<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0266</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Deroga temporanja mid-direttiva dwar l-e-Privatezza</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0178/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2026 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (11261/1/2026 – C10‑0178/2026 – 2025/0429(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11261/1/2026 – C10-0178/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2026<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/1966, 28.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1966/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, 26.3.2026, P10_TA(2026)0095.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0797),
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 68 u 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TC2-COD(2025)0429</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tad-9 ta' Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online</STRING><BRK/></TI><NOTE>(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2), flimkien mal-Artikolu 114(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C, C/2026/2546, 22.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2546/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja<FOOTNOTE><FIELD>Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-2 ta' Lulju 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI:http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tistabbilixxi regoli li jiżguraw id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-iskambji tad-data fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Dik id-Direttiva tittratta b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tikkumplimentah<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Id-Direttiva 2002/58/KE tapplika għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Sal-21 ta' Diċembru 2020 kienet tapplika d-definizzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi stipulata fl-Artikolu 2, punt (c), tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/21/oj).</FIELD></FOOTNOTE>. F'dik id-data, id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ħassret id-Direttiva 2002/21/KE. Id-definizzjoni ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tinkludi s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (7), ta' dik id-Direttiva. Għaldaqstant, is-servizzi ta' komunikazzjonijiet personali indipendenti min-numri, li jinkludu, pereżempju, il-vuċi fuq Protokoll tal-Internet, is-servizzi tal-messaġġi u dawk bil-webmail, għalhekk inġiebu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE fil-21 ta' Diċembru 2020.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>F'konformità mal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"). L-Artikolu 7 tal-Karta jipproteġi d-dritt fundamentali ta' kulħadd għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet, li jinkludi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. L-Artikolu 8 tal-Karta fih id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>L-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal ("UNCRC") u l-Artikolu 24(2) tal-Karta jipprevedu li, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja. L-Artikolu 3(2) UNCRC u l-Artikolu 24(1) tal-Karta jevokaw ukoll id-dritt tat-tfal għal tali protezzjoni u l-kura kif inhu meħtieġ għall-benesseri tagħhom.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Il-protezzjoni tat-tfal, kemm offline u kif ukoll online, hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni. L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari tad-drittijiet tat-tfal li jiġu protetti minn kull forma ta' vjolenza, abbuż, negliġenza, maltrattament jew sfruttament, inkluż l-abbuż sesswali, kif previst mill-UNCRC u mill-Karta. Id-diġitalizzazzjoni ġabet magħha ħafna benefiċċji għas-soċjetà u għall-ekonomija, iżda ġabet magħha wkoll sfidi, li jinkludu żieda fl-abbuż sesswali tat-tfal online. Fl-24 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni bit-titlu "Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal" ("l-Istrateġija"). L-Istrateġija għandha l-għan li tipprovdi rispons effettiv, fil-livell tal-Unjoni, għar-reat tal-abbuż sesswali tat-tfal.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>F'konformità mad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/93/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, dan ir-Regolament ma jirregolax il-politiki tal-Istati Membri rigward attivitajiet sesswali konsenswali li fihom jistgħu jkunu involuti t-tfal u li jistgħu jitqiesu bħala l-iskoperta normali tas-sesswalità fil-kors tal-iżvilupp uman, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet kulturali u legali differenti u ta' forom ġodda ta' kif jiġu stabbiliti u mantnuti relazzjonijiet fost it-tfal u l-adolexxenti, inkluż permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Xi fornituri ta ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ("fornituri"), bħas-servizzi tal-messaġġi u bil-webmail, jużaw teknoloġiji speċifiċi fuq bażi volontarja, biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u jirrapportawh lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal" billi jiskennjaw jew il-kontenut, bħall-immaġnijiet u t-test, jew id-data dwar it-traffiku tal-komunikazzjonijiet bl-użu, f'xi każijiet, ta' data storika. It-teknoloġija użata għal dawk l-attivitajiet tista' tkun teknoloġija tal-"hashing" għall-immaġnijiet u vidjows u klassifikaturi u intelliġenza artifiċjali għall-analiżi tat-test jew tad-data dwar it-traffiku. Meta tintuża teknoloġija tal-"hashing", il-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online huwa rrapportat meta jirriżulta hit pożittiv, li jfisser tqabbil li jirriżulta minn paragun bejn immaġni jew vidjow u firma diġitali mhux rikonvertibbli u unika ("hash") minn bażi tad-data mantnuta minn organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li jkun fiha materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online vverifikat. Dawk il-fornituri jirreferu għall-hotlines nazzjonali għar-rapportar ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online u għal organizzazzjonijiet, li