<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0271</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja (JOIN(2026)0025)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0339/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2026 2026 dwar il-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja (JOIN(2026)0025) (2026/2734(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-27 ta’ Mejju 2026 bit-titolu “Id-difiża tal-valuri, l-ixprunar tar-riforma, it-twettiq tal-impatt: l-azzjoni umanitarja tal-UE f’ordni globali li qed tinbidel” (JOIN(2026)0025) (il-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja), u d-dokumenti ta’ ħidma konġunti tal-persunal li jakkumpanjawha dwar approċċ strateġiku għad-diplomazija umanitarja tal-UE (SWD(2026)0312), dwar Approċċ Integrat għall-Fraġilità (SWD(2026)0313) u dwar il-Ktajjen tal-Provvista Umanitarji (SWD(2026)0314),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta’ Ottubru 2000 u d-disa’ riżoluzzjonijiet sussegwenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja (JOIN(2026)0025) (O-000026/2026 - B10‑0013/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-bżonnijiet umanitarji qed jiżdiedu b’mod rapidu, u qed jisbqu l-finanzjament disponibbli; billi aktar minn 300 miljun persuna għandhom bżonn l-għajnuna umanitarja; billi n-NU nediet appell globali għal USD 33 biljun u timmira li tuża dan il-finanzjament biex tilħaq 135 miljun persuna f’ 50 pajjiż fl-2026; billi l-appell ekwivalenti tan-NU fl-2025 irċieva biss USD 12-il biljun, l-aktar livell baxx ta’ finanzjament f’deċennju<FOOTNOTE><FIELD> L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji “Global Humanitarian Overview 2026” (Ħarsa Ġenerali Umanitarja Globali 2026”, https://humanitarianaction.info/document/global-humanitarian-overview-2026.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL) qed jilħaq livelli allarmanti, inklużi attakki intenzjonati u qtil ta’ persuni ċivili, il-qerda ta’ infrastruttura essenzjali bħal skejjel u sptarijiet, vjolenza sesswali mifruxa, ir-reklutaġġ ta’ tfal bħala kumbattenti, attakki kontra ħaddiema umanitarji u persunal mediku, spostament furzat, l-użu tal-ġuħ bħala metodu ta’ gwerra, u ċ-ċaħda intenzjonata tal-aċċess umanitarju u l-użu tiegħu bħala arma;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan il-ksur imur kontra l-obbligi tal-IHL, inklużi r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2286 (2016) u 2417 (2018); billi l-għajnuna umanitarja qatt ma għandha tiġi strumentalizzata u għandha tilħaq lill-persuni ċivili mingħajr xkiel jew diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip, f’konformità sħiħa mal-IHL;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-restrizzjonijiet tal-aċċess, inklużi l-impedimenti burokratiċi, ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u l-interferenza mill-partijiet fil-kunflitti, qed jillimitaw dejjem aktar il-kapaċità tal-atturi umanitarji li jilħqu lill-popolazzjonijiet affettwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) nieda Risettjar Umanitarju fis-sistema kollha biex is-sistema globali tal-għajnuna umanitarja ssir aktar effiċjenti u effettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu l-akbar sehem ta’ finanzjament umanitarju globali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, “Għajnuna Umanitarja”, https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/humanitarian-aid/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ktajjen tal-provvista umanitarja, mill-akkwist sat-twassil finali, jirrappreżentaw sa 80 % tal-infiq umanitarju totali madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, wara l-iskossi ta’ dawn l-aħħar ħames snin, il-fraġilità globali għadha f’livell għoli li hu kważi rekord<FOOTNOTE><FIELD> L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), “States of Fragility 2025” (Stati ta’ Fraġilità 2025”, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 2025, https://doi.org/10.1787/81982370-en .