<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0267</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-theddida ta’ delitti tal-gwerra, il-ksur li qed jiżdied tad-dritt umanitarju internazzjonali u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’El-Obeid, is-Sudan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0357, 0358, 0359, 0361 u 0362/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026 dwar it-theddida ta’ delitti tal-gwerra, il-ksur li qed jiżdied tad-dritt umanitarju internazzjonali u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’El-Obeid, is-Sudan (2026/2799(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kunflitt bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) eskala fl-akbar kriżi umanitarja tad-dinja, b’aktar minn 33 miljun persuna, inklużi 16-il miljun tifel u tifla, li jeħtieġu għajnuna, u miljuni li jiffaċċjaw il-ġuħ u l-ispostament;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-RSF assedjaw lil El-Obeid, u jingħad li qed iħejju offensiva imminenti fuq l-art; billi l-atturi internazzjonali jwissu dwar ir-riskju ta’ atroċitajiet tal-massa f’El-Obeid, b’500 000 persuna ċivili f’riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-missjoni indipendenti ta’ ġbir ta’ informazzjoni tan-NU sabet li l-ħtif ta’ El-Fasher min-naħa tal-RSF kellu l-karatteristiċi distintivi ta’ ġenoċidju u twissi dwar aktar delitti tal-gwerra; billi l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali jintużaw bħala armi tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-attakki bid-droni kontra El-Obeid qatlu persuni ċivili, qerdu l-aċċess tal-belt għall-elettriku u l-fjuwil, qatgħu l-provvisti tal-ilma u fixklu l-aċċess għal ħtiġijiet li jsalvaw il-ħajja; billi s-sistema tal-kura tas-saħħa tas-Sudan qed tikkollassa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi rapporti kredibbli jindikaw li l-RSF qed igawdu minn appoġġ estern, inkluż permezz ta’ kuntratturi militari barranin u t-trasferiment ta’ tagħmir militari, bi ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi d-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità fis-Sudan, b’mod partikolari l-assedju li għaddej bħalissa ta’ El-Obeid min-naħa tal-RSF, u jinsisti li l-komunità internazzjonali għandha tevita li jiġi ripetut il-massakru ta’ El-Fasher u ġġiegħel lill-RSF jieqfu jassedjaw El Obeid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob bil-ħerqa lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jieqfu jiġġieldu, jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali u jtemmu minnufih l-attakki kollha kontra l-persuni ċivili, inklużi l-vjolenza sesswali u l-ġuħ furzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-UE żżid b’mod urġenti l-appoġġ umanitarju għas-Sudan, inkluż għas-superstiti tal-vjolenza sesswali, dawk li qed jiffaċċjaw il-ġuħ, l-IDPs u r-rifuġjati; jappella għal finanzjament dirett għall-Kmamar ta’ Rispons f’każ ta’ Emerġenza u għal organizzazzjonijiet lokali oħra tal-ewwel linja; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kurituri umanitarji biex jiġu żgurati rotot ta’ evakwazzjoni ċivili u aċċess umanitarju għal El-Obeid li jaqsam il-front u l-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tingħaqad mal-UA u man-NU fl-isforzi biex jiddjalogaw mal-partijiet fil-kunflitt ħalli jieqfu mill-ġlied u biex jappoġġjaw proċess ta’ paċi mmexxi minn persuni ċivili; jitlob lill-UE timponi sanzjonijiet immirati fuq entitajiet u individwi responsabbli għad-delitti tal-gwerra fis-Sudan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna l-indħil estern kollu li jalimenta l-gwerra; iħeġġeġ lill-istati kollha, inklużi l-Emirati Għarab Magħquda, iwaqqfu l-finanzjament, il-provvista tal-armi jew appoġġ ieħor għall-RSF; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kunsill jissanzjonaw individwi, entitajiet u faċilitaturi esterni u kumpaniji privati tas-sigurtà, bħall-Grupp tas-Servizzi tas-Sigurtà Globali, talli kisru l-embargo fuq l-armi tan-NU, u jaħdmu mal-KSNU biex jestendu l-embargo għas-Sudan kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għal obbligu ta’ rendikont għall-awturi kollha u jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti dwar l-allegati delitti tal-gwerra; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja finanzjarjament u politikament dawn l-isforzi, tagħmel pressjoni biex testendi l-ġuriżdizzjoni tal-QKI għas-Sudan kollu, tappoġġja l-mandat tal-missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni tan-NU u tikkunsidra li tinkludi l-RSF fil-lista tat-terroriżmu tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet tas-Sudan, lill-UA, u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>