jinsabu kemm fl-Unjoni u kif ukoll f'pajjiżi terzi, li l-iskop tagħhom huwa li jidentifikaw lit-tfal, inaqqsu l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-abbuż sesswali, u li jipprevjenu l-vittimizzazzjoni tat-tfal. Organizzazzjonijiet bħal dawn jista' jkun li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679. Kollettivament, attivitajiet volontarji bħal dawn għandhom rwol importanti fl-iffaċilitar tal-identifikazzjoni u s-salvataġġ tal-vittmi, li d-drittijiet fundamentali tagħhom għad-dinjità tal-bniedem u għall-integrità fiżika u mentali jkunu nkisru serjament. Attivitajiet volontarji bħal dawn huma importanti wkoll biex inaqqsu t-tixrid ulterjuri ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online u biex jikkontribwixxu wkoll għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tad-delinkwenti u għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati ta' abbuż sesswali tat-tfal.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Minkejja l-objettiv leġittimu tagħhom, attivitajiet volontarji mill-fornituri biex jiġi individwat l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar jikkostitwixxu interferenza fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali tal-utenti kollha ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ("utenti"). Kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, ma tistax tiġi ġġustifikata sempliċement minħabba li l-fornituri kienu qed jużaw ċerti teknoloġiji fi żmien fejn servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ma kinux jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta' "servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi". Tali limitazzjonijiet huma possibbli biss taħt ċerti kundizzjonijiet. Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, tali limitazzjonijiet huma previsti mil-liġi, u għandhom jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-data personali u, soġġetti għall-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom ikunu meħtieġa u għandhom jilħqu ġenwinament l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Fejn tali limitazzjonijiet jinvolvu b'mod permanenti l-monitoraġġ u l-analiżi ġenerali u indiskriminati tal-komunikazzjonijiet tal-utenti kollha, dawn jinterferixxu mad-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Sal-20 ta' Diċembru 2020, l-ipproċessar ta' data personali mill-fornituri permezz ta' miżuri volontarji għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar u t-tneħħija ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom kien irregolat unikament mir-Regolament (UE) 2016/679. Id-Direttiva (UE) 2018/1972, li kellha tiġi trasposta sal-20 ta' Diċembru 2020, daħħlet lill-fornituri fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (ĠU L 274, 30.7.2021, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1232/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ippreveda reġim temporanju fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri disponibbli pubblikament għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online, sakemm jiġi adottat qafas legali fit-tul li jindirizza l-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (il-"qafas legali fit-tul"). Ir-Regolament (UE) 2021/1232 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2024/1307 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2024/1307 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1232 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (ĠU L, 2024/1307, 14.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1307/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jestendi l-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament sat-3 ta' April 2026.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, li l-Kummissjoni adottat fil-11 ta' Mejju 2022, għandha l-għan li tipprovdi l-qafas legali fit-tul. In-negozjati interistituzzjonali dwar dik il-proposta għadhom għaddejjin.
</CONS><CONS>
<NO.P>(12)</NO.P>Fid-19 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1232, b'sentejn sat-3 ta' April 2028. Peress li l-koleġiżlaturi ma setgħux jilħqu ftehim dwar dik il-proposta sat-3 ta' April 2026, ir-Regolament (UE) 2021/1232 skada.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Minħabba l-importanza tal-ġlieda effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online u sakemm jiġi adottat u applikat il-qafas legali fit-tul, huwa meħtieġ li tiġi permessa deroga temporanja mill-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, jenħtieġ li l-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikun limitat għaż-żmien meħtieġ biex il-qafas legali fit-tul jista’ jiġi adottat u jiġi applikat.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Id-Direttiva 2002/58/KE ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar l-ipproċessar tad-data personali mill-fornituri b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar u t-tneħħija ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom. Madankollu, skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi biex jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti, fost l-oħrajn, fl-Artikoli 5 u 6 ta' dik id-Direttiva, li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-data dwar it-traffiku, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali marbuta mal-abbuż sesswali tat-tfal. Fin-nuqqas ta' tali miżuri leġiżlattivi nazzjonali, u sakemm jiġi adottat qafas legali ġdid aktar fit-tul biex jiġi indirizzat l-abbuż sesswali tat-tfal fil-livell tal-Unjoni, il-fornituri ma jistgħux jibqgħu jiddependu mir-Regolament (UE) 2016/679 biex ikomplu jużaw miżuri volontarji biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq servizzi oħrajn u jirrapportawh u jneħħu l-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom lil hinn mill-21 ta' Diċembru 2020. Filwaqt li dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali minn fornituri għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija tal-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom, jipprevedi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE. Dan ir-Regolament jistabbilixxi salvagwardji addizzjonali li jridu jiġu rrispettati mill-fornituri jekk jixtiequ jiddependu minnu.