</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kunflitt, it-tibdil fil-klima u l-fatturi ekonomiċi huma t-tliet muturi ewlenin taż-żieda fil-bżonnijiet umanitarji, li jaggravaw l-insigurtà tal-ikel, l-ispostament u r-riskji għas-saħħa, u jżidu l-frekwenza u l-intensità tad-diżastri; billi ż-żieda fil-livell tal-baħar tista’ toħloq theddida eżistenzjali għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, li huma fost l-aktar pajjizi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, u dan iwassal għal ħtieġa akbar ta’ azzjonijiet umanitarji u ta’ preparatezza;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fi żminijiet ta’ kunflitt u kriżi, l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri li kienu jeżistu qabel spiss jiġu aggravati, u dan iwassal biex in-nisa u l-bniet, speċjalment dawk b’vulnerabbiltajiet kumulattivi, jiġu affettwati b’mod sproporzjonat minn kunflitt, spostament, vjolenza abbażi tal-ġeneru u esklużjoni minn servizzi li jsalvaw il-ħajja u minn proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; billi storikament is-sehem tal-għajnuna umanitarja bilaterali b’objettivi ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri kien baxx, u kompla jonqos matul dawn l-aħħar ftit snin, u baqa’ staġnat għal 17 % fl-2021–2022<FOOTNOTE><FIELD> OECD, “Development Finance for Gender Equality 2024” (Finanzjament għall-Iżvilupp għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024), Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 20245, https://doi.org/10.1787/e340afbf-en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa jirċievu biss 0.4 % tal-għajnuna bilaterali fi stati fraġli<FOOTNOTE><FIELD> Segretarju Ġenerali tan-NU, “Women and peace and security - Report of the UN Secretary” (In-nisa u l-paċi u s-sigurtà - Rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU), il-5 ta’ Settembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ispostament furzat qed jilħaq livelli bla preċedent u billi proporzjon sinifikanti tar-rifuġjati u l-persuni spostati internament fid-dinja jirrisjedu fi stati b’introjtu baxx u fraġli, dan ipoġġi domanda dejjem akbar fuq l-assistenza umanitarja u s-servizzi ta’ protezzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Protezzjoni - Ħarsien tal-IHL, il-prinċipji umanitarji u l-protezzjoni tal-persuni ċivili u tal-ħaddiema umanitarji, u l-iżvilupp ta’ strateġija komuni ta’ diplomazija umanitarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-impenji li saru fil-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja fir-rigward tal-IHL u l-prinċipji umanitarji tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza; ifakkar li d-dritt umanitarju internazzjonali jorbot lill-partijiet kollha f’kunflitt armat; jikkundanna bil-qawwa t-tfixkil tal-għajnuna umanitarja; jopponi u jikkundanna b’mod fundamentali t-twassil tal-għajnuna umanitarja biex jiġu avvanzati l-aġendi militari u l-politiċizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja billi jiġi ristrett b’mod sever l-aċċess għall-għajnuna li ssalva l-ħajjiet, li jimminaw il-prinċipji umanitarji ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkundanna n-nuqqas ta’ rispett għall-IHL u żżomm b’mod konsistenti lill-atturi responsabbli għall-ksur tal-IHL fir-relazzjonijiet esterni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri biex isaħħu l-azzjonijiet biex jissalvagwardjaw l-ispazju umanitarju, jiżguraw il-konformità mal-IHL u mal-prinċipji umanitarji, isaħħu l-mekkaniżmi tal-obbligu ta’ rendikont, jindirizzaw il-lakuni fil-monitoraġġ tal-ksur, inkluż permezz tal-ġbir ta’ data u proġetti bħall-“IHL in Focus” (Fokus fuq l-IHL), u joqogħdu lura minn sħubijiet li jimminaw dawn il-prinċipji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri jkomplu jiżguraw li l-miżuri restrittivi u l-prattiki bankarji ta’ tnaqqis tar-riskji jippermettu azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji, inkluż billi jinkorporaw u japplikaw b’mod sistematiku eżenzjonijiet u salvagwardji umanitarji permanenti effettivi, ċari u operazzjonali fil-miżuri restrittivi rilevanti kollha, filwaqt li jibnu fuq l-eżenzjoni permanenti stabbilita mir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li fejn l-UE tiffinanzja u tagħti għajnuna umanitarja maħsuba biex issalva l-ħajjiet u tipprevjeni l-karestija, u pajjiż mhux tal-UE jostakola jew jimblokka t-twassil tal-għajnuna, l-UE jeħtiġilha tuża l-influwenza politika, diplomatika, legali u ekonomika kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura t-twassil immedjat u mingħajr xkiel ta’ dik l-għajnuna u tiżgura li din tilħaq il-popolazzjoni fil-bżonn; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżidu b’mod sistematiku tali tfixkil fl-ogħla livell politiku u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa kontra l-Istati, l-entitajiet jew l-individwi responsabbli għat-tfixkil, sabiex jinkiseb it-twassil