<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0270</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-fattibbiltà tat-28 reġim tat-taxxa u l-potenzjal tiegħu li jappoġġja l-kompetittività tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0167/2026 - Rapporteur: Ľudovít Ódor)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026 dwar il-fattibbiltà tat-28 reġim tat-taxxa u l-potenzjal tiegħu li jappoġġja l-kompetittività tal-UE (2025/2211(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4(2)(a), 5, 6(g), 50, 113, 114(1), 115, 116 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2026 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali korporattiv tat-28 reġim – “EU Inc.” (COM(2026)0321),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2026 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-28 Reġim: qafas legali ġdid għall-kumpaniji innovattivi<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2026)0002.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-21 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2026 – Il-Mument tal-Indipendenza tal-Ewropa” (COM(2025)0870),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti – Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar l-Istartups u l-Iscaleups – Agħżel l-Ewropa biex tibda jew tespandi negozju” (COM(2025)0270),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-Rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT) (COM(2023)0532),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0268.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE (COM(2023)0528),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1326, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1326/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2016 għad Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2016 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (COM(2016)0685),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2022 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn, u dwar il-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-imgħax għal finijiet ta’ taxxa korporattiva (COM(2022)0216),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2026 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi innovattivi, startups innovattivi u scaleups innovattivi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Flash 559, minn Frar sa April 2025 dwar l-istart-ups, l-iscale-ups u l-intraprenditorija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0167/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE, bħala l-akbar suq integrat fid-dinja, b’aktar minn 450 miljun konsumatur, qiegħda titlef il-vantaġġ kompetittiv tagħha fil-livell ekonomiku<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), 2024.</FIELD></FOOTNOTE> minħabba taħlita ta’ dgħufijiet strutturali, il-kompetizzjoni globali dejjem aktar intensa biex tattira l-kapital, in-negozji u t-talent, u qafas regolatorju kumpless u frammentat;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kompetittività ekonomika – fil-qalba tal-politiki l-aktar rilevanti tal-UE u l-prijorità politika urġenti, indikata mill-integrazzjoni tas-suq intern, it-tkabbir tal-produttività, l-investiment pubbliku u privat sostanzjali, u t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi – tista’ ssaħħaħ il-prosperità tal-UE billi toħloq impjiegi ta’ kwalità għolja, tiżgura s-sostenibbiltà tal-mudell ekonomiku u soċjali tagħna, u konsegwentement tagħti spinta lill-benesseri tal-poplu u s-soċjetajiet tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont l-istimi, l-ostakli għall-kummerċ uniku fis-suq uniku tal-UE huma ekwivalenti għal kwota tariffarja ta’ 44 % għall-oġġetti u ta’ 110 % għas-servizzi<FOOTNOTE><FIELD> Diskors tas-16 ta’ Diċembru 2024 ta’ Alfred Kammer, Direttur tal-Dipartiment Ewropew tal-Fond Monetarju Internazzjonali, bit-titolu “Europe’s Choice: Policies for Growth and Resilience” (L-għażla tal-Ewropa: politiki għat-tkabbir u għar-reżiljenza).</FIELD></FOOTNOTE>, li għadhom ta’ piż sinifikanti għat-tkabbir tan-negozju u l-investiment fl-UE u jenfasizzaw l-ispiża tal-frammentazzjoni regolatorja, u l-ħtieġa li nimxu lejn qafas aktar integrat, simplifikat u ambizzjuż;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kapaċità li tinkiseb armonizzazzjoni akbar fil-qasam tat-taxxa, u tal-qafas regolatorju, tibqa’ ristretta mir-rekwiżit ta’ unanimità applikabbli għal dan il-qasam ta’ politika; billi aktar armonizzazzjoni u approfondiment tas-suq intern huma strumentali biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE u biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv u l-kost tal-attività ekonomika transfruntiera; billi l-lakuni li jippermettu ppjanar aggressiv tat-taxxa u prattiki oħra ta’ evitar tat-taxxa għandhom jitnaqqsu, u dan it-tnaqqis huwa strumentali biex il-kompetittività tal-UE tingħata spinta kif previst fl-aġenda “Ewropa Waħda, Suq Wieħed”;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE huwa marbut mill-qrib mal-konsolidazzjoni tal-awtonomija strateġika tagħha u mal-kapaċità li tnaqqas id-dipendenzi ekonomiċi esterni f’setturi strateġiċi u kritiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-intrapriżi fl-UE, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-istart-ups u l-iscale-ups, kif ukoll il-potenzjal innovattiv tagħhom, huma strutturalment imxekkla mill-frammentazzjoni persistenti tal-oqfsa regolatorji bejn l-Istati Membri; billi d-diversità regolatorja u fiskali u l-kostijiet assoċjati biex isibu tarf tal-ambjenti nazzjonali mhux familjari, differenti u spiss inkompatibbli jfixklu l-finanzjament pan-Ewropew u t-tkabbir tal-kumpaniji, u hemm bżonn urġenti li dan id-distakk ta’ kompetittività jiġi indirizzat<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2026 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-28 Reġim: qafas legali ġdid għall-kumpaniji innovattivi.