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>L-ipproċessar tad-data għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jista' jinvolvi l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta' immaġnijiet u vidjows permezz ta' mezzi tekniċi speċifiċi li jippermettu l-identifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni unika ta' persuna fiżika jitqies li hu pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(16)</NO.P>Għaldaqstant, dan ir-Regolament jipprevedi deroga temporanja mill-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, li jipproteġu l-konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-traffiku. L-użu volontarju mill-fornituri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra sal-punt meħtieġ għall-identifikazzjoni ta' abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija ta' materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament sakemm tali użu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u għalhekk huwa soġġett għas-salvagwardji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.
</CONS><CONS>
<NO.P>(17)</NO.P>Id-Direttiva 2002/58/KE ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha adottaw miżuri leġiżlattivi f'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE biex jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi relatati mal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-data tat-traffiku kif stabbilit f'dik id-Direttiva, u l-adozzjoni ta' tali miżuri tinvolvi riskju sinifikanti ta' frammentazzjoni li x'aktarx taffettwa s-suq intern b'mod negattiv. Konsegwentement dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 TFUE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(18)</NO.P>Billi d-data relatata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu lill-persuni fiżiċi tikkwalifika normalment bħala data personali, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun ibbażat ukoll fuq l-Artikolu 16 TFUE, li jipprovdi bażi legali speċifika għall-adozzjoni ta' regoli relatati mal-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mill-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, u regoli relatati mal-moviment liberu ta' din id-data.
</CONS><CONS>
<NO.P>(19)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minn fornituri għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija tal-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom sal-estent li dak l-ipproċessar jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(20)</NO.P>It-tipi ta' teknoloġiji użati għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza f'konformità mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. Jenħtieġ li dawk it-teknoloġiji ma jintużawx għall-iffiltrar u l-iskennjar sistematiċi ta' test f'komunikazzjonijiet għajr biss biex jiġu identifikati xejriet li jindikaw elementi konkreti possibbli ta' suspett ta' abbuż sesswali tat-tfal online, u jeħtieġ li ma ikunux jistgħu jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet. Fil-każ ta' teknoloġija użata għall-identifikazzjoni ta' solleċitazzjoni tat-tfal, tali raġunijiet konkreti ta' suspett jenħtieġ li jkunu bbażati fuq fatturi ta' riskju identifikati b'mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta' xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21)</NO.P>Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi ta' rimedju xierqa biex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jressqu lmenti ma' fornituri. Tali proċeduri u mekkaniżmi huma, b'mod partikolari, rilevanti fejn il-kontenut li ma jikkostitwixxix abbuż sesswali tat-tfal online jkun tneħħa jew ġie rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lil xi organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.
</CONS><CONS>
<NO.P>(22)</NO.P>Sabiex jiġu żgurati l-akkuratezza u l-affidabbiltà kemm jista' jkun, it-teknoloġija użata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fl-industrija, jenħtieġ li tkun tali li tillimita n-numri u l-proporzjon tal-iżbalji ("pożittivi foloz") sal-limitu massimu possibbli u, fejn meħtieġ, li tirrettifika mingħajr dewmien kwalunkwe żball bħal dawn li jistgħu jseħħu xorta waħda.
