċembru 2025<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize DP202216 × NK603 × DAS-40278-9 (application GMFF-2022-6232)” (Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 × NK603 × DAS-40278-9 (applikazzjoni GMFF-2022-6232)), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal</STRING>, 2025, 23(12):e9746, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9746.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>––––––––––––––––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien sottokombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/586, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/586/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1523, 15.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1523/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1703, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1703/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat MON 88913 (MON-88913-8), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1704, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1704/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-lift ġenetikament modifikat MON 88302, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/1705, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1705/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1706, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1706/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠUC, C/2026/1707, 24.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1707/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/2150, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2150/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf prodotti minn pitrava zokkrija ġenetikament modifikata KWS20-1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2026/2151, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2151/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DBN-09004-6, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0041).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat T25 (ACS-ZMØØ3-2), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0042).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0043).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat T304-40, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0044).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2026 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 94637, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P10_TA(2026)0150).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-10 ta’ Marzu 2023, Corteva Agriscience Belgium B.V., ibbażata fil-Belġju, f’isem Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, issottomettiet applikazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 × NK603 × DAS-40279-9 (il-“qamħirrum GM”), DAS-40279-9, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fit-30 ta’ Novembru 2022, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika favorevoli fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM, li ġiet ippubblikata fil-5 ta’ Diċembru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-EFSA kkonkludiet li l-qamħirrum ĠM u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huma sikuri daqs il-kontraparti konvenzjonali tagħhom u daqs il-varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux modifikati ġenetikament li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent; billi l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-ikel u tal-għalf magħmul mill-qoton ĠM u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu ma jirrappreżentax problemi nutrizzjonali għall-bnedmin u għall-annimali; billi l-opinjoni ma indirizzatx diversi impatti ambjentali, soċjoekonomiċi u kumulattivi usa’ li l-EFSA tqis li jaqgħu barra mill-mandat tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM ġie żviluppat permezz ta’ inkroċjar biex jiġu kkombinati t-tliet avvenimenti uniċi li ġejjin: DP202216 li tesprimi l-enzima fosfinotriċina aċeltitransferasi (PAT) biex tagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glufosinat-ammonju u lill-proteina endoġena tal-qamħirrum b’espressjoni mibdula (EPAE) ZMM28 biex tipprovdi l-potenzjal għat-Titjib fil-Produzzjoni (YE) fil-kundizzjonijiet ta’ fuq il-post; NK603, li jesprimi CP4 EPSPS u CP4 EPSPS L214P li jagħti tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; u DAS-40278-9, li jesprimi aryloxyalkanoate dioxygenase (AAD-1) li jagħti tolleranza għall-klassi tal-erbiċidi 2,4-D u l-arilossifenossipropjona (AOPP)<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni xjentifika tal-EFSA, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9746, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sottokombinazzjoni ta’ NK603 × DAS-40278-9 biss kienet ġiet ivvalutata qabel mill-EFSA; billi ma ġiet ippreżentata l-ebda data sperimentali mill-applikant għas-sottokombinazzjonijiet DP202216 x NK603 u DP202216 x DAS-40278-9, li ma ġewx ivvalutati qabel mill-EFSA; billi minkejja dan, l-EFSA kkonkludiet li din is-sottokombinazzjoni ma toħloqx tħassib dwar is-sikurezza;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-EFSA ma inkludewx studji tossikoloġiċi fit-tul jew analiżi dettaljata tal-effetti kumulattivi u kombinatorji, inklużi interazzjonijiet potenzjali ma’ residwi ta’ pestiċidi użati b’mod komuni fil-kultivazzjoni tal-qamħirrum;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM, inkluż il-qamħirrum ĠM, ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jillimitaw lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, filwaqt li joħolqu dipendenza mill-użu ta’ erbiċidi komplementari bħala parti integrali mis-sistema ta’ produzzjoni; billi dipendenza akbar minn erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-qamħirrum ĠM se tħaffef il-ħruġ mill-ġdid u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”; billi, bħala konsegwenza, l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva mill-erbiċidi se jiggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma u l-bijodiversità ta’ taħt u ta’ fuq l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi ta’ erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), <STRING ITALIC="on">Environmental Management</STRING>, Jannar 2016, 57 (1), pp. 31-48, https://doi.org/10.1007/s00267-015-0589-7 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years” (L-impatti tal-għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel 16-il sena), <STRING ITALIC="on">Environmental Sciences Europe</STRING>, it-28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://doi.org/10.1186/2190-4715-24-24.