</FIELD></FOOTNOTE>; billi kuntest regolatorju favorevoli, prevedibbli, u proporzjonat huwa essenzjali biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jinvestu, jikbru, u jikkompetu globalment; billi l-UE għandha ssaħħaħ l-impenn tagħha favur il-libertà intraprenditorjali u t-tneħħija tal-ostakli; billi jekk jiġi pprovdut qafas armonizzat, it-28 reġim jiffaċilita l-aċċess tal-SMEs tal-UE għall-kapital, jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u territorjali fl-UE, jiżgura kundizzjonijiet ibbilanċjati ta’ aċċess u żvilupp f’reġjuni differenti, u jagħmilha aktar faċli għall-investituri biex jipprovdu finanzjament lil kumpaniji li jinsabu fi Stat Membru ieħor;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-tnaqqis ġenerali tal-piż amministrattiv tar-regolament propost li jistabbilixxi t-28 reġim huwa stmat għal bejn EUR 328 miljun u EUR 440 miljun fuq perjodu ta’ għaxar snin<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali korporattiv tat-28 reġim – “EU Inc.”</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, għall-SMEs, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, l-istart-ups u l-iscale-ups, id-diffikultajiet li jifhmu l-kuntesti tan-negozju differenti fl-UE – inkluż l-ostakli lingwistiċi, in-nuqqas ta’ aċċess għall-informazzjoni jew għar-regoli u għar-rekwiżiti, il-kwistjonijiet marbuta mat-tassazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ negozju – jirrappreżentaw l-ostakli l-aktar sinifikanti għall-operazzjonijiet transfruntieri tagħhom u għall-espansjoni tagħhom fi ħdan l-UE; billi t-tassazzjoni, b’mod partikolari l-kwistjonijiet relatati mat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet jikkostitwixxu l-ostakli ewlenin għat-tkabbir tagħhom f’pajjiżi oħra tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea “Flash Eurobarometer 559 – Startups, scaleups and entrepreneurship” (Ewrobarometru Flash 559 – L-istartups, l-iscaleups u l-intraprenditorija), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-2025, l-Ewropa kellha biss 331 unicorn meta mqabbla ma’ 1 963 fl-Istati Uniti u billi bejn l-2008 u l-2021, kważi 30 % tal-unicorns Ewropej irrilokaw il-kwartieri ġenerali tagħhom barra mill-UE; billi l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji qed jitilqu mill-UE biex isibu l-kapital meħtieġ f’ġuriżdizzjonijiet oħra; billi dan hu dovut għal aċċess aħjar għas-swieq il-kbar, kuntest aktar favorevoli li fih jagħmlu negozju, aċċess aħjar għall-kapital ta’ riskju, aktar disponibbiltà u mobbiltà ta’ ħaddiema kkwalifikati u b’ħiliet, qafas regolatorju mhux frammentat u kuntest fiskali anqas kumpless, u d-disponibbiltà usa’ ta’ skemi ta’ sjieda għall-impjegati, li jwasslu għal investiment transfruntier u biex jattiraw u jżommu l-attività ekonomika u industrijali fl-ekonomiji tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, kif imsemmi fir-rapport ta’ Draghi, għall-kumpaniji innovattivi, “tista’ tiġi esplorata t-28 ġabra ta’ regoli volontarja tal-kumpaniji li tarmonizza l-leġiżlazzjoni dwar id-dritt korporattiv u l-insolvenza, kif ukoll ftit aspetti ewlenin tat-tassazzjoni, li għandhom isiru progressivament aktar ambizzjużi, taħt kooperazzjoni msaħħa minn Stati Membri disposti”<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, kif iddikjarat fir-rapport ta’ Letta, it-taxxa hija qasam ieħor fejn il-kumplessità hija ostaklu ewlieni għall-kummerċ u l-investiment transfruntiera, u l-frammentazzjoni regolatorja tista’ tbiddel is-suq uniku f’ostaklu għall-SMEs; billi r-rapport jidentifika t-28 reġim bħala għodda ewlenija li tippermettilhom jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku<FOOTNOTE><FIELD> Letta, E., “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq), 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-dimensjoni tat-taxxa tat-28 reġim għandha tirrispetta l-qafas ta’ kompetenza previst mit-Trattati u tkun imfassla biex tappoġġja ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-kumpaniji; billi r-rapport Draghi juri li l-UE ma għandhiex investiment ta’ kapital ta’ riskju f’kull stadju tal-iżvilupp tal-istart-ups (stadju ta’ tnissil, stadju bikri u stadju tard) bħala riżultat tan-nuqqas ta’ possibbiltajiet ta’ espansjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-vantaġġi potenzjali ta’ qafas regolatorju fakultattiv pan-Ewropew għan-negozju, li jissimplifika bil-kbir il-proċess kollu tal-espansjoni futura lejn swieq ġodda, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, jikkonsistu f’aktar ċertezza tad-dritt, f’anqas kostijiet tal-konformità u fi proċeduri regolatorji u fiskali simplifikati, u kundizzjonijiet ekwi ma’ ġuriżdizzjonijiet f’kompetizzjoni barra mill-UE; billi huwa neċessarju li jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri Ewropej u barranin billi jiġu pprovduti regoli aktar sempliċi u armonizzati aħjar, inkluż fil-qasam tat-tassazzjoni, li jippermettulhom jinvestu fil-livell transfruntier b’kunfidenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, bil-għan li dawn il-politiki u l-għanijiet politiċi jiġu indirizzati, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jaġixxu