</CONS><CONS>
<NO.P>(23)</NO.P>Id-data dwar il-kontenut u d-data dwar it-traffiku pproċessata, u d-data personali ġġenerata fit-twettiq tal-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament, u l-perjodu li matulu d-data tiġi sussegwentement maħżuna f'każ tal-identifikazzjoni ta' abbuż sesswali suspettat tat-tfal online, jenħtieġ li jibqgħu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jitwettqu dawk l-attivitajiet. Kwalunkwe data jenħtieġ li titħassar minnufih u b'mod permanenti hekk kif ma tibqx strettament meħtieġa għal wieħed mill-iskopijiet speċifikati f'dan ir-Regolament, inkluż fejn ma jiġi identifikat l-ebda abbuż sesswali tat-tfal suspettat online, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni ta' abbuż sesswali suspettat tat-tfal online. Din jenħtieġ li ssir mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tinħażen id-data dwar il-kontenut u d-data dwar it-traffiku rilevanti f'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwa l-applikazzjoni tal-ebda obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali li tiġi ppreservata d-data li tapplika għall-fornitur.
</CONS><CONS>
<NO.P>(24)</NO.P>Dan ir-Regolament ma jżommx lill-fornitur li jkun rrapportaabbuż sesswali tat-tfal online lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli jitolbu lil dawk l-awtoritajiet jirrikonoxxu riċevuta tar-rapport.
</CONS><CONS>
<NO.P>(25)</NO.P>Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa skont id-deroga previsti minn dan ir-Regolament, il-fornituri jenħtieġ li, sa sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, u minn hemm 'il quddiem sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, jippubblikaw u jissottomettu rapporti lill-awtorità superviżorja kompetenti deżinjata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 ("awtorità superviżorja") u lill-Kummissjoni. Tali rapporti jenħtieġ li jkopru,l-ipproċessar li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tip u l-volumi tad-data pproċessata, il-motiv speċifiku li jiġi invokat għall-ipproċessar tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-motiv li jiġi invokat għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta' każijiet identifikati ta' abbuż sesswali tat-tfal online, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online u s-solleċitazzjoni tat-tfal, l-għadd ta' każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment mal-mekkaniżmu ta' rimedju intern jew fittex rimedju ġudizzjarju u l-eżitu ta' tali ilmenti u proċedimenti ġudizzjarji, in-numri u l-proporzjonijiet tal-iżbalji (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati, il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta' żball u r-rata ta' żball miksuba, il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(26)</NO.P>Huwa meħtieġ li jiġi żgurat rapportar lill-Kummissjoni kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fi żmien opportun.
</CONS><CONS>
<NO.P>(27)</NO.P>Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar mill-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li r-rapporti tagħhom ikunu jistgħu jinqraw mill-magni u jkunu faċilment aċċessibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit format ta' rappurtar komuni għal dawk ir-rapporti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(28)</NO.P>Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3(1), il-punt (g)(vii), ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(29)</NO.P>Sabiex tappoġġa lill-awtoritajiet superviżorji bil-kompiti tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data joħroġ linji gwida dwar il-konformità tal-ipproċessar li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga stabbilita f'dan ir-Regolament mar-Regolament (UE) 2016/679. Meta l-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw jekk teknoloġija stabbilita jew ġdida li trid tintuża hijiex f'konformità mal-aktar teknoloġija avvanzata fl-industrija, l-inqas waħda li hi intrużiva fil-privatezza u li topera fuq bażi legali adegwata skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li, b'mod partikolari, jassistu lill-awtoritajiet superviżorji fl-għoti ta' pariri fil-qafas tal-proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel stabbilita f'dak ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(30)</NO.P>Dan ir-Regolament jirrestrinġi d-dritt għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u jidderoga mid-deċiżjoni meħuda fid-Direttiva (UE) 2018/1972 biex is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jiġu soġġetti għall-istess regoli li japplikaw għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi l-oħrajn kollha fir-rigward tal-privatezza, għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq dawk is-servizzi u r-rapportar tiegħu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u jitneħħa l-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online minn dawk is-servizzi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(31)</NO.P>Fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE, il-fornituri jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligi speċifiċi stabbiliti f'dik id-Direttiva, u konsegwentement għas-setgħat ta' monitoraġġ u dawk investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont dik id-Direttiva.
