<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0268</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-persekuzzjoni li għaddejja bħalissa tal-Insara fin-Niġerja, b’mod partikolari l-massakru fir-raħal ta’ Kawel</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0345, 0353, 0355 u 0356/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026 dwar il-persekuzzjoni li għaddejja bħalissa tal-Insara fin-Niġerja, b’mod partikolari l-massakru fir-raħal ta’ Kawel (2026/2800(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Ġunju 2026, attakk armat brutali fuq persuni ċivili fir-raħal ta’ Kawel, l-Istat ta’ Plateau, ikkawża għexieren ta’ mwiet fost il-komunità Nisranija lokali, bosta korrimenti, u ħsara fl-infrastruttura, li jirrifletti l-intersezzjoni traġika ta’ tensjonijiet etniċi u reliġjużi u kunflitti dwar ir-riżorsi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, minkejja twissijiet ripetuti minn komunitajiet lokali, knejjes, u organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet Niġerjani ma setgħux jipprevjenu attakki bħal dawn, jipprovdu protezzjoni adegwata lill-popolazzjonijiet Nsara vulnerabbli u lill-komunitajiet vulnerabbli b’mod ġenerali, jiżguraw intervent f’waqtu u effettiv, jew iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet bir-reqqa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan l-attakk jifforma parti minn xejra usa’ ta’ vjolenza fl-Istat ta’ Plateau u fil-Faxxa Ċentrali, inklużi attakki fuq komunitajiet tal-biedja fil-biċċa l-kbira Nsara, mexxejja tradizzjonali, kleru, skejjel, faċilitajiet tas-saħħa u postijiet ta’ qima;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-vjolenza sistemika fil-Faxxa Ċentrali tan-Niġerja hija xprunata minn taħlita kumplessa ta’ tensjonijiet reliġjużi, etniċi u interkomunali, kunflitti bejn il-bdiewa u r-raħħala, tilwim dwar l-art u l-ilma, kriminalità organizzata, attività estremista, pressjonijiet klimatiċi u impunità persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Insara huma l-aktar grupp reliġjuż ppersegwitat globalment, u n-nuqqas li tiġi indirizzata din il-persekuzzjoni jimmina l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kollha mwettqa kontra ċ-ċivili f’Kawel u l-Faxxa Ċentrali usa’; jiddeplora b’mod partikolari l-impatt sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet, u jiddenunzja bil-qawwa ż-żieda allarmanti fis-sekwestri u l-ħtif immirati; jesprimi l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familji tal-vittmi kollha u lil dawk kollha affettwati minn dan l-attakk orribbli, inkluża l-komunità Nisranija tal-Istat ta’ Plateau;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet federali u statali Niġerjani jwettqu investigazzjoni bir-reqqa, trasparenti u indipendenti dwar il-massakru ta’ Kawel biex iressqu lill-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja u jtemmu l-kultura ta’ impunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Niġerjan isaħħaħ kemm l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu kontra l-militanti armati, b’mod partikolari fir-reġjun tal-Faxxa Ċentrali, kif ukoll l-isforzi biex jiġu miġġielda l-Boko Haram u l-Istat Iżlamiku fil-Provinċja tal-Afrika tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Niġerjan jirrimedja l-fallimenti tal-intelligence, itejjeb il-kondiviżjoni tat-twissija bikrija, isaħħaħ il-protezzjoni ċivili mmexxija mill-Istat, jinvesti fil-medjazzjoni reġjonali, jimplimenta politiki sostenibbli dwar il-ġestjoni tal-art, irawwem is-sigurtà tal-ikel u jindirizza l-ixprunaturi ekoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappoġġja l-isforzi biex jiġi stabbilit djalogu nazzjonali sinifikanti u inklużiv biex tiġi indirizzata l-vjolenza li għaddejja f’diversi reġjuni, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-fatturi soċjoekonomiċi marbuta ma’ dawn l-attakki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu favur il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra mill-UE jagħti attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tal-Insara u tal-komunitajiet reliġjużi ppersegwitati kollha fin-Niġerja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Niġerjan jindirizza s-sitwazzjoni tal-persuni spostati internament b’mod effettiv billi jipprovdi kenn temporanju adegwat u jipprijoritizza r-ritorn sikur tagħhom lejn il-komunitajiet ta’ oriġini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Federali tan-Niġerja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>