b’appoġġ ikkoordinat, ambizzjuż u orjentat lejn ir-riżultati;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi t-tlestija tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti hija essenzjali biex jiġi mmobilizzat il-kapital privat fl-UE u jiġi dirett b’mod effiċjenti fl-ekonomija, b’mod partikolari lejn l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups; billi suq kapitali aktar profond, aktar integrat, u aktar aċċessibbli jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament u jħeġġeġ l-investiment fit-tul; billi hija essenzjali aktar integrazzjoni tas-swieq finanzjarji Ewropej biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE, jiġi evitat li l-kumpaniji jaħarbu lejn ġuriżdizzjonijiet oħra, u jiġi żgurat li t-tfaddil Ewropew jiffinanzja t-tkabbir u l-innovazzjoni fis-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-moduli addizzjonali, li jirriżultaw mit-28 reġim, jista’ jkollhom rwol fl-appoġġ tal-iżvilupp transfruntier ta’ prodotti tal-pensjoni u tat-tfaddil fit-tul; billi, fil-kuntest tat-tassazzjoni, tali reġimi għandhom jinteraġixxu b’mod koerenti mal-oqfsa tat-taxxa nazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prinċipji ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar it-28 reġim (“EU Inc.”) għall-kumpaniji; jirrikonoxxi l-impatt sistemiku potenzjali tiegħu fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku u l-kompetittività ġenerali tal-ekonomija tal-UE; Jissottolinja, madankollu, li l-proposta dwar it-28 reġim ma tridx tikkostitwixxi sostituzzjoni għal aktar sforzi leġiżlattivi biex jitnaqqsu l-frammentazzjoni u d-disparitajiet bejn l-oqfsa regolatorji tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li adotta riżoluzzjoni b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-28 reġim: qafas ġuridiku ġdid għall-kumpaniji innovattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-aġenda “Ewropa Waħda, Suq Wieħed” biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq uniku; jieħu nota tat-talba tal-Kunsill Ewropew għall-adozzjoni tat-28 reġim għad-dritt tal-kumpaniji; jinnota n-nuqqas ta’ referenzi tal-Kunsill Ewropew għal armonizzazzjoni mmirata tal-politika tat-tassazzjoni fl-ambitu ta’ din l-aġenda, b’mod partikolari minħabba li l-SMEs għażlu l-frammentazzjoni tat-taxxa u tal-VAT bħala l-aktar ostaklu prevalenti biex jespandu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li t-tassazzjoni f’ħafna każijiet hija kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, iżda hemm – b’mod partikolari f’termini ta’ proċeduri – lok għal aktar simplifikazzjoni jew armonizzazzjoni mmirata li tindirizza reġimi ta’ konformità differenti, trattament tat-taxxa korporattiva kumpless u frammentat, obbligi ta’ rapportar u ostakli amministrattivi fit-trattament tal-investiment transfruntier; jenfasizza l-kontribut pożittiv tal-inizjattivi leġiżlattivi preċedenti tal-UE dwar it-tassazzjoni, b’mod partikolari fl-indirizzar tal-evażjoni, l-evitar u l-frodi tat-taxxa, li huma komplementari għall-oqfsa ġuridiċi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li l-inizjattiva tat-28 reġim tkun ambizzjuża fis-sustanza tagħha, anke fir-rigward tal-aspetti tat-tassazzjoni, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ it-Trattati, biex l-SMEs, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u l-kumpaniji innovattivi jkunu jistgħu jespandu u joperaw mingħajr ostakli transfruntiera fis-suq uniku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li t-28 reġim ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, jippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-protezzjoni domestika obbligatorja għall-ħaddiema, ir-rappreżentanti tagħhom u t-trade unions, u lanqas isir mezz biex jimmina, inaqqas jew idgħajjef il-livelli eżistenti ta’ protezzjoni fil-livell tal-UE jew nazzjonali; jenfasizza li t-28 reġim għandu jappoġġja l-innovazzjoni, it-trasparenza tal-politiki tal-kumpaniji u t-tkabbir dimensjonali u l-iskalabbiltà tal-kumpaniji billi jħeġġeġ it-tneħħija tal-ostakli ġuridiċi u tat-taxxa li jillimitaw l-iżvilupp u l-espansjoni transfruntiera kif ukoll il-ġustizzja fiskali, filwaqt li jipprevjeni b’mod effettiv id-disparitajiet fiskali, soċjali u regolatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ konformità li se jiġu introdotti taħt il-modulu tat-taxxa tat-28 reġim (minn hawn’ il quddiem il-“modulu tat-taxxa”) għandhom ikunu disponibbli għall-kumpaniji kollha taħt “EU Inc.”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li t-28 reġim huwa pass strateġiku lejn l-approfondiment ulterjuri tas-suq uniku, u b’hekk javvanza l-integrazzjoni Ewropea u jtejjeb il-funzjonament tas-suq uniku u l-kompetittività tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li t-28 reġim għandu jiġi stabbilit permezz ta’ approċċ modulari; jifhem li r-regolament propost li jistabbilixxi qafas legali korporattiv (“EU Inc.”) huwa l-ewwel pass li miegħu jistgħu jiżdiedu moduli oħra, inkluż dwar it-tassazzjoni (modulu tat-taxxa); iqis li dawn il-moduli futuri għandhom ikopru aspetti rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kumpaniji, u jiġu evalwati kontinwament skont parametri ta’ riferiment internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li l-modulu tat-taxxa jista’ jiżdied mal-proposta leġiżlattiva għal regolament li jistabbilixxi qafas legali korporattiv (“EU Inc.”), li għandu jiġi estiż għall-qasam tat-tassazzjoni, b’mod immirat, ambizzjuż u proporzjonat; iqis li