immedjat u mingħajr xkiel tal-assistenza umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-miżuri ta’ sikurezza u sigurtà biex tipproteġi lill-ħaddiema umanitarji, inkluż permezz ta’ programmi ta’ taħriġ, b’mod partikolari għall-persunal lokali, u billi tiżviluppa standards minimi komuni ta’ sigurtà għall-komunità umanitarja, iżżid il-koordinazzjoni tas-sigurtà u d-disponibbiltà ta’ data kritika dwar is-sigurtà, tiġbor flimkien ir-riżorsi tas-sigurtà u tiżviluppa inizjattivi konġunti mas-sħab umanitarji, inkluż dwar theddid emerġenti bħad-diżinformazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel il-“Protect Aid Workers” (Protezzjoni tal-Ħaddiema tal-Għajnuna) programm globali permanenti b’finanzjament adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Isejjaħ lill-Kummissjoni biex iżżid l-appoġġ għas-saħħa mentali u s-servizzi ta’ appoġġ psikosoċjali għall-ħaddiema umanitarji, b’mod partikolari l-persunal lokali, minħabba l-livelli għoljin ta’ stress u trawma assoċjati mal-operazzjonijiet umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi ż-żieda fl-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji u l-qtil tagħhom f’żoni ta’ kunflitt; ifakkar lill-istati fl-obbligu tagħhom li jirrispettaw u jipproteġu lill-persunal tal-għajnuna umanitarja u jfakkar li l-attakki intenzjonati kontra l-persunal involut f’missjoni ta’ għajnuna umanitarja jikkostitwixxu reati tal-gwerra; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-hekk imsejħa tattiċi ta’ attakk doppju, dokumentati f’kunflitti inklużi dawk fl-Ukrajna, f’Gaża u fil-Libanu, fejn attakk inizjali jiġi segwit minn attakk jew attakki sussegwenti, spiss immirati lejn persuni ċivili u ħaddiema tas-salvataġġ, b’mod partikolari ħaddiema umanitarji, u li jistgħu jikkostitwixxu reat tal-gwerra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkundannaw b’mod inekwivoku l-qtil ta’ ħaddiema umanitarji u jinvestu fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-awturi ta’ dawn ir-reati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lid-delegazzjonijiet tal-UE, lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u lill-Istati Membri, bl-użu ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa, jaħdmu fuq strateġija komuni tal-UE għad-diplomazija umanitarja, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-atturi umanitarji, inklużi s-sħab internazzjonali tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jissottolinja li d-diplomazija umanitarja effettiva għandha tkun speċifika għas-sitwazzjoni, immexxija mid-data u mibnija fuq promozzjoni u għarfien espert b’għeruq lokali, kif ukoll djalogu sistematiku mas-sħab umanitarji lokali u nazzjonali u l-atturi l-aktar esposti fuq il-post, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, li spiss ikunu fuq quddiem nett tar-rispons umanitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li d-diplomazija umanitarja effettiva u effiċjenti tirrikjedi t-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn l-atturi umanitarji u politiċi rilevanti kollha u l-ingranaġġ tal-għodod diplomatiċi kollha possibbli, inkluż permezz ta’ punti fokali tad-diplomazija umanitarja u strateġiji ta’ komunikazzjoni mmirati, bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità tal-UE li tissalvagwardja l-ispazju umanitarju f’kunflitti armati u li twettaq promozzjoni kontra ksur tal-IHL;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li timmonitorja u tiddokumenta l-ksur tal-IHL, inkluż permezz ta’ appoġġ għal mekkaniżmi ta’ responsabbiltà indipendenti u kooperazzjoni ma’ korpi investigattivi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-UE li ssaħħaħ il-promozzjoni u l-appoġġ għas-settur tal-protezzjoni bħala l-qalba tal-azzjoni umanitarja, u għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinsab allarmat biż-żieda qawwija fl-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji, il-persunal mediku u l-infrastruttura umanitarja, u biż-żieda fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti, f’kuntesti umanitarji<FOOTNOTE><FIELD> Segretarju Ġenerali tan-NU, “Conflict-related Sexual Violence – Report of the Secretary-General” (Il-Vjolenza Sesswali Relatata mal-Kunflitti — Rapport tas-Segretarju Ġenerali), il-21 ta’ April 2026.