</CONS><CONS>
<NO.P>(32)</NO.P>Il-kriptaġġ minn tarf sa tarf huwa għodda importanti biex tiġi ggarantita s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti, inklużi dawk tat-tfal. Kwalunkwe dgħajfien tal-kriptaġġ tista' potenzjalment tiġi abbużata minn partijiet terzi malizzjużi. Għalhekk, jenħtieġ li l-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament ma tiġi interpretata bħala li tipprojbixxi jew iddgħajjef il-kriptaġġ minn tarf sa tarf.
</CONS><CONS>
<NO.P>(33)</NO.P>Id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, huwa dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta. Għalhekk huwa wkoll prerekwiżit għal komunikazzjonijiet siguri bejn il-vittmi ta' abbuż sesswali tat-tfal u adult fdat jew organizzazzjonijiet attivi fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal kif u għal komunikazzjonijiet bejn il-vittmi u l-avukati tagħhom.
</CONS><CONS>
<NO.P>(34)</NO.P>Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali, bħar-regoli dwar il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet professjonali, bejn it-tobba u l-pazjenti tagħhom, bejn il-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom, jew bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom, b'mod partikolari peress li l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom hija essenzjali biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża bħala parti essenzjali mid-dritt għal proċess ġust. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar ir-reġistri tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet li joffru konsulenza lill-individwi li jinsabu f'diffikultà.
</CONS><CONS>
<NO.P>(35)</NO.P>Il-fornituri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li jirrapportawlhom abbuż sesswali potenzjali tat-tfal online skont dan ir-Regolament. Filwaqt li hija r-responsabbiltà unika tal-fornituri li jaġixxu bħala kontrolluri li jivvalutaw ma' liema parti terza jistgħu jikkondividu d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza rigward it-trasferiment ta' każijiet potenzjali ta' abbuż sesswali tat-tfal online billi tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal ikkomunikata lilha. Dik il-lista pubblika jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-fornituri jużaw dik il-lista biex jidentifikaw organizzazzjonijiet rilevanti fil-ġlieda globali kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online. Dik il-lista jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri li jaġixxu bħala kontrolluri skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż fir-rigward tal-obbligu tagħhom li jwettqu kwalunkwe trasferiment ta' data personali barra mill-Unjoni, skont il-Kapitolu V tiegħu u l-obbligu tagħhom li jissodisfaw l-obbligi kollha, skont il-Kapitolu IV tiegħu.
</CONS><CONS>
<NO.P>(36)</NO.P>L-istatistika li trid tiġi provduta mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament tikkostitwixxi indikaturi importanti għall-evalwazzjoni tal-politika, inkluż tal-miżuri leġiżlattivi. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi rikonoxxut l-impatt tal-vittimizzazzjoni sekondarja li hija inerenti fil-kondiviżjoni ta' immaġni u vidjows tal-vittmi ta' abbuż sesswali tat-tfal li jista' jkun li ilhom jiċċirkolaw għal snin sħaħ u li mhuwiex rifless bis-sħiħ f'tali statistika.
</CONS><CONS>
<NO.P>(37)</NO.P>F'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari r-rekwiżit li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jiġu pprovduti r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom tali riżorsi suffiċjenti għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(38)</NO.P>Meta fornitur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jkun ikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji fir-rigward ta' teknoloġija f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dak il-fornitur jenħtieġ li ma jkunx obbligat skont dan ir-Regolament li jwettaq valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data jew konsultazzjoni dment li l-awtoritajiet superviżorji jkunu indikaw li l-ipproċessar tad-data minn dik it-teknoloġija ma jirriżultax f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi jew li jkunu ttieħdu miżuri mill-kontrollur biex tali riskju jittaffa.
</CONS><CONS>
<NO.P>(39)</NO.P>L-utenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv meta d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru b'riżultat tal-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' abbuż sesswali tat-tfal online fuq servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u r-rapportar tiegħu u t-tneħħija ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online minn dawk is-servizzi, pereżempju fejn il-kontenut jew l-identità ta' utent jkunu ġew irrapportati lil xi organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew fejn il-kontenut ta' utent ikun tneħħa jew il-kont ta' utent ikun ġie mblukkat jew ikun ġie sospiż servizz offrut lilu.
</CONS><CONS>
<NO.P>(40)</NO.P>F'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE u l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, l-ipproċessar tad-data personali u data oħra jenħtieġ li jkun limitat għal data dwar il-kontenut u data relatata dwar it-traffiku, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta' dan ir-Regolament.