l-benefiċċji potenzjali tal-modulu tat-taxxa jinkludu anqas kostijiet tal-konformità, proċeduri regolatorji simplifikati, ċertezza ġuridika msaħħa, prevedibbiltà u aċċess aktar faċli għas-swieq transfruntiera, u b’hekk jittejjeb u jiġi approfondit is-suq uniku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li biex modulu tat-taxxa jkun jista’ jinkiseb skont il-qafas eżistenti tat-Trattat, u fejn il-proċedura leġiżlattiva applikabbli ma tagħtix riżultati, għandha tiġi kkunsidrata struttura ta’ inklużjoni fakultattiva tal-leġiżlazzjoni rilevanti, jew kooperazzjoni msaħħa bħala l-aħħar alternattiva, sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-politika tat-taxxa; jinnota li l-politika tat-tassazzjoni għadha soġġetta għall-unanimità fil-Kunsill tal-UE; huwa tal-fehma li t-tranżizzjoni għall-użu tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata hija meħtieġa f’ċerti aspetti tal-politika tat-tassazzjoni bħal fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-Istati Membri kollha, ċerti proċeduri amministrattivi jew definizzjonijiet ġuridiċi, sabiex jiġi evitat li l-unanimità tillimita l-armonizzazzjoni regolatorja u twaqqaf liċ-ċittadini u lin-negozji milli jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku; jinnota li tali modulu għandu jitfassal bħala sistema fakultattiva, ċara u legalment sigura, miftuħa għall-adeżjoni ta’ Stati Membri oħra fi kwalunkwe ħin, filwaqt li tiġi evitata aktar frammentazzjoni u tiġi ggarantita l-koerenza tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li t-28 reġim irid inaqqas effettivament il-kumplessità tal-konformità għall-kumpaniji parteċipanti u ma jridx joħloq ġabra tar-regoli parallela li tikkoinċidi mas-sistemi ġuridiċi nazzjonali, li twassal għal żieda fid-distorsjonijiet ġuridiċi, it-trikkib jew l-inkonsistenzi, jew piż amministrattiv addizzjonali; ifakkar li l-objettiv ewlieni tar-reġim il-ġdid huwa s-simplifikazzjoni u l-kompetittività u li dawn iridu jiġu żgurati f’kull ħin filwaqt li jsir sforz għal konverġenza soċjali’ l fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-objettiv kemm tat-28 reġim kif ukoll tal-modulu tat-taxxa tiegħu mhuwiex li jinħoloq vantaġġ tat-taxxa inġust għall-kumpaniji jew l-impjegati tagħhom, iżda li jitnaqqsu b’mod sostanzjali l-kumplessità u l-piż amministrattiv li jirriżultaw minn obbligi differenti, filwaqt li jiġu rispettati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ tali kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li sabiex tiġi evitata aktar kumplessità, id-dispożizzjonijiet tat-28 reġim għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe proposta ewlenija oħra tal-Kummissjoni u mal-linji gwida rilevanti tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) rigward integrazzjoni akbar fis-suq uniku, jiġifieri fil-qasam tat-tassazzjoni u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa applikabbli, b’mod partikolari fl-oqfsa tal-UE kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, inkluża d-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern, (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/1164/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (ATAD);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jappella għal approċċ modulari u bbażat fuq il-proġetti pilota għat-28 reġim, li fih id-dritt tal-kumpaniji ikun element ewlieni; jisħaq li dawk il-moduli jridu jnaqqsu b’mod effettiv il-kumplessità tal-konformità għall-kumpaniji parteċipanti, iżda jinsisti fuq l-adozzjoni ta’ pjan direzzjonali, rigward dak li għandu jiżdied u meta, li għandu jkun magħruf mill-bidu u aġġustat kontinwament taħt proċess ta’ rieżami demokratiku perjodiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza f’dan il-kuntest li, bl-għan li tiġi żgurata l-fattibbiltà (politika) u sabiex jiġi ppreservat il-kontroll tal-Istati Membri fuq parti sostanzjali tal-politika tat-tassazzjoni tagħhom kif previst fl-oqfsa ġuridiċi attwali, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-modulu tat-taxxa għandu jkun limitat, bħala punt tat-tluq, għal subsett ta’ kumpaniji, bħal start-ups u scale-ups transfruntiera orjentati lejn it-tkabbir, li tipikament jiġġeneraw biss dħul limitat mit-taxxa korporattiva fuq l-introjtu għall-Istati Membri; jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2026 li tistabbilixxi definizzjoni ta’ tali kumpaniji bl-użu ta’ kriterji bħan-nefqa u d-daqs tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tagħhom, li akkumpanjat il-proposta dwar l-“EU Inc.”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li l-inċentivi fiskali kollha fi ħdan il-qafas tat-28 reġim iridu jkunu kompletament kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mfassla b’mod li tiġi evitata kompetizzjoni tat-taxxa dannuża, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni li l-kumpaniji li jagħżlu b’mod volontarju li jipparteċipaw fit-28 reġim għandhom jintrabtu bir-regoli tiegħu u li l-għażla tagħhom li jipparteċipaw fih trid tiġi rikonoxxuta awtomatikament mill-oqfsa ġuridiċi tal-Istati Membri kollha biex joperaw bħal kwalunkwe kumpanija oħra reġistrata nazzjonalment fi kwalunkwe Stat Membru; ifakkar li d-dħul fit-28 reġim għandu jkun fakultattiv, iżda l-ħruġ minnu għandu jkun obbligatorju malli jintlaħqu kriterji definiti b’mod ċar, inkluża offerta pubblika inizjali; jenfasizza f’dan il-kuntest li għandu jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fil-konfront tal-forom ġuridiċi nazzjonali tal-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li