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jqiegħdu lin-nisa u lill-bniet fiċ-ċentru tal-isforzi ta’ preparatezza u rispons umanitarji, jadottaw approċċ inklużiv u jsaħħu l-implimentazzjoni sħiħa tal-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, inklużi miżuri biex in-nisa u l-bniet jiġu protetti mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u jsaħħu l-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikanti tan-nisa fl-istadji kollha tal-proċessi tal-paċi, inkluż fir-risponsi umanitarji u fl-isforzi ta’ rkupru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu 5 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tagħhom f’kuntesti fraġli lill-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa u tad-drittijiet tan-nisa, permezz ta’ finanzjament flessibbli u fit-tul, minħabba r-rwol importanti ta’ ness li għandhom il-bennejja tal-paċi nisa u l-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa bħala dawk li jagħtu l-ewwel rispons fi kriżijiet umanitarji u, fl-istess ħin, bħala bennejja tal-paċi, medjaturi u atturi tal-iżvilupp fil-komunitajiet tagħhom; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni se ssaħħaħ l-involviment tagħha dwar il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet riproduttivi f’ambjenti umanitarji, inkluż permezz tal-programm SHIELD (Saħħa Sesswali u Riproduttiva f’Emerġenzi u Ħajja b’Dinjità), u jistieden lill-Kummissjoni talloka finanzjament suffiċjenti għal dan il-programm;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prestazzjoni - Navvanzaw riforma umanitarja ċċentrata fuq in-nies, niksbu risponsi umanitarji aktar effettivi u effiċjenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna dwar il-kriżi globali umanitarja u tal-finanzjament għall-iżvilupp, u d-deċiżjoni minn diversi donaturi ewlenin, inklużi diversi Stati Membri tal-UE, li jnaqqsu l-baġits tal-għajnuna tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jieħdu passi kredibbli biex jissodisfaw l-impenn kollettiv tal-UE li tipprovdi 0.7% tal-introjtu nazzjonali gross bħala ODA, b’10 % iddedikati għall-azzjoni umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi tħassib li l-kompetizzjoni ġeopolitika li qed tikber u l-bidla fil-prijoritajiet tad-donaturi jistgħu jiddevjaw l-attenzjoni u r-riżorsi lil hinn mill-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-aktar fraġli tad-dinja; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw kriterji trasparenti u bbażati fuq il-bżonnijiet meta jallokaw l-assistenza umanitarja u biex jiżguraw finanzjament suffiċjenti u sostnut għall-kriżijiet li fil-biċċa l-kbira ġew ittraskurati u li ma ġewx iffinanzjati biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex ittejjeb l-effiċjenza tal-għajnuna u l-kwalità tal-finanzjament umanitarju fil-kuntest tar-Risettjar Umanitarju tan-NU u biex tagħti prijorità lil dawk l-aktar fil-bżonn; jissottolinja li, minbarra l-volum tal-għajnuna, il-kwalità u l-obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-assistenza umanitarja tal-UE huma ta’ importanza ewlenija, u li r-riformi umanitarji jridu jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet, immexxija mir-riżultati u ffukati fuq l-effettività u l-impatt reali; jissottolinja, madankollu, li dan l-eżerċizzju ma jridx isir approċċ purament ta’ tnaqqis tal-kostijiet li jikkomprometti l-għoti ta’ assistenza bbażat fuq il-prinċipji u l-bżonnijiet; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi titjib fl-effiċjenza taħt ir-Risettjar Umanitarju li għandu jiġi investit mill-ġdid f’risponsi umanitarji tal-ewwel linja, aktar milli jitnaqqsu l-livelli ġenerali tal-assistenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe riforma umanitarja li jwettqu tkun iċċentrata fuq in-nies u reattiva għal kwistjonijiet tal-ġeneru billi jallinjaw il-proċessi ta’ finanzjament, konformità u riforma mal-objettivi tal-kwalità, tal-lokalizzazzjoni u tal-obbligu ta’ rendikont għall-popolazzjonijiet affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tagħmel il-ktajjen tal-provvista umanitarja aktar effettivi, effiċjenti, ambjentalment sostenibbli u reżiljenti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal b’mod konġunt dawn ir-riformi mal-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni u tappoġġjahom b’finanzjament adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tuża mill-inqas żewġ terzi tal-finanzjament umanitarju tagħha permezz ta’ modalitajiet trasformattivi li jżidu l-flessibbiltà u l-effiċjenza u jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq is-sħab; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tespandi