</FIELD></FOOTNOTE>; billi, b’konsegwenza ta’ dan, wieħed jistenna li l-qamħirrum ĠM se jkun espost kemm għal dożi ogħla kif ukoll għal dożi ripetuti ta’ erbiċidi tal-glifosat, tal-glufosinate, tal-AOPP u tat-2,4-D u li, għalhekk, kwantità ogħla ta’ residwi u l-prodotti ta’ diżaggregazzjoni tagħhom (“metaboliti”) jistgħu jkunu preżenti fil-ħsad;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances/details/79.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi għad hemm inċertezzi xjentifiċi sinifikanti dwar is-sikurezza tal-glifosat għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; billi l-EFSA kkonkludiet f’Novembru 2015 li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, https://doi.org/10.1016/j.mrrev.2019.02.001, https://doi.org/10.1093/ije/dyz017, https://doi.org/10.1371/journal.pone.0219610 u https://doi.org/10.1186/s13045-019-0767-9.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ġurnal “Regulatory Toxicology and Pharmacology” formalment irtira d-dokument xjentifiku “Safety Evaluation and Risk Assessment of the Herbicide Roundup and Its Active Ingredient, Glyphosate, for Humans” (Evalwazzjoni tas-Sikurezza u Valutazzjoni tar-Riskju tal-Erbiċida Roundup u l-Ingredjent Attiv tagħha, il-Glifosat, għall-Bnedmin), ippubblikat fis-sena 2000, li ntuża biex tiġi difiża s-sikurezza tal-glifosat f’ħafna valutazzjonijiet tar-riskju, peress li “tqajjem tħassib dwar il-kitba tiegħu, il-validità tas-sejbiet tar-riċerka fil-kuntest ta’ rappreżentazzjoni ħażina tal-kontributi mill-awturi u mill-isponsor tal-istudju u kunflitti ta’ interess potenzjali tal-awturi”<FOOTNOTE><FIELD> https://doi.org/10.1006/rtph.1999.1371.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi artiklu xjentifiku reċenti rieżaminat bejn il-pari minn espert involut fl-iżvilupp ta’ pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM li huma tolleranti għat-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fi prodotti ta’ dekompożizzjoni ċitotossiċi<FOOTNOTE><FIELD> Lurquin, P.F., “Production of a toxic metabolite in 2, 4-D-resistant GM crop plants” (Produzzjoni ta’ metabolit tossiku fi pjanti tal-għelejjel ĠM reżistenti għal 2, 4-D), <STRING ITALIC="on">3 Biotech </STRING>6, 82 (2016), https://doi.org/10.1007/s13205-016-0387-9.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ġenetikament modifikata kkonċernata, u l-kompożizzjoni u għaldaqstant it-tossiċità tal-metaboliti, jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika stess<FOOTNOTE><FIELD> Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-Opinjoni Motivata tal-EFSA “Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005” (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), <STRING ITALIC="on">EFSA Journal</STRING>, 2018, 16(5):e5263, p. 12, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5263.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jirrikjedi li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 13.12.1993, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1993/626/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (KDB tan-NU);
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-monitoraġġ u s-sorveljanza indipendenti tal-effetti negattivi potenzjali fuq il-bijodiversità, is-saħħa tal-ħamrija, il-pollinaturi u l-organiżmi mhux fil-mira għadhom mhumiex garantiti biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ prekawzjoni, imnaqqax fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika f’każijiet ta’ inċertezza xjentifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Unjoni, bħala Parti Kontraenti għas-CBD tan-NU u f’konformità mal-Artikolu 3 tagħha, għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-attivitajiet fil-ġuriżdizzjoni jew fil-kontroll tagħha ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta’ Stati oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi t-tiġdid min-naħa tal-Unjoni tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM ma jkunx konsistenti mal-impenji internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> F’Diċembru 2022, ġie miftiehem qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-KBD tan-NU li jinkludi mira globali sal-2030 għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-anqas 50 % (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_22_7834).</FIELD></FOOTNOTE>, minħabba ż-żieda fl-esponiment tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent għall-glifosat u l-glufosinat f’pajjiżi li jkabbru din l-għalla ĠM tolleranti għall-erbiċidi, flimkien mar-riżultati fil-qasam tas-saħħa assoċjati potenzjalment serji;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum ĠM mhijiex permessa fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443 tippermetti importazzjonijiet fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-istandards osservati mill-bdiewa tal-Unjoni, u b’hekk dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/agriculture-and-green-deal/strategic-dialogue-future-eu-agriculture_mt.</FIELD></FOOTNOTE> jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha dwar l-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agroalimentari, minħabba l-isfida tal-istandards diverġenti tal-Unjoni u tas-sħab kummerċjali tagħha; billi relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti, fuq livell globali, konsistenti mal-miri għal ambjent b’saħħtu kienu waħda mit-talbiet ewlenin tal-bdiewa matul id-dimostrazzjonijiet tal-2023, l-2024 u l-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Parlament saħaq ripetutament li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM f’każijiet li fihom ma tintlaħaq l-ebda maġġoranza kwalifikata mill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jew fil-Kumitat ta’ Appell, sabiex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-approċċ “saħħa waħda” jirrikjedi li titqies l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u dik ambjentali meta jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u s-sikurezza fit-tul tal-OĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443 jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443 mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tirtira d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1443;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta’ għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, minħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta’ erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet li qed isiru bħalissa mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 257.</FIELD></FOOTNOTE>, li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għan-negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠMs meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favurihom; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta’ urġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>