jridu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ ħruġ għall-kumpaniji li jiddeċiedu li jirtiraw fuq inizjattiva tagħhom stess, inklużi rekwiżiti ta’ avviż, perjodi minimi possibbli ta’ parteċipazzjoni, u d-dħul fis-seħħ tal-irtirar u li, ladarba jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti għall-ħruġ, irid jiġi pprovdut biżżejjed żmien biex jippermetti t-trasformazzjoni meħtieġa tal-kumpaniji, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni prevedibbli u gradwali filwaqt li jiġu minimizzati l-opportunitajiet għal arbitraġġ regolatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi li n-newtralità tal-forma ġuridika u n-nondiskriminazzjoni fiskali huma essenzjali biex tiġi żgurata domanda suffiċjenti għar-reġim; jistieden lill-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, temenda l-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE relatat mat-tassazzjoni, kemm direttament kif ukoll indirettament, sabiex tiżgura li l-kumpaniji li joperaw taħt it-28 reġim ikunu jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom stess, u tissimplifika u tarmonizza aktar il-proċeduri għall-aċċess għall-benefiċċji ta’ dawk id-direttivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Huwa tal-fehma li fl-ewwel fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kumpanija, il-veloċità u s-sempliċità, mingħajr il-bżonn li jiġu stabbiliti forom ġuridiċi separati f’kull wieħed mill-iStati Membri, huma kruċjali biex kunċett innovattiv jiġi ttrasformat f’entità vijabbli; jisħaq fuq il-fatt li, għat-28 reġim, irid ikun hemm b’mod prestabbilit reġistrazzjoni unika totalment diġitali fil-punt uniku ta’ servizz, flimkien mal-għoti ta’ numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa uniku, inklużi dokumentazzjoni, mudelli u interfaċċja unika għall-mili tal-formoli tat-taxxa totalment standardizzati, u li jiġi rrispettat il-prinċipju skont liema l-Ingliż jiġi fl-ewwel post għall-komunikazzjoni, mingħajr ma jiġu kompromessi l-lingwi uffiċjali l-oħra tal-UE; ifakkar li t-28 reġim għandu jikkombina arkitettura ġuridika ċara, benefiċċji kwantifikabbli sinifikattivi u ex ante għall-kumpaniji, u appoġġ istituzzjonali robust; jenfasizza s-sinerġiji mal-proposta dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju (COM(2025)0838), imfassla biex tistabbilixxi ambjent bla xkiel u sigur għall-interazzjoni diġitali bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-Punt Uniku ta’ Servizz, jew alternattivament ċentru ċentrali differenti, għandu jiffunzjona wkoll bħala pjattaforma diġitali li tappoġġja lill-kumpaniji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom fi ħdan it-28 reġim u l-moduli varji tiegħu; jenfasizza li dan għandu jipprovdi aċċess simplifikat għall-informazzjoni regolatorja, fiskali u amministrattiva rilevanti fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jiżgura t-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt, kif ukoll jinkludi l-possibbiltà li jiġu inkorporati, ġestiti u xolti l-attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura protettiva ulterjuri, li l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa stabbiliti mid-dritt attwali tal-UE jridu jiġu applikati bir-reqqa; jisħaq li huma biss il-kumpaniji b’attivitajiet ekonomiċi reali fl-UE li għandu jkollhom aċċess għall-modulu tat-taxxa u li dan il-modulu ma għandux iwassal għall-ħolqien ta’ kumpaniji fittizji jew fantażma, peress li tali prattiki jimminaw l-integrità regolatorja, ifixklu l-kompetizzjoni ġusta u jnaqqsu l-attività ekonomika ġenwina fl-UE; jissottolinja li l-modulu tat-taxxa ma għandux isir għodda għal “tax shopping” u, fl-ebda ċirkostanza, ma jrid isir mezz biex jitnaqqsu jew jiġu evitati bla bżonn il-livelli attwali ta’ tassazzjoni fil-livell tal-UE jew nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li kumpanija li għaliha jkun ġie stabbilit uffiċjalment ksur ta’ regoli vinkolanti rigward il-frodi, it-taxxa, l-evażjoni tas-sigurtà soċjali jew il-parteċipazzjoni tal-impjegati, ma għandhiex tkun eleġibbli biex tipparteċipa fil-modulu tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li qafas ta’ rapportar finanzjarju trasparenti, responsabbli u effiċjenti huwa neċessità, u li l-Istandards Kontabilistiċi Uniċi għandhom jiġu applikati awtomatikament għall-kumpaniji kollha li joperaw taħt it-28 reġim fl-Istati Membri parteċipanti kollha, filwaqt li jibnu fuq standards rikonoxxuti internazzjonalment bħall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju fejn xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impożizzjoni ta’ taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Huwa tal-opinjoni li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-politika tat-tassazzjoni korporattiva jirrappreżenta ostaklu sinifikanti għall-attività ekonomika transfruntiera fl-UE, filwaqt li jżid ukoll ir-riskji ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa; jipproponi, għalhekk, biex jiġi pprovdut reġim tat-taxxa ċar, effettiv u trasparenti, il-modulu tat-taxxa futur għandu jimmira għal bażi unika konsolidata għat-taxxa korporattiva għall-kumpaniji parteċipanti fl-UE kollha; ifakkar fl-inizjattivi preċedenti, pereżempju l-Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva, il-BKKTK, il-BEFIT u l-mudell tas-sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-SMEs, u jipproponi li l-modulu tat-taxxa għandu joffri metodu uniformi biex jiġi ddeterminat l-introjtu taxxabbli f’konformità mal-linji gwida