</CONS><CONS>
<NO.P>(41)</NO.P>Id-deroga prevista minn dan ir-Regolament jenħtieġ li testendi għall-kategoriji ta' data msemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, li huma applikabbli għall-ipproċessar ta' data kemm personali kif ukoll mhux personali pproċessata fil-kuntest tal-forniment ta' servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(42)</NO.P>L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li tinħoloq deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE mingħajr ma tinħoloq frammentazzjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, il-miżuri leġiżlattivi nazzjonali probabbilment ma jkunux jistgħu jiġu adottati fil-ħin mill-Istati Membri kollha. Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. Huwa jintroduċi deroga temporanja u strettament limitata mill-applikabbiltà tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE, b'serje ta' salvagwardji biex jiġi żgurat li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-għan stabbilit.
</CONS><CONS>
<NO.P>(43)</NO.P>Meta titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata, fil-ħin, iċ-ċertezza legali minħabba l-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/1232, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
</CONS><CONS>
<NO.P>(44)</NO.P>Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta' Frar 2026,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Suġġett u kamp ta' applikazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli temporanji u strettament limitati li jidderogaw mill-applikazzjoni ta' ċerti obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2002/58/KE, bl-objettiv uniku li jippermetti lill-fornituri ta' ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ("fornituri") jużaw, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, it-teknoloġiji speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali u data oħra sal-punt strettament meħtieġ biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u jirrappurtawh u jneħħu l-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Dan ir-Regolament ma japplikax għall-iskennjar ta' komunikazzjonijiet bl-awdjo.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dan ir-Regolament ma japplikax għal komunikazzjonjiet interpersonali li għalihom jiġi applikat, ġie applikat jew se jiġi applikat kriptaġġ minn tarf sa tarf.</STRING></STRING><STRING BOLD="on"> [Em. 30]</STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Definizzjonijiet</STRING></STI.ART><PARAG>Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>"servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri" jfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>"materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online" tfisser:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>pedopornografija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (c), tad-Direttiva 2011/93/UE;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>prestazzjoni pornografika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (e), tad-Direttiva 2011/93/UE;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>"solleċitazzjoni tat-tfal" tfisser kwalunkwe mġiba intenzjonali li tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/93/UE;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>"abbuż sesswali tat-tfal online" tfisser "materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online" u solleċitazzjoni tat-tfal.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 3</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Kamp ta' applikazzjoni tad-deroga</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>L-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE m'għandhomx japplikaw għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jinvolvu l-ipproċessar minn fornituri ta' data personali u data oħra b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-ipproċessar ikun:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>strettament meħtieġ għall-użu ta' teknoloġija speċifika għall-iskop uniku li jiġi identifikat u jitneħħa l-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online u li dan jiġi rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u li tiġi identifikata s-solleċitazzjoni tat-tfal u din tiġi rrapportata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ia)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mhux applikat għal komunikazzjonjiet interpersonali li għalihom jiġi applikat, ġie applikat jew se jiġi applikat kriptaġġ minn tarf sa tarf;</STRING></STRING><STRING BOLD="on"> [Em. 26cp3, 31cp3, 6 u 21]</STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>proporzjonat u limitat għal teknoloġiji li jintużaw mill-fornituri għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>limitat għal data dwar il-kontenut u data relatata dwar it-traffiku li hija strettament meħtieġa għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P>limitat għal dak li hu strettament meħtieġ għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>it-teknoloġiji użati għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta' dan il-paragrafu huma f'konformità mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fl-industrija u huma l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bid-disinn u b'mod awtomatiku kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw komunikazzjonijiet li fihom test, ma jkunux kapaċi jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw il-possibbiltà ta' abbuż sesswali tat-tfal online;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>fir-rigward ta' kwalunkwe teknoloġija speċifika użata għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta' dan il-paragrafu, ikunu twettqu valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>fir-rigward ta' teknoloġija ġdida, jiġifieri teknoloġija użata għall-iskopijiet tal-identifikazzjoni ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online li ma tkunx intużat minn xi fornitur fir-rigward ta' servizzi pprovduti lill-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ("utenti") fl-Unjoni qabel …[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u fir-rigward tat-teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta' solleċitazzjoni possibbli tat-tfal, il-fornitur jirrapporta lura lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda biex juri l-konformità