l-użu ta’ assistenza bbażata fuq il-flus kontanti, fejn xieraq, bħala modalità effiċjenti, dinjituża u ċċentrata fuq in-nies tat-twassil tal-għajnuna umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-aġenda u l-pjan direzzjonali tal-lokalizzazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lura sa tmiem l-2026 dwar il-progress li tkun għamlet lejn il-mira tagħha li, sal-2027, twassal 25 % tal-finanzjament umanitarju direttament kemm jista’ jkun lill-atturi lokali permezz ta’ aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali, l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri u s-sħab tal-NGOs, filwaqt li jenfasizza r-rwol ċentrali tan-NU fil-koordinazzjoni tar-rispons umanitarju internazzjonali għad-diżastri u l-kunflitti armati; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar kif tista’ tagħmel aktar progress dwar il-lokalizzazzjoni lil hinn mill-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw lokalizzazzjoni sinifikanti u sħubijiet ekwi mar-rispondenti lokali, inkluż billi jiżguraw li l-atturi lokali jkollhom rwol attiv fit-teħid ta’ deċiżjonijiet umanitarji, l-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-risponsi umanitarji; jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-impenn tal-UE li tinvesti fl-involviment tal-atturi lokali fid-diplomazija umanitarja; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-aċċess għall-finanzjament umanitarju tal-UE għall-atturi lokali, inkluż billi tnaqqas l-ostakli amministrattivi, tadatta r-rekwiżiti ta’ konformità u rapportar, u żżid l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament prevedibbli u intermedjarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubija — Lejn approċċ integrat għall-fraġilità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-approċċ ġenerali tal-UE għall-kuntesti fraġli jrid jiżgura l-koerenza fl-istrumenti umanitarji, ta’ żvilupp u ta’ sigurtà tagħha, ikun konsistenti mar-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi, u jintegra b’mod sinifikanti l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ kemm għall-popolazzjonijiet spostati kif ukoll għall-komunitajiet li jospitawhom, jinvestu f’soluzzjonijiet dejjiema u fl-awtodipendenza, u jiżguraw li r-rispons għal spostament fit-tul jgħaqqad l-azzjoni umanitarja, tal-iżvilupp u tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ approċċi kkoordinati fost l-atturi umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi f’kuntesti fraġli u milquta minn kunflitti; jisħaq li tali koordinazzjoni trid tirrispetta bis-sħiħ il-mandati distinti u l-prinċipji operattivi tal-azzjoni umanitarja; iwissi kontra s-subordinazzjoni tal-assistenza umanitarja għal kwalunkwe objettiv li mhuwiex iggwidat mill-prinċipji umanitarji, peress li tali subordinazzjoni tista’ tikkomprometti l-aċċess umanitarju sikur u l-aċċettazzjoni mill-komunitajiet affettwati u lpartijiet fil-kunflitt, u tista’ tesponi lill-benefiċjarji u lill-persunal umanitarju għal riskji addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ulterjuri dwar l-integrazzjoni tal-azzjonijiet umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi permezz ta’ finanzjament sekwenzjat, komplementari jew konġunt mal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-flessibbiltajiet disponibbli fl-istrumenti ta’ finanzjament biex tirrispondi b’mod adegwat għall-kriżijiet f’kuntesti fraġli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ involviment sostnut f’ambjenti fraġli u affettwati minn kunflitti, b’approċċ iċċentrat fuq in-nies li jkun allinjat bis-sħiħ mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jissottolinja li l-interventi f’ambjenti fraġli u affettwati mill-kunflitti għandhom jindirizzaw l-ixprunaturi strutturali tal-faqar u l-inugwaljanza, javvanzaw l-iżvilupp uman, u jilħqu l-ewwel lil dawk l-aktar vulnerabbli mingħajr diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, filwaqt li jsaħħu l-governanza, il-kapaċità istituzzjonali u l-aċċess għas-servizzi bażiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappoġġja l-isforzi biex tiżdied il-koordinazzjoni ta’ Tim Ewropa f’kuntesti fraġli, u biex jissaħħu s-sħubijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE, organizzazzjonijiet reġjonali u multilaterali, banek internazzjonali tal-iżvilupp, is-settur privat u l-filantropiji; jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mill-qrib