tal-OECD, b’hekk tiġi eliminata l-frammentazzjoni fil-kalkoli tal-bażi tat-taxxa u tonqos l-inċertezza transfruntiera; jisħaq li l-modulu tat-taxxa ma jridx jillimita aktar id-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jistabbilixxu rati tat-taxxa korporattiva; jisħaq li t-28 reġim għandu jagħti prijorità lill-konsolidazzjoni ġenwina sabiex jiġi żgurat il-kumpens transfruntier effettiv għat-telf, u b’hekk jiġi inċentivat l-investiment transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-proposta għal remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn, il-modulu għandu jippromwovi n-newtralità bejn il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, sabiex jitneħħew il-preġudizzji fiskali strutturali u jissaħħaħ l-investiment ibbażat fuq l-ekwità, li huwa partikolarment importanti għall-istart-ups u l-iscale-ups li jiddependu primarjament fuq il-finanzjament tal-ekwità fl-istadji bikrin tal-iżvilupp tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jipproponi li t-28 reġim għandu jfittex li jissimplifika l-amministrazzjoni tat-taxxa u jnaqqas l-inċertezza transfruntiera, inkluż, fejn possibbli, billi jistandardizza d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, jevita dikjarazzjonijiet duplikati, u jtejjeb il-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet tat-taxxa, u l-applikazzjoni tal-prinċipju “diġitali l-ewwel”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jipproponi li l-bażi konsolidata għat-taxxa tkun mqassma fost l-Istati Membri li jużaw formula maqbula minn qabel li tirrifletti l-attività ekonomika reali, bħall-bejgħ, ix-xogħol, l-assi tanġibbli u l-preżenza diġitali, li tieħu post tilwim kumpless bejn il-gruppi fil-qasam tal-ipprezzar ta’ trasferiment fi ħdan ir-reġim b’metodu ta’ allokazzjoni trasparenti, f’konformità mal-linji gwida tal-OECD; jisħaq li dan ikun kemm għodda ta’ simplifikazzjoni kif ukoll għodda kontra l-evitar tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li r-rati tat-taxxa jridu jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri; jinnota, madankollu, li dawn jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ interfaċċja unika għall-mili tal-formoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li t-tassazzjoni doppja trid tiġi evitata b’mod effettiv permezz, ngħidu aħna, id-definizzjoni u l-klassifikazzjoni uniformi tal-gwadanji kapitali, tal-pagamenti intrareġim, jew ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-istatus tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jipproponi li l-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ bordijiet speċjali fi ħdan il-qrati nazzjonali tagħhom iddedikati għal tilwim dwar il-modulu tat-taxxa, u li dawn il-bordijiet ikunu jistgħu jwettqu s-soluzzjoni tat-tilwim bl-Ingliż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza li l-espansjoni transfruntiera tista’ tinvolvi avvenimenti u riorganizzazzjonijiet frekwenti tal-mobbiltà korporattiva, u li, bl-intenzjoni li jittieħed benefiċċju mill-qafas attwali għal operazzjonijiet newtrali għat-taxxa, il-modulu tat-taxxa għandu jinvolvi l-estensjoni tad-dritt attwali tal-UE u għandu jindirizza frizzjonijiet tat-taxxa relatati mal-mobbiltà permezz ta’ koordinazzjoni amministrattiva msaħħa u ċertezza sostantiva akbar filwaqt li jiżgura li kwalunkwe miżura ta’ simplifikazzjoni tibqa’ soġġetta għal salvagwardji xierqa kontra l-abbuż<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Dipartiment Tematiku għall-Ekonomija u t-Tkabbir; L-istudju ta’ Filip Debelva, Joris Luts, Anne Mieke Vandekerkhove, Niels Bammens bit-titolu “Feasibility of a 28th Tax Regime and Its Potential to Support EU Competitiveness” (Il-fattibbiltà tat-28 Reġim tat-Taxxa u l-Potenzjal Tiegħu li Jappoġġja l-Kompetittività tal-UE), 2026</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Taxxa fuq il-valur miżjud</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza li, biex jonqsu l-piżijiet marbutin mal-konformità, il-parteċipanti fir-reġim jeħtiġilhom joperaw f’qafas tal-VAT ċentralizzat, li fih numru uniku tal-VAT tal-UE u punt uniku diġitali ta’ servizz<FOOTNOTE><FIELD> Il-pakkett “Il-VAT fl-Era Diġitali” (ViDA).</FIELD></FOOTNOTE> fil-livell tal-UE jridu jkopru d-dikjarazzjonijiet u r-rifużjonijiet fl-Istati Membri kollha, inkluż permezz ta’ proċeduri ta’ rifużjoni fil-ħin u effiċjenti u ħtieġa mnaqqsa ta’ reġistrazzjonijiet multipli; jenfasizza l-importanza li jiġi promoss l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali interoperabbli, inkluża l-fatturazzjoni elettronika, biex tiġi ssimplifikata l-konformità, tissaħħaħ it-trasparenza u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi; ifakkar li l-objettiv taħt il-modulu tat-taxxa għandu jkun is-simplifikazzjoni proċedurali pjuttost milli l-armonizzazzjoni tar-rati tal-VAT, biex b’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jespandu mingħajr ma jiġu mmultiplikati l-interfaċċji amministrattivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Taxxa minn ras il-għajn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li l-flussi transfruntiera tal-kapital fi ħdan il-modulu tat-taxxa għandhom jibbenefikaw minn trattament aktar ikkoordinat u effiċjenti, li abbażi tiegħu d-dividendi, l-imgħax u r-royalties bejn l-entitajiet parteċipanti u l-veikoli ta’ investiment assoċjati tagħhom għandhom jibbenefikaw u jkunu soġġetti għal proċedura komuni simplifikata tat-taxxa f’ras il-għajn u tassazzjoni minima effettiva; jipproponi li r-rikonoxximent