mal-parir bil-miktub maħruġ f'konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-awtorità superviżorja kompetenti ddeżinjata skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 1, ta' dan ir-Regolament ("awtorità superviżorja") matul il-proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P>it-teknoloġiji użati jkunu affidabbli biżżejjed fis-sens li jillimitaw kemm jista' jkun ir-rata tal-iżbalji fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' kontenut li jirrappreżenta l-abbuż sesswali tat-tfal online u, fejn iseħħu tali żbalji okkażjonali, il-konsegwenzi tagħhom jiġu rettifikati mingħajr dewmien;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(f)</NO.P>it-teknoloġiji użati għall-identifikazzjoni tax-xejriet tas-solleċitazzjoni possibbli tat-tfal tkun limitata għall-użu tal-indikaturi ewlenin rilevanti u fatturi ta' riskju identifikati b'mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta' xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rieżami uman;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(g)</NO.P>il-fornituri:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>ikunu stabbilixxew proċeduri interni biex jipprevjenu l-abbuż tal-aċċess mhux awtorizzat għal, u t-trasferimenti mhux awtorizzati ta', data personali u data oħra;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>jiżguraw is-sorveljanza mill-bniedem tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra u, fejn meħtieġ, l-intervent tal-bniedem f'tali pproċessar, bl-użu ta' teknoloġiji li jaqgħu taħt dan ir-Regolament;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>jiżguraw li materjal li ma jkunx ġie identifikat preċedentement bħala materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online jew ta' solleċitazzjoni tat-tfal, ma jiġix irrappurtat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal mingħajr il-konferma minn qabel mill-bniedem;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P>ikunu stabbilixxew proċeduri xierqa u mekkaniżmi ta' rimedju biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jressqu lmenti magħhom fi żmien raġonevoli bil-għan li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(v)</NO.P>jinfurmaw lill-utenti b'mod ċar, prominenti u komprensibbli dwar il-fatt li invokaw, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-deroga legali mill-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti unikament għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta' dan il-paragrafu, il-loġika wara l-miżuri li ħadu taħt id-deroga u l-impatt fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti, inkluża l-possibbiltà li d-data personali tiġi kondiviża mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(vi)</NO.P>jinfurmaw lill-utenti dwar dan li ġej, fejn il-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew il-kont tagħhom ikun ġie mblukkat jew servizz offrut lilhom ikun ġie sospiż:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>il-perkorsi għal tfittix ta' rimedju mingħandhom;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>il-possibbiltà li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>id-dritt għal rimedju ġudizzjarju;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(vii)</NO.P>sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u minn hemm 'il quddiem sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, jippubblikaw u jissottomettu lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni rapport tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, inkluż dwar:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>it-tip u l-volumi tad-data pproċessata;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>ir-raġuni speċifika invokata għall-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>ir-raġuni invokata għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>l-għadd ta' każijiet identifikati ta' abbuż sesswali tat-tfal online, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online u s-solleċitazzjoni tat-tfal online;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>l-għadd ta' każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment lill-mekkaniżmu ta' rimedju intern jew lil xi awtorità ġudizzjarja u l-eżitu ta' dawk l-ilmenti;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>in-numri u l-proporzjonijiet tal-iżbalji (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta' żball u r-rata ta' żball miksuba;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(h)</NO.P>fejn ikun ġie identifikat abbuż sesswali tat-tfal online suspettat, id-data dwar il-kontenut u d-data relatata dwar it-traffiku pproċessata għall-finijiet stabbiliti fil-punt (a)(i), u d-data personali ġġenerata permezz ta' tali pproċessar jinħażnu b'mod sigur, unikament għall-finijiet ta':</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>rapportar, mingħajr dewmien, tal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti u lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>imblukkar tal-kont tal-utent ikkonċernat, jew sospensjoni jew terminazzjoni tal-forniment tas-servizz lill-utent ikkonċernat;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>ħolqien ta' firma diġitali unika, mhux konvertibbli mill-ġdid ("hash") ta' data identifikata b'mod affidabbli bħala materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P>għoti ta' possibilità lill-utent ikkonċernat li jfittex rimedju mill-fornitur jew ifittex rieżami amministrattiv jew rimedji ġudizzjarji dwar kwistjonijiet relatati mal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat; jew</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(v)</NO.P>għoti ta' tweġiba għal talbiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji f'konformità mal-liġi applikabbli biex jipprovdulhom id-data meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali kif stipulat fid-Direttiva 2011/93/UE;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>id-data ma tinħażinx għal aktar minn kemm ikun strettament meħtieġ għall-iskopijiet rilevanti stabbiliti fil-punt (h) u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali suspettat tat-tfal online;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(j)</NO.P>kull każ ta' suspett raġunat u vverifikat ta' abbuż sesswali tat-tfal online jiġi rrapportat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Sa … [tmien xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>kienu qed jużaw teknoloġija speċifika qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta' dik it-teknoloġija;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jibdew proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel, qabel … [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b'rabta ma l-proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel msemmija fil-punt (b).