mal-atturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u l-komunitajiet lokali f’kuntesti fraġli biex issaħħaħ is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza bbażata fil-komunità u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tiżviluppa programm globali ġdid għal valutazzjonijiet tal-bżonnijiet multisettorjali u investimenti fil-kwalità tad-data, l-interoperabbiltà, il-kondiviżjoni sikura tad-data, u għodod analitiċi u ta’ rapportar aktar b’saħħithom, inklużi għodod ta’ osservazzjoni u mmudellar tad-dinja, biex jissaħħaħ it-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u jkunu jistgħu jsiru risponsi umanitarji aktar rapidi, aktar ikkoordinati u aktrar effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ programmazzjoni sensittiva għall-kunflitti u jappella lill-Kummissjoni u lis-sħab biex jintegraw b’mod sistematiku l-analiżi tal-kunflitti f’interventi umanitarji u ta’ żvilupp f’kuntesti fraġli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jitlob li d-delegazzjonijiet tal-UE jingħataw biżżejjed flessibbiltà operattiva biex jadattaw il-programmi għal kuntesti fraġli li qed jevolvu b’mod rapidu u jikkoordinaw id-djalogu politiku u l-implimentazzjoni b’mod effettiv fin-ness bejn l-aspett umanitarju, tal-iżvilupp u tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-finanzjament għal proġetti li jappoġġjaw l-involviment tas-settur privat u investimenti innovattivi għall-kondiviżjoni tar-riskju f’kuntesti umanitarji fit-tul; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika l-aktar għodod xierqa għal kull kuntest, filwaqt li tiżgura approċċ għall-investiment li jkun sensittiv għall-kunflitti, u tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Global Gateway bħala strument tal-UE għall-bini tar-reżiljenza u l-iżvilupp sostenibbli f’ambjenti fraġli, inkluż għall-bżonnijiet l-aktar akuti u immedjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-involviment responsabbli tas-settur privat f’kuntesti umanitarji, f’konformità mal-prinċipji umanitarji u r-rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont, filwaqt li tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli u inklużiv, inkluż permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi deċenti u t-tnaqqis tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq li l-ODA għandha tiġi allokata fejn hija l-aktar meħtieġa u għandha tibqa’ għodda essenzjali biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet umanitarji u biex jiġu pprovduti servizzi li jsalvaw il-ħajjiet lill-popolazzjonijiet affettwati minn kriżi, li huma prerekwiżiti għal soċjetajiet stabbli, inklużivi u prosperi; jissottolinja li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jikkomplementaw iżda ma jridux jissostitwixxu l-ODA għat-twassil ta’ assistenza umanitarja u appoġġ għar-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni biex timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-fraġilità u tirrapporta kull sentejn lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tagħhom; jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, is-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE, inkluż permezz ta’ oqfsa ta’ fraġilità ddedikati; jitlob lill-Kummissjoni għal kjarifika ulterjuri dwar ir-rwol tas-servizzi involuti fl-approċċ integrat għall-fraġilità; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jimpenjaw ruħhom b’mod attiv man-NU u ma’ sħab internazzjonali oħra fl-indirizzar tal-fraġilità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-triq’ il-quddiem u l-implimentazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfasslu pjan ċar ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ għall-impenji li saru fil-komunikazzjoni konġunta dwar l-għajnuna umanitarja u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjawha, u jiżguraw l-involviment sħiħ tal-Parlament f’dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tad-diplomazija parlamentari u s-sorveljanza demokratika fit-tisħiħ tal-obbligu ta’ rendikont u l-leġittimità fir-rigward tal-azzjoni umanitarja; jisħaq fuq il-kontribut tal-korpi interparlamentari, bħall-Assemblea Parlamentari Afrika-UE u l-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-UE, fit-twettiq ta’ djalogu mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab dwar il-bżonnijiet umanitarji, u b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-ispazju umanitarju;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>