immedjat tar-residenza għal finijiet ta’ taxxa jrid jinkiseb permezz ta’ reġistru diġitali ċentralizzat tal-UE, li jippermetti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni diġitali simplifikati u jelimina d-dewmien minħabba rifużjonijiet manwali identifikat bħala ostaklu ewlieni għall-espansjoni fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2025/50/UE tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras l-għajn eċċessivi, (ĠU L, 2025/50, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jitlob li tiġi żviluppata definizzjoni ċara u trasparenti tas-sjieda benefiċjarja għal finijiet ta’ taxxa li tidentifika s-sidien reali tad-ditti, jew tal-anqas sett ta’ kriterji komprensibbli u aċċettat b’mod wiesa’ li fuqu għandu jiġi offrut il-ħelsien mit-taxxa f’ras l-għajn, u għandhom jiġu evitati proċeduri twal ta’ rifużjoni, iżda dawn għandhom jinżammu f’sitwazzjonijiet fejn l-ebda wieħed mill-kriterji ma jiġi ssodisfat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tassazzjoni fuq l-impjegati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-użu fakultattiv tal-opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati tal-UE fi ħdan il-proposta usa’ “EU Inc.” u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ tassazzjoni li sseħħ maċ-ċessjoni u tibbenefika mill-istess trattament tat-taxxa kif applikabbli għal opzjonijiet oħra ta’ stokks għall-impjegati jew strumenti simili skont id-dritt nazzjonali; jemmen, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati tal-UE għandha tkun obbligatorja taħt il-modulu tat-taxxa; jinnota li l-gwadanji għandhom jiġu ttrattati bħala introjtu minn kapital u mhux introjtu mill-impjieg, biex b’hekk l-inċentivi għall-impjegati jkunu allinjati mat-tkabbir fit-tul tal-kumpaniji u jitneħħa l-effett distorsiv tat-tassazzjoni antiċipata; jappoġġja l-indirizzar tal-kwistjoni tal-konvertibbiltà ma’ skemi ta’ opzjonijiet ta’ stokk madwar l-Ewropa biex tiġi ffaċilitata l-konverżjoni ta’ kumpaniji eżistenti għat-28 reġim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol tal-iskemi ta’ ishma għall-impjegati u mekkaniżmi simili fil-ħolqien ta’ inċentivi biex jattiraw it-talent u l-persunal ewlieni lejn dawn il-kumpaniji; jenfasizza li persunal ewlieni, inkluż fundaturi u impjegati essenzjali oħra li l-ħiliet u l-għarfien espert tagħhom huma kritiċi għall-iżvilupp tal-kumpanija; jenfasizza li reġim tat-taxxa trasparenti, ekonomikament sod u prevedibbli għal tali strumenti huwa essenzjali biex dawn il-kumpaniji jinżammu fl-UE u biex jiġi attirat u jinżamm it-talent fuq termini komparabbli ma’ dawk disponibbli f’ġuriżdizzjonijiet kompetituri oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jitlob li jkun hemm metodu ta’ valwazzjoni standardizzat tal-UE li joffri regoli ta’ “port sikur” biex jiġi ddeterminat il-valur tal-opzjoni fuq l-ishma u ta’ stokk fil-kumpaniji mhux ikkwotati, jipprevjeni r-rivalutazzjonijiet retroattivi u jnaqqas l-inċertezza tad-dritt; iqis li tali valutazzjonijiet għandhom jiġu rikonoxxuti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa parteċipanti sakemm ma jintweriex li hemm abbuż, frodi jew żball evidenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi fuq l-introjtu tal-pensjoni applikabbli għall-ħaddiema li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f’aktar minn Stat Membru wieħed huma stabbiliti mill-qafas tal-ħaddiem multistatali skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/883/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli tiġi ddeterminata f’konformità ma’ għadd ta’ fatturi, u b’hekk tissaħħaħ iċ-ċertezza ġuridika u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jappella għal regoli mmirati li jiżguraw iċ-ċertezza tat-taxxa għall-impjegati li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri, matul il-perjodu bejn l-għoti ta’ ekwità tal-impjegati u l-bejgħ tal-ishma sottostanti, inkluż permezz ta’ rapportar diġitali simplifikat uniku tal-impjegaturi kif ukoll l-evitar ta’ tassazzjoni doppja jew multipla fil-punt tal-bejgħ tal-ekwità tal-impjegati; jisħaq li kwalunkwe allokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni għandha tibqa’ proporzjonata, sempliċi u prevedibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ipprezzar ta’ trasferiment</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li għalkemm l-Istati Membri kollha għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali f’konformità mal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, l-applikazzjoni ta’ dawk il-linji gwida tibqa’ diverġenti minħabba n-nuqqas ta’ direttiva tal-UE dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti; jisħaq li sabiex jiġi evitat li l-kostijiet ta’ konformità jsiru ostaklu strutturali għall-espansjoni, il-kumplessità tal-ipprezzar ta’ trasferiment għandha tonqos konsiderevolment; iqis li hemm bżonn li jintużaw elementi tal-BKKTK biex tiġi pprovduta bażi koerenti għal qafas fiskali Ewropew unifikat; jipproponi, fi ħdan il-modulu tat-taxxa, li l-Kummissjoni għandha tispeċifika b’mod ċar ir-regoli tal-ipprezzar ta’ trasferiment applikabbli għall-kumpaniji li jagħżlu t-28 reġim, u tinkludi “portijiet sikuri” kkoordinati li għandhom japplikaw għas-servizzi intragrupp ta’ rutina u għat-tranżazzjonijiet b’riskju baxx, u approċċi armonizzati li għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-proprjetà intellettwali u l-allokazzjoni tal-kostijiet biex jiġi limitat it-tilwim, filwaqt li r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tal-kumpanija