</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Sa … [tmien xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>kienu qed jużaw xi teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta' dik it-teknoloġija;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jibdew proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel … [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b'rabta mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).</PARAG><PARAG>Id-data inkluża fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), għandha tiġi pprovduta bil-miktub permezz ta' formola standard. Sa … [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-preżentazzjoni ta' dik il-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' taqsam il-kategoriji tad-data elenkati fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), f'subkategoriji.</PARAG><PARAG>Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2).</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 4</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Linji gwida tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data</STRING></STI.ART><PARAG>Sa … [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika linji gwida sabiex jassisti lill-awtoritajiet superviżorji fil-valutazzjoni ta' jekk l-ipproċessar li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għal teknoloġiji eżistenti u ġodda użati għall-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i), ta' dan ir-Regolament, jikkonformax mar-Regolament (UE) 2016/679.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 5</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Rimedji ġudizzjarji effettivi</STRING></STI.ART><PARAG>F'konformità mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/58/KE, l-utenti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn huma jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra għall-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i) ta' dan ir-Regolament.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 6</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Awtoritajiet superviżorji</STRING></STI.ART><PARAG>L-awtoritajiet superviżorji maħtura skont il-Kapitolu VI, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jimmonitorjaw l-ipproċessar li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-kompetenzi u s-setgħat tagħhom skont dak il-Kapitolu.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 7</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Lista pubblika tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Sa … [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-fornituri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-ismijiet ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li lilhom jirrappurtaw l-abbuż sesswali tat-tfal online taħt dan ir-Regolament. Il-fornituri għandhom jikkomunikaw kwalunkwe bidla f'dik il-lista lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Sa … [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-ismijiet ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha żżomm dik il-lista pubblika aġġornata.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 8</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Statistika</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u fuq bażi annwali minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti bl-istatistika dwar dan li ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-għadd totali ta' rapporti ta' abbuż sesswali tat-tfal online identifikat li ġew sottomessi mill-fornituri u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi, li jagħmlu distinzjoni, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, bejn l-għadd assolut ta' każijiet u dawk il-każijiet irrapportati diversi drabi u t-tip ta' fornitur li fuq is-servizz tiegħu ikun ġie identifikat l-abbuż sesswali tat-tfal online;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>l-għadd ta' tfal identifikati permezz ta' azzjonijiet previsti fl-Artikolu 3, iddifferenzjat mill-ġeneru;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>l-għadd ta' awturi ta' reat ikkundannati.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tiġbor flimkien l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandha tqisha meta tkun qed tħejji r-rapport ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 9.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 9</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Rapport ta' implimentazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Abbażi tar-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 3(1), il-punt (g)(vii), u l-istatistika pprovduta skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha, sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tissottomettih u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Fir-rapport ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-kundizzjonijiet kollha għall-ipproċessar tad-data personali u ta' data oħra stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(ii), u l-punti (b), (c) u (d);</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-proporzjonalità tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-istatistika sottomessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>l-iżviluppi fil-progress teknoloġiku fir-rigward tal-attivitajiet koperti b'dan ir-Regolament, u l-punt sa fejn dawn l-iżviluppi jtejbu l-akkuratezza u jnaqqsu l-għadd u l-proporzjon tal-iżbalji (pożittivi foloz).</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 10</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Proċedura ta' kumitat</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 11</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING ITALIC="on">Dħul fis-seħħ u applikazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Għandu japplika sat-3 ta’ April 2028.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>