<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0269</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sekwestru, il-konverżjoni furzata u ż-żwieġ prekoċi ta’ Maria Shahbaz, u l-protezzjoni tal-bniet fil-Pakistan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0346, 0348, 0350 u 0351/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026 dwar is-sekwestru, il-konverżjoni furzata u ż-żwieġ prekoċi ta’ Maria Shahbaz, u l-protezzjoni tal-bniet fil-Pakistan (2026/2801(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Maria Shahbaz, tifla Nisranija minn Lahore, kellha 13-il sena meta nħatfet u ġiet imġiegħla tikkonverti għall-Iżlam u tiżżewweġ lil min ħatafha; billi l-familja tagħha ssostni li d-dikjarazzjonijiet tagħha saru taħt pressjoni u koerċizzjoni; billi minkejja evidenza bil-miktub li tikkonferma l-istatus tagħha bħala minorenni u dokumenti taż-żwieġ iffalsifikati, il-Qorti Kostituzzjonali Federali tal-Pakistan ikkonfermat il-konverżjoni u ż-żwieġ tagħha f’Marzu 2026 u ordnatilha tibqa’ ma’ min ħatafha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fil-Pakistan hemm xejra persistenti u dokumentata sew ta’ ħtif, konverżjoni furzata u żwieġ furzat ta’ bniet taħt l-età minn minoranzi Ħindu u Kristjani, u minoranzi reliġjużi oħra; billi, skont iċ-ċifri tan-NU tal-2025, fost in-nisa u l-bniet affettwati minn konverżjoni furzata permezz taż-żwieġ, madwar 75 % kienu Ħindu u 25 % kienu Nsara; billi l-faqar u l-marġinalizzazzjoni jżidu l-vulnerabbiltà tal-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Gvern Pakistani dan l-aħħar ippropona qafas nazzjonali biex jintemm iż-żwieġ prekoċi bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni; billi l-leġiżlazzjoni kontra ż-żwieġ prekoċi li żżid l-età minima taż-żwieġ għal 18-il sena ġiet adottata f’xi provinċji, li, madankollu, ma jinfurzawhiex;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Insara huma fost l-aktar komunitajiet reliġjużi ppersegwitati severament fil-Pakistan u l-akbar fid-dinja, kif muri mill-każ ta’ Maria Shahbaz;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-każ ta’ Maria Shahbaz huwa emblematiku ta’ ksur usa’ tad-drittijiet tal-bniedem li jiffaċċjaw il-minoranzi fil-Pakistan, inklużi d-detenzjoni arbitrarja, l-għajbien furzat, il-fastidju tal-ġurnalisti u tas-soċjetà ċivili, u l-użu ħażin tal-blasfemija, il-liġijiet kontra t-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ħtif, il-konverżjoni furzata għall-Iżlam, iż-żwieġ prekoċi u d-deċiżjoni fil-każ ta’ Maria Shahbaz, u abbużi simili ta’ bniet taħt l-età minn minoranzi reliġjużi fil-Pakistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Pakistani jiżgura li l-każijiet kollha li jinvolvu minorenni jew allegazzjonijiet ta’ koerċizzjoni jiġu investigati b’mod trasparenti u indipendenti, u jiżgura li l-awturi tar-reati effettivament jiġu mħarrka u li l-bniet maħtufa jiġu rritornati b’mod sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jiżguraw il-protezzjoni immedjata ta’ Maria Shahbaz, jagħtuha aċċess għal rappreżentanza legali, għal appoġġ psikoloġiku indipendenti u għall-familja tagħha, u jwettqu rieżami bir-reqqa, trasparenti u imparzjali tal-każ tagħha, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-proċess ġust u l-aħjar interessi tal-minuri, kif ukoll jippermettu lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jimmonitorjaw b’mod indipendenti s-sitwazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni sistematika tal-Insara fil-Pakistan u jisħaq li l-ħtif, il-konverżjoni furzata u ż-żwieġ prekoċi ta’ Maria Shahbaz iridu jitqiesu fil-kuntest usa’ ta’ diskriminazzjoni, vjolenza u intimidazzjoni li qed tiffaċċja l-komunità Nisranija tal-pajjiż; jeżiġi li l-Pakistan jirrevoka l-liġijiet tiegħu dwar il-blasfemija u jtemm il-persekuzzjoni tal-Insara u ta’ minoranzi reliġjużi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-ġudikatura Pakistana tirrispetta l-istat tad-dritt u tiżgura li kwalunkwe proċediment li jinvolvi bniet minn minoranzi jitwettaq mingħajr pressjoni esterna, intimidazzjoni jew koerċizzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ bini tal-kapaċità strutturat fi ħdan il-ġudikatura f’dak ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-passi leġiżlattivi li ttieħdu f’xi provinċji kontra ż-żwieġ prekoċi u jħeġġeġ lill-Pakistan jadotta u jimplimenta bis-sħiħ il-qafas nazzjonali biex itemm iż-żwieġ prekoċi, u jimplimenta u jinforza l-leġiżlazzjoni provinċjali; jistieden lil provinċji oħra jadottaw u jimplimentaw leġiżlazzjoni ekwivalenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Pakistan joħloq mekkaniżmu nazzjonali għat-trattament tal-ilmenti li jsiru minn familji ta’ bniet maħtufa jew ikkonvertiti bil-forza minn minoranzi, u jitlob appoġġ komprensiv għall-vittmi, inklużi postijiet ta’ kenn sikuri, għajnuna legali, konsulenza psikoloġika u programmi ta’ riintegrazzjoni; jitlob li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin taż-żwieġ u l-konverżjoni furzati, inklużi l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, il-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, il-ġeneru u r-reliġjon, u li jkun hemm miżuri ta’ protezzjoni mmirati għall-bniet minn minoranzi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri sistematikament iqajmu l-kwistjoni tal-konverżjonijiet u ż-żwiġijiet furzati u l-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi u minoranzi oħrajn, tal-avversarji politiċi, tal-ġurnalisti, tas-soċjetà ċivili, u tad-difensuri u tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fi djalogi bilaterali mal-Pakistan, inkluż fil-qafas tal-monitoraġġ tal-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus; ifakkar li n-nuqqas min-naħa tal-Pakistan li jimplimenta b’mod effettiv l-impenji tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, għandu jirriżulta fl-irtirar tal-istatus tal-SĠP+ tal-Pakistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>