u l-istadju tat-tkabbir;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aċċess għall-kapital</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li jiġu armonizzati d-definizzjonijiet u t-trattament għall-gwadanji kapitali, kif ukoll mekkaniżmi effiċjenti għall-prevenzjoni ta’ taxxa doppja u biex tonqos l-inċertezza transfruntiera; jissuġġerixxi valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit status uniku vverifikat diġitalment tal-investituri abbażi ta’ sett ta’ standards komuni, biex jiġi żgurat li l-eliġibbiltà tagħhom tiġi rikonoxxuta awtomatikament fl-Istati Membri kollha sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti transfruntiera; huwa tal-fehma li l-istrumenti ta’ investiment standardizzati, fosthom mudelli ta’ finanzjament armonizzati u konvertibbli u mudelli ta’ ftehimiet tal-azzjonisti, għandhom jiddaħħlu biex jonqsu l-kostijiet ta’ tranżazzjon u l-inċertezza ġuridika, filwaqt li jissaħħu l-protezzjoni tal-investitur u t-trasparenza tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq li wieħed mill-għanijiet tar-reġim il-ġdid huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ suq kapitali ġenwin tal-UE, li jippermetti lid-ditti fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiksbu l-finanzjament meħtieġ filwaqt li jżommu l-preżenza tagħhom fl-UE; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi mmobbilizzat il-volum għoli ta’ tfaddil eżistenti fl-UE lejn l-investiment imsemmi, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti ta’ investiment attraenti u aċċessibbli għall-investituri bl-imnut, filwaqt li jiġi evitat ir-riskju li tali tfaddil jiġi dirett lejn ġuriżdizzjonijiet mhux tal-UE; jisħaq li l-modulu tat-taxxa jrid jiffaċilita l-għeluq tad-diskrepanza attwali fil-finanzjament fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza li t-28 reġim għandu jindirizza direttament l-ostakli strutturali li jillimitaw il-mobilizzazzjoni tal-kapital fl-Ewropa; ifakkar li minn perspettiva ta’ investitur, irid jiġi żgurat allinjament regolatorju u prudenzjali; iqis li t-28 reġim għandu jkun fih regoli armonizzati dwar strumenti ta’ dejn simili għal ekwità, inklużi regoli tal-insolvenza marbuta ma’ dawk l-istrumenti, li jippermettu lill-investituri jinvestu f’kumpanija mingħajr ma jiksbu drittijiet ta’ kontroll fuq dik il-kumpanija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inċentivi fiskali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li l-modulu tat-taxxa għandu jintroduċi inċentivi tat-taxxa xierqa, ikkoordinati u kundizzjonati b’mod strett iċċentrati fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u r-reinvestiment; josserva li xenarju bażi armonizzat għall-inċentivi fil-qasam R&Ż għandu jistabbilixxi definizzjonijiet komuni tal-eleġibbiltà u standards minimi fl-Istati Membri kollha, inklużi iżda mhux limitati għall-kundizzjonalità soċjali, għodod regolari ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tan-nefqa tat-taxxa biex jiġi żgurat li: (i) huma adattati għall-iskop tagħhom; (ii) huma mod kosteffettiv biex titrawwem l-innovazzjoni; u (iii) ma jkollhom l-ebda implikazzjoni mhux mistennija jew negattiva; jenfasizza li d-ditti li jagħżlu l-modulu tat-taxxa m’għandhomx ikunu żvantaġġati biex jaċċessaw il-programmi jew l-inċentivi tal-Istati Membri abbażi tal-forma ġuridika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq ukoll li t-tfassil tal-inċentivi fil-qasam R&Ż fl-ambitu tal-modulu tat-taxxa jrid jiġi kkalibrat b’mod espliċitu biex ikun allinjat mal-qafas globali tat-taxxa minima tat-Tieni Pilastru tal-OECD, u b’mod partikolari li trid tiġi indirizzata l-interazzjoni mar-regoli dwar il-Kreditu ta’ Taxxa Rimborżabbli Kwalifikat biex jiġi żgurat li ditti li jaqgħu fl-ambitu tal-modulu tat-taxxa – li jista’ ma jkollhom l-ebda profitt attwali – ikunu jistgħu madankollu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-inċentivi mingħajr piż amministrattiv sproporzjonat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ stimulazzjoni qawwija tal-attivitajiet ta’ espansjoni; jemmen li meta l-profitti investiti mill-ġdid jintużaw għal R&Ż, id-diġitalizzazzjoni jew l-innovazzjoni ekoloġika għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu tnaqqis addizzjonali temporanju jew differimenti tat-taxxa, u b’hekk jinċentivaw ir-ridirezzjonar tal-qligħ imfaddal lejn investiment li jsaħħaħ il-produttività aktar milli distribuzzjoni fuq terminu qasir, sabiex tingħata spinta lill-kapaċità teknoloġika u l-kompetittività; jenfasizza li l-inċentivi kollha jridu jitfasslu biex jibqgħu trasparenti, sempliċi, u konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni tal-impatt, rieżami u evalwazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura rieżami komprensiv u, meta jkun neċessarju, reviżjonijiet tal-aspetti relatati mat-taxxa tat-28 reġim f’intervalli regolari, inkluż il-potenzjal tiżdied leġiżlazzjoni ġdida dwar il-moduli ġodda mar-reġim, valutazzjoni tar-rati ta’ adozzjoni tiegħu fost il-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups, u tal-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku tagħhom, l-allinjament tiegħu mal-ħtiġijiet tan-negozju u tas-soċjetà li qed jevolvu, l-idoneità ġenerali tiegħu għall-iskop u l-effett tiegħu fuq il-kompetittività tal-UE (valutazzjoni komparattiva internazzjonali); iqis li ċ-ċiklu ta’ rieżami għandu jseħħ kull erba’ snin biex tiġi żgurata l-adattabbiltà għal sfidi ġodda;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>